<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-477/10 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0477</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20120628">28.6.2012</DATE> — KAWŻA C-477/10 P</P><P>IL-KUMMISSJONI vs AGROFERT HOLDING</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti dwar proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 139/2004</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, tal-interessi kummerċjali, tal-pariri legali u tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-477/10 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20100923">23 ta’ Settembru 2010</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn B. Smulders, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Agrofert Holding a.s.</HT>, stabbilita fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentata minn R. Pokorný u D. Šalek, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Polski Koncern Naftowy Orlen SA</HT>, stabbilita fi Płock (il-Polonja), irrappreżentata minn S. Sołtysiński, K. Michałowska u A. Krasowska Skowrońska, avukati,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka,</HT> irrappreżentat minn S. Juul Jørgensen, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Finlandja,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja,</HT> irrappreżentat minn K. Petkovska u S. Johannesson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur), G. Arestis, T. von Danwitz u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Peremezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>, Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni (T-111/07, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha din annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2007) 1360, tat-<DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-Każ COMP/M.3543 dwar il-konċentrazzjoni bejn il-kumpannija Pollakka Polski Koncern Naftowy Orlen (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>PKN Orlen<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-kumpannija Ċeka Unipetrol, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE>, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ibbażat b’mod partikolari fuq l-Artikolu 255(2) KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 15 TFUE), ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), jiddefinixxi l-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limiti tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, inititolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Eċċezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali,</P></ITEM><ITEM><P>proċedimenti fil-qrati u pariri legali,</P></ITEM><ITEM><P>l-iskop ta’ ispezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki,</P></ITEM></LIST><P>jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Aċċess għad-dokument, miktub minn instituzzjoni għall-użu intern jew irċevut minn instituzzjoni, dwar kwistjoni fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-istituzzjoni, għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni, jekk m’hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.</ALINEA><ALINEA>Aċċess għad-dokument li fih opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat għandu jiġi rifjutat anke wara li tittieħed id-deċiżjoni jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-istituzzjoni, jekk m’hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ dokumenti ta’ partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni fil-paragrafu 1 jew 2, jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m’għandux jiġi żvelat.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub huma koperti minn xi eċċezzjoni, il-biċċiet l-oħra tad-dokument għandhom jiġu żvelati..</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa’ 3 għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta’ dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar privatezza jew interessi kummerċjali u fil-każ ta’ dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1394/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Segretezza professjonali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Informazzjoni miksuba b’riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-iskopijiet tat-talba [għal informazzjoni], investigazzjoni jew seduta relevanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3), l-Artikoli 18 u 20, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati membri, l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra u persuni oħra li jaħdmu taħt is-sorveljanza ta’ dawn l-awtoritajiet, kif ukoll uffiċjali u impjegati ta’ awtoritajiet oħra ta’ l-Istati Membri ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni ta’ kwalità koperta mill-obbligu ta’ segretezza professjonali li jkunu kisbu permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet setgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom. Id-drittijiet tad-difiża għandhom ikunu rispettati totalment waqt il-proċeduri. Ta’ l-anqas il-partijiet involuti b’mod dirett għandu jkollhom aċċess għall-fajl. Dan, iżda, bla ħsara għall-interess leġittimu ta’ l-impriżi li s-sigrieti tan-negozju tagħhom ikunu protetti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004, tal-21 [tas-7] ta’ April 2004, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88), ġie adottat abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 23(1) ta’ dan tal-aħħar. L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 802/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Aċċess għal file u l-użu ta’ dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk hekk mitlubha, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess lejn il-file tal-partijiet li lilhom tkun indirizzat stqarrija ta’ l-oġġezzjonijiet, għall-iskop li tiffaċilita li dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tad-difiża. L-aċċess għandu jkun mogħti wara n-notifika tal-istqarrija ta’ l-oġġezzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha, meta tkun mitluba, li wkoll tagħti lill-partijiet involuti l-oħrajn li jkunu ġew infurmati bl-oġġezzjonijiet, aċċess għall-file sal-limitu li dan ikunu meħtieġ għall-iskopijiet sabiex huma jkunu jistgħu iħejju il-kummenti tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ l-aċċess lejn file m’għandux jestendi għall-informazzjoni konfidenzali, jew għal dokumenti nterni tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Id-dritt ta’ l-aċċess lejn file għandhu egwalment ma jkunx estiż għall-korresspondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompteneti tal-Istati Membri jew bejn dawn ta’ l-aħħar.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti akkwistati permezz ta’ l-aċċess lejn il-file bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu jistgħu ikunu użati biss għall-iskopijiet tal-proċedimenti relevanti bis-saħħa tar-[Regolament Nru 139/2004].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-sentenza appellata tinkludi l-konstatazzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050420">20 ta’ April 2005</DATE>, il-Kummissjoni […] awtorizzat, skont l-Artikolu 6(1)(b), [tar-Regolament Nru 139/2004], il-proġett ta’ teħid ta’ kontroll, permezz ta’ xiri ta’ azzjonijiet, tal-kumpannija Ċeka Unipetrol mill-kumpannija Pollakka [PKN Orlen], li kien ġie nnotifikat lilha fil-<DATE ISO="20050311">11 ta’ Marzu 2005</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20060628">28 ta’ Ġunju 2006</DATE>, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza, Agrofert Holding a.s. [iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Agrofert<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>], talbet lill-Kummissjoni, abbażi tar-[Regolament Nru 1049/2001] l-aċċess għad-dokumenti kollha mhux ippubblikati li jikkonċernaw il-proċedura ta’ notifika u ta’ qabel in-notifika tal-operazzjoni ta’ akkwist ta’ Unipetrol minn PKN Orlen.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>3 [...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20060802">2 ta’ Awwissu 2006</DATE> […] id-[Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tal-Kummissjoni] rrifjuta li jilqa’ din it-talba għal aċċess għal dokumenti. Wara li enfasizza n-natura ġenerali tat-talba, huwa qies li d-dokumenti inkwistjoni kienu koperti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Huwa żied li l-iżvelar ta’ dokumenti li joriġinaw mill-partijiet notifikanti u minn terzi huwa kuntrarju għall-obbligu ta’ sigriet professjonali, previst fl-Artikolu [339 TFUE] u fl-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament [Nru 139/2004]. Huwa ppreċiża wkoll li l-aċċess parzjali għad-dokumenti kien impossibbli u li ma kien tressaq ebda argument li jista’ jistabbilixxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permess ta’ ittra tat-<DATE ISO="20060818">18 ta’ Awwissu 2006</DATE>, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza ressqet lill-Kummissjoni talba konfermattiva […] Hija kkontestat ir-rifjut tal-Kummissjoni, billi sostniet, b’mod partikolari, li kien imissu ngħatalha aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba. Barra minn hekk, hija invokat l-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni, li jikkonsisti fid-dannu li hija u l-azzjonisti minoritarji ta’ Unipetrol sofrew.