European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1716

28.6.2024

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1716

tad-19 ta’ Ġunju 2024

li tistabbilixxi linji gwida għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-konsum tal-enerġija fis-settur pubbliku, ir-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku u l-akkwist pubbliku

(notifikata bid-dokument C(2024) 3744)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) introduċiet rekwiżit biex tintlaħaq il-mira ewlenija ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ mill-inqas 32,5 % fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

(2)

Fin-Noti ta’ gwida tagħha tal-2013 “l-Artikolu 5: Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi” u “l-Artikolu 6: Xiri minn korpi pubbliċi”, il-Kummissjoni pprovdiet gwida lill-Istati Membri għat-traspożizzjoni u għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva 2012/27/UE dwar is-settur pubbliku, filwaqt li appoġġathom fl-istabbiliment tal-miżuri, tal-għodod u tal-metodoloġiji adegwati sabiex ikunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom tal-iffrankar tal-enerġija u jiksbu l-mira ewlenija tal-effiċjenza enerġetika.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġiet adottata fit-13 ta’ Settembru 2023. Hija rriformulat id-Direttiva 2012/27/UE, filwaqt li żammet uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha, filwaqt li fl-istess ħin introduċiet xi rekwiżiti ġodda. B’mod partikolari, żiedet b’mod sinifikanti l-livell ta’ ambizzjoni għall-2030 f’termini ta’ effiċjenza enerġetika, inkluż fir-rigward tas-settur pubbliku.

(4)

Il-Kapitolu II tad-Direttiva (UE) 2023/1791 dwar ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tas-settur pubbliku fl-effiċjenza enerġetika. L-Artikolu 5 tagħha jistabbilixxi obbligi ġodda biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fis-settur pubbliku. L-Artikolu 6 tagħha jwessa’ b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ rinnovazzjoni tal-bini pubbliku. L-Artikolu 7 dwar l-akkwist pubbliku jadatta l-obbligi eżistenti u jistabbilixxi obbligi ulterjuri għal akkwist pubbliku li jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

(5)

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-Artikoli 5, 6, 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 u l-Anness IV tagħha sal-11 ta’ Ottubru 2025.

(6)

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu skont id-diskrezzjoni tagħhom il-mod kif jittrasponu u jimplimentaw ir-rekwiżiti rigward ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku li jkun adattat l-aħjar għaċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom. F’dan il-kuntest, ikun rakkomandat li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiġu interpretati b’mod konsistenti li jikkontribwixxi għal fehim koerenti tad-Direttiva (UE) 2023/1791 fl-Istati Membri kollha fit-tħejjija tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu l-linji gwida interpretattivi fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni meta jittrasponu l-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 u l-Anness IV tagħha fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kummissjoni

Kadri SIMSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/27/oj).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/1791/oj).


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Dawn il-linji gwida jipprovdu gwida lill-Istati Membri dwar kif jinterpretaw id-Direttiva (UE) 2023/1791 meta jittrasponuha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Din tiffoka fuq l-Artikoli 5, 6 u 7 u l-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Madankollu, l-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija l-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   KUNTEST LEGALI U TA’ POLITIKA

L-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin, peress li l-ksib tal-miri tar-rinnovazzjoni tal-bini kif previsti fl-Artikolu 6 u l-akkwist pubbliku effiċjenti fl-enerġija għandhom impatt fuq it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali li l-korpi pubbliċi jridu jiksbu f’konformità mal-Artikolu 5.

Dawk it-tliet Artikoli huma wkoll marbuta mal-Artikoli li ġejjin tad-Direttiva (UE) 2023/1791:

—

L-Artikolu 2 dwar id-definizzjonijiet, inkluż id-definizzjoni ta’ “korp pubbliku”;

—

l-Artikolui 24 dwar li jittaffa l-faqar enerġetiku;

—

L-Artikolu 29(4) dwar l-obbligu tal-Istati Membri li jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi jużaw l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija biex jegħlbu l-ostakli għall-investiment;

—

L-Artikolu 30 dwar l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw finanzjament pubbliku u aċċess għal għodod ta’ finanzjament xierqa;

—

L-Anness V tad-Direttiva (UE) 2023/1791 fir-rigward tar-regola li l-miżuri li jippromwovu titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-settur pubbliku skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 jistgħu jitqiesu biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 8(1), dment li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

L-Artikolu 6 huwa wkoll marbut mad-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (minn hawn ’il quddiem l-“EPBD”, Energy Performance of Buildings Directive), b’mod partikolari fir-rigward tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (minn hawn ’il quddiem “NZEB”, nearly zero-energy buildings), il-bini b’emissjonijiet żero (minn hawn ’il quddiem “ZEB”, zero emissions buildings), iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (minn hawn ’il quddiem “EPC”, energy performance certificate), il-ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini mħejjija bħala rekwiżit tal-pjanijiet nazzjonali tar-rinnovazzjoni tal-bini, il-bażi tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-passaporti tar-rinnovazzjoni. L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huwa marbut mad-Direttivi 2014/23/UE (2), 2014/24/UE (3), 2014/25/UE (4) u 2009/81/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu l-qafas dwar kif għandu jitwettaq l-akkwist bl-għan li tiġi żgurata l-aderenza mal-prinċipji bħall-kompetizzjoni ġusta u l-ksib tal-aqwa valur għall-flus tal-kontribwenti, filwaqt li l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għax-xiri ta’ prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet b’rendiment għoli tal-effiċjenza enerġetika.

3.   DEFINIZZJONI TA’ KORP PUBBLIKU FID-DIRETTIVA (UE) 2023/1791

3.1.   Ġenerali

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 japplikaw għall-korpi pubbliċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12) tagħha: “korpi pubbliċi” tfisser awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali u entitajiet iffinanzjati u amministrati direttament minn dawk l-awtoritajiet iżda li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali.

B’kuntrast ma’ dan, l-Artikolu 7 japplika għall-awtoritajiet kontraenti u għall-entitajiet kontraenti kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (14) u (15), tad-Direttiva (UE) 2023/1791, li min-naħa tagħhom jirreferu għad-definizzjonijiet korrispondenti kif definiti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, l-Artikolu 2(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE u fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2014/23/UE u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE.

Bħala element essenzjali tal-portafoll tal-politika biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw “mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-miri” bejn il-korpi pubbliċi, li lkoll flimkien bħala grupp jeħtiġilhom inaqqsu l-konsum tal-enerġija finali tagħhom biex flimkien jilħqu l-mira tal-Istat Membru. Kif tali kondiviżjoni tal-miri għandha tiġi organizzata jiddependi primarjament mill-istruttura legali u amministrattiva ta’ kull Stat Membru.

3.2.   Awtoritajiet Nazzjonali, Reġjonali jew Lokali

Awtoritajiet nazzjonali

L-awtoritajiet nazzjonali mhumiex definiti fid-Direttiva (UE) 2023/1791, u lanqas mhuma definiti fid-Direttiva 2014/23/UE, fid-Direttiva 2014/24/UE jew fid-Direttiva 2014/25/UE. Madankollu, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ korpi pubbliċi fid-Direttiva (UE) 2023/1791 u fid-dawl tal-premessa 33 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, li tistipula li “nazzjonali”, “reġjonali” u “lokali” jirreferu għal-livell rispettiv ta’ awtorità fl-istruttura tal-istat, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitqiesu li jfissru l-istess bħal-livell “ċentrali” tal-gvern jew tal-“Istat”. Il-livell ċentrali tal-gvern — li fl-istati federali huwa l-livell federali tal-gvern — ikopri, b’mod partikolari, il-ministeri jew id-dipartimenti tal-gvern. (6)

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QĠUE) innotat li l-kunċett ta’ “stat” jinkludi l-korpi kollha li jeżerċitaw setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji. (7) Eżempji ta’ awtoritajiet li huma parti mill-istat (u b’dan il-mod mill-awtoritajiet nazzjonali) għalhekk jinkludu wkoll il-parlamenti (8) u l-ġudikatura (9).

Il-lista tal-Awtoritajiet tal-Gvern Ċentrali fl-Anness I tad-Direttiva 2014/24/UE tista’ għalhekk tinftiehem li tinkludi awtoritajiet kontraenti li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “awtoritajiet nazzjonali”.

Il-QĠUE speċifikat ukoll id-definizzjoni ta’ “stat” fil-kawża Beentjes fejn “stat” intqal li jkopri, mill-inqas, korp “li l-kompożizzjoni u l-funzjonijiet tiegħu huma stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u li jiddependi mill-awtoritajiet għall-ħatra tal-membri tiegħu, l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-miżuri tiegħu u l-finanzjament ta’ kuntratti li huwa l-kompitu tiegħu li jagħti.”  (10) Din id-definizzjoni sussegwentement ġiet ikkwalifikata biex tinkludi biss entitajiet mingħajr personalità ġuridika distinta (11).

Awtoritajiet Reġjonali

F’konformità mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, “l-awtoritajiet reġjonali” jinkludu l-awtoritajiet elenkati b’mod mhux eżawrjenti fin-NUTS 1 u 2 kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) dwar klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika. Fl-istati federali, il-Kummissjoni tifhem li din id-definizzjoni tirreferi għal-livell reġjonali tal-gvern (inkluż stati jew provinċji) u b’mod partikolari għall-ministeri jew id-dipartimenti ta’ dawk il-gvernijiet reġjonali. (13)

Awtoritajiet Lokali

F’konformità mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/24/UE, “l-awtoritajiet lokali” jinkludu l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar il-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika, u unitajiet amministrattivi iżgħar li jaqgħu taħt l-Anness III tal-istess Regolament. Dawn jissejħu wkoll “unitajiet amministrattivi lokali” (minn hawn ’il quddiem “LAU”) (14). Il-Kummissjoni tifhem li din id-definizzjoni tirreferi għal-livell lokali jew muniċipali tal-gvern, inkluż l-awtoritajiet lokali ġenerali responsabbli għall-affarijiet lokali.

3.3.   Kriterji ta’ Finanzjament u ta’ Amministrazzjoni

Ġenerali

L-Artikolu 2, il-punt (12) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jipprevedi li “entitajiet” jikkwalifikaw biss bħala “korpi pubbliċi” jekk ikunu (inter alia) “iffinanzjati u amministrati direttament”  (15) minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali. L-użu tat-terminu “ u ” jimplika li ż-żewġ kriterji, jiġifieri, il-“kriterju ta’ finanzjament” u l-“kriterju tal-amministrazzjoni”, iridu jiġu ssodisfati biex entità tikkwalifika bħala “korp pubbliku”. (16)

Entitajiet

“Entitajiet” huma organizzazzjonijiet delimitati b’personalità ġuridika. Il-personalità ġuridika trid tiġi vvalutata fil-livell tal-Istati Membri. Madankollu, ġeneralment jista’ jiġi preżunt li entitajiet legali taħt id-dritt pubbliku (korpi, istituzzjonijiet, fondi) kif ukoll taħt id-dritt privat (pereżempju, korporazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, fondazzjonijiet privati, kooperattivi, Kumpaniji Ewropej (SE), Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE)) huma entitajiet.

Kriterju tal-Amministrazzjoni

Għall-kuntrarju tad-definizzjoni ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika fl-Artikolu 2(1), il-punt (4), tad-Direttiva 2014/24/UE u l-kriterji ta’ dipendenza stipulati fiha, id-definizzjoni ta’ Korpi Pubbliċi fl-Artikolu 2, il-punt (12) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tirreferi biss għall-kriterji tal-amministrazzjoni u l-finanzjament u mhux għall-kriterju tas-superviżjoni. Il-premessa (35) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tispjega li l-kriterju tal-amministrazzjoni jiġi ssodisfat jekk awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali jkollha maġġoranza fir-rigward tal-għażla tal-ġestjoni tal-entità. Din id-definizzjoni hija differenti minn dik fl-Artikolu 2(1), il-punt (4), tad-Direttiva 2014/24/UE peress li

(i)

ma tipprevedix il-każ fejn korp pubbliku ieħor ikollu maġġoranza fir-rigward tal-għażla tal-ġestjoni tal-entità u

(ii)

hija limitata għall-“ġestjoni” ta’ entità. Għalhekk, maġġoranza ta’ awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-għażla tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ entità biss ma tirriżultax f’entità li tiġi kkwalifikata bħala korp pubbliku.

F’dan il-kuntest, it-terminu “ maġġoranza ” għandu jiġi interpretat fis-sens ta’ “aktar minn nofs”. Madankollu, għall-kuntrarju tal-kriterju tal-ħatra fl-Artikolu 2(1), il-punt (4)(c), tad-Direttiva 2014/24/UE, id-drittijiet ta’ ħatra indiretta (pereżempju, minn korp li huwa nnifsu jinħatar b’maġġoranza minn awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali) mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-kriterju tal-amministrazzjoni, peress li l-amministrazzjoni minn dawn l-awtoritajiet trid tkun diretta.

Kriterju ta’ Finanzjament

Finanzjament minn awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali huwa mifhum li jfisser kontribuzzjoni ta’ fondi, li tista’ tinkludi (iżda ma tkunx limitata għal) pagamenti, self, għotjiet, garanziji, sussidji jew forniment ta’ persunal u assi materjali.

Il-finanzjament mill-awtoritajiet ifisser li r-riżorsi pprovduti lill-entitajiet inkwistjoni jridu għalhekk joriġinaw mill-awtoritajiet pubbliċi. Jekk, min-naħa l-oħra, il-finanzjament jiġi pprovdut prinċipalment permezz tal-ġbir ta’ tariffi (kif inhu l-każ, pereżempju, ma’ xandara pubbliċi jew fondi tal-assigurazzjoni tas-saħħa) abbażi ta’ dispożizzjoni statutorja korrispondenti u għalhekk mhux direttament mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, ma jkun hemm l-ebda finanzjament mill-awtoritajiet pubbliċi u għalhekk il-kriterju tal-finanzjament skont l-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ma jiġix issodisfat. L-istess japplika għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali meta jagħtu lill-entitajiet rilevanti d-dritt li jiġbru t-tariffi rispettivi huma stess.

Il-premessa 35 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tikkwalifika l-kriterju tal-finanzjament inkluż fl-Artikolu 2, il-punt (12) fis-sens li jiġi ssodisfat biss jekk entità partikolari tkun fil-biċċa l-kbira ffinanzjata minn fondi pubbliċi. “ Fil-biċċa l-kbira ffinanzjata ” tista’ tiġi interpretata bħala li tfisser “ aktar minn nofs ”, jiġifieri, aktar minn 50 %. Konsegwentement, hekk kif jinqabeż il-limitu ta’ 50 %, il-kriterju tal-finanzjament tal-Artikolu 2, il-punt (12) jiġi ssodisfat.

L-Ebda Karattru Industrijali jew Kummerċjali

F’konformità mal-kliem fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 li, meta mqabbla mad-definizzjoni ta’ “korpi rregolati mil-liġi pubblika” fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, id-definizzjoni ta’ Korpi Pubbliċi ma teħtieġx li l-entitajiet jiġu stabbiliti għall-fini speċifiku li jissodisfaw il-ħtiġijiet fl-interess ġenerali li jkunu koperti minn din id-definizzjoni. Konsegwentement, l-eżami tan-nuqqas ta’ karattru industrijali jew kummerċjali tal-entitajiet inkwistjoni kif previst fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ma jeħtieġx li jkun preċedut mill-verifika ta’ jekk dawn l-entitajiet kinux stabbiliti għall-fini speċifiku li jissodisfaw il-ħtiġijiet fl-interess ġenerali.

Skont il-ġurisprudenza tal-QĠUE, iċ-ċirkostanzi legali u fattwali kollha prevalenti fiż-żmien tal-istabbiliment tal-entità u l-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-attività tal-entità jridu jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk attività titwettaqx minn entità f’kapaċità industrijali jew kummerċjali. (17) B’mod aktar ġenerali, il-QĠUE ddeċidiet li jekk entità topera f’kundizzjonijiet tas-suq normali, timmira li tagħmel profitt u ġġarrab it-telf assoċjat mal-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħha, huwa improbabbli li l-attivitajiet li twettaq mhumiex ta’ karattru industrijali jew kummerċjali. (18) Minn dan jista’ jiġi dedott li entità li ma twettaqx kompiti ta’ “Karattru Industrijali jew Kummerċjali” hija — fil-prinċipju — entità li ma tipparteċipax fil-ħajja kummerċjali ġenerali fis-suq rilevanti f’kompetizzjoni ma’ operaturi ekonomiċi privati taħt l-istess kundizzjonijiet (jiġifieri f’konformità mal-istess regoli ekonomiċi) u ma ġġorrx ir-riskju ekonomiku (inkluż ir-riskju ta’ insolvenza) tal-azzjonijiet tagħha.

Jekk tali entità, pereżempju, toperax kompletament taħt kundizzjonijiet kompetittivi, mhux biss għandu jiġi vvalutat fir-rigward tal-objettivi tagħha (inkluż fir-rigward tal-fini korporattiv definit fl-istatut ta’ assoċjazzjoni jew fl-ordinamenti) iżda fuq kollox ukoll abbażi ta’ valutazzjoni oġġettiva tas-suq speċifiku inkwistjoni. F’dan is-sens, huwa partikolarment rilevanti jekk l-entità twettaqx il-kompiti tagħha f’sitwazzjoni kompetittiva ma’ kumpaniji privati jew kumpaniji orjentati lejn objettivi tas-settur privat, jew jekk hijiex tal-inqas sa ċertu punt eskluża minn “sitwazzjoni kompetittiva” fis-suq minħabba pożizzjoni legali jew fattwali speċjali.

Indikazzjoni oħra fir-rigward ta’ kompitu ta’ “natura mhux kummerċjali” hija li t-telf finanzjarju ma għandux jiġġarrab mill-entità nnifisha, iżda jkun hemm obbligu biex il-kostijiet jinġarru mill-istat stipulat, pereżempju, fil-liġi jew fl-istatut ta’ assoċjazzjoni jew fi ftehimiet oħra skont id-dritt privat, jew ikun jidher probabbli ħafna li dawn għandhom jiġġarrbu mill-istat — din id-direzzjoni ttieħdet, pereżempju, fir-rigward tal-ħabsijiet tal-istat (19). Fi kliem ieħor, il-klassifikazzjoni bħala attività kummerċjali mhijiex applikabbli jekk ir-“riskju finanzjarju” ma jeżistix.

Argumenti oħrajn favur l-eżistenza ta’ attività “mhux kummerċjali” huma l-probabbiltà li awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali tieħu passi biex tipprevjeni lill-entità milli tiġi llikwidata b’mod obbligatorju jew li awtorità bħal din tieħu passi biex “issalva” entità minflok ma tħalliha tfalli. (20)

Jekk entità għandha xi attivitajiet mhux kummerċjali (flimkien ma’ attivitajiet kummerċjali), l-attivitajiet mhux kummerċjali huma deċiżivi fil-valutazzjoni ta’ jekk l-entità inkwistjoni hijiex Korp Pubbliku anki jekk il-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tagħha huma kummerċjali. (21) Dan huwa minnu anki meta l-attivitajiet kummerċjali ta’ entità jkunu separati b’mod ċar mill-attivitajiet mhux kummerċjali tagħha.

Korpi pubbliċi fil-ġurisprudenza

Meta jqiegħdu fil-prattika d-definizzjoni ta’ Korpi Pubbliċi, u bħala referenza possibbli għall-istabbiliment tal-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (12) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri jistgħu jserrħu fuq il-lista ta’ awtoritajiet tal-gvern ċentrali — li huma “awtoritajiet nazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt (12) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 — fl-Anness I tad-Direttiva 2014/24/UE.

Eżempji ta’ entitajiet li ġew ikkwalifikati mill-ġurisprudenza bħala li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali jinkludu: (22)

—

Entità Spanjola kkonċernata bil-forniment ta’ attivitajiet ta’ appoġġ lis-servizz tal-ħabs; (23)

—

Funeral Vienna Ltd. (Bestattung Wien GmbH); (24)

—

Fernwärme Wien Gesellschaft m.b.H.; (25)

—

Telekom Austria AG; (26)

—

Assoċjazzjoni tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ. (27)  (28)

4.   OBBLIGU RELATAT MAL-ARTIKOLU 5

4.1.   Obbligu li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija finali

L-Artikolu 5 huwa ġdid meta mqabbel mad-Direttiva 2012/27/UE.

L-Artikolu 5(1) jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-konsum tal-enerġija finali totali tal-korpi pubbliċi kollha flimkien jitnaqqas b’mill-inqas 1,9 % kull sena, meta mqabbel max-xenarju bażi tas-sena 2021.

It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali għandu jiġi b’mod predominanti minn titjib fl-effiċjenza enerġetika fis-servizzi pubbliċi kollha (29).

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw is-setturi tat-trasport pubbliku u l-forzi armati minn dan l-obbligu. B’riżultat ta’ dan, wieħed minnhom jista’ jiġi eżentat, jew inkella t-tnejn li huma. Madankollu, għandu jiġi ssottolinjat li din hija possibbiltà u mhux obbligu. Is-settur tal-forzi armati huwa intensiv fl-enerġija u jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-konsum tal-enerġija tas-settur pubbliku. (30) Barra minn hekk, minħabba l-ħidma tal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Enerġija Sostenibbli fis-Settur tad-Difiża u s-Sigurtà (31), li beda fl-2016, is-settur tad-difiża sar aktar familjari mal-azzjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika u ġeneralment favurihom. Is-settur tat-trasport pubbliku għandu wkoll ammont konsiderevoli ta’ potenzjal ta’ effiċjenza enerġetika ekonomikament attraenti, b’mod partikolari fl-elettrifikazzjoni tat-trasport. Barra minn hekk, dan huwa l-uniku settur ekonomiku fejn il-konsum tal-enerġija ilu jiżdied b’mod kostanti matul is-snin. Għalhekk, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jivvalutaw bir-reqqa l-kontribut potenzjali li l-forzi armati u s-settur tat-trasport pubbliku jistgħu jagħtu biex jintlaħqu l-objettivi nazzjonali u jqisu t-tneħħija tal-ostakli regolatorji u leġiżlattivi għall-isfruttament sħiħ tagħhom.

Sa tmiem il-perjodu tranżizzjonali, li għal din id-dispożizzjoni huwa erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ (jiġifieri sal-11 ta’ Ottubru 2027), il-mira għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali hija indikattiva, u ssir obbligatorja biss wara dik id-data.

Barra minn hekk, l-obbligu li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija finali totali b’1,9 % ma japplikax għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 50 000 sal-31 ta’ Diċembru 2026, u ma japplikax għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 5 000 abitant sal-31 ta’ Diċembru 2029.

It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali miksub bi tnaqqis fil-livell tas-servizz pubbliku taħt id-domanda reali mhuwiex maħsub.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn l-obbligi relatati mas-settur pubbliku

Obbligu

Bidu tal-obbligu

Frekwenza

Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali

Determinazzjoni tax-xenarju bażi tal-konsum tal-enerġija finali għas-sena kalendarja tal-2021

sal-11 ta’ Ottubru 2027

Mhux applikabbli

Għall-korpi pubbliċi kollha minbarra l-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 50 000 : Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali b’mill-inqas 1,9 %

data tat-traspożizzjoni

kull sena

Għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 50 000 : Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali b’mill-inqas 1,9 % kull sena

L-1 ta’ Jannar 2027

kull sena

Għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 5 000 : Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali b’mill-inqas 1,9 % kull sena

L-1 ta’ Jannar 2030

kull sena

Rekwiżiti ta’ politika relatati mal-appoġġ tal-korpi pubbliċi

Jiġi żgurat li l-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha jistabbilixxu miżuri tal-effiċjenza enerġetika speċifiċi fl-għodod tal-ippjanar fit-tul tagħhom

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Jiġi żgurat li l-awtoritajiet kollha, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali, ikunu involuti b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-politiki relatati mal-faqar enerġetiku

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Jingħata appoġġ lill-korpi pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Il-korpi pubbliċi jitħeġġu jqisu l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta jinvestu f’bini pubbliku

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Il-korpi pubbliċi jitħeġġu jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta’ ħiters ineffiċjenti

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Inventarju tal-bini

Inventarju ta’ bini msaħħan u/jew imkessaħ għandu jsir disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli

data tat-traspożizzjoni

Mhux applikabbli

L-inventarju jiġi aġġornat

data tat-traspożizzjoni

Kull sentejn

Obbligu ta’ rinnovazzjoni

Issir stima tal-mira ta’ 3 % abbażi tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi mill-1 ta’ Jannar 2024

data tat-traspożizzjoni

Mhux applikabbli

Tiġi rinnovata 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ

data tat-traspożizzjoni

Kull sena

Isir negozjar mas-sidien tal-bini biex jagħmlu l-bini NZEB jew ZEB

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Approċċ alternattiv

Tiġi notifikata l-Kummissjoni dwar l-iffrankar tal-enerġija pproġettat li jinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2030 bl-approċċ ewlieni

sal-31 ta’ Diċembru 2023

Mhux applikabbli

Jinkiseb ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li huwa ekwivalenti għal dak miksub bl-approċċ ewlieni

data tat-traspożizzjoni

Kull sena

Jinħareġ passaport tar-rinnovazzjoni għall-bini li jirrappreżenta 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ

data tat-traspożizzjoni

Kull sena

Jiġi rinnovat sa NZEB jew ZEB il-bini li għalih inħareġ passaport tar-rinnovazzjoni

sal-2040

Mhux applikabbli

L-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku

Jinxtraw biss prodotti, servizzi, bini u xogħlijiet b’rendiment għoli fl-effiċjenza enerġetika

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Jiġi applikat il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Jitqiesu, fejn xieraq, aspetti ta’ sostenibbiltà usa’

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Waqt l-akkwist ta’ kuntratti ta’ servizzi b’kontenut sinifikanti ta’ enerġija, tiġi vvalutata l-fattibbiltà li jiġu konklużi kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-tul

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Jinxtara l-pakkett ta’ prodotti li jkun konformi mal-kriterju li jappartjeni għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Jitqiesu l-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni jew il-kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli.

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

Issir disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika tal-kuntratti

data tat-traspożizzjoni

kontinwament

4.1.1.   Determinazzjoni tax-xenarju bażi

Prinċipji bażiċi

Ix-xenarju bażi tal-konsum tal-enerġija finali huwa definit bħala l-konsum tal-enerġija finali totali tal-korpi pubbliċi kollha fi Stat Membru matul is-sena bażi, li abbażi tiegħu se jiġi mmonitorjat il-ksib tal-mira fis-snin ta’ wara. L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiddefinixxi s-sena kalendarja tal-2021 bħala s-sena bażi.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 japplika għall-korpi pubbliċi (ara t-taqsima 3) kollha.

L-obbligu jkopri l-konsum tal-enerġija finali totali mis-setturi pubbliċi kollha, inkluż għalhekk il-bini pubbliku, il-kura tas-saħħa, l-ippjanar spazjali, l-immaniġġjar tal-ilma u t-trattament tal-ilma mormi, id-drenaġġ u l-purifikazzjoni tal-ilma, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tidwil pubbliku, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali, l-ICT (32)

Il-konsum tal-enerġija finali tal-korpi pubbliċi jirreferi għall-enerġija kkunsmata mill-attivitajiet tal-korpi pubbliċi, pereżempju fil-bini, fil-faċilitajiet, fl-uffiċji, fit-tagħmir, fil-vetturi, eċċ. li jkollhom is-sjieda tagħhom il-korpi pubbliċi jew li jintużaw minnhom.

Il-ġbir tad-data tal-konsum tal-enerġija finali meħtieġa għas-sena bażi, kif ukoll għas-snin koperti mill-obbligu, se jirrikjedi ġbir tad-data minn isfel għal fuq komprensiv li jinvolvi l-korpi pubbliċi kollha fl-Istat Membru, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu. Dan ikun jinkludi korpi pubbliċi fis-setturi tad-difiża u tat-trasport jekk Stat Membru jagħżel li jgħodd it-tnaqqis tal-enerġija ta’ dawn is-setturi mal-kisbiet skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Id-data kkonsolidata eżistenti mill-istatistika dwar l-enerġija tista’ tkun disponibbli biss għal segmenti magħżula tas-settur pubbliku kif definit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (33) u tista’ tinkludi entitajiet differenti. Il-perjodu tranżizzjonali ta’ sentejn flimkien mal-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2023/1791 se jagħti lill-Istati Membri żmien addizzjonali biex jistabbilixxu l-proċessi għall-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali li jkopru l-korpi pubbliċi kollha. Matul dan il-perjodu tranżizzjonali, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data stmata għax-xenarju bażi tal-konsum tal-enerġija finali. Wara dan il-perjodu ta’ erba’ snin, sal-11 ta’ Ottubru 2027, meta l-obbligu jsir effettiv, l-Istati Membri għandu jkollhom ix-xenarju bażi aġġustat u allinjat bis-sħiħ mal-konsum tal-enerġija finali reali tal-korpi pubbliċi kollha. Jekk jinstab li korpi pubbliċi individwali tħallew barra, ix-xenarju bażi għandu jiġi kkoreġut. Fi kwalunkwe każ, huwa rrakkomandat li jinbeda l-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali mill-korpi pubbliċi kollha wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Is-sena bażi tibqa’ l-istess u jista’ jkun hemm diffikultajiet addizzjonali fil-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali mill-2021 wara diversi snin.

