02013R1306 — MT — 29.12.2020 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1306/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 549) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 17 ta' Diċembru 2013 |
L 347 |
865 |
20.12.2013 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2016/791 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2016 |
L 135 |
1 |
24.5.2016 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2393 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 2017 |
L 350 |
15 |
29.12.2017 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2020/127 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ Jannar 2020 |
L 27 |
1 |
31.1.2020 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2020/2220 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ Diċembru 2020 |
L 437 |
1 |
28.12.2020 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 1306/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2013
dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008
TITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar:
il-finanzjament ta’ nfiq skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), inkluż infiq għal żvilupp rurali;
is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli;
is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li l-Istati Membri għandhom iwaqqfu;
is-sistema tal-kondizzjonalità;
l-approvazzjoni ta’ kontijiet.
Artikolu 2
Termini użati f’dan ir-Regolament
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:
"bidwi", tfisser bidwi fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013;
"attività agrikola" tfisser attività agrikola fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013;
"żona agrikola" tfisser żona agrikola fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013;
"azjenda" tfisser azjenda fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013, ħlief kif previst fl-Artikolu 91(3);
"pagamenti diretti" tfisser pagamenti diretti fit-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 1307/2013;
"leġislazzjoni agrikola settorjali" tfisser kwalunkwe att applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 43 tat-TFUE fil-qafas tal-PAK kif ukoll, fejn applikabbli, kwalunkwe att iddelegat jew atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dawk l-atti, u t-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sa fejn japplika għall-FAEŻR;
"irregolarità" tfisser irregolarità fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.
Għall-finijiet tal-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, "force majeure" u "ċirkostanzi eċċezzjonali" jistgħu, b'mod partikolari, jiġu rikonoxxuti fil-każjiet li ġejjin:
il-mewt tal-benefiċjarju;
inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju;
diżastru naturali kbir li jolqot serjament l-azjenda;
il-qerda aċċidentali ta’ bini tal-bhejjem fl-azjenda;
marda epiżootika jew marda tal-pjanti li jolqtu l-bhejjem kollha jew parti minnhom tal-benefiċjarju jew l-għelejjel rispettivament tiegħu;
esproprjazzjoni tal-azjenda kollha jew ta' parti kbira minnha jekk dik l-esproprjazzjoni ma setgħetx tiġi antiċipata fid-data li fiha ssir l-applikazzjoni.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR FONDI AGRIKOLI
KAPITOLU I
Fondi agrikoli
Artikolu 3
Fondi li jiffinanzjaw l-infiq agrikolu
Biex jinkisbu l-objettivi tal-PAK kif stabbilit fit-TFUE, il-finanzjament tad-diversi miżuri li jaqgħu taħt dik il-politika, inkluż l-iżvilupp rurali għandu jsir:
mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG);
mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
Artikolu 4
Infiq tal-FAEG
Il-FAEG għandu jiġi implimentat b'ġestjoni komuni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-infiq li ġej, li għandu jsir f'konformità mal-liġi tal-Unjoni:
il-miżuri li jirregolaw jew jgħinu lis-swieq agrikoli;
il-pagamenti diretti lil bdiewa skont il-PAK;
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal informazzjoni u miżuri ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli fis-suq intern tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi, li jitwettqu mill-Istati Membri abbażi ta’ programmi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 5 u li huma magħżulin mill-Kummissjoni;
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri relatati mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumaturi kif imsemmi fl-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Il-FAEG għandu jiffinanzja l-infiq li ġej b’mod dirett u skont il-liġi tal-Unjoni:
il-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli, li ssir jew direttament mill-Kummissjoni jew permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;
il-miżuri, meħuda skont il-liġi tal-Unjoni, biex jiġu żgurati l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-utilizzazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura;
l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni dwar kontabbiltà agrikola;
sistemi ta’ stħarriġ agrikolu, inkluż stħarriġ dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli.
Artikolu 5
Infiq tal-FAEŻR
Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat b'ġestjoni komuni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi ta’ żvilupp rurali implimentati skont il-liġi tal-Unjoni dwar għajnuna għal żvilupp rurali.
Artikolu 6
Infiq ieħor, inkluż l-assistenza teknika
Il-Fondi jistgħu, kull wieħed minnhom jiffinanzjaw b’mod dirett, b’inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f’isimha, l-attivitajiet ta’ tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' amministrazzjoni u ta' appoġġ tekniku, kif ukoll il-miżuri ta’ evalwazzjoni, ta' awditjar u ta' spezzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-PAK. B'mod partikolari, dawk il-miżuri għandhom jinkludu:
il-miżuri meħtieġa għall-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-PAK, kif ukoll miżuri relatati mal-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u assistenza teknika u amministrattiva;
l-akkwist mill-Kummissjoni tal-immaġni bis-satellita meħtieġa għall-kontrolli skont l-Artikolu 21;
il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ telerilevament użati għall-monitoraġġ ta’ riżorsi agrikoli skont l-Artikolu 22;
il-miżuri meħtieġa biex jinżammu u jiġu żviluppati metodi u mezzi tekniċi għal informazzjoni, interkonnessjoni, monitoraġġ u kontroll tal-ġestjoni finanzjarju tal-fondi użati għall-finanzjament tal-PAK;
l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-PAK skont l-Artikolu 45;
l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ffinanzjati mill-Fondi, inkluż it-titjib ta’ metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiki taħt il-PAK;
fejn ikun rilevanti, l-aġenziji eżekuttivi stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 ( 1 ), li jaġixxu b’rabta mal-PAK;
il-miżuri relatati ma’ tixrid ta' informazzjoni, aktar għarfien, il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ esperjenza f’livell tal-Unjoni, meħuda fil-kuntest tal-iżvilupp rurali, inkluż in-netwerking tal-partijiet konċernati;
il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp, reġistrazzjoni u protezzjoni ta’ logos fil-qafas tal-politiki tal-kwalità tal-Unjoni u għall-protezzjoni ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati magħhom, kif ukoll l-iżviluppi meħtieġa fit-teknoloġija tal-informazzjoni (IT).