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tad-[deċiżjoni kkontestata,] is-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni kkonferma r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti fir-rigward tal-erba’ kategoriji ta’ dokumenti identifikati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti skambjati bejnha u l-partijiet notifikanti jinkludu informazzjoni kummerċjali sensittiva, relatata mal-istrateġiji kummerċjali tal-partijiet notifikanti, mal-ammont tal-bejgħ tagħhom, mal-ishma tas-suq tagħhom jew mar-rapporti tagħhom mal-klijentela tagħhom. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali hija applikabbli. […] Hija tirreferi wkoll għall-Artikolu 17 tar-Regolament [Nru 139/2004] dwar l-obbligu ta’ sigriet professjonali […] Il-Kummissjoni żżid li, peress li l-għan tal-proċeduri ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet huwa li jiġi vverifikat jekk konċentrazzjoni nnotifikata tagħtix jew le lill-partijiet setgħa fis-suq li tista’ taffettwa b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni, id-dokumenti kollha pprovduti mill-partijiet notifikanti fil-kuntest ta’ tali proċedura jikkonċernaw neċessarjament informazzjoni kummerċjali sensittiva.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, relatata, b’mod partikolari, mal-protezzjoni ta’ investigazzjonijiet, hija applikabbli. Skont il-Kummissjoni, il-partijiet involuti fi proċedura li tikkonċerna konċentrazzjoni għandhom ikollhom aspettattivi leġittimi li l-informazzjoni sensittiva li tinsab fid-dokumenti pprovduti ma hijiex ser tiġi żvelata. Il-Kummissjoni tqis li l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni jnaqqas is-sentiment ta’ fiduċja reċiproka li teżisti bejnha u l-impriżi […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti skambjati bejnha u terzi jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għall-istess raġunijiet bħal dawk invokati fir-rigward tad-dokumenti skambjati bejnha u l-partijiet notifikanti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>13 […]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tidentifika d-dokumenti interni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[...] (dokument Nru 1);</P></ITEM><ITEM><P>nota ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi li tinkludi abbozz ta’ deċiżjoni dwar in-notifika (dokument Nru 2);</P></ITEM><ITEM><P>tweġiba tas-servizz legali dwar in-nota ta’ konsultazzjoni msemmija iktar ’il fuq (dokument Nru 3);</P></ITEM><ITEM><P>skambju ta’ posta elettronika dwar dan l-abbozz bejn is-servizz kompetenti u s-servizz legali (dokument Nru 4);</P></ITEM><ITEM><P>it-tweġibiet tas-servizzi l-oħra kkonċernati dwar in-nota ta’ konsultazzjoni msemmija iktar ’il fuq (dokument Nru 5);</P></ITEM><ITEM><P>[...] (dokument Nru 6);</P></ITEM><ITEM><P>[...] (dokument Nru 7).</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>[Id-dokumenti Nri 1, 6 u 7 ma kinux is-suġġett tal-proċedura.]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dokumenti Nri 2 sa 5, il-Kummissjoni tqis li l-iżvelar tagħhom jippreġudika serjament il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tagħha, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija tenfasizza n-natura kollettiva ta’ dan il-proċess deċiżjonali u n-neċessità li tinżamm il-fiduċja fi ħdan is-servizzi tagħha. Skont il-Kummissjoni, dawn id-dokumenti jirriflettu l-opinjonijiet u d-diskussjonijiet fi ħdan is-servizzi, mogħtija liberament. L-iżvelar tagħhom f’dan il-każ jippreġudika serjament l-indipendenza tal-għoti ta’ opinjonijiet […] Barra minn hekk, dan inaqqas ir-rieda ta’ kooperazzjoni minn naħa tal-[…] impriżi kkonċernati min-notifika u min-naħa ta’ terzi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti Nri 3 u 4 kienu wkoll koperti mill-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-pariri legali, prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni fl-aħħar iżżid li ebda interess pubbliku ikbar ma seta’ jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba f’dan il-każ u li lanqas ma seta’ jingħata aċċess parzjali. F’dan ir-rigward, hija ssostni li, sa fejn l-għan tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kien li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet tas-suq li jikkonċerna l-konċentrazzjoni proposta […], huwa għaldaqstant impossibbli li jiġu identifikati l-partijiet tad-dokumenti skambjati bejnha u l-partijiet ikkonċernati<?PAGE NO="6"?> ’li ma jinkludux informazzjoni […] kummerċjali jew li ma humiex relatati mal-investigazzjoni u li jistgħu fihom infushom jinftiehmu’ […] Fl-aħħar, hija ssemmi l-fatt li l-verżjoni ppubblikata fid-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni inkwistjoni tinkludi, b’definizzjoni, l-informazzjoni li setgħet tiġi żvelata u tikkostitwixxi aċċess parzjali għall-partijiet tad-dokumenti mitluba li ma humiex koperti mill-eċċezzjonijiet applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba mressqa fit-<DATE ISO="20070413">13 ta’ April 2007</DATE>, Agrofert talbet lill-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna lill-Kummissjoni tikkomunikalha d-dokumenti mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-punti 39 sa 41 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet din it-talba bħala inammissibbli, peress li, meta hija tannulla att ta’ istituzzjoni, din tal-aħħar hija obbligata, skont l-Artikolu 266 TFUE, tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata kienet prinċipalment ibbażata fuq il-motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1049/2001. Insostenn ta’ dan il-motiv, Agrofert sostniet li l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) ta’ dan ir-reglament għad-dokumenti inkwistjoni kienet żbaljata. Il-Qorti Ġenerali eżaminat kull kategorija ta’ dawn id-dokumenti fid-dawl ta’ kull waħda mill-eċċezzjonijiet li fuqhom id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-punti 54 u 55 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ikkonstatat li d-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi setgħu jinkludu informazzjoni kummerċjalment sensittiva li setgħet, jekk ikun il-każ, tkun koperta bl-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, stabbilita fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-punti 57 sa 60 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali t-tieni nett irrilevat li, peress li l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett, l-eżami meħtieġ għall-ipproċessar ta’ talba għal aċċess għal dokumenti kellu jkun ta’ natura konkreta, u li, is-sempliċi fatt li dokument jikkonċerna interess protett minn eċċezzjoni ma jistax ikun biżżejjed sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tagħha. Mill-Artikolu 4(1) sa (3) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-eċċezzjonijiet kollha msemmija fih huma speċifikati bħala li huma applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>għal dokument<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Għaldaqstant, biss eżami konkret u individwali ta’ kull dokument jista’ jippermetti lill-istituzzjoni tevalwa l-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali lil dawk li qed jitolbu l-aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Issa, skont il-punti 61 sa 64 tas-sentenza appellata, mill-motivi tad-deċiżjoni kkontestata bl-ebda mod ma jirriżulta li tali eżami effettivament sar. Din id-deċiżjoni tistabbilixxi b’mod ġenerali u astratt li, fid-dawl tan-natura ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi, id-dokumenti kollha pprovduti mill-partijiet notifikanti neċessarjament jikkonċernaw informazzjoni kummerċjali sensittiva. Issa, tali affermazzjonijiet huma vagi u ġenerali wisq u ma jistgħux jitqiesu li juru, kif meħtieġ mil-liġi, li f’dan il-każ sar eżami konkret u effettiv ta’ kull dokument inkwistjoni. Fil-punt 65 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali qieset li kien għal kollox possibbli li f’dan il-każ jiġi stabbilit inventarju tad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet u li jiġi deskritt il-kontenut ta’ kull dokument, mingħajr madankollu ma tiġi żvelata l-informazzjoni li kellha tibqa’ kunfidenzjali.