Normalment, il-korpi pubbliċi se jkunu jistgħu jiksbu d-data dwar il-konsum tal-enerġija finali mill-fatturi tagħhom abbażi ta’ data dwar il-konsum annwali mkejla b’metraġġi (34). F’xi każijiet, l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija finali tinġabar f’sistemi tal-kontabbiltà, taż-żamma tal-kotba tal-enerġija jew tal-monitoraġġ tal-enerġija, li huma ġestiti mill-awtoritajiet pubbliċi.

Jekk il-konsum tal-enerġija tal-korpi pubbliċi jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni tal-kostijiet operatorji, pereżempju meta korp pubbliku jikri parti minn binja fejn il-kost tal-enerġija jkun inizjalment kopert mis-sid u mbagħad jitqassam lill-inkwilini, dan il-konsum tal-enerġija finali jrid jitqies ukoll.

Jekk l-enerġija użata f’binja jew faċilità pubblika tiġi kkunsmata minn entità oħra għajr il-korp pubbliku, pereżempju minn kerrej ta’ binja pubblika, bħall-inkwilini tal-akkomodazzjoni soċjali, dan il-konsum tal-enerġija ma jiġix inkluż fil-konsum tal-enerġija finali tal-korp pubbliku.

Fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana PV u solari, is-sehem tal-awtokonsum mill-awtorità pubblika huwa parti mill-konsum tal-enerġija finali (35). Is-sehem tal-produzzjoni tas-sħana PV jew solari li jiddaħħal fil-grilja jew li jiġi pprovdut lill-prosumaturi esterni ta’ komunità tal-enerġija ma jingħaddx bħala konsum tal-enerġija finali tal-korp pubbliku li jipproduċih.

Fil-każ tal-provvista tal-enerġija permezz ta’ pompa tas-sħana, jingħadd biss l-elettriku meħtieġ għat-tħaddim tal-pompa tas-sħana (36). Is-sħana ambjentali ma tingħaddx.

Diżaggregazzjoni tal-konsum tal-enerġija finali

Id-data dwar il-konsum tal-enerġija finali għas-sena bażi kif ukoll għas-snin ta’ wara għandha tinġabar f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni tal-konsum tal-enerġija finali, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

—

L-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ aġġustament sodi u li jinftiehmu skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku (ara t-taqsima 4.1.3);

—

L-awtorizzazzjoni ta’ verifika tal-plawżibbiltà tax-xenarju bażi tal-konsum u tal-konsum fis-snin ta’ wara fir-rapportar meħtieġ tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (37).

Filwaqt li l-ebda diżaggregazzjoni minima formali ma hija prevista fid-Direttiva (UE) 2023/1791 u l-Istati Membri jistgħu jużaw modi oħra biex jiddiżaggregaw id-data, it-Tabella 2 turi eżempju ta’ kif jista’ jidher livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali li għandha tinġabar għal kull korp pubbliku għas-sena bażi kif ukoll għas-snin ta’ wara. Id-diżaggregazzjoni indikata hija bbażata fuq l-approċċ użat fl-awditi tal-enerġija u hija dettaljata biżżejjed għall-finijiet imsemmija hawn fuq. Din id-data kollha normalment tista’ tinġabar mill-kontijiet tal-enerġija u tinġabar f’sistemi taż-żamma tal-kotba tal-enerġija eżistenti. Barra minn hekk, huwa rrakkomandat li l-korpi pubbliċi kollha fi Stat Membru wieħed jirreġistraw id-data dwar il-konsum tal-enerġija finali tagħhom fl-istess format. Is-sottosetturi u l-attivitajiet fl-ewwel kolonna huma wkoll biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligu li l-konsum tal-korpi pubbliċi jiġi diżaggregat bis-setturi skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Tabella 2

Entrati tad-data għall-ġbir tal-konsum tal-enerġija finali (xenarju bażi u rapporti annwali) għal kull korp pubbliku

Setturi tal-konsum u servizzi pubbliċi

Elettriku (38)

Tisħin distrettwali

Tkessiħ distrettwali

Gass naturali

Żejt tat-tisħin

Gażolina

Diżil

Pellets

Biċċiet tal-injam

Fjuwil tal-bijomassa solidu

Fjuwil fossili solidu

Bijogass

Fjuwils oħrajn

TOTAL

Konsum tal-enerġija fil-bini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bini tal-uffiċċji u tal-amministrazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sptarijiet u bini għall-kura tas-saħħa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Skejjel u kindergartens

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Universitajiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bini tal-fabbriki u tal-workshops

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bini pubbliku ieħor (b’sjieda jew b’kera)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-enerġija għall-proċessi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tidwil pubbliku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Provvista tal-ilma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trattament tal-ilma mormi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Immaniġġjar tal-iskart

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Proċessi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-enerġija għas-servizzi tal-mobbiltà

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Trasport pubbliku (39)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flotta ta’ vetturi li korp pubbliku jkollu sjieda tagħhom għal finijiet oħrajn għajr it-trasport pubbliku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Forzi armati  (40)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Xenarju bażi tal-konsum tal-enerġija għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 50 000 u b’inqas minn 5 000 abitant

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-obbligu tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali ma japplikax għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 50 000 sal-31 ta’ Diċembru 2026, u ma japplikax għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni ta’ inqas minn 5 000 abitant sal-31 ta’ Diċembru 2029. Madankollu, għaż-żewġ gruppi, is-sena bażi hija wkoll is-sena 2021.

Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa ma jistennewx il-ġbir tad-data tax-xenarju bażi tal-konsum tal-enerġija finali għal dawn iż-żewġ gruppi ta’ korpi pubbliċi sakemm jibda l-obbligu, iżda biex jibdew il-ġbir immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Madankollu, hemm aktar żmien disponibbli għal dawn iż-żewġ gruppi biex jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa u biex ilestu l-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali meħtieġa kollha.

Xenarju bażi speċifiku tal-konsum tal-enerġija għas-setturi eżentati

Jekk Stat Membru jkun jixtieq jgħodd it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali miksub fis-setturi tat-trasport pubbliku jew tal-forzi armati għall-mira ta’ tnaqqis f’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, allura jrid jiġi stabbilit xenarju bażi speċifiku tal-konsum tal-enerġija finali, li jservi biss għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali miksub f’dawn is-setturi speċifiċi. Is-sena bażi hija l-2021 bħal fil-każ tal-korpi pubbliċi l-oħra kollha. Id-differenza bejn il-konsum tal-enerġija finali fis-sena bażi u l-konsum tal-enerġija finali reali f’sena partikolari tagħti t-tnaqqis fil-konsum li jista’ jingħadd mal-mira ta’ tnaqqis f’din is-sena. Id-data għall-forzi armati tista’ tinġabar u tiġi pprovduta f’livell aggregat.

L-Istati Membri huma liberi li japplikaw din l-għażla, u jistgħu jużawha għal sena waħda jew aktar u għal settur wieħed jew għat-tnejn li huma.

4.1.2.   Kalkolu tal-miri għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali għal kull sena

Minħabba l-introduzzjoni gradwali tal-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi ta’ daqs differenti kif deskritt hawn fuq, l-obbligu tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali jrid jiġi kkalkulat separatament għal kull grupp ta’ korpi pubbliċi.

Ladarba x-xenarju bażi jiġi ddefinit għal kull grupp separatament, jiġifieri, għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 5 000 abitant, għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 50 000, iżda b’aktar minn 5 000 abitant, imbagħad għal kull sena l-mira ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali tista’ tiġi espressa bħala konsum tal-enerġija finali massimu.

Abbażi tal-valuri tax-xenarju bażi preżunti għat-tliet gruppi ta’ korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi ta’ daqs differenti, l-Illustrazzjoni 1 ta’ hawn taħt juri kif il-konsum tal-enerġija finali massimu jiżviluppa maż-żmien, u jibda mis-sena 2025. Fis-sena 2025, l-obbligu huwa wieħed pro rata li jibda sal-11 ta’ Ottubru tas-sena tat-traspożizzjoni, dan ifisser li l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jiksbu l-ammont sħiħ ta’ 1,9 % tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali meta mqabbel max-xenarju bażi, iżda biss il-parti pro rata tas-sena totali li tibda mid-data tat-traspożizzjoni, jiġifieri 0,4 %. Barra minn hekk, il-miri huma indikattivi sa erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Formoli dettaljati għall-kalkolu tal-mira għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali għal kull sena huma inklużi fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Illustrazzjoni 1

Eżempju għall-iżvilupp gradwali tal-valuri fil-mira tal-konsum tal-enerġija finali (valuri preżunti għall-“Xenarju Bażi tal-Grupp 1 (G1) = 100 unità tal-enerġija; “Xenarju Bażi tal-Grupp 2” (G2; korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 50 000 u b’aktar minn 5 000 abitant) = 70; “Xenarju Bażi tal-Grupp 3” (G3, korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 5 000 abitant) = 70; għas-sena 2025 tapplika mira pro rata)

Image 1

Jekk ix-xenarju bażi jiġi kkoreġut, pereżempju, wara l-perjodu tranżizzjonali meta l-valuri stmati jiġu ssostitwiti b’valuri reali, jew għal kwalunkwe raġuni oħra fis-snin ta’ wara (41), il-miri għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid bil-valuri tax-xenarju bażi l-ġodda.

Biex tirrapporta dwar l-issodisfar tal-obbligu, huwa rrakkomandat li jintużaw is-snin kalendarji, minħabba li x-xenarju bażi għandu jiġi stabbilit għas-sena kalendarja 2021 u r-rapportar tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima jirrikjedi perjodi ta’ rapportar ta’ sentejn kalendarji.

Il-mira għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali f’sena partikolari tintlaħaq, jekk il-konsum tal-enerġija finali reali, possibbilment wara l-aġġustament ta’ xi elementi tal-konsum tal-enerġija finali (ara t-taqsima 4.1.3), ikun aktar baxx mill-konsum tal-enerġija finali massimu f’dik is-sena. L-Illustrazzjoni 2 hawn taħt turi l-verifika tal-ksib tal-mira bl-użu tal-eżempju tas-sena 2031. Il-mira li għandha tintlaħaq mill-korpi pubbliċi kollha flimkien fis-sena 2031 hija l-għadd tal-valuri tax-xenarju bażi għal kull wieħed mit-tliet gruppi ta’ korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi ta’ daqs differenti. Barra minn hekk, l-eżempju juri kif l-inklużjoni tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali mis-setturi tat-trasport pubbliku u tall-forzi armati tista’ tikkontribwixxi għall-ksib tal-mira, peress li dawn jistgħu jitnaqqsu mill-konsum tal-enerġija finali reali f’dik is-sena partikolari.

Illustrazzjoni 2

Verifika tal-ksib tal-mira bl-użu tal-eżempju tas-sena 2031, darba mingħajr u darba bil-kunsiderazzjoni tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali mis-setturi tat-trasport pubbliku u tal-forzi armati

Image 2

4.1.3.   Reġistrazzjoni tat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali għal kull sena

Kull sena, mill-2025 ’il quddiem, l-Istati Membri se jkollhom jirrepetu l-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali tal-korpi pubbliċi bl-użu tal-istess metodoloġija u struttura tad-data użati biex tinġabar id-data għad-definizzjoni tax-xenarju bażi. F’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, id-data għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 50 000 abitant trid tinġabar mill-2027. Għall-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 5 000 abitant, dan jibda mill-2030. L-Istati Membri jaf ikunu jixtiequ jevalwaw jekk il-proċedura tal-ġbir tad-data fil-fatt taħdimx, u jekk xejra lejn it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali tkunx notevoli f’dawn il-korpi pubbliċi. Għalhekk, jista’ jkun rakkomandabbli li l-ġbir tad-data jibda b’mod parallel mal-korpi pubbliċi l-oħrajn li għalihom l-obbligu tat-tnaqqis jibda fl-2025.

L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jippermetti b’mod espliċitu li l-Istati Membri jqisu l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru meta jikkalkulaw il-konsum tal-enerġija finali tal-korpi pubbliċi tagħhom.

Barra minn hekk, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ġenerali tad-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu japplikaw aġġustamenti ulterjuri meta jikkalkulaw il-konsum tal-enerġija finali tal-korpi pubbliċi tagħhom. B’mod partikolari, dan jinkludi l-aġġustament għat-tibdil fil-livelli tas-servizz pubbliku jew l-aġġustamenti fil-każ meta l-korpi pubbliċi jiżdiedu, jitneħħew jew jiġu rristrutturati. L-aġġustament tal-konsum tal-enerġija finali għal dawn il-fatturi influwenti se jgħin ukoll biex jiġu evitati inċentivi u rilokazzjonijiet avversi maġġuri li jistgħu jiġu kkawżati mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, bħat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali miksub bl-esternalizzazzjoni jew bit-tnaqqis tal-livelli tas-servizz.

L-Istati Membri mhumiex obbligati jqisu varjazzjonijiet klimatiċi jew fatturi influwenti oħrajn. Jekk Stat Membru jagħżel li jaġġusta l-konsum tal-enerġija għal varjazzjonijiet klimatiċi jew fatturi influwenti oħrajn, dan għandu jipprovdi biżżejjed informazzjoni biex jispjega kif ġie kkalkolat l-aġġustament u x’impatt kellu l-aġġustament fuq il-konsum tal-enerġija finali rrapportat.

Skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-aġġustament tal-konsum tal-enerġija finali mill-varjazzjonijiet klimatiċi, kif deskritt b’mod partikolari fl-ISO 17742 jew l-ISO 50049, il-metodoloġija tal-aġġustament ma tridx tinbidel minn sena għall-oħra. Barra minn hekk, l-approċċ tal-aġġustament applikat irid ikun konsistenti fost is-setturi tal-konsum kolla u jista’ ma jiġix applikat b’mod selettiv għal segmenti tal-konsum speċifiċi, pereżempju, għas-setturi, is-servizzi pubbliċi jew il-gruppi tal-korpi pubbliċi.

Jekk Stat Membru jagħżel li jibdel l-approċċ magħżul wara ċertu numru ta’ snin ta’ rapportar, ikollha tiġi pprovduta spjegazzjoni komprensiva dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe bidla u, għal raġunijiet ta’ konsistenza, kalkolu mill-ġdid taċ-ċifri tal-konsum tal-enerġija finali rrapportati għas-snin preċedenti bl-applikazzjoni tal-approċċ magħżul il-ġdid fis-setturi u s-servizzi pubbliċi kollha. Dan għandu juri li l-obbligi tal-Artikolu huma ssodisfati b’mod konsistenti wkoll skont il-metodoloġija l-ġdida.

F’dan l-isfond, l-Appendiċi B ta’ dan l-Anness jiddeskrivi fil-qosor l-approċċi metodoloġiċi għall-aġġustament tal-kalkoli għall-konsum tal-enerġija finali li jitqiesu bħala xierqa skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku. L-Istati Membri jistgħu jiddevjaw mill-proċedura proposta għal raġunijiet tajbin u b’ġustifikazzjonijiet xierqa.

4.2.   Rekwiżiti ta’ politika fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791

L-Istati Membri huma liberi li jiffurmaw it- “taħlita ta’ politiki” maħsuba biex jintlaħqu l-miri tal-konsum tal-enerġija finali. Għalkemm l-Artikolu 5(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jipprovdi ftit għodod obbligatorji, il-proċessi tal-implimentazzjoni konkreti jistgħu jitfasslu mill-Istati Membri bi grad għoli ta’ flessibbiltà.

It-taqsimiet li ġejjin jenfasizzaw ir-rekwiżiti ewlenin relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

4.2.1.   Rekwiżiti relatati mal-għodod tal-ippjanar fit-tul

F’konformità mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha jistabbilixxu miżuri tal-effiċjenza enerġetika speċifiċi fl-għodod tal-ippjanar fit-tul tagħhom. Dan ifisser li l-Istati Membri jridu jimplimentaw miżuri ta’ politika xierqa li jwasslu biex ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet kollha jużaw għodod tal-ippjanar fit-tul li tal-inqas ikopru s-suġġett tal-effiċjenza enerġetika. Il-pjanijiet tal-effiċjenza enerġetika fit-tul għandhom idealment ikunu parti minn pjanijiet usa’, bħall-pjanijiet tad-dekarbonizzazzjoni jew tal-enerġija sostenibbli, fejn dawn jeżistu jew qed jinħolqu.

L-Istati Membri jistgħu jużaw bħala punt tat-tluq diversi forom ta’ pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni jew pjanijiet tal-enerġija sostenibbli li ġew żviluppati mill-awtoritajiet lokali fi ħdan inizjattivi nazzjonali u Ewropej rilevanti. (42) Normalment, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika diġà huma parti integrali mill-proċess tal-ippjanar f’dawn l-inizjattivi. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-inizjattivi jipprevedu xi tip ta’ assigurazzjoni tal-kwalità għall-pjanijiet fit-tul kif ukoll għall-proċeduri ta’ implimentazzjoni. Xi Stati Membri diġà bdew jinkorporaw ukoll kunsiderazzjonijiet dwar l-enerġija sostenibbli, inkluż l-effiċjenza enerġetika, fl-iżvilupp spazjali jew fil-pjanijiet urbani li jitħejjew mir-reġjuni u l-muniċipalitajiet fuq bażi regolari.

4.2.2.   Mitigazzjoni tal-faqar enerġetiku

Ir-rekwiżiti li l-Istati Membri jridu jissodisfaw biex jittaffa l-faqar enerġetiku u biex jiġu protetti l-klijenti vulnerabbli huma inklużi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 iżid biss li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kollha, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali (43), ikunu involuti b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-politiki relatati mal-faqar enerġetiku. B’mod partikolari, irid jiġi żgurat li l-interessi tal-gruppi ta’ prijorità (persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u gruppi vulnerabbli), jitqiesu meta jiġu ppjanati u implimentati miżuri tal-effiċjenza enerġetika, u li jittaffew l-impatti diretti jew indiretti negattivi sinifikanti tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika. Dan japplika għall-pjanijiet tal-effiċjenza enerġetika u tad-dekarbonizzazzjoni fit-tul, u b’mod partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali b’sjieda tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali, pjanijiet u politiki li jistgħu jiġu kkombinati wkoll ma’ miżuri u investimenti eliġibbli taħt il-Fond Soċjali għall-Klima.

4.2.3.   Appoġġ għall-korpi pubbliċi fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika

L-Artikolu 5(7) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jappoġġaw lill-korpi pubbliċi, li jista’ jinkludi appoġġ finanzjarju u tekniku, fl-adozzjoni ta’ miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ġeneralment, l-Istati Membri huma liberi li jfasslu l-“pakketti ta’ appoġġ” għall-korpi pubbliċi. Madankollu, jekk inħarsu lejn l-eżempji pprovduti fl-Artikolu 5(6) u (7) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, u abbażi tal-esperjenza prattika, l-appoġġ għandu jinkludi fost l-oħrajn l-elementi importanti li ġejjin: (44)

—

appoġġ tekniku u finanzjarju biex jissaħħaħ l-ippjanar fit-tul relatat mal-enerġija sostenibbli u d-dekarbonizzazzjoni fil-livell reġjonali u lokali;

—

appoġġ tekniku biex jitħejjew proġetti ta’ investiment, abbażi tal-eżiti tal-ippjanar fit-tul (“sensiela ta’ proġetti”);

—

appoġġ finanzjarju għal proġetti ta’ investiment fl-effiċjenza enerġetika, fir-rinnovazzjoni jew fid-dekarbonizzazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (45);

—

appoġġ dwar l-integrazzjoni ta’ benefiċċji usa’ tal-effiċjenza enerġetika u ta’ kunsiderazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja fi stimi tal-investiment, ipprovdut pereżempju, permezz ta’ programmi ta’ bini tal-kapaċitajiet;

—

assistenza teknika fl-applikazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, kif meħtieġ mill-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Barra minn hekk, il-miżuri ta’ appoġġ għandhom ikunu aċċessibbli għall-korpi pubbliċi kollha. Il-programmi pilota u l-miżuri b’diffużjoni limitata mhumiex biżżejjed.

4.2.4.   Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u sostituzzjoni ta’ ħiters ineffiċjenti

L-Artikolu 5(9) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiffoka fuq ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż is-sostituzzjoni ta’ ħiters qodma u ineffiċjenti bħala miżura tal-effiċjenza enerġetika partikolarment attraenti li l-korpi pubbliċi jistgħu jieħdu. Peress li l-obbligu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirreferi għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali, is-sostituzzjoni tal-bojlers tat-tisħin fossili b’tisħin distrettwali (rinnovabbli), meta fattibbli, jew b’pompi tas-sħana, twassal għal tnaqqis kbir fil-konsum tal-enerġija finali.

5.   OBBLIGI RELATATI MAL-ARTIKOLU 6 TAD-DIRETTIVA (UE) 2023/1791

L-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jissostitwixxi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE. Il-bidliet prinċipali huma:

—

il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit għar-rinnovazzjoni ta’ 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ ġie estiż mill-bini li jkollu s-sjieda tiegħu l-gvern ċentrali u li jkun okkupat minnu għall-bini kollu li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi kif definit mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2023/1791;

—

il-livell meħtieġ ta’ rinnovazzjoni żdied mir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (kif definit permezz tal-Artikolu 5 tal-EPBD) għall-istandards NZEB (kif definit permezz tal-Artikolu 2, il-punt 3, tal-EPBD) jew ZEB (kif definit permezz tal-Artikolu 11 tal-EPBD);

—

minbarra li jinkiseb livell ekwivalenti ta’ ffrankar tal-enerġija kull sena, l-approċċ alternattiv jirrikjedi li l-Istati Membri jintroduċu passaport tar-rinnovazzjoni għall-bini li jirrappreżenta mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi, kif ukoll ir-rinnovazzjoni ta’ dak il-bini għal NZEB jew għaż-ZEB qabel l-2040.

Biex jikkonformaw mal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom:

—

jiżguraw li mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ, li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi, u li jkollu erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 250 m2, tiġi rinnovata kull sena biex il-bini jiġi ttrasformat f’mill-inqas NZEB jew ZEB (approċċ prestabbilit);

—

jinnegozjaw mas-sid, għall-bini okkupat minn korpi pubbliċi iżda li ma jkollhom sjieda tiegħu, bl-għan li jiġu stabbiliti klawżoli kuntrattwali biex il-bini jsir mill-inqas NZEB jew ZEB, b’mod partikolari, meta jintlaħaq punt ta’ attivazzjoni bħat-tiġdid tal-kirja, bidla fl-użu, tiswija jew manutenzjoni sinifikanti;

—

jistabbilixxu, u jagħmlu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku, inventarju tal-bini pubbliku.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw approċċ alternattiv, li jikkonsisti mill-ksib ta’ ffrankar tal-enerġija annwali li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak miksub permezz tal-approċċ prestabbilit. Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ approċċ alternattiv, l-Istati Membri għandhom:

—

jistmaw l-iffrankar tal-enerġija li r-rinnovazzjonijiet, skont l-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, jiġġeneraw billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija tal-bini tal-korpi pubbliċi ta’ referenza qabel u wara r-rinnovazzjoni f’NZEB jew f’ZEB;

—

jiżguraw li, kull sena, jiġi introdott passaport tar-rinnovazzjoni għall-bini li jirrappreżenta mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi. Għal dak il-bini, ir-rinnovazzjoni għal NZEB għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mill-2040.

Il-bini li huwa kopert mill-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huwa bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi jew li jkun okkupat minnhom, b’erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2 (l-Artikolu 6(1) ta’ dik id-Direttiva). Bini għandu jiġi interpretat f’konformità mad-definizzjoni prevista fl-Artikolu 2, il-punt 1, tal-EPBD fejn “bini” tfisser “kostruzzjoni msaqqfa u bil-ħitan, li fiha tintuża l-enerġija biex tikkondizzjona l-ambjent intern”. “Erja totali utli tal-art” tfisser l-“erja tal-art ta’ bini jew ta’ parti ta’ bini, li fiha l-enerġija tintuża biex tikkondizzjona l-klima interna” (l-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2023/1791). Dan ifisser li bini bħal garaxxijiet jew imħażen mhux imsaħħna, pereżempju, huma esklużi mill-obbligu. It-Tabella 3 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-obbligi differenti skont il-kategoriji tal-bini inklużi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Tabella 3

Kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi differenti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791

Kategorija

Inkluż fl-inventarju

Inkluż fix-xenarju bażi (46)

Obbligu ta’ rinnovazzjoni

Kontribut għall-ksib tal-mira tar-rinnovazzjoni għal NZEB

Referenza

Artikolu 6(5)

Artikolu 6 (1–4) u 6(6)

Okkupat iżda mhux b’sjieda tal-korpi pubbliċi

IVA

LE

LE (47)

LE

B’sjieda tal-korpi pubbliċi

Bini li diġà huwa NZEB mill-1 ta’ Jannar 2024

IVA

LE

LE

LE

Akkomodazzjoni soċjali – MHUX newtrali f’termini ta’ kostijiet għar-rinovazzjoni

IVA

LE

LE

LE

Akkomodazzjoni soċjali – newtrali f’termini ta’ kostijiet għar-rinnovazzjoni

IVA

IVA

IVA

IVA

Bini li mhuwiex teknikament, ekonomikament jew funzjonalment fattibbli biex jiġi ttrasformat f’NZEB (l-Artikolu 6(2), is-subparagrafu 2)

IVA

IVA

LE

IVA (48)

Bini speċjali kif stipulat skont l-Artikolu 6(2)(a)-(c).

IVA

IVA

IVA

IVA (49)

Il-bini l-ieħor kollu fil-mira tal-obbligu ta’ rinnovazzjoni > 250 m2

IVA

IVA

IVA

IVA

Bini ieħor ≤ 250 m2

LE (50)

LE

LE

LE

L-obbligi ta’ rinnovazzjoni u ffrankar tal-enerġija stabbiliti mill-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 għandhom jiġu ssodisfati kull sena mill-Istati Membri, mid-data tat-traspożizzjoni sal-11 ta’ Ottubru 2025. Għall-finijiet tal-ġbir u tar-rapportar tad-data, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jużaw is-sena kalendarja bħala l-bażi biex jikkalkulaw u jirrapportaw l-obbligi tagħhom. Matul il-perjodu mid-data tat-traspożizzjoni sa tmiem is-sena, ir-rekwiżit li jikkonċerna l-m2 li għandhom jiġu rinnovati, jew l-iffrankar tal-enerġija li għandu jinkiseb, jista’ jiġi kkalkulat pro rata, jiġifieri 0,7 % tal-erja tal-uċuħ tal-bini kollu tal-korpi pubbliċi fl-2025, flimkien mat–2,3 % tal-bini tal-gvern ċentrali li għandu jiġi rinnovat fl-2025 f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE.

Il-kunċett tar-rinnovazzjoni tal-enerġija jiddeskrivi t-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ element tal-bini wieħed jew aktar, pereżempju l-involukru tal-bini jew is-sistemi tal-bini tekniċi, li jnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-enerġija għat-tisħin u/jew għat-tkessiħ tal-ispazju, l-ilma sħun, il-ventilazzjoni, id-dawl (fiss) u l-użu tal-enerġija awżiljarja. (51)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1019 (52) tipprovdi aktar dettalji dwar il-kunċetti ta’ fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali li huma rilevanti wkoll għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2). Hija tiddikjara li huwa f’idejn l-Istati Membri li jagħtu dettalji dwar il-każijiet speċifiċi fejn l-issodisfar tar-rekwiżiti ma jkunx fattibbli minn perspettiva teknika, ekonomika u/jew funzjonali u li jiżguraw li dawn il-każijiet ikunu identifikati, inkwadrati u ġustifikati b’mod ċar. Il-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-fattibbiltà jistgħu jvarjaw ukoll bejn it-tipi ta’ bini biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tagħhom. Il-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali għandha tiġi interpretata kif ġej:

—

Fattibbiltà teknika – Ma hemm l-ebda fattibbiltà teknika meta jkun impossibbli li r-rekwiżiti jiġu applikati minn perspettiva teknika, jiġifieri, meta l-karatteristiċi tekniċi tas-sistema jipprevjenu lir-rekwiżiti milli jiġu applikati.

