29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/12


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1400 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-4 ta' Lulju 2017

dwar il-prorogazzjoni b'perjodu addizzjonali tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (1),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2016/1021 tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu (2),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/846 tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prorogazzjoni tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (3),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 198(11) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kumitat ta' Inkjesta talab li jiġi prorogat it-tul tal-mandat tiegħu sabiex ikun jista' jimplimentah kompletament u adegwatament, wara li qies l-għadd ta' dokumenti li għad iridu jiġu eżaminati, l-analiżijiet li ġew ikkummissjonati u l-partijiet interessati li għad iridu jinstemgħu;

1.   

Jiddeċiedi li jipproroga b'perjodu addizzjonali ta' tliet xhur it-tul tal-mandat tal-Kumitat ta' Inkjesta.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI


(1)   ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.

(2)   ĠU L 166, 24.6.2016, p. 10.

(3)   ĠU L 125, 18.5.2017, p. 34.