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-punti 68 sa 70 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq l-obbligu ta’ sigriet professjonali u l-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju li jirriżultaw mill-Artikolu 339 TFUE u mill-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 139/2004. Hija qieset li biss ċerta informazzjoni kienet taqa’ taħt is-sigrieti tan-negozju u li l-obbligu ta’ sigriet professjonali ma kellux portata tali li jista’ jiġġustifika rifjut ġenerali u astratt ta’ aċċess għal dokumenti. Peress li mhux l-informazzjoni kollha miġbura fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi hija neċessarjament koperta mis-sigriet professjonali, l-obbligu ta’ sigriet professjonali u l-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju, li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, ma humiex ta’ natura li jeżentaw lill-Kummissjoni mill-eżami konkret ta’ kull dokument inkwistjoni, meħtieġ mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Skont il-punt 77 tas-sentenza appellata, il-fatt li fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni, id-dokumenti huma mibgħuta mill-partijiet b’mod kunfidenzjali, skont ir-Regolament Nru 139/2004, lanqas ma jeżenta lill-Kummissjoni mill-obbligu li twettaq, fil-kuntest ta’ talba għal aċċess skont ir-Regolament Nru 1049/2001, eżami konkret ta’ kull dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-punti 73 sa 76 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li jikkonċerna l-obbligu ta’ rispett tal-ħajja privata, fil-każ li dan jista’ jiġi invokat f’dan il-każ, ma jistax jeżenta lill-Kummissjoni mill-eżami konkret u effettiv ta’ kull dokumenti inkwistjoni. Skont il-punti 78 sa 80 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali lanqas ma aċċettat, fid-dawl tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 li jistabbilixxi l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kollha miżmuma jew riċevuti minn istituzzjoni, li tqis li d-dokumenti pprovduti fil-kuntest ta’ konċentrazzjoni kienu bla dubju koperti mill-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-punti 81 sa 89 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll l-argument ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi ta’ PKN Orlen fir-rigward tal-fatt li d-dokumenti pprovduti fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni ma jkunux żvelati, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 139/2004. Hija kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix dritt assolut għall-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha pprovduti mill-impriżi u qieset li l-motivi invokati insostenn tar-rifjut ta’ aċċess għal dawn id-dokumenti kellhom jiġu eżaminati biss fil-kuntest tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija qieset ukoll li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 139/2004 kien jikkonċerna biss il-mod li bih il-Kummissjoni tista’ tuża l-informazzjoni pprovduta u ma kienx jirregola l-aċċess għal dokumenti ggarantit mir-Regolament Nru 10492001.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-punti 96 sa 99 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali aċċettat li d-dokumenti ddepożitati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni kienu jikkonċernaw attività ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u fakkret li din id-dispożizjoni kellha tiġi interpretata bħala li hija applikabbli biss jekk l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni jipperikola l-ikkompletar tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni. Issa, f’dan il-każ, skont il-Qorti Ġenerali, l-attivitajiet ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni li taw lok għad-deċiżjoni, tal-<DATE ISO="20050420">20 ta’ April 2005</DATE>, ta’ nuqqas ta’ oppożizzjoni għall-konċentrazzjoni kienu diġà ngħalqu fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti ma setax jipperikola l-ikkompletar tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti jnaqqas is-sentiment ta’ fiduċja reċiproka bejn din l-istituzzjoni u l-impriżi u jippreġudika l-effikaċità tal-proċeduri ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali oġġezzjonat, fil-punti 100 sa 103 tas-sentenza appellata, li tali kunsiderazzjonijiet kienu vagi, ġenerali u ipotetiċi wisq u ma kinux jippermettu li jitqies li l-argument tal-Kummissjoni kien effettivament validu għal kull wieħed mid-dokumenti inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rifjut ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi, ibbażat fuq l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-punti 107 sa 113 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali qieset li, għalkemm l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jeħtieġx li l-aċċess parzjali għad-dokumenti jkun possibbli fil-każijiet kollha, din id-dispożizzjoni timplika, madankollu, eżami konkret u individwali tal-kontentut ta’ kull wieħed minnhom. Għaldaqstant, evalwazzjoni tad-dokumenti mwettqa b’rigward għall-kategoriji pjuttost milli b’rigward għall-elementi ta’ informazzjoni konkreti li dawn jinkludu tirriżulta insuffiċjenti. Għaldaqstant, l-argument tal-Kummissjoni li l-informazzjoni pprovduta mill-partijiet notifikanti u minn terzi hija kollha relatata ma’ xulxin, b’mod li ma kienx possibbli li jiġu identifikat s-siltiet li għalihom seta’ jingħata l-aċċess, għandu jiġi miċħud, sa fejn il-Kummissjoni tidher għaldaqstant li tippreżumi, b’mod globali u mingħajr ma twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut ta’ kull dokument, li l-iżvelar, anki parzjali, tad-dokumenti kollha mitluba jippreġudika l-interessi protetti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, ikkonkludiet li d-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti skambjati, minn naħa, bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u, min-naħa l-oħra, bejn il-Kummissjoni u terzi, peress li l-Kummissjoni ma kinitx uriet kif meħtieġ mil-liġi li l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti konkretament u effettivament jippreġudika l-interessi protetti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rifjut ta’ aċċess għall-pariri legali, ibbażat fuq l-eċċezzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-każ kienu kkonċernati t-tweġiba tas-servizz legali dwar in-nota ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi (dokument intern Nru 3) u l-iskambju ta’ posta elettronika dwar il-proġett ta’ konċentrazzjoni bejn is-servizz kompetenti u s-servizz legali (dokument intern Nru 4). Fil-punt 123 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-eċċezzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienet intiża sabiex tipproteġi l-interess tal-istituzzjonijiet li jirċievu pariri legali sinċieri, oġġettivi u kompleti, iżda li mill-punti 42 u 43 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L-Isvezja u Turco vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/05 P+C-52/05 P" PAGE.ECR="I-4723" YEAR="2008">C-39/05 P u C-52/05 P, Ġabra p. I-4723</REF.DOC.ECR>) jirriżulta li r-riskju li dan l-interess ikun ippreġudikat għandu, sabiex ikun jista’ jiġi invokat, ikun raġonevolment prevedibbli, u mhux purament ipotetiku.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-punti 125 sa 128 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li, għalkemm, bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet ġenerali u kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, hija madankollu kellha, skont kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 50 tas-sentenza tagħha L-Isvezja u Turco vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, tivverifika f’kull każ jekk tali kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali humiex effettivament applikabbli għal dokument partikolari li l-iżvelar tiegħu huwa mitlub. Issa, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq kunsierazzjoni ta’ natura ġenerali, mingħajr ma vverifikat konkretament, għal kull wieħed mill-pariri mitluba, jekk din il-kunsiderazzjoni kinitix effettivmaent applikabbli fiċ-ċirkustanzi tal-każ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wrietx kif l-iżvelar tal-pariri legali inkwistjoni jikkostitwixxi, fil-każ inkwistjoni, riskju veru, raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku, għall-protezzjoni ta’ dawn il-pariri. Barra minn hekk, fil-punti 129 sa 131 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li t-trasparenza kienet ukoll neċessarja meta l-Kummissjoni taġixxi, bħal f’dan il-każ, bħala awtorità amministrattiva u mhux bħala leġiżlatur u li l-obbligu ta’ eżami konkret każ b’każ kien japplika wkoll fil-każ ta’ dokumenti qosra ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-punt 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li r-rifjut ta’ aċċess għall-pariri legali mitluba kellu jiġi annullat minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet li l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni konkretament u effettivament jippreġudika l-protezzjoni tal-pariri legali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti interni tal-Kummissjoni, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ibbażata fuq il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ kienu kkonċernati d-dokumenti interni Nri 2 sa 5. Fil-punti 138 u 139 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li dawn kienu dokumenti preparatorji għad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li kienu jinkludu parriri u li dawn għalhekk kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fit-tieni subparagrafu l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, eċċezzjoni li setgħet tiġi invokata anki wara li ttieħdet