26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IS-SITT PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET

KAPITOLU 1

L-ISTITUZZJONIJIET

TAQSIMA 5

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 255

Għandu jiġi stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet ta' l-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet skond l-Artikoli 253 u 254.

Il-kumitat għandu jinkludi seba' persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta' qrati supremi nazzjonali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli ta' ħidma ta' dan il-kumitat, kif ukoll deċiżjoni għall-ħatra tal-membri tiegħu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja