12.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9467 — Ivanhoé Cambridge/PSPIB/Greystar/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 308/07)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ivanhoé Cambridge Inc. (“IC”, il-Kanada), li hija kkontrollata mill-Caisse de dépôt et placement du Québec,

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

—

Greystar Real Estate Partners LLC (“Greystar”, l-Istati Uniti).

IC, il-PSPIB u Greystar jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ GDCV Residential Portfolio III LP (“GDCV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   IC: investitur dinji tal-proprjetà immobbli;

—   PSPIB: il-ġestjoni ta’ investiment tal-pensjonijiet tal-pjanijiet ta’ pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, il-Forzi Kanadiżi, il-Kavallerija tal-Pulizija Rjali Kanadiża u l-Forza ta’ Riżerva. PSPIB jiġġestixxi portafoll diversifikat inklużi stokks, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

—   Greystar: attiva fl-iżvilupp dinji, akkwiżizzjoni u ġestjoni ta’ proġetti tad-djar għall-kiri u portafolji għaliha nnifisha u f’isem diversi investituri istituzzjonali, investimenti sovrani u investituri privati li bħalissa jinsabu fl-Istati Uniti, ir-Renju Unit, Spanja, in-Netherlands u l-Messiku;

—   GDCV: sħubija limitata ġdida ffurmata biex takkwista biċċiet ta’ artijiet jew qbiela tal-art, u biex tiżviluppa assi multifamiljari fl-Istati Uniti tal-Amerika għal skopijiet ta’ investiment. LP se timmira lejn investimenti fl-Istati Uniti f’assi ta’ żvilupp ta’ bini għoli medju u ta’ bini għoli fil-kategorija A li juru bażi soda ta’ impjieg fit-tul, popolazzjonijiet li qed jikbru u propensità għolja għall-kirjiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9467 — Ivanhoé Cambridge/PSPIB/Greystar/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.