id-deċiżjoni tal-istituzzjoni kkonċernata. Fil-punti 141 sa 144 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni kienet madankollu tippreżumi li jiġi stabbilit li l-aċċess għad-dokumenti mitluba seta’ konkretament, effettivament u serjament jippreġudika l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni kkonċernata u li dan ir-riskju ta’ preġudizzju kien raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku. Issa, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba serjament jippreġudika l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni, fid-dawl tan-natura kollettiva ta’ dan il-proċess, ġiet invokata b’mod ġenerali u astratt, mingħajr ma kienet issostanzjata b’argumenti ddettaljati fir-rigward tal-kontenut tad-dokumenti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-punt 146 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet ibbażat l-evalwazzjonijiet tagħha fuq in-natura tad-dokumenti mitluba minflok fuq l-elementi ta’ informazzjoni li kienu realment jinsabu fihom filwaqt li tali evalwazzjonijiet kellhom ikunu bbażati fuq eżami konkret u effettiv ta’ kull dokument mitlub. Hija ċaħdet ukoll l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq il-fiduċja u fuq il-libertà ta’ espressjoni tas-servizzi tagħha, peress li dawn l-allegazzjonijiet dehru bħala wisq ipotetiċi. Minn dan li jippreċedi l-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 147 tas-sentenza appellata, li l-fatt li ngħataw opinjonijiet mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi, bħala regola ġenerali, ma jiġġustifikax l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni kkunsidrata għall-atti interni kollha li jinkludu tali opinjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 150 tas-sentenza appellata, li l-Kumissjoni ma kinitx stabbilixxiet kif meħtieġ mil-liġi li l-eċċezzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 kienet tapplika għad-dokumenti interni mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, li d-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi annullata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet fl-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi definittivament fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Agrofert għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Agrofert titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell kollu kemm hu, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell u, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Isvezja.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>PKN Orlen titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi definittivament fuq il-kwistjonjiet li huma s-suġġett tal-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Agrofert għall-ispejjeż sostnuti minn PKN Orlen fil-kuntest taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-Kummissjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kummissjoni tirrileva li l-Qorti Ġenerali ma ppruvatx tistabbilixxi, fis-sentenza tagħha, bilanċ ġenwin u armonjuż bejn is-sistemi legali stabbiliti fir-Regolamenti Nri 139/2004, rilevanti f’dan il-każ, u għaldaqstant rendiet inapplikabbli r-regoli ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-ewwel aggravju: interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 1049/2001, minħabba li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 139/2004 ma ttiħdux inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ttenni l-argument tagħha sosnut quddiem il-Qorti Ġenerali li abbażi tiegħu l-Artikolu 339 TFUE u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 139/2004, li jinkludu l-obbligu ta’ osservanza tas-sigriet professjonali, huma rilevanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti fir-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tinżamm l-unità tas-sistema legali tal-Unjoni permezz ta’ interpretazzjoni koerenti u mhux kuntradittorja tad-diversi testi leġiżlattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Hija ssostni li, għalkemm ir-Regolament Nru 1049/2001 jikkostitwixxi regola ta’ applikazzjoni ġenerali, il-limiti għad-dritt ta’ aċċess huma madankollu pprovduti f’termini wiesgħa u għandhom għaldaqstant jiġu interpretati b’mod li jiġu protetti l-interessi leġittimi, pubbliċi jew privati, fl-oqsma ta’ attività kollha tal-istituzzjonijiet, u dan iktar u iktar meta dawn l-interessi huma espressament protetti bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni. Dan huwa kkonfermat bis-sentenzi tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/08 P" PAGE.ECR="I-6055" YEAR="2010">C-28/08 P, Ġabra p. I-6055</REF.DOC.ECR>, punti 58, 59, 64 u 65) u Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-139/07 P" PAGE.ECR="I-5885" YEAR="2010">C-139/07 P, Ġabra p. I-5885</REF.DOC.ECR>, punti 61 u 63), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 mogħtija mill-Qorti Ġenerali minħabba li din tal-aħħar ma kinitx ikkunsidrat atti legali oħra wkoll applikabbli fil-kawżi li taw lok għal dawn is-sentenzi. Bl-istess mod, permezz tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni(<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-514/07 P+C-528/07 P+C-532/07 P" PAGE.ECR="I-8533" YEAR="2010">C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P, Ġabra p. 1-8533</REF.DOC.ECR>, punt 84), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li d-dritt applikabbli għandu jkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni armonjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, il-konklużjoni li wasslet għaliha l-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata toħloq kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet legali applikabbli. Ir-Regolament Nru 139/2004 jimponi, fil-fatt, fuq l-impriżi li jipparteċipaw fi proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni obbligi vinkolanti u estiżi f’termini ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni u ta’ żvelar ta’ sigrieti tan-negozju, madankollu dawn l-obbligi huma<?PAGE NO="11"?> kkontrabilanċjati mid-dispożizzjonijet ta’ dan ir-regolament li jistabbilixxu garanziji ta’ protezzjoni msaħħa. Dawn il-garanziji huma intiżi, minn naħa sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet fl-interess pubbliku u, min-naħa l-oħra, sabiex jipproteġu l-interess leġittimu tal-impriżi kkonċernati sabiex l-informazzjoni li huma jipprovdu lill-Kummissjoni tkun użata biss għall-finijiet tal-investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>B’riferiment għall-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), il-Kummissjoni tenfasizza li l-obbligu ta’ osservanza tas-sigrieti tan-negozju tal-impriżi, li japplika fil-qasam kollu tal-kompetizzjoni, huwa intiż ukoll sabiex jiggarantixxi d-drittijiet tad-difiża tagħhom, li jifformaw parti mill-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni u huma stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-KEDB, skont kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 299 tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/99 P+C-244/99 P+C-245/99 P+C-247/99 P+C-250/99 P+C-251/99 P+C-252/99 P+C-254/99 P" PAGE.ECR="I-8375" YEAR="2002">C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375</REF.DOC.ECR>). Barra min hekk, l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-impriżi li jipparteċipaw f’proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni għandha titqies bħala li taqa taħt l-isfera ta’ attività privata tagħhom skont l-Artikolu 8 tal-KEDB. Peress li dawn l-impriżi jistgħu jkunu obbligati jittrażmettu l-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu għandhom ikunu osservati.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-kuntest stabbilit mir-Regolament Nru 139/2004, id-dritt ta’ aċċess għall-fajl huma miftuħ biss għall-partijiet direttament involuti fil-proċedura u, jekk neċessarju, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra li jiġġustifikaw interess suffiċjenti. Kull persuna oħra li titlob aċċess li ma tiġġustifikax tali interess tiġi rrifjutata l-aċċess għad-dokumenti. Issa, skont l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali, tali persuna li titlob aċċess tgawdi, bħala regola ġenerali, abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, minn dritt ta’ aċċess inkondizzjonali għal kull wieħed mid-dokumenti kkonċernati u tista’, barra minn hekk, tuża liberament dawn id-dokumenti għal kwalunkwe għan, fatt li manifestament imur kontra r-Regolament Nru 139/2004. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat li l-obbligu, skont ir-Regolament Nru 139/2004, li wieħed jillimita l-użu tal-informazzjoni miġbura għall-għan segwit mit-talba għal informazzjoni jikkonċerna biss il-mod li bih il-Kummissoni tista’ tuża l-informazzoni pprovduta u ma jirregolax l-aċċess għal dokumenti ggarantit mir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward tad-dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, għandhom, b’analoġija, jiġu applikati l-kunsiderazzjonijiet żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 54, 55, 61 u 62 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, mogħtija fil-qasam ta’ proċeduri ta’ kontroll ta’ għajnuna mill-Istat, u għandha għaldaqstant tiġi rikonoxxuta l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-iżvelar tad-dokumenti skambjati għall-bżonnijiet biss tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni, li ma humiex aċċessibbli għal persuni li ma jiġġustifikawx interess suffiċjenti, bħala regola ġenerali jippreġudika l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 139/2004 u billi tat lir-Regolament Nru 1049/2001 supremazija fuq regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni, fatt li huwa ekwivalenti għat-tneħħija tal-effett utli tar-regoli essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll, f’dan ir-rigward, għall-punt 56 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>It-tieni aggravju: interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-ewwel parti: fuq l-obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali ta’ kull dokument</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li, skont il-Qorti Ġenerali, l-istituzzjoni kkonċernata għandha twettaq eżami konkret u individwali ta’ kull dokument imsemmi f’talba għal aċċess, anki fil-każ fejn huwa ċar li tali talba tikkonċerna dokumenti koperti minn eċċezzjoni. Dan l-obbligu japplika għall-eċċezzjonijiet<?PAGE NO="12"?> kollha msemmija fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament nru 1049/2001, irrispettivament mill-qasam li minnu jifformaw parti d-dokumenti mitluba u minkejja n-natura speċifika ta’ dan il-qasam. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma tiħux inkunsiderazzjoni r-regoli applikabbli għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tal-proċedura ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, irrikonoxxiet fis-sentenza tagħha Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-iżvelar lill-pubbliku tad-dokumenti tal-fajl, bħala regola ġenerali, jippreġudika l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, b’mod li, skont din il-preżunzjoni, kien hemm lok li jiġi rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti kollha mitluba f’din il-kawża. Il-Kummissjoni tqis li l-istess konklużjoni għandha tintlaħaq f’dan il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>It-tieni parti, fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali li din l-eċċezzjoni ma tistax tiġi iktar invokata ladarba tkun ġiet adottata d-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni u ladabra din il-proċedura amministrattiva tingħalaq, il-Kummissjoni twieġeb li, f’proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni, l-eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni huma strettament marbuta ma’ xulxin u l-informazzjoni mogħtija ma titlifx in-natura kunfidenzjali tagħha meta l-proċedura amministrattiva hija magħluqa. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-interessi kummerċjali jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni anki wara 30 sena. Approċċ ieħor ikollu konsegwenzi negattivi ħafna fuq ir-rieda tal-impriżi li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Billi ssostni li, skont il-kliem tad-dispożizzjoni kkunsidrata, l-eċċezzjoni inkwistjoni hija intiża sabiex tipproteġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-<HT TYPE="ITALIC">għanijiet</HT> tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, u mhux biss l-attivitajiet ta’ investigazzjoni fihom infushom, il-Kummissjoni ssostni li l-preżunzjoni ġenerali stabbilita fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, għandha tapplika anki wara li deċiżjoni dwar konċentrazzjoni tkun saret definittiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>It-tielet parti: fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Din l-eċċezzjoni tikkonċerna d-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi. Il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha li r-regoli dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi jeħtieġu li tiġi trażmessa lilha bosta informazzjoni kunfidenzjali ħafna, li hija bla dubju ta’ xejn koperta bl-obbligu ta’ osservanza tas-sigriet professjonali, stabbilit fl-Artikolu 339 TFUE u fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 139/2004. Din il-kunsiderazzjoni hija biżżejjed sabiex jiġi diġà miċħud l-approċċ tal-Qorti Ġenerali li abbażi tiegħu huwa neċessarju li jiġi ddeterminat, permezz ta’ eżami individwali ta’ kull dokument ikkonċernat, jekk l-iżvelar tiegħu huwiex ta’ natura li konkretament u effettivament jippreġudika l-interessi protetti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Ir-raba’ parti: fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Din l-eċċezzjoni hija invokata fir-rigward tad-dokumenti interni Nri 2 sa 5. Il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 802/2004 jeskludi espressament id-dokumenti interni mid-dritt ta’ aċċess għall-fajl meta dan huwa mogħti sabiex jippermetti lill-partijiet fil-proċedura jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom. Ir-restrizzjoni tal-aċċess għal dawn id-dokumenti hija ġġustifikata minn natura tal-proċedura u min-natura kolleġjali tal-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni, li teħtieġ li l-membri tal-kulleġġ tal-kummissarji jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jadottaw deċiżjoni fl-interess pubbliku. Jekk is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ żvelar, huwa probabbli li huma jħossuhom inqas liberi li jenfasizzaw il-lakuni eventwali f’abbozz ta’ deċiżjoni jew li jesprimu opinjonijiet diverġenti, fatt li jippreġudika l-proċess deċiżjonali.<?PAGE NO="13"?> Għal din ir-raġuni, tali dokumenti ma għandhomx ikunu aċċessibbli lanqas wara li d-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni tkun saret definittiva. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 magħmula mill-Qorti Ġenerali tagħti iktar drittijiet lill-pubbliku milli lill-partijiet direttament ikkonċernati mill-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-ħames parti: fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali, prevista fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Din l-eċċezzjoni hija invokata speċifikament fir-rigward tad-dokumenti interni Nri 3 u 4. Il-Kummissjoni tirrileva li dawn iż-żewġ opinjonijiet kienu s-suġġett ta’ eżami konkret u individwali, li sussegwentement għalih hija wasslet għall-konklużjoni li dawn kienu, f’kull każ, kompletament koperti minn din l-eċċezzjoni. Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza ta’ eventwali interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dawn l-istess dokumenti u wasslet għall-konklużjoni li, f’dan il-każ, l-interess kien bla dubju ta’ xejn interess privat, inkwantu Agrofert invokat id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dannu li hija u l-azzjonisti minoritarji ta’ Unipetrol sofrew<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet l-oħra</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Agrofert, rikorrenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, issostni li s-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, hija rrilevanti f’dan il-każ peress li din tikkonċerna l-proċedura relatata mal-għajnuna mill-Istat, li tirregola b’mod differenti l-aċċess għall-fajl. Agrofert taqbel mal-approċċ tal-Qorti Ġenerali li l-fatt li dokument jikkonċerna interess protett minn eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/200 ma jistax jiġġustifika, waħdu, l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kien imissha eżaminat it-talba għall-iżvelar fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab f’kull dokument mitlub, u mhux b’mod ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>PKN Orlen, li kienet interveniet insostenn tal-Kummissjoni fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, tirrileva li hija kkooperat magħha, b’kunfidenza totali li d-dokumenti li jinkludu sigrieti tan-negozju mogħtija lil din l-istituzzjoni, kif ukoll il-komunikazzjonijiet l-oħra kollha skambjati fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni, kienu ser jintużaw biss għall-finijiet tal-investigazzjoni mwettqa u ma kinux ser jiġu żvelati lil terzi. Hija kienet kompletament iġġustifikata li jkollha din il-fiduċja, b’mod partikolari, bis-saħħa tar-Regolament Nru 139/2004. Id-dritt tal-Unjoni ma jistax joffri garanziji ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni u, abbażi ta’ oħra, jirrendi din il-protezzjoni ineffettiva. In-natura tal-informazzjoni pprovduta ma tinbidilx ladarba l-proċedura ta’ konċentrazzjoni tingħalaq. Il-fatt li l-pubbliku jiġi mogħti permess ta’ aċċess għall-fajl wara l-għeluq tal-proċedura jkun ifisser li l-kunsiderazzjonijiet li ġġustifikaw il-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni huma totalment injorati.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, li kien intervjena fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali insostnenn ta’ Agrofert, jsostni li, skont ir-Regolament Nru 1049/2001, l-aċċess għal dokumenti jikkostitwixxi r-regola ġenerali. Għaldaqstant, l-eċċezzjonijiet għal din ir-regola għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Id-dettalji tal-proċedura li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu fil-każ ta’ talba għal aċċess kienu ġew ippreċiżati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha L-Isvezja u Turco vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, li fiha hija tiddeskrivi t-tliet stadji li għandhom normalment jiġu segwiti sabiex jiġi stabbilit jekk talba għal aċċess tistax tiġi aċċettata. Issa, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali korrettament ikkonstatat li l-Kummissjoni f’dan il-każ ma kinitx osservat l-istadji kollha tal-eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja jsostni li l-fatt li f’leġiżlazzjonijiet speċifiċi jeżistu regoli differenti dwar l-aċċess għal dokumenti ma jfissirx li dawn il-leġiżlazzjonijiet, li l-għan tagħhom huwa kompletament differenti minn dak tal-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament Nru 1049/2001, għandhom awtomatikament jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar, għaliex tali interpretazzjoni tirrendi r-Regolament Nru 1049/2001 bla sinjifikat. Għaldaqstant, il-portata tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische<?PAGE NO="14"?> Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, hija limitata għall-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Fl-aħħar nett, ma jeżistix dritt assolut għall-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha pprovduti u rifjut ta’ aċċess għal dokumenti jista’ jiġi bbażat biss fuq l-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kienet għamlet distinzjoni bejn, minn naħa, id-dokumenti li din l-istituzzjoni kienet skambjat mal-partijiet notifikanti u ma’ terzi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni inkwistjoni, li kienu koperti mill-ewwel u mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u dik tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, kif ukoll bl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 139/2004, u min-naħa l-oħra, id-dokumenti interni, ippreparati mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-kontroll ta’ din il-konċentrazzjoni, li jaqgħu taħt it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) u taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-pariri legali u tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni, rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Din id-distinzjoni bejn id-dokumenti skambjati mill-Kummissjoni mal-partijiet notifikanti kif ukoll ma’ terzi, minn naħa, u d-dokumenti interni, min-naħa l-oħra, twettqet minn din l-istituzzjoni fir-risposta tagħha ppreżentata fl-ewwel istanza kif ukoll mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Barra minn hekk, l-istess kategorizzazzjoni tad-dokumenti kkonċernati tikkostitwixxi l-linja ta’ raġunament tal-Kummissjoni fl-appell tagħha. Għaldaqstant, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja wkoll ser jkunu bbażati fuq din l-istess distinzjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju kif ukoll permezz tal-ewwel sat-tielet parti tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni, essenzjalment, tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 139/2004 dwar l-aċċess għad-dokumenti ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 10492001, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u dik tal-għanijiet ta’ investigazzjoni, rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rabta bejn ir-Regolament Nru 1049/2001 u ċerti leġiżlazzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni, stabbilita b’mod partikolari mis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager, Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau kif ukoll L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni, dan l-ilment huwa fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan il-każ jikkonċerna r-rabtiet bejn ir-Regolament Nru 1049/2001u leġiżlazzjoni oħra, jiġifieri r-Regolament Nru 139/2004, li jirregola qasam speċifiku tad-dritt tal-Unjoni. Dawn iż-żewġ regolamenti għandhom għanijiet differenti. L-ewwel wieħed huwa intiż sabiex jiżgura l-ikbar trasparenza possibbli tal-proċess deċiżjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll tal-informazzjoni li fuqha huma bbażati d-deċiżjonijiet tagħhom. Għalhekk, huwa intiż sabiex jiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti b’mod sħiħ, kif ukoll sabiex jippromwovi prassi amministrattiva tajba. It-tieni wieħed huwa intiż sabiex jiżgura l-osservanza tas-sigriet professjonali fil-proċeduri ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi b’dimensjoni Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Dawn ir-regolamenti ma jinkludux dispożizzjoni li tipprevedi espressament is-supremazija ta’ wieħed mir-regolamenti fuq l-ieħor. Għaldaqstant, għandha tiġi żgurata applikazzjoni ta’ kull wieħed minnhom li tkun kompatibbli ma’ dik tal-ieħor u għaldaqstant tippermetti applikazzjoni koerenti tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż sabiex jagħti lill-pubbliku dritt ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet li huwa l-iktar wiesa’ possibbli, dan id-dritt huwa madankollu suġġett, fid-dawl tas-sistema ta’ eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, għal ċerti limitazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-talba mressqa minn Agrofert tikkonċerna d-dokumenti kollha mhux ippubblikati relatati mal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni inkwistjoni. Il-Kummissjoni kienet irrifjutat li tipprovdi lil Agrofert id-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura, skambjati bejnha u l-partijiet notifikanti jew terzi, billi invokat l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ibbażati, rispettivament, fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u fuq dik tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li istituzzjoni tal-Unjoni, għall-finijiet ta’ evalwazzjoni ta’ talba għal aċċess għal dokumenti miżmuma minnha, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni diversi raġunijiet għal rifjut imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li d-dokumenti inkwistjoni effettivament jirrigwardaw attività ta’ investigazzjoni skont it-tielet inċiż tad-dispożizzjoni msemmija fil-punt 54 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk, fid-dawl tal-għan ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni, li jikkonsisti f’li jiġi vverifikat jekk konċentrazzjoni tagħtix jew le lill-partijiet setgħa fis-suq li tista’ taffettwa b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tiġbor fil-kuntest ta’ tali proċedura informazzjoni kummerċjali sensittiva, relatata mal-istrateġiji kummerċjali tal-impriżi involuti, mal-ammont tal-bejgħ tagħhom, mal-ishma tas-suq tagħhom jew mar-rapporti kummerċjali tagħhom, b’mod li l-aċċess għad-dokumenti ta’ tali proċedura ta’ kontroll jista’ jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ dawn l-impriżi. Għaldaqstant, l-eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u ma’ dik tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni huma, f’dan il-każ, strettament marbuta ma’ xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Ċertament, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument, fil-prinċipju, ma huwiex biżżejjed li dan id-dokument jirrigwarda attività jew interess imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru°1049/2001, peress li l-istituzzjoni kkonċernata għandha wkoll tispjega kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett minn eċċezzjoni prevista f’dan l-artikolu. Madankollu, huwa possibbli għal din l-istituzzjoni li tibbaża ruħha, f’dan ir-rigward, fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, peress li kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali simili jistgħu japplikaw għal talbiet għal żvelar li jirrigwardaw dokumenti tal-istess natura (sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punti 53 u 54 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tali preżunzjonijiet ġenerali jistgħu jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), li speċifikament jirregola l-qasam tal-għajnuna mill-Istat u li jinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għal informazzjoni u għal dokumenti miksuba fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni u ta’ kontroll ta’ għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punti 55 sa 57).