—

Fattibbiltà ekonomika – Hija relatata mal-kostijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u jekk: (i) dawn il-kostijiet humiex proporzjonati fir-rigward tal-kostijiet tal-intervent ippjanat (pereżempju, immodernizzar tas-sistema); (ii) il-benefiċċji mistennija jissuperawx il-kostijiet filwaqt li titqies il-ħajja mistennija tas-sistema.

—

Fattibbiltà funzjonali – Mhuwiex funzjonalment fattibbli li jiġu applikati r-rekwiżiti jekk dawn iwasslu għal bidliet li jfixklu t-tħaddim tas-sistema jew l-użu tal-bini (jew tal-unità tal-bini), filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet speċifiċi (pereżempju, ir-regolamenti tekniċi) li jistgħu japplikaw għas-sistema u/jew għall-bini.

5.1.   Obbligi relatati mal-inventarju tal-bini tal-korpi pubbliċi

F’konformità mal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, sad-data tat-traspożizzjoni, sal-11 ta’ Ottubru 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku inventarju ta’ bini msaħħan u/jew imkessaħ, jew it-tnejn, li jkun akbar minn 250 m2 u li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi jew li jkun okkupat minnhom. Għal kull binja, l-inventarju għandu mill-inqas jinkludi l-erja tal-art f’m2, iċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC), u, fejn disponibbli, il-konsum tal-enerġija annwali mkejjel għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-elettriku u għall-ilma sħun. Dan l-inventarju għandu jiġi aġġornat tal-inqas kull sentejn. L-inventarju jappoġġa l-valutazzjoni tal-obbligi stabbiliti mill-Artikoli 6(1) sa (4) u (6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 billi jippermetti lill-Istati Membri jikkalkulaw l-erja totali maqbuda taħt il-mira ta’ 3 %, u l-m2 li għandhom jiġu rinnovati kull sena skont l-approċċ prestabbilit, jew l-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti li għandu jinkiseb skont l-approċċ alternattiv.

Il-punt tat-tluq għall-ħolqien tal-inventarju huwa li tiġi stabbilita lista tal-korpi pubbliċi kollha. Din tista’ tkun ibbażata fuq il-lista tal-korpi pubbliċi meħtieġa għall-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Għalhekk huwa rakkomandabbli li tinġabar id-data meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 6(5) flimkien mad-data meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 5 permezz tal-istess għodod. Għal kull korp pubbliku, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-bini kollu li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu. Filwaqt li l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ma jirrikjedix li l-Istati Membri jirrapportaw liema korpi huma s-sidien tal-bini jew jokkupawh, l-Istati Membri se jkollhom bżonn din l-informazzjoni għat-tfassil ta’ miżuri xierqa li huma differenti għall-bini li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi u għal dak li jkun okkupat minnhom. Huma jistgħu jużaw ukoll din l-informazzjoni biex jikkonformaw ma’ rekwiżiti oħra, bħall-ħtieġa li jaġġornaw regolarment l-inventarju u r-rabta mal-EPBD. Jista’ jkun utli wkoll li tiġi ppubblikata d-data dwar is-sjieda jew l-okkupanza, sabiex l-utenti tal-inventarju jkunu jistgħu jidentifikaw dak il-bini fejn il-korpi pubbliċi jkunu direttament responsabbli għall-miżuri tal-effiċjenza enerġetika (inkluż ir-rinnovazzjoni).

L-inventarju għandu jiġi stabbilit b’tali mod li jkun possibbli li kull bini jiġi identifikat b’mod uniku. Approċċ prattiku jista’ jkun li tintuża l-istess identifikazzjoni unika użata fl-EPC, li tista’ tvarja għal kull Stat Membru. Pereżempju, dan jista’ jkun l-indirizz u/jew l-isem tal-bini. Dan għandu jkompli jiffaċilita l-ġestjoni tal-inventarju u r-rabta ma’ bażijiet tad-data oħra meħtieġa mill-EPBD.

Abbażi tal-kategoriji identifikati fl-Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (c) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-inventarju għandu jinkludi l-bini kollu li jkollu s-sjieda tiegħu korp pubbliku jew li jkun okkupat minnu, inkluż:

—

Bini li diġà jissodisfa l-istandards tal-NZEB jew taż-ZEB;

—

Akkomodazzjoni soċjali; peress li d-definizzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali tvarja skont l-Istati Membri, id-definizzjoni nazzjonali għandha tintuża biex jiġi ddeterminat jekk bini għandux jiġi inkluż;

—

Bini li jappartjeni għall-kategoriji speċjali identifikati fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

L-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-inventarju jinkludi ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, li jfisser verżjoni elettronika, pereżempju, viżibbli bħala paġna web, PDF jew immaġni.

L-EPC jinkludi l-erja tal-art tal-bini (li għandha tinftiehem bħala erja totali utli tal-art, indikata f’m2), li tista’ tintuża biex timla l-element korrispondenti tal-inventarju.

L-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jirreġistraw il-konsum tal-enerġija mkejjel għal kull bini inkluż fl-inventarju meta dik id-data tkun disponibbli. Dan jinkludi l-konsum tal-enerġija annwali tat-tisħin, tat-tkessiħ, tal-elettriku u tal-misħun. Id-data dwar il-konsum tal-enerġija normalment tista’ tiġi identifikata faċilment, peress li tiġi pprovduta mill-fornitur tal-enerġija. Madankollu, jeħtieġ li jitqiesu l-aspetti li ġejjin:

—

It-tisħin fil-bini s-soltu jiġi pprovdut minn: sistemi elettriċi (pompi tas-sħana, HVAC, ħiters ta’ reżistenza), bojlers tal-fjuwil (gass, bijomassa, eċċ.), networks tas-sħana, jew ġenerazzjoni oħra fuq il-post (pereżempju, termali solari). F’xi każijiet, l-identifikazzjoni tal-użu tas-sħana finali hija relattivament faċli; pereżempju, in-networks tas-sħana jistgħu jirreġistraw l-ammont ta’ sħana mwassla għall-finijiet tal-kontijiet. F’każijiet oħra (pereżempju, il-bojlers tal-bijomassa), l-utenti jiġu fatturati skont l-ammont ta’ fjuwil li jixtru, li għalhekk irid jiġi kkonvertit f’kWh.

—

Il-konsum tal-elettriku tipikament se jinkludi l-enerġija użata minn tagħmir li mhuwiex direttament relatat mal-bini nnifsu. Pereżempju, bini jista’ jżomm is-servers għal organizzazzjoni sħiħa u juri konsum għoli ħafna meta mqabbel mal-valur indikat fl-EPC.

—

Jekk il-bini ma jkollux submetraġġ, jista’ ma jkunx possibbli li jiġi indikat b’mod separat l-użu tal-enerġija għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun, jekk dawn ikunu pprovduti minn tagħmir elettriku. F’dan il-każ, dawn għandhom jiġu inklużi taħt il-konsum tal-elettriku.

—

Għall-bini b’sorsi rinnovabbli fuq il-post, il-konsum tal-ġenerazzjoni fuq il-post għandu jiżdied mal-ammont nett tal-enerġija importata min-network. Il-konsum tal-enerġija totali jiġi kkalkulat bħala l-importazzjoni totali flimkien mal-ġenerazzjoni mingħajr l-esportazzjonijiet totali.

—

F’xi każijiet, mhux se jkun possibbli li tiġi pprovduta ċifra kompluta għal waħda mis-subkategoriji tal-konsum tal-enerġija, pereżempju, fil-każ ta’ bini fejn parti biss mill-bżonn għall-misħun tkun koperta minn ħiter tal-ilma solari. F’dan il-każ, l-ammont li jista’ jitkejjel ta’ misħun iġġenerat fuq il-post biss għandu jiġi rrapportat taħt is-subkategorija tal-misħun.

Meta tiġi ddefinita l-metodoloġija għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom jipprovdu struzzjonijiet ċari lill-korpi pubbliċi dwar kif id-data dwar il-konsum għandha tiġi rrapportata.

Sabiex l-inventarju jkun disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u kwalunkwe parti kkonċernata jkunu jistgħu jaċċessaw u jużaw id-data faċilment. Fil-prattika, l-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżit, pereżempju billi:

—

Jippubblikaw l-inventarju fuq sit web faċilment aċċessibbli għall-pubbliku;

—

Jippermettu aċċess liberu mingħajr reġistrazzjoni, jew wara proċess ta’ reġistrazzjoni sempliċi;

—

Jipprovdi funzjonijiet bażiċi lill-utenti, pereżempju, biex ifittxu bini speċifiku jew bini li jkollu s-sjieda tiegħu korp pubbliku speċifiku, jew permezz ta’ karatteristiċi oħra disponibbli tal-bini;

—

Jippermettu lill-utenti jniżżlu d-data kollha jew partijiet minnha.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu aktar funzjonijiet biex jiffaċilitaw l-użu tal-inventarju, pereżempju, għat-tiftix skont il-korp pubbliku jew il-belt/ir-reġjun, jew bl-indirizz.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jistabbilixxu l-inventarju sal-iskadenza tat-traspożizzjoni u jridu jaġġornawh tal-inqas kull sentejn. (53) Dawn l-aġġornamenti għandhom tal-inqas jinkludu l-modifiki li ġejjin:

—

bini mibni ġdid, bini ġdid akkwistat jew użat minn korp pubbliku;

—

bini fil-bażi tad-data li jinbiegħ jew jitwaqqa’, jew fejn il-kirja tkun intemmet;

—

bini li jgħaddi minn modifiki li jbiddlu d-daqs tiegħu;

—

bini fejn twettqet valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija aġġornata, li wasslet għal EPC ġdid;

—

bini fejn twettqet rinnovazzjoni tal-enerġija, li wasslet għal tnaqqis sinifikanti tal-enerġija.

Għall-fini tal-aġġornament tal-inventarju kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw ukoll id-data dwar il-konsum tal-enerġija għall-bini tal-korpi pubbliċi. Madankollu, sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, huwa rrakkomandat li d-data dwar il-konsum tal-enerġija tiġi aġġornata biss jekk ikun hemm bidliet sinifikanti, pereżempju, minħabba rinnovazzjoni tal-enerġija jew bidla fl-użu. Biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv, huma rakkomandati soluzzjonijiet diġitali u awtomatizzati biex jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-data. Dawn għandhom jiġu żviluppati sabiex ir-rekwiżiti assoċjati mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ikunu jistgħu jiġu ssodisfati wkoll permezz tal-istess fluss tad-data. Pereżempju, il-qari tad-data awtomatizzat mill-arloġġi intelliġenti jista’ jiġi aggregat fil-livell tal-bini u fil-livell tal-korp pubbliku, sabiex kemm l-inventarju għall-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 kif ukoll il-bażi tad-data stabbiliti għall-konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ikunu jistgħu jinżammu aġġornati regolarment.

L-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jorbtu l-inventarju mal-ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini mħejjija fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali tar-rinnovazzjoni tal-bini f’konformità mal-Artikolu 3 tal-EPBD u mal-bażijiet tad-data stabbiliti skont l-Artikolu 22 tal-EPBD. Dan jista’ jinkiseb billi l-inventarju jintrabat ma’ dawn is-settijiet tad-data permezz tal-isem tal-bini jew l-ID. Meta l-EPBD tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw l-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2) għall-bini pubbliku, dan jista’ jiġi estratt mill-inventarju mħejji għall-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Id-data miġbura biex jiġi stabbilit l-inventarju meħtieġ mill-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tista’ tintuża biex timtela l-ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali, iżda se jkunu meħtieġa sorsi oħra ta’ data.

L-Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiddikjara li d-data disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku mill-inventarju (dwar il-karatteristiċi tal-istokk tal-bini, ir-rinnovazzjoni tal-bini u r-rendiment fl-użu tal-enerġija) tista’ tiġi aggregata mill-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari (EU BSO, EU Building Stock Observatory) biex jiġi żgurat fehim aħjar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-settur tal-bini permezz ta’ data komparabbli. L-EU BSO huwa għodda li timmonitorja r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija madwar l-UE (54). L-inventarju stabbilit għall-Artikolu 6(5) għandu jikkontribwixxi għat-titjib tad-data u tal-informazzjoni fl-EU BSO billi jipprovdi data dwar l-istokk tal-bini tal-korpi pubbliċi, inkluż iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-bini NZEB, u l-konsum tal-enerġija. Bħala minimu, ir-rekwiżit ikun issodisfat jekk l-Istati Membri jikkondividu d-data tal-inventarju mal-EU BSO f’konformità mal-modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. .

5.2.   Obbligu ta’ konformità mal-mira tar-rinnovazzjoni annwali

Ir-rata tar-rinnovazzjoni ta’ 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja utli totali tal-art ta’ aktar minn 250 m2 b’sjieda tal-korpi pubbliċi u li, fl-1 ta’ Jannar 2024, ma tkunx NZEB. Dan ifisser li l-mira annwali tar-rinnovazzjoni ta’ 3 % hija bbażata fuq valur fiss (xenarju bażi) matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni sħiħ.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema bini jirrinnovaw sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni ta’ 3 %, filwaqt li jqisu kif xieraq il-kosteffettività u l-fattibbiltà teknika fl-għażla tal-bini li għandu jiġi rinnovat. Jekk l-Istati Membri jivvalutaw li mhuwiex teknikament, ekonomikament jew funzjonalment fattibbli li bini speċifiku jiġi ttrasformat f’NZEB u jirrinnovaw dak il-bini għal livell aktar baxx, huma ma għandhomx jgħoddu r-rinnovazzjoni ta’ dak il-bini għall-issodisfar tar-rekwiżit. Madankollu, dan il-bini xorta għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ bini użat għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni annwali (jiġifieri, fix-xenarju bażi). L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll li d-definizzjoni ta’ NZEB tinkludi l-kunċett ta’ kosteffettività.

Bħala eċċezzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti inqas stretti mir-rinnovazzjoni għal NZEB jew ZEB għal bini li jappartjeni għall-kategoriji li ġejjin (l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791):

—

Bini protett (55), sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija minimi tbiddel il-karattru jew l-apparenza tiegħu b’mod inaċċettabbli;

—

Bini b’sjieda tal-forzi armati jew tal-gvern ċentrali u li jservi finijiet tad-difiża nazzjonali. Din id-dispożizzjoni ma tinkludix il-postijiet ta’ għajxien singoli jew il-bini tal-uffiċċji;

—

Bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi.

Din id-dispożizzjoni tfisser li dan il-bini għandu jiġi inkluż fil-kalkolu tax-xenarju bażi, u jista’ jingħadd għall-ksib tal-mira anki jekk jilħaq standard tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li mhux NZEB jew ZEB. Ir-rinnovazzjoni ta’ dan il-bini għal standard li jkun aktar baxx minn NZEB jew ZEB għandha tkun qrib kemm jista’ jkun tal-istandard NZEB jew ZEB biex dawn jingħaddu mal-mira, meta jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tal-bini. Biex jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu dan il-livell minimu skont il-karatteristiċi tal-bini, jew grupp ta’ bini b’karatteristiċi simili.

Akkomodazzjoni soċjali

Għall-fini tal-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-akkomodazzjoni soċjali tkopri l-bini kollu (inkluż bini b’aktar minn appartament wieħed u djar singoli) b’erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 250 m2 b’sjieda tal-korpi pubbliċi għall-finijiet li jipprovdi akkomodazzjoni soċjali u li, fl-1 ta’ Jannar 2024, ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ NZEB applikabbli fl-Istat Membru rilevanti. L-Istati Membri għandhom jirreferu għad-definizzjoni nazzjonali ta’ akkomodazzjoni soċjali. Il-bini b’sjieda mħallta għandu jiġi inkluż fl-obbligu ta’ rinnovazzjoni, jekk jiġu ssodisfati l-kriterji tal-erja tal-art għall-partijiet li jkollu s-sjieda tagħhom il-korp pubbliku.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw lill-akkomodazzjoni soċjali mill-obbligu ta’ rinnovazzjoni, jekk ir-rinovazzjoni twassal għal żidiet fil-kera għall-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali li ma tistax tiġi llimitata għall-ekwivalenti tal-iffrankar ekonomiku minn fuq il-kont tal-enerġija. Għal dan il-fini, l-Istati Membri jistgħu jistmaw l-iffrankar minn fuq il-kont tal-enerġija li jirriżulta mir-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali (filwaqt li jitqiesu l-iffrankar tal-enerġija u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija) u jivvalutaw jekk dan huwiex biżżejjed biex ikopri l-kostijiet tar-rinnovazzjoni. Meta l-iffrankar ekonomiku minn fuq il-kont tal-enerġija ma jkoprix il-kostijiet tar-rinnovazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw għażliet alternattivi biex jevitaw li l-kostijiet tar-rinnovazzjoni kollha jingħaddu lir-residenti, pereżempju, billi jiffinanzjaw parti mill-kost permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament pubbliċi jew privati, inkluż permezz ta’ miżuri u investimenti eliġibbli taħt il-Fond Soċjali għall-Klima. Dan il-każ għandu jiġi applikat f’sitwazzjonijiet fejn il-kera tiġi ċċarġjata proporzjonalment għall-valur tad-dar u fejn il-kostijiet tat-titjib tad-dar (inkluż ir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija) jingħaddu lill-unitajiet domestiċi fil-forma ta’ kirjiet miżjuda.

Newtrali f’termini ta’ kostijiet tfisser li l-investiment meħtieġ biex jiġi rinnovat il-bini jkun daqs jew inqas mill-ekwivalenti monetarju tal-benefiċċji tul il-ħajja li jistgħu jkunu mistennija wara r-rinnovazzjoni. Sabiex jiġi evalwat jekk dan huwiex il-każ, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu metodoloġiji xierqa li jispeċifikaw kif għandhom jiġu stabbiliti l-parametri meħtieġa għall-kalkolu, bħall-kostijiet tar-rinnovazzjoni, ir-rati ta’ skont, il-prezzijiet tal-enerġija futuri, il-konsum qabel u wara r-rinnovazzjoni, eċċ.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kostijiet rilevanti oħra imposti mill-akkomodazzjoni soċjali, kif ukoll benefiċċji oħra li jistgħu jinkisbu wara rinnovazzjoni għal NZEB. Pereżempju, l-unitajiet domestiċi li jikru akkomodazzjoni soċjali jistgħu jibbenefikaw minn tariffi (aktar baxxi) imfassla biex jgħinu lill-gruppi ta’ prijorità (bħal persuni affettwati mill-faqar enerġetiku, klijenti vulnerabbli, persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, meta applikabbli, persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali) bil-kontijiet tal-enerġija tagħhom, jew il-kont tal-enerġija jista’ jitħallas parzjalment jew kompletament minn skemi ta’ appoġġ soċjali, jew għodod oħra li huma disponibbli f’kull Stat Membru, inkluż l-esplorazzjoni tal-opportunitajiet offruti minn fondi rotanti u proġetti tal-enerġija rinnovabbli b’sjieda tal-komunità, jiġifieri l-kondiviżjoni tal-enerġija solari fost il-kerrejja f’akkomodazzjoni soċjali li jfornu elettriku ekoloġiku bi prezz aktar baxx. Ir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija jnaqqsu l-kont tal-enerġija, u b’hekk inaqqsu dawn il-kostijiet tal-enerġija indiretti li jaf ma jkunux evidenti jekk jitqies biss il-kont tal-enerġija. Il-kostijiet tal-manutenzjoni mnaqqsa u kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar wara r-rinnovazzjoni huma aspetti oħra li għandhom jitqiesu bħala parti mill-valutazzjoni tan-newtralità tal-kostijiet.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw in-newtralità tal-kostijiet tal-intervent abbażi tal-kostijiet stmati u l-valuri tal-konsum iżda jistgħu jikkunsidraw li jillimitaw kwalunkwe żieda fil-kera ta’ wara r-rinnovazzjoni għall-inkwilini tal-akkomodazzjoni soċjali għall-ammont ta’ ffrankar miksub fuq il-kont tal-enerġija. Eżempju fittizju huwa r-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali li tiswa EUR 30 000 u tiffranka 12 000 kWh fis-sena fl-użu tal-enerġija. Jekk l-unitajiet domestiċi jħallsu rata medja ta’ EUR 0,25 għal kull kWh, jiffrankaw EUR 3 000 fis-sena, iżda jekk l-unità domestika tibbenefika minn tariffa mnaqqsa, pereżempju EUR 0,10 għal kull kWh, l-iffrankar annwali jammonta għal EUR 1 200. Barra minn hekk, jekk l-unità domestika tkun użat inqas mill-konsum tal-enerġija stmat għal dik l-abitazzjoni, l-iffrankar li jinkiseb fil-prattika jkun ta’ inqas minn EUR 1 200. F’dan il-każ, ma jkunx possibbli li jiġi rkuprat l-investiment, anki jekk ikunu ntużaw rati ta’ skont baxxi ħafna; madankollu, dan huwa minħabba li l-kost soċjalizzat (rati tal-elettriku sussidjati, f’dan l-eżempju) u l-fatt li l-inkwilini ma jsaħħnux biżżejjed id-djar tagħhom mhux jitqiesu kif xieraq. Sabiex tinkiseb in-newtralità tal-kostijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw is-sussidji riċevuti mill-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali u jgħinuhom ikopru l-kostijiet tar-rinnovazzjoni li ma jistgħux jirkupraw mingħand l-inkwilini.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu metodoloġija xierqa biex jevalwaw jekk il-kundizzjoni tan-newtralità tal-kostijiet hijiex issodisfata. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu rata ta’ skont xierqa biex jiġu attwalizzati l-kostijiet tal-manutenzjoni u l-kontijiet tal-enerġija, iżda din għandha tiġi stabbilita f’livell realistiku, pereżempju, għall-kost tal-kapital għall-korp pubbliku jew għar-rata ta’ skont soċjali (56). Dan huwa differenti mit-test tal-fattibbiltà ekonomika, fejn jaf ikun xieraq li jiġi inkluż marġni ta’ profitt u rata ta’ skont ogħla, biex tiġi riflessa r-remunerazzjoni tar-riskju.

Il-prinċipju tan-newtralità tal-kostijiet jista’ jitqies bħala rispettat meta l-kundizzjoni li ġejja tkun vera:

Formula

Fejn:

RC

:

kostijiet imġarrba għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini;

E

:

kont tal-enerġija totali;

OC

:

kostijiet oħrajn;

OB

:

benefiċċji oħrajn;

br

:

qabel ir-rinnovazzjoni;

ar

:

wara r-rinnovazzjoni;

r

:

ir-rata ta’ skont applikata;

i

:

sena li għaliha huma stmati l-kostijiet u l-benefiċċji;

rl

:

il-bqija tal-ħajja tal-bini eżistenti qabel ir-rinnovazzjoni.

In-naħa tal-lemin tal-ekwazzjoni tirrappreżenta l-iffrankar fil-kostijiet operazzjonali tal-bini li jinkisbu matul il-ħajja utli, skontati b’mod xieraq. L-ekwazzjoni hija ppreżentata bħala addizzjoni minħabba li l-Istati Membri jaf ikunu jridu jikkunsidraw il-bidliet fil-kost tal-enerġija u kostijiet u benefiċċji oħrajn mistennija fis-snin li ġejjin.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu d-dettalji tal-metodoloġija, madankollu, il-valutazzjoni għandha tkun konsistenti mad-definizzjoni tan-newtralità tal-kostijiet u l-aħjar prattika. L-aspetti li ġejjin għandhom jitqiesu mill-Istati Membri għall-valutazzjoni:

—

Il-valutazzjoni ma għandhiex tqis il-kostijiet tal-enerġija reali mħallsa mill-unitajiet domestiċi li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali jekk dawn ikunu inqas mill-prezz tas-suq, iżda kont nozzjonali kkalkolat fuq ir-rati medji u bbażat fuq il-konsum stmat, pereżempju, f’konformità mal-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Anness I tal-EPBD. Madankollu, l-iffrankar tal-enerġija miksub verament mill-kerrejja biss għandu jitqies meta tiġi stmata ż-żieda fil-kera.

—

Il-kost tas-sostituzzjoni tal-elementi tal-bini li jkunu laħqu t-tmiem tal-ħajja tagħhom għandu jitqies meta jiġi stmat il-kost tar-rinnovazzjoni tal-enerġija. Pereżempju, jekk bojler tal-gass ikollu jiġi sostitwit, il-kost tar-rinnovazzjoni tal-enerġija għandu jinkludi biss id-differenza fil-kost bejn sistema effiċjenti fl-enerġija (pereżempju, pompa tas-sħana) meta mqabbla mal-alternattiva l-aktar probabbli disponibbli fis-suq biex tissostitwixxi l-bojler tal-gass.

—

It-tul tal-ħajja mistenni tal-elementi sostitwiti għandu jitqies fil-valutazzjoni tal-benefiċċji u għandu jiġi stmat b’mod simili bħal fil-metodoloġija applikata biex jiġi evalwat il-livell kostottimali f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (57). Għall-kalkolu tal-valur residwu ta’ bini, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-Anness I tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 244/2012 li jistabbilixxi qafas komparattiv għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini. Dan jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jużaw perjodu ta’ kalkolu ta’ 30 sena għall-bini residenzjali u pubbliku, u perjodu ta’ kalkolu ta’ 20 sena għall-bini kummerċjali u mhux residenzjali.

—

Dħul ieħor, pereżempju minn pannelli fotovoltajċi solari, għandu jitqies bħala parti mill-benefiċċji l-oħrajn wara r-rinnovazzjoni.

—

Ir-rinnovazzjonijiet jistgħu jagħtu bidu għal xogħlijiet addizzjonali, jew bħala rekwiżit regolatorju jew immirati lejn titjib addizzjonali fil-bini. Pereżempju, ir-rinnovazzjoni ta’ binja tista’ tirrikjedi li l-binja tiġi modifikata skont ir-regolamenti dwar is-sikurezza tan-nar, l-aċċessibbiltà jew il-wajers elettriċi; jew, li jinfetħu żoni tal-għajxien ġodda (bħal bejt). L-Istati Membri għandhom jispjegaw fil-metodoloġija kif jitneħħew il-kostijiet ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-kostijiet tar-rinnovazzjoni; madankollu, meta dan ma jkunx possibbli, il-benefiċċji addizzjonali pprovduti minn dawn il-kostijiet għandhom jiġu inklużi bħala Benefiċċji oħrajn wara r-rinnovazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll aspetti oħrajn:

—

id-differenza fil-valur tal-bini qabel u wara r-rinnovazzjoni (il-valur residwu ta’ bini fi tmiem il-perjodu kkunsidrat);

—

stima taż-żieda fil-kumdità għar-residenti.

L-akkomodazzjoni soċjali li ma tissodisfax il-kriterji tan-newtralità tal-kost tista’ tiġi eskluża mix-xenarju bażi. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jeskludu parti mill-akkomodazzjoni soċjali tagħhom jew kollha kemm hi mix-xenarju bażi, huma għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni għaliex ir-rinnovazzjoni ta’ dan il-bini ma tkunx newtrali f’termini ta’ kostijiet jew twassal għal żidiet fil-kera li jmorru lil hinn mill-iffrankar fuq il-kont tal-enerġija.

Peress li l-valutazzjoni tan-newtralità tal-kost u l-eżenzjoni possibbli tal-akkomodazzjoni soċjali għandhom impatt fuq il-kalkolu tal-mira tar-rinnovazzjoni annwali, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-valutazzjoni tan-newtralità tal-kost tal-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali kollu qabel l-iskadenza tat-traspożizzjoni. L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi differenti għall-valutazzjoni tan-newtralità tal-kost minn qabel:

—

Jekk l-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali jkun relattivament omoġenju, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valuri standard għall-istima tal-kostijiet u l-benefiċċji għat-tipi ta’ akkomodazzjoni ewlenin. Dawn il-valuri jistgħu jkunu relatati ma’ fatturi bħas-sena tal-kostruzzjoni u s-sena tal-aħħar rinnovazzjoni, u jippermettu valutazzjoni rapida tan-newtralità tal-kost fl-istokk kollu.

—

Jekk l-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali jkollu karatteristiċi sinfikament differenti, l-Istati Membri għandhom iwettqu sensiela ta’ valutazzjonijiet imfassla apposta, bl-għan li jiksbu stampa biżżejjed dettaljata tal-istokk kollu.

Minħabba li l-valutazzjoni tan-newtralità tal-kost trid titwettaq qabel ix-xogħol tar-rinnovazzjoni, l-evalwazzjoni għandha tqis l-istatus tal-bini (inkluż il-ħajja li jifdal tal-elementi differenti tal-bini) fil-mument li fih issir il-valutazzjoni.

