|
30.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/53 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10000 — PreZero International/SUEZ Nordic)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 366/13)
1.
Fit-22 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PreZero International GmbH (“PreZero”), proprjetà tal-Grupp Schwarz, it-tnejn li huma mill-Ġermanja, |
|
— |
SUEZ Nordic AB (“SUEZ Nordic, ‘l-Iżvezja”), proprjetà tal-Grupp SUEZ (Franza). |
PreZero takkwista hi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu ta’ SUEZ Nordic.
Il-konċentrazzjoni qed titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PreZero tipprovdi servizzi ta’ disponiment u riċiklar tal-iskart, u hija attiva fl-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u l-Istati Uniti filwaqt li l-Grupp Schwarz huwa wkoll attiv fil-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tal-konsum fl-Iżvezja, permezz tal-katina tiegħu ta’ ħwienet Lidl u Kaufland, |
|
— |
SUEZ Nordic tinkorpora l-operat tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Grupp SUEZ fl-Iżvezja u hija attiva fil-ġbir, it-trattament minn qabel, l-għażla, ir-riċiklar, id-disponiment tal-iskart u l-kummerċjalizzazzjoni tal-iskart u l-prodotti tal-konsum. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10000 — PreZero International/SUEZ Nordic
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 1 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).