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Tali preżunzjonijiet ġenerali huma applikabbli, fil-qasam tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi, minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni li tirregola din il-proċedura tipprevedi wkoll regoli strettti dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni miksuba jew stabbilita fil-kuntest ta’ tali proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikoli 17 u 18(3) tar-Regolament Nru 139/2004 kif ukoll l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 802/2004 jirregolaw b’mod restrittiv l-użu tal-informazzjoni miġbura fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi, billi jillimitaw l-aċċess għall-fajl għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>partijiet involuti b’mod dirett<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>partijiet involuti l-oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, bħal ħsara għall-interess leġittimu tal-impriżi involuti sabiex is-sigrieti tan-negozju tagħhom ma jiġux żvelati, u billi jeżiġu li l-informazzjoni miġbura tintuża biss għall-għan segwit mit-talba għal informazzjoni, għall-kontroll jew għas-seduta u li l-informazzjoni, li min-natura tagħha, hija koperta mis-sigriet professjonali ma tkunx żvelata.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Ċertament, id-dritt ta’ konsultazzjoni tal-fajl amministrattiv fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni u d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, skont ir-Regolament Nru 1049/2001, huma ġuridikament distinti, iżda xorta jibqa’ l-fatt li dawn iwasslu għal sitwazzjoni simili minn punt prattiku. Fil-fatt, indipendentement mill-bażi legali li fuqha jingħata, l-aċċess għall-fajl jippermetti lill-persuni kkonċernati jiksbu l-osservazzjonijiet u d-dokumenti ppreżentati lill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, aċċess ġeneralizzat, abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti skambjati, fil-kuntest ta’ tali proċedura, bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti jew terzi jkun, hekk kif enfasizzat il-Kummissjoni, ta’ natura li jipperikola l-bilanċ li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiżgura, fir-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet, bejn l-obbligu għall-impriżi kkonċernati li jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni kummerċjali possibbilment sensittiva sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tevalwa l-kompatibbiltà tal-konċentrazzjoni ppjanata mas-suq komuni, minn naħa, u l-garanzija ta’ protezzjoni msaħħa relatata, bis-saħħa tas-sigriet professjonali u tas-sigrieti tan-negozju, mal-informazzjoni hekk ipprovduta lill-Kummissjoni, min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Kieku l-persuni għajr dawk awtorizzati jaċċedu għall-fajl mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet jew dawk li jistgħu jitqiesu bħala kkonċernati iżda li ma użawx id-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-informazzjoni jew li ġew irrifjutati tali dritt setgħu jiksbu l-aċċess għad-dokumenti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, l-iskema stabbilita minn din il-leġiżlazzjoni tkun ippreġudikata.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Qorti Ġenerali kien imissha rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati jippreġudika, fil-prinċipju, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi involuti fil-konċentrazzjoni kif ukoll il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni relatati mal-proċedura ta’ kontroll tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjoni esposta mill-Qorti Ġenerali fil-punt 88 tas-sentenza appelalta, li abbażi tagħha l-obbligu, skont ir-Regolament Nru 139/2004, li jiġi limitat l-użu tal-informazzjoni miksuba mill-impriżi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni jikkonċerna biss il-mod li bih il-Kummissjoni tista’ tuża din l-informazzjoni u ma jirregolax l-aċċess għal dokumenti ggrantit bir-Regolament Nru 1049/2001, hija wkoll żbaljata fid-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-natura tal-interessi protetti fil-kuntest tal-kontroll ta’ konċentrazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li l-konklużjoni misluta fil-punt 64 ta’ din is-sentenza tapplika irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk it-talba għal aċċess tikkonċernax proċedura ta’ kontroll diġà magħluqa jew proċedura pendenti. Fil-fatt, il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sensittiva dwar l-attivitajiet ekonomiċi tal-impriżi involuti tista’ tippreġudika l-interessi kummerċjali tagħhom irrispettivament mill-eżistenza ta’ proċedura ta’ kontroll pendenti. Barra minn hekk, il-possibbiltà ta’ tali pubblikazzjoni wara l-għeluq tal-proċedura ta’ kontroll tista’ tipperikola d-disponibbiltà tal-impriżi sabiex jikkollaboraw meta tali proċedura hija pendenti.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-eċċezzjonijiet relatati mal-interessi kummerċjali jew mad-dokumenti sensittivi jistgħu japplikaw għal perijodu ta’ 30 sena, u anki wara dan il-perijodu jekk ikun neċessarju.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-preżunzjoni ġenerali msemmija iktar ’il fuq ma teskludix il-possibbiltà li jiġi muri li dokument speċifiku, li l-iżvelar tiegħu huwa mitlub, ma huwiex kopert minn din il-preżunzjoni jew li jeżisti interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dan id-dokument skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġi konkluż li l-Qorti Ġenerali, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni s-sistema li tirregola l-aċċess għal dokumenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi u billi ddeċidiet b’mod żbaljat, essenzjalment, fil-punti 63, 64, 66, 80, 101, 103, 104 u 110 sa 114 tas-sentenza appellata, li ma kienx jidher b’mod manifest, f’dan il-każ, li hemm lok li jiġi rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi msemmija fit-talba għal aċċess mressqa minn Agrofert abbażi tar-Reoglament Nru 1049/2001, mingħajr ma wettqet minn qabel eżami konkret u individwali ta’ dawn id-dokumenti, wettqet żball ta’ interpretazzjoni tal-ewwel u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel aggravju kif ukoll l-ewwel sat-tielet parti tat-tieni aggravju għandhom jiġu milqugħa u, għaldaqstant, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn din annulat id-deċiżjoni kkontestata dwar ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti interni tal-Kummisjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Dan ir-rifjut ta’ aċċess jikkonċerna d-dokumenti identifikati bin-Nri 2 sa 5 fuq il-lista ppreżentata mill-Kummissjoni u riprodotta fil-punt 14 tas-sentenza appellata (ara l-punt 7 ta’ din is-sentenza).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn id-dokumenti, kif tirriżulta kemm mid-deċiżjoni kkontesta u mir-risposta tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll mir-raba’ u mill-ħames parti tat-tieni aggravju, hija bbażata fuq l-argument li r-rifjut ta’ aċċess għal dawn id-dokumenti huwa ġġustifikat abbażi tal-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, barra minn hekk, fir-rigward tad-dokumenti Nri 3 u 4, abbażi tal-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-pariri legali, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’din il-kawża, huwa paċifiku li d-dokumenti interni li fir-rigward tagħhom qed jintalab l-aċċess jaqgħu kollha taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni u li tnejn minn dawn id-dokumenti, jiġifieri d-dokumenti Nri 3 u 4, jaqgħu wkoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali. Huwa wkoll paċifiku li, fil-mument tat-tressiq tat-talba għal aċess għad-dokumenti, il-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni li dawn id-dokumenti kienu jikkonċernaw kienet magħluqa u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni relatata magħha kienet saret definittiva.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, f’każ fejn, fil-mument tat-talba għal aċċess għal dokumenti interni ppreparati fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-konċentrazzjoni inkwistjoni kienet ġiet annullata permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> fl-assenza ta’ appell intiż kontra din tal-aħħar u fil-każ fejn il-Kummissjoni ma kinitx, wara din is-sentenza ta’ annullament, kompliet l-attivitajiet ta’ investigazzjoni tagħha għall-finijiet tal-adozzjoni eventwali ta’ deċiżjoni ġdida dwar din il-konċentrazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, L-Isvezja vs<?PAGE NO="18"?> MyTravel u Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-506/08 P" PAGE.ECR="I-6237" YEAR="2011">C-506/08 P, Ġabra p. I-6237</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sentenza MyTravel<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), essenzjalment iddeċidiet li, sabiex ikun jista’ jiġi rrifjutat l-aċċess għal tali dokument intern, l-istituzzjoni kkonċernata għandha twettaq eżami konkret u individwali tad-dokument inkwistjoni u tagħti r-raġunijiet speċifiċi li għalihom hija tqis li l-iżvelar tiegħu effettivament u konkretament jippreġudika l-interess protett bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) jew bit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Tali soluzzjoni tapplika wkoll f’sitwazzjoni, bħal dik ta’ din il-kawża, fejn it-talba għal aċċess għal dokumenti interni tressqet meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li għalqet il-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni li magħha dawn id-dokumenti huma relatati kienet saret definittiva fl-assenza ta’ azzjoni ġudizzjarja mressqa kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’każ bħal dan hija l-Kummissjoni li għandha tindika fid-deċiżjoni ta’ rifjut ir-raġunijiet speċifiċi, sostnuti minn provi ddettaljati, b’rigward għall-kontenut konkret tad-diversi dokumenti mitluba, li jippermettu li jiġi konkluż li l-iżvelar ta’ kull wieħed minnhom serjament jippreġudika l-proċess deċiżjonali ta’ din l-istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza MyTravel, punti 81, 82, 89, 90, 98, 102 u 103).