Kategoriji speċjali ta’ bini kif definit fl-Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (c), tad-Direttiva (UE) 2023/1791

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jispeċifika li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti li huma inqas stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta’ dik id-Direttiva għal xi kategoriji ta’ bini kif definit fl-Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (c), tad-Direttiva (UE) 2023/1791). Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata bħala obbligu ta’ rinnovazzjoni li jista’ jiġi ssodisfat billi dan il-bini jiġi rinnovat għal livell ta’ prestazzjoni li mhux ta’ NZEB jew ZEB, għalkemm b’mod awtomatiku, kull meta jkun possibbli, dan il-bini jiġi rinnovat għal NZEB jew ZEB. L-Istati Membri iridu dejjem jinkludu l-bini li jappartjeni għall-kategoriji speċjali fix-xenarju bażi għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni ta’ 3 %. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu r-rinnovazzjoni ta’ dan il-bini mal-kwota tar-rinnovazzjoni annwali anki jekk dan jiġi rinnovat bi standard differenti. Filwaqt li rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni inqas stretti jistgħu jiġu applikati għal bini b’sjieda tal-forzi armati jew tal-gvern ċentrali u li jservi finijiet tad-difiża nazzjonali, postijiet ta’ għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji għall-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali jridu jiġu rinnovati sal-livell ta’ NZEB jew ZEB sabiex jingħaddu għall-mira annwali.

Għall-identifikazzjoni ta’ bini li jappartjeni għal dawn il-kategoriji, l-Istati Membri għandhom jerġgħu lura għall-metodoloġiji diġà eżistenti. Pereżempju, għall-bini protett uffiċjalment u postijiet ta’ qima u ta’ attivitajiet reliġjużi, tista’ tintuża l-istess metodoloġija użata għall-finijiet tal-EPBD.

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ma jimponi l-ebda obbligu espliċitu fuq l-Istati Membri biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-approċċ tagħhom lejn kategoriji speċjali ta’ bini, iżda l-kriterji stabbiliti għall-bini protett jirrikjedu li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni. Għall-forzi armati jew għall-bini tad-difiża u l-bini użati bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi, l-Istati Membri huma meħtieġa biss juru li dan il-bini jappartjeni ma’ dawn il-kategoriji. Dan jista’ jsir meta r-rinnovazzjoni ta’ dan il-bini tingħadd mal-kwota tar-rinnovazzjoni annwali, peress li l-bini kollu li jappartjeni mal-kategoriji speċjali jrid jiġi inkluż fix-xenarju bażi għall-kalkolu tar-rekwiżit annwali.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar il-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li l-bini f’dawn il-kategoriji se jkollu bżonn jikseb sabiex jingħadd mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali u jiġġustifikaw dawn il-livelli ta’ rendiment. Il-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jkun konformi mal-għan tal-Artikolu 6, jiġifieri, li l-miżuri kollha għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u t-trasformazzjoni tal-bini f’NZEB jew ZEB għandhom jiġu implimentati, sakemm ma jaffettwawx il-karattru jew l-użu tal-bini, jew ikunu sproporzjonati.

Għall-bini speċjali (l-Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (c), tad-Direttiva (UE) 2023/1791) u għall-bini li l-Istati Membri jagħżlu li ma jirrinnovawx abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ fattibbiltà (l-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2023/1791), l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istabbiliment ta’ metodoloġija xierqa li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ bini li ma jkunx fattibbli li jiġi rinnovat f’NZEB jew ZEB abbażi ta’ kriterji standard. Il-metodoloġija jeħtieġ li tqis il-kostijiet tar-rinnovazzjoni, l-iffrankar tal-enerġija u l-kostijiet jew l-impatti addizzjonali assoċjati mal-karatteristiċi tal-bini li jassenjawha għal kategorija speċjali. Il-metodoloġija u l-kriterji jistgħu jiġu applikati għall-gruppi ta’ bini, minflok fil-livell tal-bini; pereżempju, spazju għall-uffiċji mibni f’ċertu perjodu bl-istess proċess tal-kostruzzjoni. L-indikaturi rilevanti, li jistgħu jitqiesu mill-Istati Membri biex jivvalutaw il-komparabbiltà tal-bini, huma:

a.

Il-karatteristiċi tal-bini

—

It-tip ta’ bini (pereżempju, residenzjali, uffiċċju, edukazzjonali, sptar);

—

Is-sena tal-kostruzzjoni;

—

Il-kejl tad-daqs fiżiku (pereżempju, l-erja tal-art);

—

L-erja tal-art imsaħħna u/jew imkessħa;

—

L-erja tal-ħitan ta’ barra;

—

Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika (pereżempju, l-impermeabbiltà tal-arja, il-proporzjon tat-twieqi mal-ħajt, it-tipi ta’ twieqi, il-livelli ta’ iżolazzjoni, il-ħġieġ doppju, it-tidwil effiċjenti, it-timers tal-ħiter, il-ħin mill-aħħar aġġustament tat-tisħin);

—

Is-sistemi ta’ bini difettużi (pereżempju, is-sistemi ta’ tisħin, l-installazzjonijiet elettriċi, l-involukru tal-bini).

b.

Il-fatturi klimatiċi

—

Iż-żona klimatika;

—

Il-kopertura tas-sħab.

c.

L-ippjanar urban

—

Id-densità tal-viċinati;

—

Il-miżuri li jtaffu l-impatti tat-temp (pereżempju, it-tqegħid strateġiku tal-veġetazzjoni).

5.2.1.   Rinnovazzjoni ta’ bini li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi

Sabiex jissodisfaw l-obbligu ta’ rinnovazzjoni, l-Istati Membri l-ewwel jeħtieġ li jistabbilixxu l-erja totali utli tal-art li, fl-1 ta’ Jannar 2024, taqa’ taħt l-obbligu (xenarju bażi). Abbażi ta’ din iċ-ċifra, l-Istati Membri jistgħu jistmaw il-mira tar-rinnovazzjoni annwali (3 % tax-xenarju bażi).

Biex ikunu parti mix-xenarju bażi, il-bini għandu jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

—

Ikollu erja totali utli tal-art li tkun akbar minn 250 m2;

—

B’sjieda tal-korpi pubbliċi, kif definit mill-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2023/1791;

—

Ma jintlaħaqx l-istandard NZEB fl-1 ta’ Jannar 2024;

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-akkomodazzjoni soċjali mix-xenarju bażi, fejn ir-rinnovazzjonijiet ma jkunux newtrali f’termini ta’ kostijiet jew fejn ir-rinnovazzjoni twassal għal żidiet fil-kera li mhumiex limitati għall-ekwivalenti tal-iffrankar ekonomiku fuq il-kont tal-enerġija.

Ladarba jkun ġie stabbilit ix-xenarju bażi, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-mira tar-rinnovazzjoni annwali li jeħtieġ li jissodisfaw. Il-formula li ġejja għandha tintuża biex tiġi kkalkulata l-mira tar-rinnovazzjoni annwali minima:

Formula

Fejn:

m2 tal-erja totali utli tal-art hija s-somma tal-erja utli tal-art tal-bini kollu inkluż fix-xenarju bażi;

rr hija r-rata tar-rinnovazzjoni ta’ 3 % stabbilita mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Eżempju numeriku huwa stabbilit fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-mira tar-rinnovazzjoni annwali f’termini ta’ m2 tibqa’ l-istess fil-perjodu li matulu d-Direttiva (UE) 2023/1791 hija effettiva. Din hija bidla meta mqabbla mad-Direttiva 2012/27/UE li fiha l-mira tar-rinnovazzjoni annwali kellha tiġi kkalkulata kull sena abbażi tal-erja tal-art li ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija minimi nazzjonali. Id-Direttiva (UE) 2023/1791 timplika li r-rata tar-rinnovazzjoni annwali meħtieġa se tkun sinifikament ogħla meta mqabbla mal-metodu użat fid-Direttiva 2012/27/UE. Dan ifisser ukoll li x-xenarju bażi stabbilit sa tmiem l-ewwel perjodu ta’ rapportar, u konsegwentement il-mira tar-rinnovazzjoni annwali, ma tridx tiġi aġġornata meta bini jinbiegħ, jitwaqqa’, jiġi akkwistat jew jinbena. Hemm każijiet speċjali li jipprovdu lill-Istati Membri b’ċertu grad ta’ flessibbiltà biex jilħqu l-mira tar-rinnovazzjoni annwali. Dawn il-każijiet huma spjegati hawn taħt.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ix-xenarju bażi tagħhom (m2 totali ta’ bini li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu) u l-mira tar-rinnovazzjoni annwali (ukoll f’m2) lill-Kummissjoni fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58) (ara l-Kapitolu 7.1). Bħala parti minn din il-komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll il-m2 tal-bini li jaqa’ fil-kategoriji speċjali tal-Artikolu 6(2a-c). L-ammont ta’ m2 rinnovati li jista’ jingħadd mar-rekwiżit annwali għandu jiġi kkomunikat mill-Istati Membri fir-rapporti biennali f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, fejn issir distinzjoni bejn il-m2 ta’ bini rinnovat li jaqa’ fil-kategoriji speċjali tal-Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (c), tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Antiċipazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija

Bl-għan li tipprovdi inċentiv għal azzjoni bikrija, id-Direttiva (UE) 2023/1791 tippermetti lill-Istati Membri li jirrinnovaw aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tagħhom f’sena partikolari jgħoddu dan l-hekk imsejjaħ surplus ta’ rinnovazzjoni mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali tas-snin ta’ wara (l-Artikolu 6(3)). Sal-31 ta’ Diċembru 2026, is-surpluses ta’ rinnovazzjoni miksuba f’sena partikolari jistgħu jingħaddu mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali tat-tliet snin ta’ wara. Mill-1 ta’ Jannar 2027, is-surpluses ta’ rinnovazzjoni miksuba f’sena partikolari jistgħu jingħaddu biss mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali tas-sentejn ta’ wara. Fil-prattika dan ifisser li jekk, pereżempju, Stat Membru jirrinova 3,5 % tal-erja totali utli tal-istokk tal-bini tiegħu fis-sena X, fis-sena X+1 ikun jeħtieġ li jirrinova biss 2,5 % tal-erja totali utli; jekk l-Istat Membru jirrinova 3 % tal-erja totali utli anki fis-sena X+1, id-differenza ta’ 0,5 % tista’ tintuża fis-sena X+2 biex ir-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni jitbaxxa għal 2,5 %. It-tqassim tal-ammont żejjed miksub matul is-sentejn (pereżempju, 0,25 % fis-sena X+1 u 0,25 % fis-sena X+2) huwa possibbli wkoll.

Twaqqigħ u sostituzzjoni

F’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, jgħoddu l-erja utli tal-art ta’ bini ġdid li jkollhom is-sjieda tiegħu bħala sostitut għal bini mwaqqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali. L-għadd tal-NZEB jew taż-ZEB ġodda mal-ksib tar-rata tar-rinnovazzjoni annwali huwa permess biss jekk jiġu ssodisfati żewġ kriterji:

—

Kriterju 1 – Il-bini l-ġdid huwa sostitut għall-bini ta’ korp pubbliku mwaqqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti; u

—

Kriterju 2 – It-twaqqigħ u s-sostituzzjoni tal-bini attwali b’bini ġdid huma aktar kosteffettivi u sostenibbli f’termini tal-użu tal-enerġija u tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja miksuba meta mqabbla mar-rinnovazzjoni tal-bini attwali. L-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja jinkludu l-emissjonijiet tas-CO2 integrati u operazzjonali, u l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-twaqqigħ tal-bini l-antik.

Il-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat it-tieni kriterju huma murija fit-Tabella 4.

Tabella 4

Kriterji għat-twaqqigħ u s-sostituzzjoni

Parametri

Kundizzjoni

Kosteffettività

Il-kost totali tat-twaqqigħ ta’ bini attwali (f’ewro) + Il-kost totali tal-kostruzzjoni ta’ bini ġdid (f’ewro) < Il-kost totali tar-rinnovazzjoni ta’ bini attwali (f’ewro)

Sostenibbiltà

(L-użu tal-enerġija totali (f’kWh) tal-bini rinnovat matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat u li jifdal tiegħu + l-użu tal-enerġija (f’kWh) matul il-fażi tar-rinnovazzjoni) > (L-użu tal-enerġija totali (f’kWh) ta’ bini ġdid matul l-istess numru ta’ snin + L-użu tal-enerġija totali (f’kWh) matul il-fażi tat-twaqqigħ u tal-kostruzzjoni)

U

(L-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja (f’tCO2e) tal-bini rinnovat matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat u li jifdal tiegħu + L-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja (f’tCO2e) matul il-fażi tar-rinnovazzjoni) > (l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja (f’tCO2e) tal-bini ġdid matul l-istess numru ta’ snin + l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja (f’tCO2e) matul il-fażi tat-twaqqigħ u tal-kostruzzjoni)

Iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri f’konformità mal-EPBD. Il-bini mwaqqa’ li jiġi rinnovat u l-bini l-ġdid għandhom jitqabblu matul l-istess perjodu ta’ żmien (jiġifieri, iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomiku stmat kollu jew li jifdal tal-bini attwali).

Il-kundizzjoni tas-sostenibbiltà tista’ tiġi ssodisfata pereżempju jekk rinnovazzjoni b’materjali intensivi fl-użu tal-enerġija u fis-CO2 (pereżempju, konkrit, azzar) tiġi sostitwita b’rikostruzzjoni b’materjali b’użu baxx tal-enerġija u b’kontenut baxx ta’ CO2 (pereżempju, prodotti derivati mill-injam u mill-bijomassa).

F’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw b’mod ċar il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u l-proċeduri użati biex jidentifikaw il-każijiet eċċezzjonali li taħthom jistgħu jgħoddu l-bini ġdid b’sjieda bħala sostitut għall-bini mwaqqa’ mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali.

Meta jistabbilixxu l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-istandards u l-metodoloġiji msemmija mill-Kummissjoni biex jiżguraw stimi akkurati. Pereżempju:

—

Il-Kummissjoni Ewropea, il-Pjattaforma Ewropea dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja. (https://eplca.jrc.ec.europa.eu/lifecycleassessment.html)

—

EN 15978:2011 Sustainability of construction works. Assessment of environmental performance of buildings. Calculation method. (https://www.en-standard.eu/bs-en-15978-2011-sustainability-of-construction-works-assessment-of-environmental-performance-of-buildings-calculation-method/)

—

ISO 14040:2006 Environmental management – Life cycle assessment – principles and framework (https://www.iso.org/obp/ui/#iso:std:iso:14040:ed-2:v1:en)

—

ISO 14044:2006 Environmental management – Life cycle assessment – requirements and guidelines (https://www.iso.org/obp/ui/#iso:std:iso:14044:ed-1:v1:en).

5.2.2.   Negozjar ta’ klawżoli kuntrattwali għall-bini okkupat

L-Artikolu 6(1), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jistabbilixxi wkoll obbligu li japplika speċifikament għall-bini li jkun okkupat minn korpi pubbliċi iżda li ma jkollhom is-sjieda tiegħu. Bħal fil-każ tal-obbligu li jiġi rinnovat bini li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, huwa biss il-bini li għandu erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 250 m2 li huwa inkluż fl-obbligu. Fir-rigward ta’ dan il-bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi jinnegozjaw mas-sidien tal-bini, bl-għan li jistabbilixxu klawżoli kuntrattwali li jirriżultaw fit-trasformazzjoni tal-bini mikri f’mill-inqas NZEB jew ZEB. L-Artikolu 6(1), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jenfasizza l-ħtieġa li jittieħed vantaġġ mill-punti ta’ attivazzjoni fil-kuntratt, bħat-tiġdid ta’ ftehimiet għall-kiri, il-bidla fl-użu u xogħol sinifikanti ta’ tiswija jew manutenzjoni, biex jinbdew in-negozjati. Il-korpi pubbliċi li jokkupaw il-bini jistgħu jenfassizaw lis-sidien tal-bini kif jistgħu jibbenefikaw mir-rinnovazzjoni: din iżżid il-valur tal-bini tagħhom, li jista’ jiġġustifika żidiet fil-kera konsegwenti; iżżid it-tul tal-ħajja tal-bini permezz tar-rendiment imtejjeb u tal-kwalità tal-elementi tal-bini; tnaqqas il-kostijiet tal-manutenzjoni kontinwi; twassal għall-konformità mal-kodiċijiet u r-rekwiżiti tal-bini nazzjonali (bħal standards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija minimi possibbli); tattira lill-inkwilini u timminimizza l-perjodi ta’ waqfien.

B’mod partikolari biex jgħinu jindirizzaw il-kwistjoni tal-inċentivi maqsuma, meta l-korpi pubbliċi jkunu okkupant ewlieni tal-bini u jkollhom l-intenzjoni li jikru l-bini fit-tul, jistgħu pereżempju joffru li jħallsu ċertu proporzjon tal-kostijiet tar-rinnovazzjoni (jew permezz ta’ pagament ta’ darba jew billi jaqblu fuq żieda fil-kera) jew jistgħu jikkunsidraw li jfittxu bini ġdid, jekk is-sid tal-bini ma jkunx lest li jirrinova. Possibbiltà oħra hija li ssir referenza għall-Kumpaniji ta’ Servizzi tal-Enerġija (ESCOs) (59), li jistgħu jiffinanzjaw ir-rinnovazzjoni bi skambju għal pagamenti kontinwi mill-awtorità pubblika jew mis-sid tal-bini.

Approċċi utli oħrajn jinkludu:

—

L-Istati Membri jistgħu jaġġornaw il-proċeduri tal-akkwist li l-korpi pubbliċi kollha huma mistennija jsegwu fir-rigward tal-kiri ta’ bini ġdid u l-ġestjoni tal-kuntratti tal-bini li attwalment għandhom is-sjieda tiegħu.

—

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu gwida u mudelli lill-korpi pubbliċi dwar kif jifformulaw il-ftehimiet għall-kiri sabiex jiġu inklużi klawżoli xierqa fil-kuntratt.

—

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-korpi pubbliċi kollha jdaħħlu klawżoli obbligatorji xierqa fil-ftehimiet għall-kiri tagħhom sabiex l-obbligu ta’ rinnovazzjoni jsir standard. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għażliet konkreti biex jappoġġaw lill-korpi pubbliċi fejn is-sid privat ma jaqbilx mal-kundizzjonijiet standard.

—

Peress li l-Istati Membri huma obbligati jirrinnovaw sehem kbir mill-istokk tal-bini tagħhom, u minħabba li t-trasformazzjoni f’mill-inqas NZEB jew ZEB tista’ tirrikjedi xogħol sostanzjali, il-korpi pubbliċi jistgħu jidentifikaw dak il-bini b’sjieda tal-korpi pubbliċi u li attwalment mhux jintuża jew mhux jintuża biżżejjed, li jista’ jintuża biex jospita korpi li attwalment qed jikru bini mis-settur privat. L-inventarju diskuss fit-taqsima preċedenti, b’mod partikolari jekk jiġi estiż biex tinġabar data addizzjonali dwar l-istokk tal-bini tal-korpi pubbliċi, se jkun għodda b’saħħitha biex tiġi appoġġata din l-istrateġija.

5.3.   Approċċ alternattiv – Iffrankar tal-enerġija ekwivalenti

L-approċċ alternattiv permess mill-Artikolu 6(6), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 se jwassal għal ammont ta’ ffrankar tal-enerġija fil-bini tal-korpi pubbliċi mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (approċċ prestabbilit). Skont dan l-approċċ, l-Istati Membri mhumiex obbligati jirrinnovaw il-bini tal-korpi pubbliċi biex isiru NZEB jew ZEB immedjatament. Minflok, l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri oħra fil-bini tal-korpi pubbliċi li jwasslu għal iffrankar tal-enerġija ekwivalenti, inkluż miżuri bħat-tnaqqis fid-domanda, u miżuri li jistgħu jew jistgħu ma jaffettwawx direttament l-involukru tal-bini jew is-sistemi tal-bini tekniċi.

L-Artikolu 6(6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huwa magħmul minn żewġ obbligi separati (l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, il-punt (a)) li l-Istati Membri għandhom jissodisfaw meta jiddeċiedu li jagħżlu l-approċċ alternattiv.

Biex jissodisfaw l-ewwel obbligu, l-Istati Membri għandhom:

—

jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija li jinkiseb kull sena li kieku l-Istat Membru għażel l-approċċ previst fl-Artikolu 6(1) sa (4) (iffrankar tal-enerġija ekwivalenti) (l-Artikolu 6(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)).

—

jiksbu kull sena ammont ta’ ffrankar tal-enerġija fil-bini tal-korpi pubbliċi li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 6(1) (l-Artikolu 6(6), l-ewwel subparagrafu).

It-tieni obbligu stabbilit mill-Artikolu 6(6), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li kull sena l-Istati Membri jintroduċu passaport tar-rinnovazzjoni għall-bini li flimkien jirrappreżenta mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini li għalih ikun ġie introdott passaport tar-rinnovazzjoni jiġi rinnovat għal NZEB sa mhux aktar tard mill-2040.

L-approċċ alternattiv jikkonċerna biss bini li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi, bl-istess eċċezzjonijiet bħal dawk definiti għall-approċċ previst fl-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Id-dispożizzjonijiet definiti fl-approċċ prestabbilit japplikaw ukoll għall-approċċ alternattiv, peress li l-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti huwa stmat skont l-istess xenarju bażi użat għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni annwali (f’m2).

5.3.1.   Il-ksib tal-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti

L-istima tal-ammont immirat ta’ ffrankar tal-enerġija

Biex jissodisfaw dan l-obbligu, l-Istati Membri għandhom jistmaw l-iffrankar tal-enerġija li jeħtieġ li jiksbu kull sena. Bħala punt tat-tluq, l-Istati Membri għandhom jistmaw ir-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni ta’ 3 % billi jsegwu l-istess passi definiti fl-approċċ previst fl-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Dan jipprovdi ċertu numru ta’ m2 li l-Istati Membri jridu jirrinnovaw kull sena.

L-Istati Membri imbagħad għandhom jistmaw l-iffrankar tal-enerġija li se jinkiseb permezz ta’ miżuri alternattivi kull sena. L-Istati Membri għandhom jistmaw l-iffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb qabel is-sena li fiha jrid jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija, sabiex jippjanaw u jimplimentaw il-miżuri alternattivi kif xieraq. Biex jistmaw l-iffrankar tal-enerġija għas-sena, l-Istati Membri:

—

Għandhom jidentifikaw, fost l-istokk tal-bini tal-korpi pubbliċi, dawk il-binjiet li kienu se jirrinnovaw, li kieku għażlu l-approċċ prestabbilit. B’kollox, dan il-bini jrid ikopri mill-inqas l-istess ammont ta’ m2 identifikat mir-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni kkalkulat qabel. L-Istati Membri jistgħu jistmaw l-iffrankar fir-rigward tal-istess bini li ntgħażel biex jiġi pprovdut bil-passaport tar-rinnovazzjoni matul is-sena, peress li dan jikkorrispondi għal 3 % tal-istokk tal-bini tal-korpi pubbliċi.

—

Għandhom jistabbilixxu l-użu tal-enerġija tax-xenarju bażi tal-bini li l-Istati Membri kienu jirrinnovaw. Għandhom jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija tal-bini tal-korpi pubbliċi ta’ referenza qabel ir-rinnovazzjoni. Il-valuri standard għandhom jiġu definiti għal kull kategorija jew subkategorija tal-bini.

—

Għandhom jistmaw l-użu tal-enerġija primarja ta’ dan il-bini wara r-rinnovazzjoni, bl-użu ta’ valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija tal-bini tal-korpi pubbliċi ta’ referenza wara r-rinnovazzjoni f’NZEB.

—

Għandhom inaqqsu l-konsum stmat wara r-rinnovazzjoni mix-xenarju bażi tal-konsum. Il-valur miksub huwa dak li jiġi ffrankat bir-rinnovazzjoni ta’ 3 % tal-erja utli tal-art tal-bini inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu.

Il-formula li għandha tintuża biex jiġi stmat l-ammont immirat annwali tal-iffrankar tal-enerġija hija din li ġejja:

Formula

Fejn:

Is-somma tikkorrispondi għas-somma tal-bini kollu li Stat Membru ippjana li jirrinnova li kieku għażel l-approċċ definit skont l-Artikolu 6(1) sa (4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, għal kull kategorija ta’ bini tal-korpi pubbliċi ta’ referenza.

a

hija l-konsum tal-enerġija stmat tal-bini ta’ referenza li ma jissodisfax l-istandard tal-NZEB/qabel ir-rinnovazzjoni (f’kWh/m2);

b

hija l-konsum tal-enerġija stmat tal-istess bini ta’ referenza wara li jiġi ttrasformat f’NZEB (f’kWh/m2);

c

hija l-erja tal-uċuħ totali tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ għal kull kategorija tal-bini ta’ referenza li Stat Membru jirrinnova kieku għażel l-approċċ prestabbilit.

Għall-fini tal-istima tal-ammont annwali tal-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data miġbura fl-inventarju stabbilit kif meħtieġ mill-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Eżempju indikattiv ta’ din l-istima huwa indikat fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Sabiex jiġi stabbilit l-użu tal-enerġija tax-xenarju bażi u jiġi stmat l-użu tal-enerġija tal-bini tagħhom wara r-rinnovazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu valuri standard għall-konsum tal-enerġija tal-bini tal-korpi pubbliċi ta’ referenza qabel u wara r-rinnovazzjoni f’NZEB. Jekk il-valuri standard għall-konsum tal-enerġija jkunu disponibbli għal tipi differenti ta’ bini, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kategoriji differenti ta’ bini tal-korpi pubbliċi ta’ referenza biex itejbu l-akkuratezza u r-rappreżentanza tal-iffrankar tal-enerġija. Il-bini jista’ jiġi kkategorizzat biex jirrifletti l-użi finali (pereżempju, l-uffiċċji, il-bini għall-edukazzjoni, l-isptarijiet), iż-żoni klimatiċi (pereżempju, it-Tramuntana, in-Nofsinhar, bil-muntanji, mal-kosta) jew kwalunkwe fattur ieħor li jaffettwa l-konsum tal-enerġija tagħhom.

Il-ksib tal-mira tal-iffrankar tal-enerġija annwali

Sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 6(6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-miżuri li jqisu xierqa biex inaqqsu l-użu tal-enerġija fil-bini pubbliku. Il-miżuri jistgħu jinkludu, pereżempju:

—

ir-rinnovazzjoni tal-bini biex jintlaħqu l-istandards tal-NZEB jew ZEB, u r-rinnovazzjoni biex jintlaħqu livelli ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija ogħla jew aktar baxxi;

—

l-ikkuntrattar tal-enerġija (pereżempju, permezz ta’ Kuntratti tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija) u l-ġestjoni tal-enerġija;

—

is-sostituzzjonijiet u l-immodernizzar ta’ sistemi tal-bini tekniċi;

—

il-qlib għal tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

—

it-tnaqqis tal-erja tal-art tal-bini li jissaħħan u/jew jitkessaħ;

—

it-tnaqqis fid-domanda;

—

il-miżuri ta’ bidla fl-imġiba li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija;

—

kwalunkwe miżura mhux ta’ rinnovazzjoni oħra relatata mal-effiċjenza enerġetika fil-bini pubbliku.

Il-bejgħ tal-bini mhuwiex miżura tal-effiċjenza enerġetika. Mhuwiex ekwivalenti għar-rinnovazzjoni tal-bini.

Ir-rinnovazzjonijiet gradwali u l-immodernizzar tas-sistemi tal-bini tekniċi mwettqa biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti x’aktarx li jiġu inklużi fil-passaporti tar-rinnovazzjoni, skont l-iskeda stabbilita għal kull bini b’passaport. Għal dawn il-miżuri, il-passaporti tar-rinnovazzjoni jistgħu jservu bħala sors ta’ informazzjoni għall-istima tal-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta.

Meta jagħżlu miżuri mhux strutturali (bħal bidla fl-imġiba), l-Istati Membri għandhom jistmaw sa liema punt l-impatt tal-miżura jista’ jiġi sostnut fis-snin sussegwenti. Fil-prattika, dan ifisser li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-ammont kumulattiv tal-iffrankar tal-enerġija miksub mill-miżura fil-kumplament tal-ħajja tal-bini. Pereżempju, jeħtieġ li ssir stima ta’ kemm se jkollha effett pożittiv il-kampanja biex jintfew id-dwal.

In-notifika ta’ miżuri alternattivi

L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-approċċ alternattiv għandhom ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2023, bl-iffrankar tal-enerġija pproġettat li jinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2030, li kieku l-Istat Membru jkun għażel l-approċċ previst fl-Artikolu 6(1) sa (4) (iffrankar tal-enerġija ekwivalenti). L-iffrankar tal-enerġija pproġettat għandu jkun stmat abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri fil-punt tan-notifika; din l-istima tista’ tiġi aġġornata u pprovduta bi grad ogħla ta’ preċiżjoni fl-ewwel rapport li jkopri l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jużaw taħlita tal-approċċ “prestabbilit” stabbilit mill-Artikolu 6(1) u l-approċċ “alternattiv” stabbilit mill-Artikolu 6(6). Fil-prattika, dan jimplika li l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mir-rinnovazzjoni tal-bini tal-korpi pubbliċi f’NZEB jew ZEB jista’ jingħadd mal-ammont immirat annwali tal-iffrankar tal-enerġija. F’dan il-każ, l-Istati Membri xorta jkollhom jikkonformaw mal-Artikolu 6(6), it-tielet subparagrafu.

5.3.2.   Passaport tar-rinnovazzjoni

Minbarra li jiksbu ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fl-Artikolu 6(1), l-Istati Membri għandhom jintroduċu kull sena passaporti tar-rinnovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tal-EPBD għall-bini li flimkien jirrappreżenta mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi.

Il-passaport tar-rinnovazzjoni se jiggwida lill-korpi pubbliċi biex jiddeċiedu liema azzjonijiet jew miżuri għandhom jiġu prijoritizzati u f’liema sekwenza għandhom jiġu implimentati biex il-bini fil-mira jkun jista’ jilħaq l-istandard NZEB jew ZEB sa mhux aktar tard mill-2040. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu wkoll il-miżuri proposti mill-passaport tar-rinnovazzjoni biex tintlaħaq il-mira tal-iffrankar tal-enerġija annwali. Fil-prattika dan ifisser li sal-2040 l-istess ammont ta’ m2 se jkollu jiġi rinnovat f’NZEB jew ZEB (madwar 45 % tax-xenarju bażi), iżda l-Istati Membri li għażlu l-approċċ alternattiv ikollhom jimplimentaw azzjonijiet addizzjonali biex jiżguraw livell ekwivalenti ta’ ffrankar matul il-perjodu.

6.   OBBLIGI RELATATI MAL-ARTIKOLU 7 TAD-DIRETTIVA (UE) 2023/1791

L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jissostitwixxi l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/27/UE. L-objettiv tal-Artikolu 7 jibqa’ li jistabbilixxi prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għolja bħala rekwiżit fl-akkwist pubbliku. Madankollu, meta mqabbel mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/27/UE, il-kamp ta’ applikazzjoni ġie estiż.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti pubbliċi u kuntratti ta’ konċessjonijiet pubbliċi li jilħqu jew jaqbżu rispettivament il-livelli limitu stabbiliti fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE (flimkien: id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku Klassiku), jixtru biss prodotti, servizzi, binjiet u (issa wkoll) xogħlijiet b’rendiment tal-effiċjenza enerġetika għoli. “Awtoritajiet kontraenti” u “entitajiet kontraenti” huma definiti fl-Artikolu 2(14) u (15) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, li min-naħa tagħhom jirreferu għad-definizzjonijiet korrispondenti fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku Klassiku. Minbarra dan, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-obbligu huwa estiż meta mqabbel mad-Direttiva 2012/27/UE għall-awtoritajiet kontraenti pubbliċi kollha u għall-entitajiet kontraenti kollha, u għal-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika.

Barra minn hekk, l-Artikolu ma għadux jissoġġetta l-obbligu tiegħu għal kundizzjonalitajiet fir-rigward tal-kosteffettività, il-fattibbiltà ekonomika, is-sostenibbiltà usa’ u l-kompetizzjoni suffiċjenti, iżda “biss” għall-fattibbiltà teknika.

L-obbligu huwa estiż ukoll billi (i) l-Istati Membri qed jintalbu jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” meta jikkonkludu l-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet u (ii) jistipulaw li l-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” għandu japplika wkoll għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet li għalihom ma huwa previst l-ebda rekwiżit speċifiku fl-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 issa wkoll

(1)

jipprovdi għażliet għall-akkwist pubbliku biex jintlaħqu l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni u tat-tniġġis żero tal-Unjoni bl-inklużjoni ta’ aspetti soċjali, ambjentali, tas-sostenibbiltà u tal-ekonomija ċirkolari usa’ kif ukoll l-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-Unjoni jew kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli fil-prattiki tal-akkwist meta jiġu konklużi kuntratti kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu;

(2)

jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ta’ ċerti kuntratti;

(3)

jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu li l-offerenti jiżvelaw informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta’ materjali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċ-ċirkolarità tal-materjali użati għal bini ġdid u bini li għandu jiġi rinnovat, b’mod partikolari dawk li jkunu aktar minn 2 000 metru kwadru;

(4)

jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu appoġġ lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika;

(5)

jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ulterjuri lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-uffiċjali tal-akkwist fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fil-proċess tal-akkwist;

(6)

jirrikjedi mill-Istati Membri l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi evitat li l-awtoritajiet kontraenti jiġu skoraġġuti milli jagħmlu investimenti fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika; u

(7)

jirrikjedi li l-Istati Membri jneħħu l-ostakli għall-effiċjenza enerġetika u jirrapportaw il-miżuri meħuda biex dan isir.

Minbarra l-esklużjoni tal-applikazzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 għal kuntratti għall-provvista ta’ tagħmir militari, l-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva issa jipprevedi wkoll li l-applikazzjoni ta’ dawn l-obbligi tiġi eskluża jekk iddgħajjef is-sigurtà pubblika jew timpedixxi r-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika.

6.1.   Kamp ta’ Applikazzjoni tal-Obbligi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791

Għad-definizzjoni ta’ “kuntratti pubbliċi” ara l-Artikolu 2(1), il-punt (5), tad-Direttiva 2014/24/UE u għad-definizzjoni ta’ “konċessjonijiet” ara l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/23/UE. Għal-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ara fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku Klassiku msemmija hemmhekk.

Minkejja li l-bini mhuwiex kopert mid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku Klassiku, minħabba l-esklużjoni espliċita tiegħu fost il-kuntratti ta’ servizz esklużi elenkati, madankollu l-livelli limitu stabbiliti fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku għal kuntratti ta’ servizz japplikaw għalih. Għalhekk, ix-xiri jew il-kiri tal-bini huwa soġġett għall-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 iżda jibqa’ eskluż mir-regoli tal-akkwist pubbliku.

Rendiment Għoli fl-Effiċjenza Enerġetika

Is-servizzi, il-prodotti, il-bini u x-xogħlijiet mixtrija mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti u kkonċernati mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 iridu jkunu ta’ rendiment għoli fl-effiċjenza enerġetika. Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika li għandhom jiġu osservati f’dan il-kuntest huma stabbiliti f’aktar dettall fl-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 u jkopru:

—

il-prodotti koperti minn atti delegati dwar it-Tikkettar tal-Enerġija;

—

il-prodotti mhux koperti minn att delegat dwar it-Tikkettar tal-Enerġija iżda koperti minn miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60);

—

il-prodotti u s-servizzi koperti mill-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-UE (APE tal-UE) (61) jew kriterji nazzjonali ekwivalenti disponibbli;

—

it-tajers, l-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika fl-użu tal-fjuwil, kif definit fir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (62);

—

il-bini;

Jekk il-prodotti jkunu koperti minn att delegat dwar it-Tikkettar tal-Enerġija jew minn miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE u l-kriterji tal-UE għall-APE, għandu jitqies l-aktar rekwiżit ambizzjuż tal-effiċjenza enerġetika. Jekk il-kriterji tal-APE tal-UE jkunu aktar ambizzjużi, l-Istati Membri għandhom iqisu u jagħmlu l-aħjar sforzi, kif previst fl-Artikolu 7(5) u fl-Anness IV, il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 biex jużaw dawn l-APE tal-UE.

Atti delegati dwar it-tikkettar tal-enerġija

Biex jiġi vvalutat, kif imsemmi fl-Anness IV, il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 u fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (63), li huma l-“ogħla (żewġ) klassi(jiet) (sinifikament) ippopolati” ta’ prodotti koperti minn att delegat dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (64), tista’ ssir referenza għar-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL, European Product Register for Energy Labelling) (65), fejn il-fornituri (66) għandhom jirreġistraw il-prodotti tagħhom (67) qabel ma jqegħduhom fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2019  (68). L-EPREL jippermetti lill-klijenti — u konsegwentement lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti jsibu informazzjoni dettaljata dwar prodotti u mudelli bit-tikketta tal-enerġija (69) ,  (70) .

Bħala eżempju, l-Illustrazzjoni li ġejja turi d-distribuzzjoni tal-mudelli tat-TV ta’ ċertu daqs tal-iskrin irreġistrati fl-EPREL f’nofs l-2023. Il-mira skont il-kriterju tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369 f’dan il-każ tkun li jiġu pprovduti inċentivi għall-klassijiet E u F (jew ogħla), li t-tnejn huma sinifikament popolati, u mhux għall-klassi aktar baxxa popolata wkoll G, anki din tal-aħħar hija l-aktar popolata.

Illustrazzjoni 3

Distribuzzjoni ta’ mudelli tat-TV magħżula ta’ ċertu daqs tal-iskrin irreġistrati fl-EPREL f’nofs l-2023 (167 mudell minn total ta’ 17 976 mudell)

Klassi

Entrati

%

A

0

0,0

B

1

0,6

C

0

0,0

D

0

0,0

E

21

12,6

F

37

22,2

G

108

64,7

F’konformità mal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, meta jixtru pakkett ta’ prodotti li b’mod ġenerali jkun kopert minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-pakkett jieħu preċedenza fuq ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-prodotti individwali f’dak il-pakkett billi jinxtara l-pakkett ta’ prodotti li jappartjeni għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli. Pereżempju, l-akkwirenti li jixtru pakkett li jkun fih bojler tal-fjuwil solidu flimkien ma’ ħiter supplimentari, regolatur tat-temperatura u apparat solari jistgħu jirrikjedu li l-apparat solari jikkonforma biss mal-kategorija “B”, sakemm il-pakkett kollu jikseb l-ogħla kategorija disponibbli (fl-aħjar każ “A+++”). Dan l-istess approċċ jista’ jittieħed mix-xerrejja pubbliċi individwalment, anki jekk ma jkunux meħtieġa jagħmlu dan mill-Istati Membri tagħhom.

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE

Għall-prodotti koperti mill-atti delegati adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (71) ,  (72), ir-rekwiżit li jinxtraw biss prodotti li jissodisfaw il-parametri referenzjarji tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti f’dik il-miżura ta’ implimentazzjoni japplika biss għall-prodotti li mhumiex koperti minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369.

Kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE jew kriterji nazzjonali ekwivalenti

Il-kunċett tal-APE huwa bbażat fuq kriterji ambjentali ċari, verifikabbli, ġustifikabbli u ambizzjużi għall-prodotti u s-servizzi, abbażi ta’ approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja u evidenza xjentifika. Mill-2008, il-Kummissjoni żviluppat kriterji tal-APE tal-UE għal diversi kategoriji ta’ prodotti (73).

Meta jkun hemm kriterji tal-APE tal-UE jew kriterji nazzjonali volontarji ekwivalenti disponibbli għal prodott jew servizz, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jixtru biss prodotti u servizzi li tal-inqas jissodisfaw il-kriterji (pereżempju, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji tal-għoti, il-klawżoli ta’ kuntratt tar-rendiment) fir-rigward tal-enerġija fil-livell “ċentrali”. Il-kriterji ċentrali huma dawk adattati għall-użu minn kwalunkwe awtorità kontraenti jew entità kontraenti fost l-Istati Membri. Dawn huma mfassla biex jintużaw bi sforz ta' verifika addizzjonali minimu jew b’żidiet minimi fil-kostijiet (74).

Tajers

Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti se jkunu jistgħu jixtru biss tajers li jiksbu l-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika fl-użu tal-fjuwil, kif definit mir-Regolament (UE) 2020/740. Il-punt (d) tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jindika li dan ir-rekwiżit ma jżommx lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-aqwa klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tat-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ saħħa pubblika.

Prodotti Użati mill-Fornituri tas-Servizzi

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jirrikjedu fl-offerti tagħhom għal kuntratti ta’ servizz li l-fornituri tas-servizzi jużaw biss prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (d) tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 meta l-prodotti ġodda msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiġu akkwistati kompletament jew parzjalment minn fornituri tas-servizzi għall-forniment tas-servizz inkwistjoni. Pereżempju, akkwirent li jixtri servizzi ta’ manutenzjoni tal-vetturi mhuwiex meħtieġ jitlob li l-fornituri tas-servizzi inkwistjoni jtejbu t-tajers kollha tagħhom għall-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-fjuwil, iżda biss fil-każ tat-tajers il-ġodda, jekk jixtruhom għall-forniment tas-servizz rilevanti.

Rekwiżiti Minimi tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija għall-Bini

Meta jixtru jew jidħlu fi ftehimiet għall-kiri ġodda għal bini jew partijiet tal-bini li għandhom il-funzjoni ta’ bini, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom fil-prinċipju (ara l-eċċezzjonijiet ta’ hawn taħt) jagħżlu biss bini li jikkonforma tal-inqas mal-livell ta’ enerġija kważi żero. Fl-istabbiliment ta’ dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu divrenzjar bejn il-bini ġdid u dak eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

Sabiex jikkonforma mal-livelli ta’ enerġija qrib iż-żero, il-bini jeħtieġ li jkollu rendiment għoli ħafna fl-użu tal-enerġija, kif iddeterminat f’konformità mal-Anness I tal-EPBD. L-ammont kważi żero jew l-ammont baxx ħafna tal-enerġija meħtieġa għandu jkun kopert b’mod sinifikanti ħafna minn enerġija minn sorsi rinnovabbli. Fit-traspożizzjoni tal-EPBD, l-Istati Membri identifikaw il-livelli tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u s-sehem minimu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli applikabbli li jikkorrispondu għall-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija fit-territorju tagħhom.

L-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jindika li l-konformità mal-Artikolu 7 u mal-punt (f) tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jeħtieġ li tiġi vverifikata permezz taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-EPBD. L-Artikolu 19 tal-EPBD jiddikjara li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jinkludu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u l-valuri ta’ referenza bħar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija sabiex jitqabbel u jiġi vvalutat ir-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Il-punt (f) tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jippermetti wkoll, bħala eċċezzjoni, ix-xiri ta’ bini li ma jikkonformax mal-livell ta’ enerġija kważi żero, b’mod partikolari meta l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jixtru jew jikru bini biex iwettqu rinnovazzjoni profonda jew twaqqigħ. It-terminu “rinnovazzjoni profonda” għandu jinftiehem fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt 20, tal-EPBD. F’każ li bini jkun qrib l-istandard ta’ “enerġija qrib iż-żero”, ir-“rinnovazzjoni profonda” tista’ tfisser xogħol relattivament marġinali.

Fattibbiltà Teknika

Kif indikat hawn fuq, l-obbligu ġenerali fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ma japplikax jekk ma jkunx teknikament fattibbli. Il-kundizzjoni tal-fattibbiltà tapplika għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku kollha irrispettivament minn liema Direttivi dwar l-akkwist pubbliku jaqa’ taħthom il-kuntratt. Huwa f’idejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li jivvalutaw qabel ma jniedu proċedura tal-akkwist każ b’każ u li jkunu kapaċi juru li r-rekwiżit tar-rendiment għoli fl-effiċjenza enerġetika f’kuntratt jew f’konċessjoni mhuwiex teknikament fattibbli. Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi ppruvat, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jeħtiġilhom jixtru l-prodotti, is-servizzi, il-bini u x-xogħlijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija disponibbli f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Ikun teknikament fattibbli meta l-karatteristiċi tekniċi tas-sistema, pereżempju, bini jew unità tal-bini, jagħmluha possibbli li jiġu applikati r-rekwiżiti. Ma jkunx teknikament fattibbli meta jkun impossibbli li jiġu applikati minn perspettiva teknika, jiġifieri, meta l-karatteristiċi tekniċi tas-sistema jipprevjenu lir-rekwiżiti milli jiġu applikati.

Pereżempju, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ fattibbiltà teknika għall-akkwist ta’ pompi tas-sħana effiċjenti fl-enerġija meta s-sistema tad-distribuzzjoni tas-sħana ta’ bini ma tkunx adattata biex taħdem fit-temperaturi meħtieġa għall-użu effiċjenti ta’ pompa tas-sħana, filwaqt li l-bini kkonċernat ikun diġà mikri jew ikollu s-sjieda tiegħu xi ħadd.

Valutazzjoni dokumentata sew, li tinkludi r-raġunament bħal-limitazzjonijiet teknoloġiċi, ir-restrizzjonijiet speċifiċi għas-sit jew l-inkompatibbiltà teknika ma’ infrastruttura jew sistemi eżistenti hija meħtieġa biex tintwera l-infattibbiltà teknika. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq fil-fażi ta’ tħejjija għax-xiri u għandha tiġi inkluża fid-dokumenti tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet u huwa rrakkomandat li tiġi indikata l-konklużjoni tal-valutazzjoni fl-avviżi tal-kuntratti għal raġunijiet ta’ trasparenza u trattament ugwali. Valutazzjoni dokumentata sew issostanzjata pereżempju b’analiżi komparattiva bbażata fuq konsultazzjoni tas-suq preliminari hija xierqa biex turi u tiddokumenta l-infattibbiltà teknika.

Konsegwentement, jekk l-akkwirenti jiddeterminaw li l-oġġetti kollha li jappartjenu għal kategorija ta’ effiċjenza li għandhom jinxtraw skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 mhumiex teknikament fattibbli, iżda li, oġġetti oħra inqas effiċjenti huma teknikament fattibbli, huma jkunu jistgħu jixtru dawk l-oġġetti inqas effiċjenti.

6.2.   Obbligi fid-Dettall

6.2.1.   Applikazzjoni tal-Prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”

L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 issa fih ukoll dispożizzjoni ġdida li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti japplikaw il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“prinċipju EE1st”) f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, meta jikkonkludu kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet b’valur stmat (75) daqs jew akbar mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, irrispettivament minn jekk humiex previsti rekwiżiti speċifiċi għal dawn il-kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet skont l-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2023/1791. L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huwa applikabbli wkoll għax-xiri li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, ta’ valur stmat ogħla mil-livelli limitu tad-Direttivi dwar l-Akkwist Klassiku.

Dan ir-rekwiżit japplika għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu ta’ qabel peress li ma hemm l-ebda deroga fid-Direttiva (UE) 2023/1791 f’dan ir-rigward (76).

Aktar dettalji dwar il-prinċipju EE1st u l-applikazzjoni tiegħu huma pprovduti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 (77).

L-applikazzjoni tal-prinċipju EE1st tfisser li jiġu analizzati bir-reqqa l-alternattivi u l-għażliet disponibbli għall-akkwist u li dawn l-għażliet jiġu vvalutati mhux biss iżda wkoll fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika. Qabel ma l-awtorità jew l-entità tiddeċiedi li tagħmel akkwist, is-soluzzjonijiet u l-alternattivi kollha għandhom jiġu analizzati, u fejn meħtieġ, għandhom jiġu inklużi analiżijiet tal-benefiċċju ekonomiku minn perspettiva soċjetali filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji usa’ tal-effiċjenza enerġetika. Ix-xerrej jista’ joqgħod fuq analiżi rilevanti (għal xiri komparabbli, mhux antikwata, eċċ.) li tkun saret qabel f’sitwazzjonijiet analogi, pereżempju minn entità reġjonali jew nazzjonali responsabbli għall-politika fil-qasam jew minn korp għall-akkwist ċentrali.

Il-prinċipju EE1st għandu jitqies bħala prinċipju bażiku meta tittieħed deċiżjoni dwar il-mod kif jitfassal proġett u aktar tard, dwar il-prodotti, ix-xogħlijiet, is-servizzi u l-binjiet li se jiġu offruti. Fil-proċedura tal-akkwist, il-prinċipju EE1st jista’ jitqies fil-kriterji tal-għoti jew fl-ispeċifikazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju EE1st tista’ ssir pereżempju fil-fajls tax-xerrejja.

6.2.2.   Sigurtà Pubblika, Emerġenzi tas-Saħħa Pubblika u Kuntratti tal-Forzi Armati / għall-Provvista ta’ Tagħmir Militari

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jżomm l-eżenzjoni mill-obbligu skont l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva għall-kuntratti tal-forzi armati jew għall-kuntratti għall-forniment ta’ ċertu tagħmir militari. Dawn il-kuntratti huma esklużi mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, irrispettivament minn liema mid-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku (inkluż id-Direttiva 2009/81/KE) (78) jaqa’ taħthom il-kuntratt. Dan jintroduċi wkoll eżenzjoni oħra minn dan l-obbligu għal każijiet fejn l-issodisfar tiegħu jdgħajjef is-sigurtà pubblika jew jimpedixxi r-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika.

Emerġenzi tas-sigurtà pubblika u tas-saħħa pubblika

Is-sigurtà pubblika hija komunement mifhuma bħala l-isfera ta’ attività li fiha l-Istat għandu r-responsabbiltà primarja li jipproteġi t-territorju u ċ-ċittadini tiegħu. “Il-kunċett ta’ “sigurtà pubblika” fis-sens tal-Artikolu 52 tat-TFUE u kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikopri kemm is-sigurtà interna kif ukoll dik esterna ta' Stat Membru, kif ukoll kwistjonijiet ta' sikurezza pubblika, eċċ. Dan jassumi l-eżistenza ta' theddida ġenwina u serja biżżejjed li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà, bħal theddida għall-funzjonament ta' istituzzjonijiet u servizzi pubbliċi essenzjali u s-sopravivenza tal-popolazzjoni, kif ukoll ir-riskju ta' disturb serju fir-relazzjonijiet barranin jew għall-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet, jew riskju għall-interessi militari”  (79).

Filwaqt li ma hemm l-ebda definizzjoni formali ta’ “emerġenza tas-saħħa pubblika” fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din tista’ tiġi definita b’mod wiesa’ bħala okkorrenza jew theddida imminenti ta’ marda jew kundizzjoni tas-saħħa, ikkawżata minn bijoterroriżmu, epidemija (pereżempju, gastrointestinali, il-malarja, id-deni dengue, il-marda tal-virus Zika) jew marda pandemika (pereżempju, l-influwenza tat-tjur, il-COVID 19), jew aġent infettiv ġdid u fatali ħafna jew tossina bijoloġika, li toħloq riskju sostanzjali ta’ għadd sinifikanti ta’ fatalitajiet tal-bniedem jew diżabilità permanenti jew fit-tul.

Fl-aħħar mill-aħħar, jekk Stat Membru jkun jixtieq jinvoka l-eċċezzjoni tas-“sigurtà pubblika” jew tal-“emerġenza tas-saħħa pubblika”, huwa jeħtieġlu jipprovdi evidenza konkreta tal-argument sostantiv magħmul għal devjazzjoni mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-artikolu. Il-miżuri nazzjonali ma għandhomx jiġu esklużi mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sempliċement minħabba li kellhom l-għan li jipproteġu s-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali.

Kuntratti tal-Forzi Armati u Forniment ta’ Tagħmir Militari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 japplika biss għall-kuntratti tal-forzi armati sal-punt li l-applikazzjoni tiegħu ma tikkawżax kunflitt man-natura u l-għan primarju tal-attivitajiet tal-forzi armati. L-applikazzjoni ta’ din l-esklużjoni teħtieġ analiżi każ b’każ ta’ kuntratt partikolari biex jiġi aċċertat jekk hemmx kunflitt bejn l-obbligi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 u n-natura u l-għan primarju tal-attivitajiet tal-forzi armati. Din l-esklużjoni tapplika għat-tipi kollha ta’ kuntratti tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi.

Fid-definizzjoni tat-terminu “forzi armati”, għandha ssir distinzjoni bejn il-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà (ara l-Artikolu 28(5) tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). Filwaqt li “forzi armati” bażikament tfisser il-forzi militari ta’ Stat Membru, normalment l-armata, il-flotta navali, u l-forza tal-ajru, “forzi tas-sigurtà” hija relatata mal-forzi paramilitari, il-pulizija, jew aġenziji tal-infurzar tal-liġi oħrajn (inkluż il-pulizija jew aġenziji tal-infurzar tal-liġi oħrajn fil-livell reġjonali jew lokali), u aġenziji sigrieti (ara wkoll f’dan il-kapitolu l-punt “ Emerġenzi tas-sigurtà pubblika u tas-saħħa pubblika ” fir-rigward tal-eċċezzjoni relatata mas-sigurtà pubblika). It-terminu “kuntratti tal-forzi armati” għandu jinftiehem b’mod wiesa’, bħala kuntratt konkluż speċifikament għall-benefiċċju tal-forzi armati u mhux biss kuntratti konklużi mill-forzi armati nfushom. Tali kuntratti jistgħu jiġu konklużi wkoll mill-Ministeri għad-Difiża, mill-aġenziji tal-provvista tal-armata, u minn kwalunkwe entità xierqa oħra tal-Istati Membri. Għalhekk jista’ jitqies li l-kuntratti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2009/81/KE kif ukoll il-kuntratti għal xogħlijiet u servizzi għal finijiet speċifikament militari (l-ewwel nofs tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2009/81/KE) jistgħu jibbenefikaw mill-esklużjoni jekk il-valutazzjoni każ b’każ turi li r-rispett tal-obbligi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirriżulta fil-preġudizzju tan-natura jew tal-għan primarju tal-attivitajiet.

Il-kuntratti għall-forniment ta’ tagħmir militari huma esklużi mill-applikazzjoni tal-obbligi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, irrispettivament minn min jiġu konklużi l-kuntratti jew minn liema kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jaqgħu fih.

It-tagħmir militari huwa definit fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2009/81/KE.

6.2.3.   Kuntratti għar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija

“Kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija” (EnPC) hija definita fl-Artikolu 2(33) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Hemm ħafna vantaġġi għall-korpi pubbliċi biex jikkuntrattaw proġetti tal-effiċjenza enerġetika permezz tal-EnPC minflok ma jwettqu l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ kuntratt konvenzjonali għas-servizzi jew għax-xogħlijiet. L-approċċ tal-aħħar jirrikjedi biżżejjed riżorsi finanzjarji u interni tal-persunal għall-proċessi tal-ikkuntrattar u tal-monitoraġġ, filwaqt li l-għarfien espert komprensiv u r-rendiment garantit li jirriżultaw mill-kuntratt għar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiżguraw l-effettività tal-investimenti.

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiddikjara li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jivvalutaw il-fattibbiltà li jiġu konklużi kuntratti fit-tul tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (80) li jipprovdu ffrankar tal-enerġija fit-tul meta jiffirmaw kuntratti ta’ servizzi b’kontenut sinifikanti tal-enerġija. Peress li l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 ma jispeċifikax liema tip ta’ kuntratti ta’ servizz iffirmati għandhom ikunu koperti minn din il-valutazzjoni, dan għandu jsir, jew b’mod individwali jew fi ħdan qafas ta’ valutazzjoni usa’, għal kull akkwist ta’ tali kuntratti jekk ikollhom kontenut sinifikanti tal-enerġija.

Il-kuntratti tas-servizzi b’kontenut sinifikanti tal-enerġija huma, pereżempju, kuntratti tas-servizzi għall-forniment ta’ servizzi ta’ sħana jew trasport, kuntratti tas-servizzi għall-manutenzjoni tal-bini jew tad-dawl fit-toroq jew kuntratti tas-servizzi għall-ġestjoni ta’ faċilitajiet li jikkunsmaw l-enerġija.

L-użu ta’ servizzi tal-enerġija speċjalizzati permezz tal-EnPC jista’ (i) jippermetti lis-settur pubbliku jikseb aktar iffrankar tal-enerġija, (ii) jevita lock-ins teknoloġiċi, u (iii) inaqqas il-kostijiet meta mqabbel ma’ soluzzjonijiet interni. (81) ”  (82)

6.2.4.   Aspetti Soċjali, Ambjentali, tas-Sostenibbiltà u tal-Ekonomija Ċirkolari Usa’ kif ukoll Kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-Unjoni u Kriterji Nazzjonali Ekwivalenti Disponibbli

L-Artikolu 7(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jistabbilixxi, l-ewwel nett, li l-Istati Membri “jistgħu” jirrikjedu li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, meta jikkonkludu kuntratti kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, iqisu, fejn xieraq, l-aspetti soċjali, ambjentali, tas-sostenibbiltà u tal-ekonomija ċirkolari usa’ fil-prattiki tal-akkwist. (83)

6.2.5.   Informazzjoni dwar l-Impatt tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Kuntratti u Informazzjoni dwar il-Potenzjal tat-Tisħin Globali taċ-Ċiklu tal-Ħajja tal-Bini Ġdid

F’konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-impatt tal-effiċjenza enerġetika tal-kuntratti b’valur daqs jew akbar mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

L-Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz ta’ avviżi tal-akkwist pubbliku ppubblikati fit-TED permezz tal-oqsma ddedikati pprovduti abbażi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1780 (84). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-avviżi rispettivi meħtieġa biex jiġu ppubblikati skont id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1780 dwar il-pubblikazzjoni ta’ avviżi fit-TED, li hija l-verżjoni online tas-“Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE ”  (85). Il-bidliet meħtieġa fit-TED għal din in-notifika se jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu li l-offerenti jiżvelaw l-informazzjoni dwar il-potenzjal tat-tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu ta’ materjali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ċ-ċirkolarità tal-materjali użati f’bini ġdid u f’bini li għandu jiġi rinnovat. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi stabbilit fid-dokumenti tal-offerta kif ukoll fil-kuntratt konkluż mal-offerent rebbieħ. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li n-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit (li tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija hawn fuq) jirriżulta f’rifjut ta’ offerta mill-proċedura ta’ akkwist rispettiva jew konsegwenzi kuntrattwali f’każ li l-valuri ddikjarati ma jinżammux fl-implimentazzjoni tal-kuntratt. Skont l-Artikolu 7(5), il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni hija partikolarment rilevanti għall-bini ġdid li għandu erja tal-art (86) akbar minn 2 000 metru kwadru.

