30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 147/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/836

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li jinżdiedu żewġ persuni u grupp wieħed fil-listi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) 2016/1686 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA


(1)   ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”:

“10

Faruq AL-SURI (magħruf ukoll bħala Samir Hijazi, Samir ‘Abd al-Latif Hijazi, Abu Hammam Al-Shami, Abu Humam Al-Shami Abu Hammam Al-’Askari); data tat-twelid: 1977; post tat-twelid: Damasku, is-Sirja; sess: raġel; nazzjonalità: Sirjana (preżunta).

11.

Sami AL-ARIDI (magħruf ukoll bħala Abu Mohammad Al-Shami, Abu Mahmud Al-Sham, Abu Mahmud Al-Shami, Sami Al-Oride, Sami Al-Oraidi, Sami Al-Oraydi, Sheikh Dr. Sami Al-Uraydi); data tat-twelid: 1973; sess: raġel; nazzjonalità: Ġordaniża (preżunta).”;

(2)

l-entrata li ġejja tinżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”:

“3.

Hurras AL-DIN (HaD) (magħruf ukoll bħala Hurras al-Deen, Huras-al-Din, Guardians of Religion, Tanzim Hurras Al-Din, Tandhim Hurras Al-Deen, Sham Al-Ribat, Al-Qaida in Syria, AQ-S).”.