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-inovkazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, applikabbli wara li tkun ittieħdet deċiżjoni, hija suġġetta għal kundizzjonijiet stretti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza MyTravel, punti 78 sa 80). Fil-fatt, din tkopri biss ċerti tipi ta’ dokumenti u l-kundizzjoni li tista’ tiġġustifika r-rifjut hija li l-iżvelar jista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>serjament<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jippreġudika l-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-invokazzjoni tal-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-pariri legali, għandha wkoll tingħata importanza partikolari għall-fatt li, f’dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet saret definittiva u li ebda azzjoni li tirrigwarda l-legalità tagħha ma kienet iktar prevista quddiem il-qrati tal-Unjoni. F’tali ċirkustanzi, hija l-istituzzjoni kkonċernata li għandha tispjega b’liema mod l-aċċess għal dokument partikolari seta’; konkretament u effettivament, u mhux abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ġenerali u astratti, jippreġudika l-interess protett minn din l-eċċezzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza MyTravel, punti 110, 115 u 117).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan li jippreċedi, għandu jiġi konkluż li, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi billi kkunsidrat, essenzjalment, fil-punti 120 sa 132 u 137 sa 147 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kien imissha wriet li l-aċċess, inkluż dak parzjali, għal kull wieħed mid-dokumenti interni mitluba seta’ konkretament, effettivament u serjament jippreġudika l-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni u li, b’mod iktar partikolari, l-iżvelar tad-dokumenti li jinkludu pariri legali jkun jikkostitwixxi riskju, raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku, għall-protezzjoni ta’ dawn il-pariri.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ u l-ħames parti tat-tieni aggravju għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar tista’, f’każ li tiġi annullata s-sentenza appellata, tiddeċiedi hija stess fuq il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. Dan huwa l-każ f’din il-kawża fir-rigward tat-tilwima dwar ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti koperti mill-parti tas-sentenza appellata li għandha tiġi annullata permezz ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi neċessarji sabiex tiddeċiedi definittivament fuq il-motivi tar-rikors ta’ Agrofert intiżi kontra r-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti l-aċċess għad-dokumenti li hija skambjat mal-partijiet notifikanti u ma’ terzi, billi tinvoka l-eċċezzjonijiet ibbażati fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijet, Agrofert kienet l-ewwel nett sostniet, fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, li l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kellhom jiġu interpretati fis-sens li l-istituzzjoni kkonċernata hija obbligata twettaq eżami konkret u individwali ta’ kull wieħed mid-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess, li d-dokumenti kollha u l-informazzjoni kollha inkluża fihom ma kinux koperti b’dawn l-eċċezzjonijiet u li, għaldaqstant, seta’ jiġi rrifjutat biss l-aċċess għal ċerti siltiet ta’ dokument. Barra minn hekk, il-Kummissjoni b’mod żbaljat invokat l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 139/2004.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżuta, b’mod partikolari, mill-punti 57 sa 67 ta’ din is-sentenza, l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, interpretati fid-dawl tal-leġiżlazzjoni speċifika fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi, jippermettu lill-Kummissjoni tapplika preżunzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-iżvelar tad-dokumenti skambjati mal-partijiet notifikanti u ma’ terzi fil-kuntest ta’ tali proċedura ta’ kontroll, bħala regola ġenerali, jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriżi involuti u dik tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni relatati ma’ din il-proċedura, mingħajr ma l-Kummissjoni hija obbligata twettaq eżami konkret u individwali ta’ dawn id-dokumenti. Għaldaqstant, dan l-argument ta’ Agrofert għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>It-tieni nett, Agrofert sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li interess pubbliku ikbar jeħtieġ li d-dokumenti mitluba jkunu żvelati, interess irrappreżentat f’dan il-każ mid-dannu li din il-parti subiet fil-kapaċità tagħha ta’ azzjonarja minoritarja ta’ Unipetrol, akkwistata minn PKN Orlen fil-kuntest tal-konċentrazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm, ċertament, hekk kif jirriżulta mill-punt 68 ta’ din is-sentenza, il-preżunzjoni ġenerali msemmija iktar ’il fuq ma teskludix id-dritt, għall-persuna kkonċernata, li turi l-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba, għandu madankollu jiġi kkonstatat li l-interess li Agrofert qed tirreferi għalih ma jikkostitwixxix interess pubbliku ikbar, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Għaldaqstant, dan l-argument huwa infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra invokati minn Agrofert fl-ewwel istanza huma wkoll infondati.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Il-ksur allegat tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat TUE ma huwiex separat mill-motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, il-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit b’mod ġenerali f’dan it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, huwa kkonkretizzat b’dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Il-motiv ibbażat fuq amministrazzjoni ħażina fl-ipproċessar tat-talba għal aċċess, li permezz tiegħu Agrofert tilmenta li l-Kummissjoni eċċediet it-termini previsti sabiex twieġeb għat-talba konfermattiva tagħha, huwa ineffettiv. Peress li l-Kummissjoni wieġbet għal din it-talba qabel ma Agrofert ma kienet siltet konsegwenzi min-nuqqas ta’ tweġiba fit-termini skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dan id-dewmien ma jistax jivvizzja t-tweġiba tal-Kummissjoni b’illegalità li tiġġustifika l-annullament tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors ippreżentat minn Agrofert quddiem il-Qorti Ġenerali, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-konċentrazzjoni ta’ PKN Orlen u ta’ Unipetoril għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura meta l-appell ma huwiex fondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 118 tal-istess regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Skont l-Artikolu 69(3) tal-istess regoli, jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom jew għal raġunijiet eċċezzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, madankollu, tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha. L-Artikolu 69(4) ta’ dawn l-istess regoli jipprevedi fl-ewwel subparagrafu tiegħu li Stati Membri intervenjenti fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u, fit-tielet subparagrafu tiegħu, li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li intervenjenti oħra għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Peress illi l-Kummissjoni tilfet parzjalment u r-rikors ta’ Agrofert ġie parzjalment miċħud, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>PKN Orlen u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>, Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni (T-111/07), huwa annullat sa fejn dan jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D (2007) 1360, tat-<DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE>, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-Każ COMP/M.3543 dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 3 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors ippreżentat minn Agrofert Holding a.s. quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D (2007) 1360, tat-<DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE>, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-Każ COMP/M.3543 dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi, huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u Agrofert Holding a.s. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">6)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Polski Koncern Naftowy Orlen SA u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>