6.2.6.   Appoġġ għall-Awtoritajiet Kontraenti u għall-Entitajiet Kontraenti

F’konformità mal-Artikolu 7(5), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2023/1791, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika.

Valutazzjoni tal-Kostijiet taċ-Ċiklu tal-Ħajja

Miżura magħrufa sew li tappoġġa lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti hija li tipprovdilhom metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kostijiet taċ-ċiklu tal-ħajja (LCC) (87). Id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE jipprevedu b’mod espliċitu l-possibbiltà tal-użu tal-LCC fl-akkwist pubbliku. Il-metodu ta’ kalkolu u d-data li għandha tiġi pprovduta mill-offerti għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-offerta.

L-użu tal-LCC imur lil hinn mill-kunsiderazzjoni tal-prezz tax-xiri ta’ oġġett jew servizz jew bini jew xogħlijiet filwaqt li l-prezz tax-xiri tipikament ma jirriflettix l-impatt finanzjarju sħiħ tax-xiri fuq il-baġit ta’ xerrej. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-LCC tipika hija bbażata fuq:

—

il-kostijiet tax-xiri u l-kostijiet assoċjati kollha bħat-twassil (it-trasport), l-installazzjoni u l-ikkummissjonar;

—

il-kostijiet operatorji, inkluż il-kostijiet tal-utilitajiet bħall-enerġija, l-ilma u oġġetti konsumabbli oħra, it-taxxi, il-kostijiet tal-assigurazzjoni, il-kostijiet tat-taħriġ, il-kostijiet tat-tiswija u tal-manutenzjoni;

—

il-kostijiet ta’ tmiem il-ħajja bħall-kostijiet tat-tneħħija, tar-riċiklaġġ jew tar-rinnovazzjoni u tad-dekummissjonar;

—

il-valur residwu mnaqqas, li huwa dħul mill-bejgħ ta’ assi wara t-tmiem tal-użu tiegħu;

—

il-lonġevità u l-perjodi ta’ żmien tal-garanzija ta’ assi (88).

F’dan il-kuntest, ġiet żviluppata sensiela ta’ għodod ta’ kalkolu tal-LCC speċifiċi għas-settur li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-użu tal-LCC fost l-akkwirenti pubbliċi (pereżempju, għall-magni tal-bejgħ, għat-tidwil ta’ ġewwa u ta’ barra kif ukoll għall-kompjuters u għall-moniters). (89) Barra minn hekk, ġew żviluppati għodod oħra tal-LCC fi ħdan in-network tal-“Gvernijiet Lokali għas-Sostenibbiltà” (ICLEI) (90).

Ċentri ta’ Appoġġ għall-Kompetenzi

Fil-qafas tal-appoġġ lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti fl-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, l-Artikolu 7(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jistabbilixxu ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi.

Il-vantaġġi taċ-ċentri ta’ appoġġ għall-kompetenzi jinsabu fil-fatt li jistgħu jiċċentralizzaw l-attivitajiet u l-għodod tal-akkwist bħal (i) l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni ta’ taħriġ u workshops speċifiċi għal suġġett fit-territorji reġjonali/lokali kollha (awtonomi jew integrati f’taħriġ dwar l-akkwist pubbliku aktar ġenerali), u (ii) il-forniment ta’ manwali. Pereżempju, il-KEINO huwa ċentru ta’ kompetenza bbażat fuq network għall-akkwist pubbliku sostenibbli u innovattiv fil-Finlandja. Il-KEINO jiżviluppa l-għarfien espert tal-akkwirenti u joffri servizzi ta’ konsulenza dwar l-akkwist pubbliku sostenibbli u innovattiv.

Għal aktar gwida, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll javviċinaw lill-helpdesk tal-APE Ewropew (91).

Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Kontraenti Inkluż bejn il-Fruntieri

Ħafna mill-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika fl-akkwist pubbliku huma komuni għal ħafna awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti, u ħafna jista’ jinkiseb permezz tal-involviment f’attivitajiet ta’ networking u kooperazzjoni ma’ oħrajn. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iħeġġu tali kooperazzjoni (kif mitlub mill-Artikolu 7(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791).

Diġà ġew stabbiliti diversi networks li jiffukaw fuq l-akkwist sostenibbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Il-parteċipazzjoni f’tali networks — jew fi kwalunkwe waħda mill-ħafna inizjattivi u proġetti oħrajn li qed jiġu implimentati madwar l-Ewropa — tista’ tgħin b’mod sinifikanti biex jiġu żgurati l-impenn politiku kontinwu u l-viżibbiltà għall-akkwist “ekoloġiku”. Dan jista’ jgħin ukoll biex jiġu sfruttati s-sorsi ta’ finanzjament rilevanti. (92)

Akkwist Aggregat

L-akkwist aggregat ifisser il-ġbir flimkien tal-attivitajiet tal-akkwist ta’ grupp ta’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti biex jinkiseb l-iffrankar permezz tax-xiri fi kwantitajiet kbar, il-kostijiet amministrattivi aktar baxxi, l-għarfien tekniku u tas-suq. (93) Dan jista’ jkun partikolarment siewi fl-adozzjoni ta’ rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika, peress li l-għarfien espert dwar l-effiċjenza enerġetika u l-għarfien tas-suq għal prodotti, xogħlijiet u servizzi effiċjenti fl-enerġija jistgħu jiġu kondiviżi. Sa ċertu punt jista’ jkun relatat ma’ bini li normalment ma jkunx ikkonċernat mir-regoli tal-akkwist pubbliku, u b’hekk, konsegwentement, lanqas ma jkun ikkonċernat mill-attivitajiet ta’ aggregazzjoni tal-akkwist. L-akkwist aggregat jista’ jitwettaq, pereżempju, minn korpi tal-akkwist ċentrali li joffru servizzi ta’ akkwist ċentrali lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti.

6.2.7.   Stabbiliment ta’ Dispożizzjonijiet u Prattiki għat-Titjib tal-Effiċjenza Enerġetika u għat-Tneħħija tal-Ostakli Korrispondenti

L-Artikolu 7(7) u (8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 essenzjalment jindirizza l-istess kwistjoni, jiġifieri l-ostakli li jiskoraġġixxu lill-akkwirenti pubbliċi milli jinvestu fl-effiċjenza enerġetika u jużaw l-EnPC fit-tul. Ostakli bħal dawn spiss ikunu dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew prattiki amministrattivi b’approċċi konfliġġenti. Filwaqt li l-Artikolu 7(7) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jipprevedi l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u prattiki amministrattivi rigward ix-xiri pubbliku u l-ibbaġitjar u l-kontabbiltà annwali biex jitnaqqas l-impatt ta’ dawn l-ostakli għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, l-Artikolu 7(8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jipprevedi t-tneħħija tal-ostakli regolatorji u mhux regolatorji.

Barra minn hekk, l-Artikolu 7(8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jobbliga lill-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw l-ostakli għall-adozzjoni tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-akkwist bħala parti mir-rapporti ta’ progress tagħhom lill-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima.

B’kuntrast mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, li japplika biss għall-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet inter alia b’valur daqs jew akbar mil-livelli limitu stabbiliti fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, l-Artikolu 7(7) u (8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 japplikaw għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku kollha.

Eżempji ta’ ostakli regolatorji (94) u mhux regolatorji (95) kif imsemmija fl-Artikolu 7(8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jinkludu (96):

—

Nuqqas ta’ baġit;

—

Ostakli legali u istituzzjonali;

—

Restrizzjonijiet ta’ ħin;

—

Nuqqas ta’ interess min-naħa tal-akkwirenti pubbliċi fil-mira;

—

Nuqqas ta’ aċċess għall-fornituri.

Konsegwentement, il-miżuri li jistgħu jiġu implimentati mill-Istati Membri f’dan ir-rigward jistgħu jinkludu

—

l-adozzjoni (sejħiet għal offerti) ta’ linji gwida, mudelli ta’ kuntratti u komunikazzjonijiet interpretattivi jew is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi;

—

l-iżvilupp ta’ eżempji ta’ dimostrazzjoni tal-EnPC aġġornati (pereżempju, adattati għal opportunitajiet ġodda ta’ kuntrattar);

—

sforzi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità akbar (f’termini tal-kwalità tas-servizzi u l-kejl u l-verifika biex isiru n-norma fl-interventi tas-settur pubbliku billi jiġu preskritti b’mod strett fil-kuntratti) meta jiġi vvalutat l-użu tal-EnPC;

—

l-eliminazzjoni tad-diżinċentivi, bħan-nuqqas ta’ politiki u miri għall-iffrankar tal-enerġija, il-prevalenza tal-inċentiv maqsum, u l-implimentazzjoni limitata tar-rwol eżemplari tal-bini pubbliku (97);

—

il-ħolqien ta’ inċentivi, bħal kompetizzjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, fejn l-awtorità/entità kontraenti li tkun akkwistat l-aktar prodotti, servizzi, xogħlijiet jew bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija tirċievi premjijiet jew benefiċċji oħrajn li jirriżultaw mir-rebħ tal-kompetizzjoni (98).

F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li s-sottoprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa tal-Programm LIFE tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (99), se jipprovdi finanzjament biex jappoġġa l-iżvilupp tal-aħjar prattiki tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jindirizza l-ostakli komportamentali, tas-suq u regolatorji għall-effiċjenza enerġetika. Dan jista’ jappoġġa lill-Istati Membri fit-tneħħija tal-ostakli msemmija hawn fuq.

7.   REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR

7.1.   Aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima

F’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri huma meħtieġa jissottomettu sat-30 ta’ Ġunju 2024 aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECP). L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu abbozz ta’ aġġornament tal-NECP dejjem sena qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Minbarra r-Regolament (UE) 2018/1999, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jeħtieġ li titqies fl-aġġornament tal-NECPs. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni t-tnaqqis fil-konsum miksub kull sena mill-korpi pubbliċi kollha, diżaggregat skont is-settur. Din id-diżaggregazzjoni tista’ ssir fuq il-linji tal-entrati tad-data inklużi fit-Tabella 2.

Il-preżentazzjoni fil-pjan aġġornat għandha tinkludi l-ammont ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li għandu jinkiseb mill-korpi pubbliċi kollha għal kull settur. Il-mira għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali għandha tiġi kkalkulata f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-punt 4.1.2, u t-tqassim settorjali tagħha għandu jinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

Diżaggregazzjoni skont it-tliet gruppi obbligatorji li huma previsti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva (UE) 2023/1791: il-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’popolazzjoni inqas minn 50 000 abitant, iżda aktar minn 5 000 abitant; il-korpi pubbliċi f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 5 000 abitant; il-korpi pubbliċi kollha.

Diżaggregazzjoni skont is-setturi tas-servizz pubbliku, kif stabbilit fit-Tabella 2.

Diżaggregazzjoni skont it-trasport pubbliku u l-forzi armati, biss jekk Stat Membru jkun biħsiebu jgħodd it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali miksub f’wieħed minn dawn is-setturi jew fit-tnejn li huma mqabbel mal-mira ta’ tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali.

L-aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri diġà implimentati jew ippjanati biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 kif ukoll il-mira tar-rinnovazzjoni fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva. Barra minn hekk, għandhom jiġu inklużi miżuri ta’ politika implimentati jew ippjanati li jiżguraw il-konformità mal-obbligi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Il-preżentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika msemmija fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999 għandha għalhekk tiġi estiża biex tinkludi taqsima dwar il-miżuri ddedikati għas-settur pubbliku. Minbarra l-miżuri ta’ politika, li huma inklużi b’mod espliċitu fl-Artikolu 5(6), (7), (8) u (9) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, huwa rrakkomandat li din it-taqsima tinkludi wkoll deskrizzjoni ta’ kif il-kondiviżjoni tal-isforzi, pereżempju bejn l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali u lokali, hija żgurata meta Stat Membru jimplimenta l-obbligi tal-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

7.2.   Rapportar tal-Progress

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jirrikjedi li l-Istati Membri jissottomettu r-Rapporti tal-Progress Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom li jkopru l-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija, fejn l-effiċjenza enerġetika hija waħda mid-dimensjonijiet.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata dwar l-effiċjenza enerġetika li tkopri r-rapportar relatat mal-obbligi fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2023/1791. L-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu informazzjoni dwar it-trajettorji, l-objettivi u l-miri nazzjonali, l-implimentazzjoni dwar ċerti politiki u miżuri kif ukoll informazzjoni aktar dettaljata fil-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Minbarra r-Regolament (UE) 2018/1999, l-Artikolu 5(5), it-tieni sentenza, u l-Artikolu 7(8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jeħtieġ li jitqiesu fir-Rapportar tal-Progress għall-Enerġija u l-Klima Nazzjonali. L-Artikolu 5(5), it-tieni sentenza, tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni t-tnaqqis fil-konsum miksub kull sena mill-korpi pubbliċi kollha, diżaggregat skont is-settur. L-Artikolu 7(8) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw l-ostakli għall-adozzjoni tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-akkwist bħala parti mir-rapporti ta’ progress tagħhom lill-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999 li tivvaluta l-progress, f’każ ta’ reviżjoni tad-definizzjoni tax-xenarju bażi jew tal-aġġustament tal-klima jew tal-livell tas-servizz, huwa rrakkomandat li l-informazzjoni dwar il-ksib tal-miri ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali għandha bħala minimu tinkludi l-elementi li ġejjin għal kull sena, jekk applikabbli:

—

Ir-reviżjoni tad-definizzjoni tax-xenarju bażi u tal-kalkolu tal-mira assoċjat, meta mqabbla mal-aħħar rapport ta’ progress, inkluż ġustifikazzjoni verifikabbli ta’ għaliex ix-xenarju bażi kellu jiġi rivedut.

—

L-impatt tal-aġġustamenti klimatiċi għal kull settur tas-servizzi u għal kull żona klimatika fuq il-konsum tal-enerġija finali rrapportat.

—

L-impatt tal-aġġustamenti fil-livell tas-servizz fuq il-konsum tal-enerġija finali rrapportat.

Jekk Stat Membru jkollu l-ħsieb li jqis it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija fit-trasport pubbliku jew fil-forzi armati, l-informazzjoni għandha tinkludi t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali miksub fit-trasport pubbliku jew fil-forzi armati.

L-ewwel Rapporti dwar il-Progress tal-Enerġija u l-Klima Nazzjonali kienu mistennija fil-15 ta’ Marzu 2023, u wara dan l-Istati Membri jeħtieġ li jirrapportaw il-progress darbtejn fis-sena, apparti r-rekwiżit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 li jobbliga lill-Istati Membri jirrapportaw it-tnaqqis fil-konsum miksub mill-korpi pubbliċi kollha kull sena.


(1)  Id-Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1275/oj).

(2)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/23/oj).

(3)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).

(4)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj).

(5)  Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/81/oj).

(6)  Arrowsmith, The Law of Public and Utilities Procurement, vol 1 (2014) p. 342.

(7)  C-323/96, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju ECLI:EU:C:1998:411, il-punt 27.

(8)  C-323/96, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju ECLI:EU:C:1998:411.

(9)  C-222/84, Johnston v Chief Constable ECLI:EU:C:1986:206.

(10)  C-31/87, Beentjes vs In-Netherlands ECLI:EU:C:1988:422, il-punt 12.

(11)  C-306/97, Connemara Machine Turf v Coillte Teoranta ECLI:EU:C:1998:623 u C-353/96, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (1998) ECLI:EU:C:1998:611.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj.

(13)  Arrowsmith, The Law of Public and Utilities Procurement, vol 1 (2014) p. 342.

(14)  Unitajiet amministrattivi lokali, ara https://ec.europa.eu/eurostat/web/nuts/local-administrative-units/.

(15)  L-enfasi miżjuda.

(16)  Fid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, dawn huma kriterji alternattivi.

(17)  Ara pereżempju C-567/15, LitSpecMet ECLI:EU:C:2017:736, il-punt 43 u C-393/06, Ing. Aigner (2008) ECLI:EU:C:2008:213.

(18)  Ara pereżempju C-567/15, LitSpecMet ECLI:EU:C:2017:736, il-punt 44.

(19)  C-283/00, Il-Kummissjoni vs Spanja ECLI:EU:C:2003:544.

(20)  C-18/01, Korhonen et. ECLI:EU:C:2003:300, il-punt 91.

(21)  C-360/96, Gemeente Arnhem ECLI:EU:C:1998:525, il-punt 55.

(22)  Dawn l-eżempji jistgħu jservu biss bħala referenza approssimattiva. Kunsiderazzjoni każ b’każ hija dejjem inevitabbli.

(23)  C-283/00, Il-Kummissjoni vs Spanja ECLI:EU:C:2003:544.

(24)  C-373/00, Adolf Truley ECLI:EU:C:2003:110.

(25)  C-393/06, Ing. Aigner ECLI:EU:C:2008:213.

(26)  C-324/98, Telaustria u Telefonadress ECLI:EU:C:2000:669.

(27)  Il-Qorti Suprema Awstrijaka OGH 31.1.2002, 6 Ob 236/01a.

(28)  Għall-interpretazzjoni tal-kriterju ta’ karattru industrijali jew kummerċjali, tista’ ssir referenza ulterjuri, pereżempju, għall-Kawża C-373/00, ECLI:EU:C:2003:110; il-Kawża C-360/96, Gemeente Arnhem u Gemeente Rheden vs BFI Holding (1998) ECLI:EU:C:1998:525; il-Kawża C-18/01, Korhonen et (2003) ECLI:EU:C:2003:300; u l-Kawża C-283/00, Il-Kummissjoni vs Spanja (2003) ECLI:EU:C:2003:544.

Għall-interpretazzjoni tal-kriterju tal-finanzjament, tista’ ssir referenza, pereżempju, għall-Kawża C-380/98, University of Cambridge (2000) ECLI:EU:C:2000:529; il-Kawża C-115/12 P, Franza vs Il-Kummissjoni (2013) ECLI:EU:C:2013:596; u għad-divrenzjar mill-finanzjament indirett, pereżempju, għall-Kawża C-337/06, Bayerischer Rundfunk et (2007) ECLI:EU:C:2007:786; jew il-Kawża C-300/07, Hans & Christophorus Oymanns (2009) ECLI:EU:C:2009:358.

Għall-interpretazzjoni tal-kriterju tal-amministrazzjoni, tista’ ssir referenza, pereżempju, għall-Kawża C-380/98, University of Cambridge (2000) ECLI:EU:C:2000:529; il-Kawża C-237/99, Il-Kummissjoni vs Franza (2001) ECLI:EU:C:2001:70; u għad-divrenzjar mill-amministrazzjoni indiretta, pereżempju, għall-Kawża C-44/98, Mannesmann/Strohal (1998) ECLI:EU:C:1998:4.

(29)  Bħala raġuni għall-obbligu li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija finali jiddikjara li “ s-settur pubbliku huwa mutur importanti biex tiġi stimolata t-trasformazzjoni tas-swieq lejn prodotti, bini u servizzi aktar effiċjenti, kif ukoll biex jingħata bidu għal bidliet komportamentali fil-konsum tal-enerġija miċ-ċittadini u mill-intrapriżi. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija b’miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi pubbliċi għal finijiet oħra. Il-korpi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jenħtieġ li jaqdu rwol eżemplari fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika.” Għalhekk, il-fokus huwa fuq il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika biex tinkiseb il-mira għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija finali.

(30)   https://eda.europa.eu/docs/default-source/brochures/05-01-24-defence-energy-factsheet.pdf.

(31)   https://eda.europa.eu/what-we-do/eu-policies/consultation-forum/.

(32)  F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2023/1791, il-konsum tal-enerġija finali tfisser l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, lit-trasport (inkluż il-konsum tal-enerġija fl-avjazzjoni internazzjonali), lill-unitajiet domestiċi, lis-servizzi pubbliċi u privati, lill-agrikoltura, lill-forestrija, lis-sajd u lil setturi oħra tal-użu aħħari. Madankollu, din teskludi l-konsum tal-enerġija fil-bunkers marittimi internazzjonali, l-enerġija ambjentali u l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni u lis-settur tal-enerġija, u t-telf minħabba t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni kif definit fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008. Tinkludi wkoll enerġija awtoprodotta, bħas-sħana jew l-elettriku minn pannelli solari, mill-idroenerġija jew mir-riħ.

(33)  Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ħejjiet mudell ta’ soluzzjoni ta’ software għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali minn korpi pubbliċi u tipprovdih lill-Istati Membri interessati.

(34)  Peress li l-mira hija stabbilita fuq bażi annwali, ma hemmx bżonn li tinġabar data dwar il-konsum fuq livell ogħla ta’ diżaggregazzjoni, bħal data dwar il-konsum ta’ kull xahar.

(35)  Fil-każ tal-produzzjoni tal-elettriku mill-PV, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-ammont tal-awtokonsum jista’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ data mkejla b’metraġġi. Fil-każ tal-produzzjoni tas-sħana solari, fejn fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma tkun disponibbli l-ebda data mkejla b’metraġġi, jistgħu jintużaw stimi tal-inġinerija skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex jiġi ddeterminat l-awtokonsum, jekk it-tħejjija tal-istimi ma tikkawżax piż mhux raġonevoli.

(36)  F’każijiet rari l-pompa tas-sħana tista’ titħaddem ukoll b’magna tal-gass.

(37)  L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirreferi għal preżentazzjoni settorjali tal-ammont ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li għandu jinkiseb. Bl-istess mod, jista’ jiġi preżunt li r-rapport annwali għandu jinkludi wkoll analiżi settorjali tal-konsum tal-enerġija finali. Għalkemm l-Artikolu 5(5) ta’ dik id-Direttiva ma jiddeskrivix fid-dettall liema setturi għandhom jiġu ppreżentati, kemm l-eżenzjoni possibbli għat-trasport pubbliku kif ukoll l-aġġustamenti permissibbli jeħtieġu diżaggregazzjoni suffiċjenti tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

(38)  Estensjoni fakultattiva: Għall-elettriku jkun rakkomandabbli li ssir distinzjoni ulterjuri (pereżempju, l-elettriku għat-tisħin, għat-tkessiħ u għal finijiet oħrajn, il-konsum proprju mill-ġenerazzjoni PV), iżda din id-data tista’ tkun disponibbli biss fejn ikunu ntużaw submetraġġi speċifiċi.

(39)  Jekk Stat Membru jkun jixtieq jgħodd it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali mit-trasport pubbliku biex jissodisfa l-obbligu f’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, għandu jiġi stabbilit xenarju bażi speċifiku għal dan is-settur (ara t-taqsima 4.1).

(40)  Jekk Stat Membru jkun jixtieq jgħodd it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali mis-settur tal-forzi armati biex jissodisfa l-obbligu f’konformità mal-Artikolu 5(1), għandu jiġi stabbilit xenarju bażi speċifiku għal dan is-settur (ara t-taqsima 4.1). Barra minn hekk, il-ġbir ta’ data dwar il-konsum tal-enerġija għas-settur tal-forzi armati jista’ jkun limitat għal dawk is-subsegmenti li mhumiex soġġetti għas-segretezza għal raġunijiet ta’ sigurtà.

(41)  Pereżempju, jekk il-korpi pubbliċi jitneħħew, pereżempju minħabba l-privatizzazzjoni, imbagħad it-tneħħija trid tiġi riflessa fix-xenarju bażi kif ukoll fil-konsum tal-enerġija finali annwali (ara t-taqsima 4.1.3).

(42)  Biex insemmu biss xi inizjattivi eżemplari: Fil-livell Ewropew, il-Patt tas-Sindki introduċa b’suċċess l-għodda tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima (SECAP); inizjattivi bħall-e5 jew il-Klimabündnis huma magħrufa sew fir-reġjun tad-DACH. In-Netherlands bdew programm nazzjonali dwar l-elaborazzjoni ta’ strateġiji tal-enerġija reġjonali.

(43)  L-awtoritajiet lokali li huma firmatarji tal-Patt tas-Sindki tal-UE jistgħu jirċievu appoġġ għall-isforzi ta’ ppjanar u implimentazzjoni tagħhom dwar il-faqar enerġetiku. Il-Patt jikkoopera mal-JRC u maċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku tal-UE biex joffri dan l-appoġġ. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara: https://eu-mayors.ec.europa.eu/mt/library/energy_poverty.

(44)  Għal ħafna mill-elementi elenkati, jeżistu programmi u skemi tal-UE li jistgħu jiġu indirizzati, bħal ELENA, LIFE, INTERREG, eċċ.

(45)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar it-traspożizzjoni tal-Artikolu 30 dwar il-fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, għall-finanzjament u għall-appoġġ tekniku tad-Direttiva (UE) 2023/1791 dwar l-effiċjenza enerġetika (ĠU C, C/2023/1553, 19.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1553/oj).

(46)  Fix-xenarju bażi huwa inkluż biss bini li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi mill-1 ta’ Jannar 2024. Il-bini akkwistat minn korp pubbliku wara din id-data mhuwiex inkluż fix-xenarju bażi iżda jista’ jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira jekk sussegwentement jiġi rinnovat għall-istandard ta’ NZEB jew ZEB.

(47)  Obbligu li jiġu nnegozjati l-klawżoli kuntrattwali (l-Artikolu 6(1)).

(48)  Biss jekk madankollu jiġu rinnovati f’NZEB jew ZEB.

(49)  Għal bini speċjali kif stipulat fl-Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (c), rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika għal livell xieraq stabbilit mill-Istati Membri, li tista’ tkun inqas stretta minn NZEB hija biżżejjed. Il-ksib ta’ NZEB wara r-rinnovazzjoni mhuwiex obbligatorju.

(50)  Ma hemm l-ebda obbligu li bini iżgħar minn 250 m2 jiġi inkluż fl-inventarju skont l-Artikolu 6(5), iżda l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu dan sabiex jiksbu inventarju sħiħ tal-bini pubbliku.

(51)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, 2019, Comprehensive study of building energy renovation activities and the uptake of nearly zero-energy buildings in the EU: final report, l-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet, p. 208, https://data.europa.eu/doi/10.2833/14675.

(52)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1019 tas-7 ta’ Ġunju 2019 dwar il-modernizzazzjoni tal-bini (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2019/1019/oj).

(53)  L-aġġornament tal-inventarju mhu se jkollu l-ebda effett fuq ix-xenarju bażi u l-mira annwali, li se jibqgħu l-istess.

(54)   L-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari, https://energy.ec.europa.eu/topics/energy-efficiency/energy-efficient-buildings/eu-building-stock-observatory_en/.

(55)  L-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirreferi għall-bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, li fil-biċċa l-kbira se jkun bini storiku.

(56)  F’dan il-kuntest, il-kost tal-kapital jista’ jiġi definit bħala r-rata minima ta’ redditu li korp pubbliku jeħtieġlu jaqla’ qabel ma jiġġenera l-profitti. Pereżempju, dan jista’ jkun il-kost tas-self tal-flus minn istituzzjoni finanzjarja. Ir-rata ta’ Skont Soċjali hija rata ta’ skont normalment applikata għal proġetti b’valur pubbliku jew soċjali.

(57)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta’ Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/244/oj).

(58)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj).

(59)   https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC133984 .

(60)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj).

(61)  Għall-Kriterji u r-Rekwiżiti tal-APE, ara l-ħolqa https://green-business.ec.europa.eu/green-public-procurement/gpp-criteria-and-requirements_en.

(62)  Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 05.06.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/740/oj).

(63)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1369/oj).

(64)   https://commission.europa.eu/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labelling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign/energy-efficient-products_en/.

(65)  Għal aktar informazzjoni, ara: https://commission.europa.eu/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labelling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign/product-database_en.

(66)   “Fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni (ara l-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) 2017/1369).

(67)  Dan l-obbligu japplika għall-unitajiet ta’ mudell ġdid koperti minn att delegat (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369).

