European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6051

7.11.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12188 - TJC / DUPONT’S ARAMIDS BUSINESS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6051)

1.   

Fid-29 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

New Arclin U.S. Holding Corp, (“Arclin”, l-Istati Uniti tal-Amerika) ikkontrollata indirettament minn fondi ġestiti minn affiljati ta’ TJC LP (“TJC”, USA),

—

DuPont de Nemours, Inc.’s Aramids Business (il-“Mira”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

TJC se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

TJC hija ditta ta’ investiment li tiffoka fuq kumpaniji tas-suq medju attivi fis-setturi tal-konsumatur u tal-kura tas-saħħa, tal-industrija, tat-teknoloġija, tat-telekomunikazzjoni, tas-servizzi pubbliċi, tat-trasport u tal-loġistika. Arclin hija kumpanija speċjalizzata fix-xjenza tal-materjali u timmanifattura teknoloġiji tal-polimeru, prodotti maħdumin u materjali speċjalizzati għall-kostruzzjoni, l-agrikoltura, l-infrastruttura tat-trasport, il-protezzjoni mit-temp u min-nirien, il-farmaċewtika, in-nutrizzjoni, l-elettronika, id-disinn, u industriji oħra,

—

il-Mira tinkludi DuPont’s Aramids Business, li tipproduċi fibri sintetiċi ta’ prestazzjoni għolja taħt l-ismijiet kummerċjali Kevlar u Nomex.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12188 — TJC / DUPONT’S ARAMIDS BUSINESS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p.1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6051/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)