|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/122 |
24.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/122
tat-22 ta’ Jannar 2025
li tawtorizza metodi ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Italja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/38/UE
(notifikata bid-dokument C(2025) 249)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punti (p) u (t), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali jridu japplikaw f’konformità mal-punt B tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Il-punt 1, it-Taqsima B.IV, tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali, il-kontenut tal-laħam dgħif irid jiġi vvalutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, li jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta’ waħda jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal u li l-metodi ta’ gradazzjoni huma soġġetti għall-konformità mar-rata ta’ tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fit-tieni paragrafu, il-punt 1, il-Parti A, tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 (2). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/38/UE (3) awtorizzat l-użu ta’ sitt metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Italja. |
|
(3) |
L-Italja talbet lill-Kummissjoni tirtira l-awtorizzazzjoni tal-metodi “Fat-O-Meater I (FOM I)” u “AutoFom III”. |
|
(4) |
L-Italja talbet ukoll lill-Kummissjoni tawtorizza formula aġġornata għall-metodi “Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)”, “Fat-O-Meater II (FOM II)”, “CSB-Image-Meater” u “metodu manwali (ZP)” diġà awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/38/UE għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha. |
|
(5) |
L-Italja ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-provi tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi l-ġodda, ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll imsemmi fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182. |
|
(6) |
Bl-użu tal-metodu annwali (ZP), il-kejl jista’ jsir ukoll minn skenner li jinżamm fl-idejn, imsejjaħ “Zoometer”. L-iskenner ikejjel l-istess bħall-kalibru manwali. Għalhekk, l-ekwazzjoni tal-previżjoni hi l-istess bħal dik tal-metodu annwali (ZP) u l-prova mwettqa kellha l-uniku għan li tivverifika l-akkuratezza u l-preċiżjoni tal-apparat elettroniku. |
|
(7) |
L-eżami ta’ dawk it-talbiet żvela li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni tal-metodi l-ġodda ta’ gradazzjoni u għall-aġġornament tal-ekwazzjonijiet għall-metodi awtorizzati, kif stabbilit fl-Anness V, il-Parti A, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodi l-ġodda ta’ gradazzjoni u l-formuli l-ġodda jiġu awtorizzati fl-Italja. |
|
(8) |
L-Italja talbet lill-Kummissjoni biex tkun awtorizzata tipprevedi preżentazzjoni ta’ karkassi tal-majjali differenti mill-preżentazzjoni standard stabbilita fl-Anness IV, il-punt B.III, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(9) |
Sakemm ma jkunux ġew awtorizzati b’mod espliċitu minn Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni jew tal-apparati tagħhom ma jkunux permessi. |
|
(10) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/38/UE titħassar. |
|
(11) |
Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi tal-introduzzjoni ta’ apparati ġodda u ta’ ekwazzjonijiet ġodda, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Frar 2025. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-użu tal-metodi ta’ gradazzjoni li ġejjin huwa awtorizzat għall-valutazzjoni tal-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi tal-majjali skont l-Anness IV, it-Taqsima B.IV, il-punt 1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fl-Italja:
|
(a) |
l-apparat “Hennessy Grading Probe 7 (HGP 7)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fl-Anness, il-Parti I; |
|
(b) |
l-apparat “Fat-O-Meater II (FOM II)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fl-Anness, il-Parti II; |
|
(c) |
l-apparat “CSB-Image-Meater” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fl-Anness, il-Parti III; |
|
(d) |
l-apparat għall-“metodu annwali (ZP)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fl-Anness, il-Parti IV. |
Artikolu 2
Minkejja l-preżentazzjoni standard stabbilita fl-Anness IV, it-Taqsima B.III, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-karkassi tal-majjali fl-Italja jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ma jitneħħew id-dijaframma u s-sonża, qabel ma jintiżnu u jiġu kklassifikati. Fil-każ ta’ preżentazzjoni bħal din, il-piż tal-karkassa sħuna rreġistrat għandu jkun aġġustat f’konformità mal-formola li ġejja:
Y = X – X × a %
Fejn:
|
Y |
= |
il-piż tal-karkassa stabbilit f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182, |
|
X |
= |
il-piż tal-karkassa sħuna bis-sonża u d-dijaframma, |
|
a |
= |
is-somma tas-sonża u d-dijaframma (%) |
|
— |
għad-dijaframma, ekwivalenti għal 0,29 % (piż tal-karkassa minn 110,1 sa 180 kg) u għal 0,26 % (piż tal-karkassa minn 70 sa 110 kg), |
|
— |
għas-sonża, ekwivalenti għal:
|
Artikolu 3
Il-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati jew tal-apparati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu awtorizzati b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/38/UE titħassar.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2025.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 74. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1182/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/38/UE tal-24 ta’ Jannar 2014 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Italja (ĠU L 23, 28.1.2014, p. 35. ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/38/oj).
ANNESS
METODI TA’ GRADAZZJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FL-ITALJA
PARTI I
Hennessy Grading Probe 7 (HGP7)
|
(1) |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Hennessy Grading Probe 7 (HGP7)”. |
|
(2) |
L-apparat mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u ta’ 6,3 millimetri fix-xafra fil-quċċata tas-sonda) b’fotodijodu (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO u fotodetettur tat-tip 58 MR) u b’distanza operattiva bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl iridu jinqalbu f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-HGP 7 innifsu jew permezz ta’ kompjuter imqabbad miegħu. |
|
(3) |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formuli li ġejjin:
|
|
(b) |
għall-karkassi li jiżnu bejn 110,1 u 180 kg: Ŷ = 80,136492 – 14,021984 × ln(X1) + 3,581997 × ln(X2) Fejn:
|
PARTI II
Fat-O-Meater II (FOM II)
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Fat-O-Meater II (FOM II)”. |
|
(2) |
L-apparat mgħammar b’arranġament ta’ transducer ultrasoniku ta’ 3,5 MHz (U-Systems) b’sonda b’dijametru ta’ 6 millimetri, b’fotodijodu tat-tip Siemens SFH 950/960 u b’distanza operattiva bejn 3 u 125 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter inkluż fl-apparat. |
|
(3) |
Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
|
PARTI III
CSB Image-Meater
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “CSB-Image-Meater”. |
|
(2) |
L-apparat mgħammar b’sistema online għall-ipproċessar tar-ritratti fejn in-nofsijiet tal-karkassi jiġu ffilmjati awtomatikament minn sistema bil-kamera. Ir-ritratti mbagħad jiġu proċessati f’kompjuter permezz ta’ software apposta li kapaċi jipproduċi sett ta’ 20 kejl differenti. Tliet miżuri magħżula se jinqalbu fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif permezz ta’ kompjuter. |
|
(3) |
Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
|
PARTI IV
Metodu manwali (ZP)
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-“metodu manwali (ZP)”. |
|
(2) |
Il-kejl ZP jista’ jsir manwalment permezz ta’ riga jew “Zoometer (ZM)”, fuq il-linja maqsuma fuq karkassi stabbli. |
|
(3) |
“Zoometer” hu apparat imqabbad ma’ smartphone b’applikazzjoni Android (ZMAPP) li tipprevedi l-interfeċċa tal-utent, li permezz ta’ telemetru bil-lażer ikun jista’ jikseb kejl tad-distanza biex isir kejl lineari, angolari u tas-superfiċje kkalibrat fuq ritratti tal-karkassi tal-majjali meħuda bil-kamera tal-ismartphone. |
|
(4) |
Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/122/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)