(68)  Ara l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(69)  L-EPREL jipprovdi wkoll informazzjoni dwar aspetti għajr l-użu tal-enerġija ta’ prodott, bħall-konsum tal-ilma possibbli, l-emissjoni tal-istorbju, il-garanzija estiża, id-disponibbiltà tal-ispare parts, id-durata jew l-appoġġ għall-prodott. Il-kriterji kollha elenkati fl-EPREL jistgħu jintużaw ukoll bħala sors ta’ referenza mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti biex jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi, kriterji tal-għażla jew tal-għoti għall-akkwist ta’ kategoriji tal-prodotti speċifiċi. Din il-karatteristika tippermetti wkoll lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti jiksbu stampa tas-suq u tad-disponibbiltà ta’ prodotti bi prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika għolja għal kull kategorija ta’ prodotti. Din min-naħa tagħha tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti biex jistmaw kemm jistgħu jkunu mistennija offerti bil-prezz f’offerta korrispondenti.

(70)  L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369 jispeċifika, li meta l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodott speċifikat f’att delegat, dawk l-inċentivi għandhom jimmiraw lejn l-ogħla żewġ klassijiet sinifikament ippopolati ta’ effiċjenza enerġetika, jew lejn klassijiet ogħla kif stabbilit f’dak l-att delegat, jiġifieri l-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika li huma wkoll sinifikament ippopolati (f’termini tal-għadd ta’ prodotti rreġistrati).

(71)  L-Artikolu 15(3), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/125/KE.

(72)   https://commission.europa.eu/energy-climate-change-environment/standards-tools-and-labels/products-labelling-rules-and-requirements/energy-label-and-ecodesign/energy-efficient-products_en/.

(73)   https://green-business.ec.europa.eu/green-public-procurement/gpp-criteria-and-requirements_en/.

(74)   https://green-business.ec.europa.eu/green-public-procurement/gpp-criteria-and-requirements_en/.

(75)  Fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/24/UE, tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/25/UE u tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/23/UE.

(76)  L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jiddikjara li l-prinċipju EE1st għandu jiġi applikat (mingħajr ebda restrizzjoni) għall-“kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet ta’ valur daqs jew aktar mil-livelli limitu msemmija fl-ewwel subparagrafu […] inkluż għal dawk il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet li għalihom ma hemm previst l-ebda rekwiżit speċifiku fl-Anness IV”.

(77)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel: minn prinċipji għall-prattika – Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu (ĠU L 350, 4.10.2021, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/1749/oj).

(78)  Għandu jitqies li l-valuri msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jirreferu għad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku Klassiku u mhux għall-valuri msemmija fid-Direttiva 2009/81/KE.

(79)  Il-premessa 19 tar-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1807/oj).

(80)  Il-kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma arranġamenti kuntrattwali bejn benefiċjarju u fornitur ta’ miżura għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, ivverifikati u mmonitorjati matul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn l-investimenti (xogħol, provvista jew servizz) f’dik il-miżura jitħallsu b’rabta mal-livell miftiehem kuntrattwalment ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika jew kriterju tar-rendiment fl-użu tal-enerġija miftiehem ieħor, bħall-iffrankar finanzjarju, ara wkoll l-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2023/179.

(81)  Moles-Grueso/Bertoldi/Boza-Kiss EUR 30614 EN.

(82)  Għal aktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-EnPC, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal, pereżempju, Moles-Grueso/Bertoldi/Boza-Kiss, Energy Performance Contracting in the Public Sector of the EU – 2020 (2021) u Boza-Kiss/Zangheri/Bertoldi/Economidou, Practices and opportunities for Energy Performance Contracting in the public sector in EU Member States (2017).

(83)  Tista’ tinstab gwida dwar kif għandhom jiġu inkorporati aspetti usa’ fl-akkwist hawnhekk:

Green Public Procurement: https://green-business.ec.europa.eu/green-public-procurement_en;

Public Buyers Community Platform: https://public-buyers-community.ec.europa.eu/about;

Avviż tal-Kummissjoni “Ix-Xiri Soċjali – Gwida biex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet soċjali fl-akkwisti pubbliċi (It-tieni edizzjoni)”, C(2021) 3573 final, https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/47c69b3a-cfcf-11eb-ac72-01aa75ed71a1/language-mt.

“Making Socially Responsible Public Procurement Work: 71 Good Practice Cases”, Mejju 2020;

Għodod għax-xerrejja pubbliċi: https://commission.europa.eu/funding-tenders/tools-public-buyers/social-procurement_mt;

Il-Kummissjoni Ewropea/ICLEI, Buying green! A handbook on green public procurement (2016).

(84)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1780 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 (Formuli elettroniċi) (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1780/oj) se jiġi adattat biex jipprovdi l-entrati meħtieġa biex l-impatt tal-effiċjenza enerġetika ikun trasparenti f’konformità mal-Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu, biex tiġi żgurata t-trasparenza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija billi l-impatt tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-kuntratti jkun disponibbli pubblikament billi dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata fl-avviżi rispettivi fuq it-Tenders Electronic Daily (TED).

(85)   https://ted.europa.eu/mt/.

(86)  Biex jivvalutaw din l-erja, l-Istati Membri jistgħu jużaw it-tip ta’ erja li jużaw bħala referenza fiċ-ċertifikat tal-enerġija (li, fil-prinċipju, se tkun l-erja grossa tal-art).

(87)   https://green-business.ec.europa.eu/green-public-procurement/life-cycle-costing_en/.

(88)  Perera/Morton/Perfrement, Life Cycle Costing in Sustainable Public Procurement: A Question of Value (2009) 1 u Estevan/Schaefer/Adell, Life Cycle Costing State of the art report (2018).

(89)   https://green-business.ec.europa.eu/green-public-procurement/life-cycle-costing_en/.

(90)  Eż. għall-akkwist tal-vetturi fil-forma tal-għodda LCC tal-Flotot Nodfa, https://iclei-europe.org/publications-tools/?c=search&uid=0IKEKnVb/.

(91)   http://ec.europa.eu/environment/gpp/helpdesk.htm/.

(92)  F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni reċentement nediet il-Pjattaforma tal-Komunità tax-Xerrejja Pubbliċi, pjattaforma innovattiva mfassla biex tiffaċilita l-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti madwar l-Ewropa. Din il-pjattaforma hija spazju diġitali fejn il-partijiet ikkonċernati tal-akkwist pubbliku jistgħu jinġabru flimkien biex jiskambjaw l-aħjar prattiki, jaqsmu l-esperjenzi, u jiddiskutu l-isfidi. https://public-buyers-community.ec.europa.eu/ . Id-Danimarka tiffaċilita l-iskambju tal-għarfien espert, kif jagħmel ukoll in-network reġjonali Franċiż għall-Grand-Ouest (www.reseaugrandouest.fr). Fil-livell Ewropew, eżempju wieħed huwa l-kampanja Procura+ li għandha l-għan li taqsam l-esperjenzi tal-APE bejn il-fruntieri u tappoġġa l-parteċipanti individwali fl-implimentazzjoni lokali (www.procuraplus.org). L-informazzjoni tista’ tinstab ukoll fil-Kummissjoni Ewropea/ICLEI, Buying green! A handbook on green public procurement (2016).

(93)  Ara eż. Il-Kummissjoni Ewropea/ICLEI, Buying green! A handbook on green public procurement (2016) p. 31 u Risvig Hamer f’Steinicke/Vesterdorf, EU Public Procurement Law (2018) p. 444.

(94)  Jiġifieri ostakli li jirriżultaw mir-regolamentazzjoni.

(95)  Jiġifieri ostakli li ma jirriżultawx mir-regolamentazzjoni.

(96)   Luyckx/Pál-Hegedüs Ortega, Public procurement of energy-efficient works, supplies and services - Support provided to projects under the Intelligent Energy Europe II programme and Horizon 2020 Energy Efficiency (2020).

(97)  Moles-Grueso/Bertoldi/Boza-KissEUR 30614 EN.

(98)  Il-premjijiet ta’ Procura+ jistgħu jittieħdu bħala eżempju, https://procuraplus.org/awards/.

(99)  Ir-Regolament (UE) 2021/783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/783/oj).


Appendiċi A

Kalkolu tal-miri u verifika tal-ksib tal-miri

Kalkolu tal-mira: Formuli għall-kalkolu tal-konsum tal-enerġija finali tas-settur pubbliku massimu ta’ Stat Membru skont l-obbligi tal-Artikolu 5(1), (2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2023/1791

2025, 2026

Formula

Formula

FEC G1,BL

Konsum tal-enerġija finali, xenarju bażi tal-grupp 1

Formula
=
Formula
= 0,996

82 huwa n-numru tal-jiem mill-iskadenza tat-traspożizzjoni fil-11 ta’ Ottubru 2025 (inkluż) sa tmiem l-2025.

Formula

2027, 2028, 2029

Formula

Formula

Formula

2030, 2031

Formula

Formula

Formula

Formula

Għas-snin ta’ wara (mill-2032)

Formula

Formula

fejn

Formula
.

Taqsira

Spjegazzjoni

Formula

Konsum tal-enerġija finali massimu tal-Grupp 1 fis-sena 2025 (pro rata)

(Il-grupp 1 jikkorrispondi għall-korpi pubbliċi kollha bl-eċċezzjoni ta’ dawk inklużi fil-gruppi 2 u 3; ara hawn taħt)

Formula

Formula
996

Multiplikatur tat-tnaqqis tas-sena 2025. FEC G1,BL ma titnaqqasx b’1,9 % fl-2025 iżda proporzjonalment (pro rata), li jikkorrispondi għat-82 jum li jifdal fl-2025 mill-jum tat-traspożizzjoni

FEC G1,BL

Il-konsum tal-enerġija finali, xenarju bażi tal-Grupp 1; il-Grupp 1 jikkorrispondi għall-korpi pubbliċi kollha bl-eċċezzjoni ta’ dawk inklużi fil-gruppi 2 u 3.

FEC G2,BL

Il-konsum tal-enerġija finali, xenarju bażi tal-Grupp 2; il-Grupp 2 jikkorrispondi għall-korpi pubbliċi kollha f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 50 000 abitant, iżda b’aktar minn 5 000 abitant

FEC G3,BL

Il-konsum tal-enerġija finali, xenarju bażi tal-Grupp 3; il-Grupp 3 jikkorrispondi għall-korpi pubbliċi kollha f’unitajiet amministrattivi lokali b’inqas minn 5 000 abitant

n

Sena f’żewġ ċifri, pereżempju, 30 għas-sena 2030

Verifika tal-ksib tal-miri: Formuli għat-tqabbil tal-konsum tal-enerġija finali fil-mira u dak reali (mill-2025 sal-2031)

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Taqsira

Spjegazzjoni

FEC real,G,adj,20n

Il-konsum tal-enerġija finali tal-korpi pubbliċi (bl-eċċezzjoni tat-trasport u d-difiża); aġġustat (jekk applikabbli); bil-G li tikkorrispondi għal G1, G1+G2 jew G1+G2+G3, skont is-sena applikabbli.

s.t. (

Formula

– għal kull numru naturali bejn 21 u 99

RED T_OR_D,adj,20n

It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija finali tas-settur tad-difiża jew tas-settur tat-trasport (“JEW” tfisser jew it-tnaqqis fis-settur tad-Difiża, jew it-tnaqqis fis-settur tat-Trasport, jew it-tnaqqis fiż-żewġ setturi) fis-sena 20n; aġġustat (jekk applikabbli); mqabbel mal-konsum tal-enerġija finali tas-setturi tad-difiża jew tat-trasport fis-sena bażi (2021)

s.t. (

Formula

Image 3

 

Il-konsum tal-enerġija finali, is-settur tat-Trasport

s.t. (

Formula

—

għal kull numru naturali bejn 21 u 99

FEC D,20n

Il-konsum tal-enerġija finali, is-settur tad-Difiża

s.t. (

Formula

—

għal kull numru naturali bejn 21 u 99

FEC T&D,20n

Il-konsum tal-enerġija finali, is-settur tat-Trasport u tad-Difiża

s.t. (

Formula

—

għal kull numru naturali bejn 21 u 99

Formula

Formula

Il-multiplikatur tat-tnaqqis tal-iffrankar tat-Trasport u tad-Difiża fis-sena 2025. L-iffrankar miksub tal-konsum tal-enerġija finali fis-setturi tad-Difiża u tat-Trasport jingħadd proporzjonalment (pro rata) għas-sena 2025. Jikkorrispondi għat-82 jum li jifdal fl-2025 mill-jum tat-traspożizzjoni.


APPENDIĊI B

Aġġustament għall-klima, tibdil fil-livelli tas-servizz pubbliku u t-tneħħija jew iż-żieda tal-korpi pubbliċi

Aġġustament klimatiku

Il-prinċipji bażiċi għall-aġġustament klimatiku tal-konsum tal-enerġija finali f’konformità mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 huma kif ġej:

—

Is-sehem tal-konsum tal-enerġija dipendenti fuq il-klima biss jiġi aġġustat skont il-varjazzjonijiet klimatiċi. Normalment, dan jirreferi biss għall-konsum tal-enerġija finali użat għat-tisħin u għat-tkessiħ fil-bini.

—

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jqis it-territorju tiegħu bħala parti minn żona klimatika waħda jew aktar.

—

L-aġġustament klimatiku jiġi kkalkulat għall-konsum tal-enerġija finali totali ta’ Stat Membru f’kull settur tas-servizz pubbliku għal kull żona klimatika definita (1).

—

Il-varjazzjonijiet klimatiċi jridu jinqabdu mill-parametri tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku: L-aktar parametri komuni użati huma l-gradi jiem tat-tisħin għall-konsum tal-enerġija għat-tisħin, u l-gradi jiem tat-tkessiħ għat-tkessiħ.

—

Stat Membru jista’ jiddefinixxi ż-żoni klimatiċi kif xieraq għall-pajjiż u bil-kundizzjoni li għaż-żoni klimatiċi definiti jkunu disponibbli l-parametri klimatiċi meħtieġa (gradi jiem tat-tisħin u tat-tkessiħ). (2) Id-data kollha dwar il-konsum tal-enerġija finali għat-tisħin u t-tkessiħ trid tiġi allokata għal żona klimatika speċifika.

—

Sabiex jiġi evitat il-kalkolu ta’ varjazzjonijiet klimatiċi iżgħar li normalment ikollhom impatti limitati ħafna fuq il-konsum tal-enerġija, għandu jiġi applikat livell limitu de minimis ta’ ±5 % għall-parametri klimatiċi (tipikament il-gradi jiem tat-tisħin jew tat-tkessiħ) imqabbel mas-sena bażi. Dan ifisser li l-aġġustament klimatiku jitwettaq biss jekk il-parametru klimatiku jkun 5 % ogħla jew aktar baxx mis-sena bażi (3).

—

Is-sehem dipendenti fuq il-klima — jiġifieri l-konsum tal-enerġija finali użat għat-tisħin u t-tkessiħ — għandu jkun divrenzjat skont it-tip ta’ servizz pubbliku, il-konfigurazzjoni teknika medja, u l-kundizzjonijiet klimatiċi. Barra minn hekk, fid-definizzjoni tal-konsum tal-enerġija finali, għandhom jitqiesu biss dawk il-vetturi tal-enerġija li jintużaw b’mod wiesa’ għall-finijiet ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ. Għat-tisħin, dan normalment ikun: It-tisħin distrettwali, il-gass naturali, iż-żejt għat-tisħin, il-pellets, iċ-ċana, il-fjuwils tal-bijomassa solidi, il-fjuwils fossili solidi, u l-elettriku (is-sehem użat għat-tisħin biss). Għat-tkessiħ, dan normalment ikun: L-elettriku (is-sehem użat għat-tkessiħ biss), u t-tkessiħ distrettwali.

—

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-aġġustament klimatiku għat-tisħin, allura jrid jiġi applikat ukoll l-aġġustament klimatiku għat-tkessiħ, dment li jintlaħqu l-livelli limitu de minimis imsemmi hawn fuq.

—

L-istima akkurata tas-sehem tal-konsum tal-enerġija finali dipendenti fuq il-klima għandha tkun ibbażata fuq evidenza empirika u/jew riċerka relatata. Jekk l-Istat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi stimi sinifikanti għas-sehem tal-konsum tal-enerġija finali li jiddependi fuq il-klima ta’ servizz pubbliku abbażi tal-evidenza empirika, il-valuri prestabbiliti fit-Tabella 5 u fit-Tabella 6 jitqiesu li huma valuri medji xierqa.

Formula ġenerika għall-aġġustament klimatiku tal-konsum tal-enerġija finali għat-tisħin u għat-tkessiħ

Formula

FEC HC,adj

Konsum tal-enerġija finali għat-tisħin jew għat-tkessiħ wara l-aġġustament klimatiku

FEC HC

Konsum tal-enerġija finali rrapportat mill-vetturi tal-enerġija użati jew għat-tisħin jew għat-tkessiħ (4)

f adj

Fattur ta’ aġġustament, li jikkorrispondi għas-sehem tal-konsum tal-enerġija finali dipendenti fuq il-klima, irrapportat mill-vetturi tal-enerġija użat jew għat-tisħin jew għat-tkessiħ

par rep

Valur tal-parametru klimatiku (gradi jiem tat-tisħin jew tat-tkessiħ) fis-sena ta’ rapportar

par base

Valur tal-parametru klimatiku (gradi jiem tat-tisħin jew tat-tkessiħ) fis-sena bażi tal-2021

Tabelli tal-valuri prestabbiliti relatati mal-aġġustament klimatiku:

It-Tabella 5 tippreżenta valuri prestabbiliti għas-sehem tal-konsum finali tal-enerġija dipendenti fuq il-klima użat għat-tisħin jew għat-tkessiħ divrenzjati mis-servizzi pubbliċi u l-kundizzjonijiet klimatiċi medji, abbażi ta’ stimi esperti. Il-valuri prestabbiliti ma għandhomx jiġu applikati għall-aġġustament klimatiku fil-livell tal-bini iżda huma maħsuba biex jiġu applikati meta jsiru l-aġġustamenti klimatiċi għall-konsum tal-enerġija totali għat-tisħin jew għat-tkessiħ ta’ settur tas-servizz pubbliku f’żona klimatika partikolari, fejn iż-żoni klimatiċi jridu jiġu definiti mill-Istat Membru. Is-sehem dipendenti fuq il-klima stabbilit fit-Tabella 5 jirreferi biss għall-konsum tal-enerġija użat għat-tisħin minn naħa waħda, u għat-tkessiħ min-naħa l-oħra. Il-konsum tal-enerġija għat-tisħin jikkonsisti fil-konsum irrapportat għat-tisħin distrettwali, għall-gass naturali, għaż-żejt għat-tisħin, għall-pellets, għaċ-ċana, għall-fjuwils tal-bijomassa solidi, għall-fjuwils fossili solidi, kif ukoll is-sehem tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tisħin kif muri fit-Tabella 6. Il-konsum tal-enerġija għat-tkessiħ jikkonsisti fil-konsum irrapportat għat-tkessiħ distrettwali, kif ukoll is-sehem tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tkessiħ kif muri fit-Tabella 6.

Tabella 5

Valuri prestabbiliti għas-sehem tal-konsum tal-enerġija finali dipendenti fuq il-klima użat għat-tisħin jew għat-tkessiħ divrenzjati mis-servizzi pubbliċi u mill-kundizzjonijiet klimatiċi medji

(f’%)

Servizz pubbliku

Għal kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Ewropa Ċentrali u fil-Majjistral tal-Ewropa

Għal kundizzjonijiet klimatiċi medji fin-Nofsinhar tal-Ewropa

Għal kundizzjonijiet klimatiċi medji fit-Tramuntana tal-Ewropa

Konsum tal-enerġija użat għat-tisħin

Konsum tal-enerġija użat għat-tkessiħ

Konsum tal-enerġija użat għat-tisħin

Konsum tal-enerġija użat għat-tkessiħ

Konsum tal-enerġija użat għat-tisħin

Konsum tal-enerġija użat għat-tkessiħ

Bini tal-uffiċċji u tal-amministrazzjoni

80

90

65

90

85

90

Sptarijiet u bini għall-kura tas-saħħa

55

80

40

80

60

80

Skejjel u kindergartens

75

90

60

90

80

90

Universitajiet

80

80

50

80

85

80

Bini tal-fabbriki u tal-workshops

85

90

80

90

90

90

Bini residenzjali b’sjieda pubblika (pereżempju, dormitorji)

65

90

50

90

75

90

Bini pubbliku ieħor (b’sjieda jew b’kera)

65

90

50

90

70

90


Tabella 6

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tisħin u tat-tkessiħ divrenzjat skont is-servizzi pubbliċi u l-kundizzjonijiet klimatiċi medji  (5)

(f’%)

Servizz pubbliku

F’kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Ewropa Ċentrali u fil-Majjistral tal-Ewropa

F’kundizzjonijiet klimatiċi medji fin-Nofsinhar tal-Ewropa

F’kundizzjonijiet klimatiċi medji fit-Tramuntana tal-Ewropa

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tisħin

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tkessiħ

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tisħin

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tkessiħ

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tisħin

Sehem tal-konsum tal-elettriku użat għall-finijiet tat-tkessiħ

Bini tal-uffiċċji u tal-amministrazzjoni

4

7

7

18

8

2

Sptarijiet u bini għall-kura tas-saħħa

7

18

7

30

6

7

Skejjel u kindergartens

3

5

4

12

4

2

Universitajiet

4

8

7

15

4

3

Bini tal-fabbriki u tal-workshops

3

7

3

15

5

4

Bini residenzjali b’sjieda pubblika (pereżempju, dormitorji)

2

3

3

20

3

1

Bini pubbliku ieħor (b’sjieda jew b’kera)

5

3

7

15

6

2

Aġġustament għal bidliet kbar fil-livelli tas-servizz pubbliku

Il-prinċipji bażiċi għal aġġustament fil-livell tas-servizz xieraq tal-konsum tal-enerġija finali għall-fini tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 huma kif ġej:

—

L-aġġustament isir separatament għall-konsum tal-enerġija finali rrapportat għas-setturi tas-servizz pubbliku differenti, kif stabbilit fit-Tabella 2, fil-livell tal-Istat Membru, (6) minħabba li l-kejl tal-livell tas-servizz jirrikjedi parametri differenti.

—

Il-parametri ta’ referenza li jintużaw biex jitkejjel il-livell tas-servizz iridu jintgħażlu bir-reqqa u jrid ikollhom korrelazzjoni diretta kemm jista’ jkun mal-konsum tal-enerġija (7). It-Tabella 6 tippreżenta lista ta’ eżempji ta’ parametri ta’ referenza xierqa fil-kuntest partikolari.

—

Permezz tal-applikazzjoni ta’ livell limitu de minimis ta’ ±5 %, jitqiesu biss bidliet notevoli fil-livelli tas-servizz. Dan ifisser li l-aġġustament tal-livell tas-servizz isir biss jekk il-parametru għall-kejl tal-livelli tas-servizz ikun 5 % ogħla jew aktar baxx f’sena partikolari meta mqabbel mas-sena bażi.

—

Jekk settur tas-servizz pubbliku speċifiku jeħtieġ aġġustament fil-livell tas-servizz u aġġustament klimatiku, allura ż-żewġ passi tal-aġġustament isiru konsekuttivament. Minħabba li l-aġġustament klimatiku jkun differenti għal kull żona klimatika fi Stat Membru, l-aġġustament klimatiku jkollu jsir l-ewwel u biss wara l-aġġustament fil-livell tas-servizz, li għandu jsir biss fil-livell tal-Istat Membru.

Tabella 7

Lista ta’ parametri ta’ referenza xierqa għall-kejl tal-livell tas-servizz, divrenzjati skont is-servizzi pubbliċi

Konsum tal-enerġija fil-bini

Parametri ta’ referenza

Bini tal-uffiċċji u tal-amministrazzjoni

m2 (erja kkundizzjonata)

Sptarijiet u bini għall-kura tas-saħħa

m2 (erja kkundizzjonata)

Skejjel u kindergartens

m2 (erja kkundizzjonata)

Universitajiet

m2 (erja kkundizzjonata)

Bini tal-fabbriki u tal-workshops

m2 (erja kkundizzjonata)

Bini residenzjali b’sjieda pubblika

m2 (erja kkundizzjonata)

Bini pubbliku ieħor (b’sjieda jew b’kera)

m2 (erja kkundizzjonata)

Konsum tal-enerġija għall-proċessi

 

Tidwil pubbliku

km ta’ toroq imdawla jew għadd ta’ punti tad-dawl

Provvista tal-ilma

Konsum tal-ilma kull sena

Trattament tal-ilma mormi

Ilma mormi ttrattat kull sena

Immaniġġjar tal-iskart

Ġenerazzjoni tal-iskart kull sena

Proċessi oħrajn

L-ebda parametru ta’ referenza (mhu previst l-ebda aġġustament)

Konsum tal-enerġija għas-servizzi tal-mobbiltà

 

Trasport pubbliku

Kilometri misjuqa kull sena

Flotta ta’ vetturi li jkollu s-sjieda tagħhom korp pubbliku għal finijiet oħrajn għajr it-trasport pubbliku

L-ebda parametru ta’ referenza (mhu previst l-ebda aġġustament)

Formula ġenerika għall-aġġustament tal-konsum tal-enerġija finali għall-bidliet fil-livell tas-servizz

Formula

FEC adj

Aġġustament tal-konsum tal-enerġija finali

FEC

Konsum tal-enerġija finali (data miġbura)

par rep

Valur tal-parametru tal-livell tas-servizz fis-sena tar-rapportar

par base

Valur tal-parametru tas-servizz fis-sena bażi

Din il-formula ġenerika tista’ tiġi applikata biss, jekk il-parametru magħżul għall-kejl tal-livell tas-servizz jiġġustifika din is-suppożizzjoni ta’ korrelazzjoni diretta bejn il-livell tas-servizz u l-konsum tal-enerġija.

Aġġustamenti għat-tneħħija u għaż-żieda tal-korpi pubbliċi

Jekk il-korpi pubbliċi jisparixxu, jinħolqu mill-ġdid jew jitħallew barra bi żball mix-xenarju bażi, għandu jiġi applikat il-prinċipju “paragunabbli” meta jitqabbel ix-xenarju bażi tal-konsum mal-konsum tal-enerġija finali annwali. F’każijiet konkreti dan ifisser li:

—

Meta korp pubbliku — għal kwalunkwe raġuni — ma jibqax jeżisti, il-konsum tal-enerġija finali tiegħu għandu jiġi eskluż mix-xenarju bażi, kif ukoll mill-konsum tal-enerġija finali fis-snin ta’ rapportar kollha ta’ wara. Għas-snin preċedenti li diġà ġew irrapportati, mhuwiex meħtieġ kalkolu mill-ġdid tar-riżultati aġġustati.

—

Meta korp pubbliku — għal kwalunkwe raġuni — jiżdied, il-konsum tal-enerġija finali tiegħu għandu jiżdied max-xenarju bażi kif ukoll mal-konsum tal-enerġija finali fis-snin ta’ rapportar kollha ta’ wara. F’dan il-każ, jista’ jkun li d-data dwar il-konsum tal-enerġija finali għas-sena bażi 2021 ma tkunx disponibbli, sabiex il-konsum tal-enerġija finali fl-ewwel sena tal-operat sħiħ tal-korp pubbliku li jkun ġie miżjud ikun jista’ jintuża bħala konsum bażi li miegħu se jitqabbel il-konsum tal-enerġija finali fis-snin ta’ wara.

—

Fil-każ tar-ristrutturar ta’ korpi pubbliċi, il-komparabbiltà mal-kundizzjonijiet tas-sena bażi għandha tinkiseb kemm jista’ jkun, skont il-prinċipju ġenerali paragunabbli.

Fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq, għandu jsir kalkolu mill-ġdid sħiħ tal-konsum tal-enerġija finali għall-perjodu fil-mira preċedenti li jibda mill-2025. (8)


(1)  Peress li l-obbligu huwa relatat mal-Istati Membri kollha kemm huma, mhuwiex utli li jitwettqu kalkoli tal-aġġustament klimatiku f’livelli ta’ diżaggregazzjoni aktar baxxi, eż. għal kull korp pubbliku individwali. Kalkolu tal-aġġustament klimatiku fl-ogħla livell ta’ diżaggregazzjoni possibbli — jiġifieri, divrenzjat biss skont iż-żona klimatika u s-servizz pubbliku — huwa biżżejjed u inqas suxxettibbli għall-erruri.

(2)  Il-gradi jiem tat-tisħin u tat-tkessiħ huma ppubblikati fiż-ŻEE mill-JRC fuq https://agri4cast.jrc.ec.europa.eu/dataportal/.

(3)  Il-livell limitu de minimis ta’ ±5 % japplika għal kull parametru klimatiku separatament. Dan ifisser li, jekk f’sena partikolari d-differenza fil-gradi jiem tat-tisħin meta mqabbla mas-sena bażi tibqa’ taħt il-5 %, filwaqt li d-differenza fil-gradi jiem tat-tkessiħ taqbeż il-livell limitu, f’din is-sena jiġi applikat biss l-aġġustament klimatiku għat-tkessiħ.

(4)  Bħala regola, il-konsum tal-enerġija għat-tisħin jikkonsisti f’konsum irrapportat għat-tisħin distrettwali, għall-gass naturali, għaż-żejt għat-tisħin, għall-pellets, għaċ-ċana, għall-fjuwils tal-bijomassa solidi, għall-fjuwils fossili solidi, u s-sehem tal-elettriku għall-finijiet tat-tisħin, filwaqt li l-konsum tal-enerġija għat-tkessiħ jikkonsisti fil-konsum irrapportat għat-tkessiħ distrettwali u s-sehem tal-elettriku għall-finijiet tat-tkessiħ (ara t-Tabella 5 u t-Tabella 6).

(5)  Il-valuri fit-tabella jirrappreżentaw stimi prestabbiliti. Madankollu, is-sehem jiddependi ħafna fuq ċerti karatteristiċi tas-sistema tal-enerġija fi Stat Membru speċifiku, eż. fuq is-sehem tipiku tat-tisħin elettriku fil-provvista tas-sħana jew fuq it-teknoloġija tal-bini tipika użata għal servizzi pubbliċi differenti. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw valuri aktar xierqa bbażati fuq data statistika.

(6)  Peress li l-obbligu huwa relatat mal-Istati Membri kollha kemm huma, mhuwiex utli li jsiru kalkoli ta’ aġġustament relatati mal-bidliet fil-livell tas-servizz f’livelli ta’ diżaggregazzjoni aktar baxxi, eż. għal kull korp pubbliku individwali. Huwa biżżejjed u inqas suxxettibbli għall-erruri, jekk il-kalkolu jsir fil-livell tal-Istat Membru, u jkun divrenzjat biss skont is-setturi tas-servizz pubbliku.

(7)  Pereżempju, l-għadd ta’ studenti jew tfal li jattendu l-iskejjel jew il-kindergartens għandu korrelazzjoni pjuttost indiretta mal-konsum tal-enerġija ta’ dan is-settur. Dan għaliex hija biss żieda sinifikanti fl-għadd li twassal b’xi dewmien biex ikollhom isiru disponibbli faċilitajiet ġodda — u viċi versa fil-każ ta’ għadd li jonqos. L-istess jgħodd għall-parametru tal-passiġġieri-kilometri relatat mal-konsum tal-enerġija tat-trasport pubbliku, peress li sa ċertu livell limitu, żieda jew tnaqqis fl-użu tal-mezzi tat-trasport ikollhom impatt negliġibbli fuq il-konsum tal-enerġija.

(8)  Jekk l-Istat Membru juża soluzzjoni tas-software xierqa għall-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-enerġija finali kif ukoll għar-rapportar b’rabta mal-ksib tal-mira, allura l-kalkolu mill-ġdid komplet għandu jsir awtomatikament mill-applikazzjoni.


APPENDIĊI C

Eżempji prattiċi relatati mal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791

1.   L-issodisfar tar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni (approċċ prestabbilit)

Din it-taqsima tippreżenta serje ta’ eżempji illustrattivi li juru kif għandu jiġi stabbilit ix-xenarju bażi għall-kalkolu tal-mira annwali. Tliet każijiet speċjali juru kif ix-xenarju bażi u l-mira jinbidlu f’ċirkostanzi speċjali.

Mira tar-rinnovazzjoni annwali

It-Tabella 8 turi kif il-mira annwali tista’ tiġi kkalkulata abbażi ta’ data dwar id-daqs tal-bini u l-klassifikazzjoni tal-effiċjenza attwali tiegħu.

Tabella 8

Eżempju tax-xenarju bażi ta’ stokk tal-bini fl-1 ta’ Jannar 2024

ID tal-bini

Erja totali utli tal-art (f’m2)

NZEB

Bini inkluż fix-xenarju bażi (1)

Erja totali utli tal-art tal-bini li jaqa’ taħt ir-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni (f’m2)

1

2 000

X

 

—

2

10 000

 

X

10 000

3

7 000

 

X

7 000

4

1 500

 

X

1 500

5

30 000

 

X

30 000

6

3 000

X

 

—

7

300

X

 

—

8

900

X

 

—

9

800

 

X

800

10

700

 

X

700

11

200  (1)

 

 

—

Erja totali utli tal-art tax-xenarju bażi (m2)

50 000

Mira tar-rinnovazzjoni annwali (m2)

1 500

Jekk wieħed jassumi li s-sitwazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2024 hija li l-mira tar-rinnovazzjoni annwali (f’m2) hija: 50 000 m2 × 3 % = 1 500 m2. Dan jista’ jiġi ssodisfat billi jiġi rinnovat il-bini 4 (fl-eżempju), jew billi jiġu rinnovati diversi binjiet biex jingħaddu tal-inqas sal-istess m2 (pereżempju, il-bini 9 u 10).

Il-mira tar-rinnovazzjoni annwali tibqa’ l-istess matul il-perjodu li fih id-Direttiva (UE) 2023/1791 hija effettiva, anki meta jiżdied bini ġdid mal-istokk tal-bini jew meta l-bini jitwaqqa’ jew jinbiegħ. Il-bini l-ġdid kollu li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi jrid ikun b’emissjonijiet żero mill-1 ta’ Jannar 2028, kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-EPBD. Huwa speċifikat ukoll li l-bini pubbliku ġdid irid ikollu mill-inqas standard NZEB sal-applikazzjoni tal-istandard ZEB.

Eżempju ta’ twaqqigħ u ta’ sostituzzjoni

L-Istati Membri jistgħu jżidu mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali l-erja tal-art ta’ bini ġdid li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi li qed jissostitwixxi bini speċifiku mwaqqa’ fi kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti. Eżempju ta’ din l-eċċezzjoni huwa muri fit-Tabella 9.

Tabella 9

Eżempju ta’ twaqqigħ u ta’ sostituzzjoni

ID tal-bini

Erja totali utli tal-art (f’m2)

NZEB

Bini inkluż fix-xenarju bażi (2)

Status

Erja totali utli tal-art tal-bini taħt ir-rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni (f’m2)

1

2 000

X

 

 

—

2

10 000

 

X

 

10 000

3

7 000

 

X

 

7 000

4

1 500

 

X

 

1 500

5

30 000

 

X

 

30 000

6

3 000

X

 

 

—

7

300

X

 

 

—

8

900

X

 

 

—

9

800

 

X

Imwaqqa’

800

10

700

 

X

 

700

11

1 200

X

 

Bini ġdid

1 200

Erja totali utli tal-art tax-xenarju bażi (m2)

 

50 000

Mira ta’ rinnovazzjoni annwali

 

1 500

Jekk wieħed jassumi li l-bini 11 inbena bħala sostitut għal bini speċifiku (jiġifieri l-bini 9) li kien twaqqa’ fis-sentejn preċedenti, allura l-erja tal-art tal-bini 11 tista’ tingħadd mal-mira sad-daqs tal-bini l-antik li kien twaqqa’. L-għadd ta’ dan il-bini se jimplika li l-mira li jifdal għal dik is-sena hija ta’ 1 500 m2 - 800 m2 = 700 m2.

L-għadd ta’ 800 m2 tal-bini 11 mal-mira huwa possibbli biss jekk l-Istat Membru jista’ juri konformità maż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, li huma:

—

Il-kosteffettività: (Il-kost totali tat-twaqqigħ tal-bini 9 + Il-kost totali tal-kostruzzjoni tal-bini 11) < Il-kost totali tar-rinnovazzjoni tal-bini 9 għall-istandard NZEB jew ZEB.

—

Is-sostenibbiltà:

—

Il-konsum tal-enerġija totali tal-bini 9 tul il-ħajja ekonomika stmata tiegħu > (Il-konsum tal-enerġija totali tal-bini 11 tul il-ħajja ekonomika stmata tiegħu + L-enerġija totali matul il-fażi tal-kostruzzjoni tal-bini 11),

U

—

l-emissjonijiet tas-CO2 totali tal-bini 9 tul il-ħajja ekonomika stmata tiegħu > (L-emissjonijiet totali tal-bini 11 tul il-ħajja ekonomika stmata tiegħu + L-emissjonijiet totali matul il-fażi tal-kostruzzjoni tal-bini 11).

2.   L-issodisfar tar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni (Approċċ alternattiv) – Eżempji prattiċi

L-iffissar tal-ammont immirat annwali tal-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti

Sabiex jiġi stabbilit l-ammont immirat annwali tal-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-metodoloġija preferuta tagħhom, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 6. Mod wieħed kif jinkiseb dan huwa li jiġi identifikat, kull sena, il-bini li għandu jiġi rinnovat skont il-kategorija u l-iffrankar tal-enerġija mistenni, abbażi ta’ valuri standard għall-konsum tal-enerġija tal-bini ta’ referenza qabel u wara r-rinnovazzjoni. Fl-eżempju indikat fit-Tabella 10 u fit-Tabella 11, l-Istat Membru huwa obbligat li jirrinova 230 000 m2 fis-sena, iżda dan jirriżulta f’żewġ rekwiżiti tal-iffrankar tal-enerġija differenti għas-sena X u s-sena X+1. Dan minħabba li d-distribuzzjoni tal-bini bejn il-kategoriji tvarja bejn is-sentejn. Iċ-ċifri inklużi hawnhekk huma purament illustrattivi.

Tabella 10

Stima tal-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti fis-sena X

Tipi ta’ bini ta’ referenza li għandu jiġi rinnovat fis-sena X

Erja tal-uċuħ totali tal-bini li għandu jiġi rinnovat fis-sena X (f’m2)

Konsum tal-enerġija qabel ir-rinnovazzjoni (kWh/m2)

Konsum tal-enerġija wara r-rinnovazzjoni (kWh/m2)

Iffrankar tal-enerġija

(kWh/m2)

Iffrankar tal-enerġija totali (kWh)

Uffiċċji

100 000

380

70

310

31 000 000

Bini għall-edukazzjoni

50 000

400

70

330

16 500 000

Sptarijiet

30 000

300

70

230

6 900 000

Faċilitajiet sportivi

30 000

200

70

130

3 900 000

Oħrajn

20 000

350

70

280

5 600 000

Iffrankar tal-enerġija totali li għandu jinkiseb fis-sena X

63 900 000


Tabella 11

Stima tal-iffrankar tal-enerġija ekwivalenti fis-sena X+1

Tipi ta’ bini ta’ referenza li għandu jiġi rinnovat fis-sena X+1

Erja tal-uċuħ totali tal-bini li għandu jiġi rinnovat fis-sena X+1 (f’m2)

Konsum tal-enerġija qabel ir-rinnovazzjoni (kWh/m2)

Konsum tal-enerġija wara r-rinnovazzjoni (kWh/m2)

Iffrankar tal-enerġija

(kWh/m2)

Iffrankar tal-enerġija totali (kWh)

Uffiċċji

0

380

70

310

0

Bini għall-edukazzjoni

100 000

400

70

330

33 000 000

Sptarijiet

30 000

300

70

230

6 900 000

Faċilitajiet sportivi

50 000

200

70

130

6 500 000

Oħrajn

50 000

350

70

280

14 000 000

Iffrankar tal-enerġija totali li għandu jinkiseb fis-sena X+1

60 400 000

Mod ieħor kif jinkiseb dan huwa billi jiġi pproġettat, b’mod simili għat-tabelli ta’ hawn fuq, liema parti mill-istokk tal-bini tiġi rinnovata f’ċertu perjodu ta’ żmien (pereżempju, sa tmiem l-2030) u billi jiġi stmat l-iffrankar medju annwali fuq dak il-perjodu ta’ żmien.


(1)  Bini li għandu erja totali utli tal-art akbar minn 250 m2, li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi fl-1 ta’ Jannar 2024, u li mhuwiex rinnovat għall-istandard NZEB.

(2)  Bini li għandu erja totali utli tal-art akbar minn 250 m2; li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi; fl-1 ta’ Jannar 2024, mhuwiex rinnovat għall-istandard NZEB.


APPENDIĊI D

Gwida oħra relatata mal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791

Inventarju tal-bini tal-korpi pubbliċi

L-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li l-Istati Membri jridu jiżvelaw bħala parti mill-inventarju tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu l-opportunità biex jiġbru informazzjoni addizzjonali biex jappoġġaw il-miri tal-bini nazzjonali u tal-politika tal-effiċjenza enerġetika. Jista’ jintuża inventarju aktar dettaljat għall-kalkolu tax-xenarju bażi għall-mira tal-Artikolu 6(1) jew (6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791. Pereżempju, jista’ jintuża biex tiġi żviluppata strateġija tar-rinnovazzjoni aktar effettiva fil-livell nazzjonali, billi:

—

Jiġi identifikat il-bini l-inqas effiċjenti għar-rinnovazzjoni;

—

Il-bini jiġi raggruppat skont il-kategorija u t-tip, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati approċċi ta’ rinnovazzjoni komuni;

—

Issir prijoritizzazzjoni tar-rinnovazzjonijiet aktar kosteffettivi, pereżempju abbażi tal-EPC jew ta’ xi karatteristiċi tal-bini oħrajn.

—

Issir prijoritizzazzjoni tal-bini mhux okkupat, sabiex ikun jista’ jintuża biex jospita lill-organizzazzjonijiet waqt li l-bini tagħhom ikun qed jiġi rinnovat.

Hawn taħt hawn eżempji ta’ informazzjoni addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiġbru inkluż is-suġġerimenti għat-tip ta’ data jew l-għażliet multipli fil-parentesi:

Informazzjoni utli għall-kalkolu tax-xenarju bażi u l-mira tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791:

—

Il-bini eskluż mix-xenarju bażi tar-rinnovazzjoni (IVA/LE)

—

Ir-raġuni għall-esklużjoni mix-xenarju bażi tar-rinnovazzjoni (Ħadd ma jkollu s-sjieda tiegħu/Akkomodazzjoni soċjali mhux kosteffettiva għar-rinnovazzjoni, diġà NZEB fl-1/1/2024)

—

Il-livell ta’ effiċjenza/status ta’ rinnovazzjoni (ekwivalenti għal NZEB/ZEB/NZEB (1) skont l-Artikolu 6(2a-c)/oħrajn)

—

Data tar-rinnovazzjoni (data, jekk ekwivalenti għal NZEB/ZEB/ZEB/ZEB skont l-Artikolu 6 magħżul fil-punt preċedenti)

—

Data tat-twaqqigħ (data)

—

Data tal-kostruzzjoni tal-bini (data)

—

Sostituzzjoni għal bini mwaqqa’ (IVA/LE. Entrata disponibbli biss jekk id-data tal-bini > 2026)

Aktar informazzjoni speċifika għall-bini:

—

Indirizz (sekwenza)

—

Sid (jew minn lista ta’ korpi pubbliċi jew korp mhux pubbliku)

—

Status tal-okkupazzjoni (diġà okkupat/mikri lil korp pubbliku ieħor/mikri lil organizzazzjonijiet li mhumiex korpi pubbliċi jew lil privati/mhux okkupat)

—

Korp pubbliku ospitat (jekk mikri lil korp pubbliku ieħor)

—

Karatteristiċi tal-bini:

—

Tip ta’ bini (pereżempju, kategorija waħda għas-setturi inklużi fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791 jew il-kategoriji tal-EPC)

—

Rendiment fl-użu tal-enerġija attwali skont l-EPC (kWh/m2/sena)

—

Konsum tal-enerġija reali għal kull m2 (kWh/m2/sena)

—

Klassifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (ZEB, NZEB, A, B, C, eċċ.)

—

Fjuwils ewlenin

—

Limitazzjonijiet (bini protett; bini b’sjieda tal-forzi armati; bini b’sjieda tal-gvern ċentrali u li jservi l-finijiet tad-difiża nazzjonali; bini li jintuża bħala post ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi)

Status tar-rinnovazzjoni:

—

Bini b’passaport tar-rinnovazzjoni (IVA/LE)

—

Sena tar-rilaxx tal-passaport (data)

—

Sena li fiha hija prevista r-rinnovazzjoni għal NZEB/ZEB

L-Istati Membri jistgħu — iżda ma għandhom l-ebda obbligu — jiżvelaw din l-informazzjoni addizzjonali, jekk jagħżlu li jiġbruha. Il-pubblikazzjoni ta’ data addizzjonali tagħti informazzjoni lis-settur tal-kostruzzjoni u lill-ESCOs kif ukoll lill-pubbliku dwar il-ħtiġijiet tar-rinnovazzjoni fis-settur pubbliku.

Tabella 12

Sommarju tad-data meħtieġa u rakkomandata għall-inventarju

Tip

Data

Obbligatorju li jinġabar u jsir disponibbli għall-pubbliku

Erja tal-art

Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija

Obbligatorju li jinġabar u jsir disponibbli għall-pubbliku, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli

Konsum imkejjel b’metraġġi għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-elettriku u għall-misħun

Rakkomandat ħafna li jinġabar biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-inventarju

Korp pubbliku ospitat

Belt/reġjun

Indirizz

Jekk il-bini huwiex mikri jew jekk xi ħadd għandux is-sjieda tiegħu

Data li tista’ tippermetti lill-Istati Membri jikkalkulaw ix-xenarju bażi u l-mira annwali

Jekk il-bini huwiex inkluż jew eskluż mix-xenarju bażi tar-rinnovazzjoni

Status tar-rinnovazzjoni

Data tar-rinnovazzjoni

Data tat-twaqqigħ

Data tal-kostruzzjoni tal-bini

Jekk il-bini huwiex sostitut għal bini mwaqqa’

Data oħra utli biex l-inventarju jintuża bħala għodda għall-ippjanar tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-korpi pubbliċi

Sid

Status tal-okkupazzjoni

Korp ospitat

Karatteristiċi tal-bini:

Tip ta’ bini

Livell attwali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

…

Parti minn din l-informazzjoni tista’ tinstab fuq l-EPC u jkun utli li tiġi traskritta fil-format tad-data jekk l-EPC jiġi inkluż biss bħala PDF. Data oħra jista’ jkollha tinġabar permezz ta’ mezzi oħrajn. L-Istati Membri jistgħu jisiltuha minn bażijiet tad-data oħrajn, jew billi jwettqu stħarriġ fuq is-sidien u l-okkupanti tal-bini, b’segwitu regolari biex jiżguraw li l-informazzjoni tinżamm aġġornata. Għażla oħra hija li tiġi żviluppata bażi tad-data, aċċessibbli mill-bogħod, li l-korpi pubbliċi nfushom għandhom jaċċessaw u jaġġornaw. Biex jillimitaw il-piż amministrattiv u jtejbu l-kwalità tad-data miġbura, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll soluzzjonijiet li jawtomatizzaw il-proċess tal-ġbir tad-data, pereżempju, permezz tal-metraġġ intelliġenti, is-soluzzjoni ta’ Sistemi għall-Ġestjoni tal-Bini, l-Internet tal-Oġġetti, is-sistemi tal-enerġija li jaħdmu b’mod diġitali.

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u r-responsabbiltà, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jaħtru korp pubbliku wieħed biex jimmaniġġja u jżomm l-inventarju aġġornat, kif ukoll li jistabbilixxu l-proċessi u l-għodod biex jitwettqu dawn il-kompiti. Tali korp jista’ jkun involut ukoll f’kompiti oħrajn ta’ rapportar u ppjanar relatati mal-azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-prestazzjoni tal-istokk tal-bini, sabiex jiġu identifikati s-sinerġiji u jiġu evitati id-duplikazzjonijiet.

Rabta mal-ġbir tad-data relatat mal-EPBD tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jimportaw id-data direttament minn repożitorji tad-data oħrajn, u li jużaw l-inventarju bħala għodda ta’ appoġġ għall-politiki. Pereżempju, peress li l-bini pubbliku kollu jrid ikollu EPC u peress li l-EPCs kollha jridu jittellgħu f’bażi tad-data komuni, l-Istati Membri jaf ikunu jistgħu jieħdu d-data relatata mal-korpi pubbliċi u jikkompilaw awtomatikament il-maġġoranza tal-inventarju mingħajr ma jidduplikaw ix-xogħol.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-azzjonijiet ta’ appoġġ li ġejjin biex jiżguraw li l-ġbir tad-data jsir malajr u b’mod effettiv:

—

It-tnedija ta’ kampanja ta’ komunikazzjoni mmirata biex tilħaq lill-korpi pubbliċi kollha (u fil-biċċa l-kbira mmirata lejn il-korpi pubbliċi lokali) biex tinfurmahom dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-rapportar dwar il-bini li jkollhom is-sjieda tiegħu u/jew li jokkupaw.

—

Il-ħolqien ta’ mudelli standard jew punti ta’ aċċess dirett għall-bażi tad-data nazzjonali, mimlija bil-lest fejn possibbli, li l-korpi pubbliċi jistgħu jużaw biex jirrapportaw data dwar il-bini li jkollhom is-sjieda tiegħu u/jew li jokkupaw.

—

Il-korpi pubbliċi jitħallew jużaw l-inventarju għall-ippjanar u r-rapportar tagħhom stess, pereżempju billi jitħallew jaraw id-data aggregata għall-istokk tal-bini, għall-medji u għax-xejriet tagħhom.

L-Artikolu 6 jagħmel enfasi fuq is-settur pubbliku minħabba r-rwol eżemplari tiegħu — jiġifieri, l-azzjonijiet tas-settur pubbliku għandhom inaqqsu l-ostakli tal-atturi l-oħrajn għall-adozzjoni ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjonijiet tal-bini, l-aktar billi juru l-fattibbiltà, il-kosteffettività u l-benefiċċji usa’ tagħhom. Ir-rinnovazzjoni tal-bini tal-korpi pubbliċi se tgħin lill-katina tal-provvista tiżviluppa għarfien espert u esperjenza, sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri aħjar lill-klijenti privati. Id-disseminazzjoni tad-data dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini rilevanti hija għalhekk importanti biex tinbena l-kapaċità fil-kostruzzjoni, iżda wkoll f’setturi oħrajn (pereżempju l-finanzjament), u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin jistgħu jitqiesu biex jiġi sfruttat bis-sħiħ l-impatt tar-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi:

—

L-użu tal-inventarju biex tinġabar data utli għall-fażi tad-disseminazzjoni.

—

Il-ġbir u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-partijiet ikkonċernati. Pereżempju, il-kostijiet tal-installazzjoni, il-kostijiet operatorji, ir-rendiment (stimi ex ante u ex post), jew kunsiderazzjonijiet prattiċi oħrajn.

—

L-ippjanar ta’ strateġija ta’ disseminazzjoni li tkun kapaċi tilħaq lill-industrija, lin-negozji u lill-partijiet ikkonċernati residenzjali b’messaġġi rilevanti u effettivi.

—

L-identifikazzjoni tal-istudji tal-każijiet u tal-aħjar prattiki li jistgħu jiġu kondiviżi, inkluż l-iżgurar tal-viżibbiltà fiżika tal-interventi fil-bini rinnovat.

Konformità mar-rekwiżit tar-rinnovazzjoni annwali

Biex jixprunaw ir-rinnovazzjoni tal-bini li jkollhom is-sjieda tiegħu l-korpi pubbliċi, hemm diversi approċċi li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw:

—

Jiddefinixxu strateġija fit-tul u ċara għar-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku, bħall-Pjanijiet Nazzjonali tar-Rinnovazzjoni tal-Bini. Lil hinn mir-riżorsi finanzjarji, ħafna mill-korpi koperti skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (il-korpi pubbliċi li huma sidien tal-bini jew li jikruh) jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ fl-akkwist u fl-organizzazzjoni tar-rinnovazzjonijiet b’mod effiċjenti u effettiv.

—

Jassenjaw awtorità ċentrali biex tkun inkarigata mill-prijoritizzazzjoni u mill-ippjanar tar-rinnovazzjonijiet. L-awtorità ċentrali tista’ tkun responsabbli biex tiddetermina liema bini għandu jiġi rinnovat l-ewwel, billi tqis il-konsum tal-enerġija, l-użu attwali, u l-pjanijiet attwali tal-korp ospitat. Meta tagħmel dan, l-awtorità ċentrali tkun tista’ tisfrutta d-data mill-inventarju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2023/1791. L-awtorità mbagħad tkun tista’ taħdem mal-korpi responsabbli biex tippjana r-rinnovazzjoni sabiex il-bini l-ġdid jappoġġa wkoll l-istrateġija fit-tul tal-korp ospitat. Hija tista’ tingħata wkoll il-kompitu li tappoġġa lill-korp fl-identifikazzjoni tal-għażliet ta’ finanzjament għall-ħidma.

—

Ir-rinnovazzjonijiet tal-bini tal-korpi pubbliċi jistgħu jingħataw prijorità wkoll b’mod deċentralizzat, abbażi tal-livell ta’ motivazzjoni tal-korpi pubbliċi li huma s-sidien tal-bini inkwistjoni. Awtorità ċentrali tkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ programm ta’ finanzjament li għalih jistgħu japplikaw il-korpi pubbliċi jekk ikunu jixtiequ jirrinnovaw il-bini tagħhom. Din l-għażla għandha tkun akkumpanjata minn kampanji ta’ informazzjoni biex titqajjem kuxjenza fost il-korpi pubbliċi dwar id-disponibbiltà tal-programm ta’ finanzjament. Din l-għażla tista’ ma tippermettix lill-Istati Membri jilħqu l-miri annwali tagħhom jekk ma japplikawx biżżejjed korpi pubbliċi għall-finanzjament biex isostnu r-rinnovazzjoni tal-bini tagħhom. Dan l-approċċ jitlef ukoll l-opportunità li l-ewwel tingħata prijorità abbażi tar-rinnovazzjoni tal-bini bl-akbar iffrankar għall-aktar kost baxx (jew xi kriterji strateġiċi oħrajn).

—

Tikkunsidra mekkaniżmi ta’ finanzjament alternattivi, bħall-kuntratti tal-Kumpaniji ta’ Servizzi tal-Enerġija (ESCO), u tappoġġa ċentralment korpi pubbliċi li huma miftuħa għal tali approċċi.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jelaboraw u li jippubblikaw metodoloġiji ċari biex:

—

Jidentifikaw b’mod konsistenti liema bini għandu jiġi rinnovat, filwaqt li jgħinu lill-korpi pubbliċi jikkunsidraw b’mod xieraq il-kosteffettività u l-fattibbiltà teknika, ekonomika u funzjonali.

—

Jassistu lill-korpi pubbliċi li għandhom akkomodazzjoni soċjali biex jistmaw jekk ir-rinnovazzjoni f’NZEB tistax issir skont il-kriterji tan-newtralità tal-kostijiet. Ta’ min iqis li l-Istati Membri xorta jistgħu jagħżlu li jirrinnovaw akkomodazzjoni soċjali f’NZEB jew f’ZEB li ma tkunx tissodisfa l-kriterji tan-newtralità tal-kostijiet;

—

Jappoġġaw lill-korpi pubbliċi biex jittrattaw il-bini inkluż fil-kategoriji speċjali (bini protett, bini tal-forzi armati jew li jservi l-finijiet tad-difiża nazzjonali, u bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi). Il-metodoloġija tista’ tgħin lill-korpi pubbliċi biex:

—

Jikkategorizzaw dan il-bini b’mod korrett;

—

Jistabbilixxu l-livell tal-prestazzjoni, jew sett ta’ kriterji, li l-bini li jappartjeni għall-kategoriji speċjali, kif definit fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2023/1791, irid jilħaq sabiex jingħadd mar-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni. Pereżempju, metodoloġija bħal din tista’ tistabbilixxi liema elementi tal-bini jistgħu jinbidlu skont il-kategorija tal-bini;

—

Jiddefinixxu metodoloġija biex tistabbilixxi meta l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija minimi tista’ tbiddel b’mod inaċċettabbli l-karattru jew id-dehra ta’ bini protett. Din il-metodoloġija tista’ tkun marbuta ma’ kif il-leġiżlaturi nazzjonali jittrattaw il-bini protett (pereżempju, il-livelli differenti ta’ protezzjoni) u tipprovdi linji gwida ċari għall-periti u l-inġiniera dwar dak li jista’ jitqies bħala livell aċċettabbli ta’ modifika;

—

Jittrattaw każijiet fejn bini jista’ jkollu finijiet kondiviżi (pereżempju, attivitajiet reliġjużi iżda wkoll avvenimenti soċjali).


(1)  L-istatus ta’ rinnovazzjoni “ekwivalenti għal NZEB” jirreferi għall-bini fil-kategorija speċjali li, għalkemm ma jilħaqx l-istatus ta’ NZEB jew ZEB, jista’ jingħadd mal-mira annwali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2024/1716/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)