KAPITOLU II
Aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra
Artikolu 7
Akkreditazzjoni u rtirar ta’ akkreditazzjoni ta’ aġenziji tal-pagamenti u ta’ korpi ta’ koordinazzjoni
Bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti, l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kompiti tista’ tiġi ddelegata.
Kull Stat Membru għandu, waqt li jqis id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu, jillimita l-għadd ta’ aġenziji tal-pagamenti akkreditati tiegħu għal mhux aktar minn waħda fuq livell nazzjonali jew, fejn applikabbli, għal waħda għal kull reġjun. Madankollu, fejn aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti f’livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom, b’żieda ma’ dan, jakkreditaw aġenzija tal-pagamenti f’livell nazzjonali għal skemi ta’ għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu mmaniġġati f’livell nazzjonali jew inkella għandhom jgħaddu l-ġestjoni ta' dawn l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.
Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti li ġew akkreditati qabel 20 ta' Diċembru 2013.
Qabel tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tas-sistema tal-aġenziji tal-pagamenti fl-Unjoni flimkien, fejn adatt, ma' proposti leġislattivi.
Sal-15 ta’ Frar tas-sena wara s-sena finanzjarja konċernata, il-persuna responsabbli mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tfassal:
il-kontijiet annwali tal-infiq magħmul fl-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;
dikjarazzjoni tal-ġestjoni dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet u l-funzjonament tajjeb tas-sistemi interni ta’ kontroll, fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;
sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u l-ambitu tal-iżbalji u tad-dgħufijiet identifikati fis-sistemi, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu jew jiġu ppjanati.
L-iskadenza tal-15 ta' Frar tista' tiġi estiża b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni l-aktar tard sal-1 ta' Marzu, wara komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.
Fejn ikunu akkreditati aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku (il-"korp ta’ koordinazzjoni"), li lilu għandu jassenja l-kompiti li ġejjin:
li jiġbor l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;
li jittieħdu jew li jiġu kkoordinati, skont il-każ, azzjonijiet bl-għan li jiġi risolt kwalunkwe nuqqas ta’ natura komuni u biex il-Kummissjoni tinżamm mgħarrfa bi kwalunkwe segwitu;
li jippromwovi u, fejn possibbli, jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni.
Fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jkun soġġett għal akkreditazzjoni speċifika mill-Istati Membri.
Artikolu 8
Setgħat tal-Kummissjoni
Biex tiżgura l-operazzjoni fis-sod tas-sistema msemmija fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar:
il-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 7(4), rispettivament;
l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni u l-kontroll tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
il-proċeduri għall-ħruġ, l-irtirar u l-analiżi tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta' koordinazzjoni, kif ukoll għall-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;
ix-xogħol u l-verifiki fil-bażi tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;
il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni u n-notifika ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(4).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 9
Korpi ta' ċertifikazzjoni
Il-korp ta' koordinazzjoni għandu jkollu l-kompetenzi tekniċi meħtieġa. Huwa għandu jkun indipendenti mil-lat ta’ operazzjonijiet mill- aġenzija tal-pagamenti u l-korp ta' koordinazzjoni konċernat, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat dik l-aġenzija.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-kompiti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni, inklużi l-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti, flimkien mad-dokumenti li jkun hemm magħhom, li għandhom jitfasslu minn dawk il-korpi. Fid-dawl tal-ħtieġa għal effiċjenza massima, għall-ittestjar tat-transazzjoni u għalll-ġudizzju tal-verifika professjonali, fir-rigward ta' approċċ integrat, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll:
il-prinċipji tal-verifika li fuqhom jiġu bbażati l-opinjonijiet tal-korpi ta' ċertifikazzjoni, inklużi valutazzjoni tar-riskji, kontrolli interni u livell meħtieġ ta' evidenza tal-verifika;
il-metodi ta' verifika li għandhom jintużaw mill-korpi ta' ċertifikazzjoni, b'kont meħud tal-istandards internazzjonali dwar il-verifika, sabiex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, inkluż, fejn xieraq, l-użu ta' kampjun integrat uniku għal kull popolazzjoni u, fejn xieraq, il-possibbiltà li l-aġenziji tal-pagamenti jiġu akkumpanjati matul il-kontrolli fuq il-post.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 10
Ammissibbiltà ta’ pagamenti magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti
L-infiq imsemmi fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 5 jista’ jiġi kopert minn finanzjament mill-Unjoni biss jekk ikun sar minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati.
Artikolu 11
Pagament sħiħ lil benefiċjarji
Ħlief fejn espliċitament previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, pagamenti relatati mal-finanzjament imsemmi f’dan ir-Regolament għandhom jiġu żburżati b’mod sħiħ lill-benefiċjarji.
TITOLU III
SISTEMA KONSULTATTIVA GĦALL-AZJENDI AGRIKOLI
Artikolu 12
Prinċipju u kamp ta' applikazzjoni
Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha tkopri mill-anqas dan li ġej:
obbligi fil-livell tal-azjenda agrikola li jirriżultaw mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art kif stabbiliti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI;
il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u ż-żamma taż-żona agrikola kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
miżuri fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-programmi ta' żvilupp rurali bil-għan li jkun hemm modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, bini tal-kompetittività, integrazzjoni settorjali, innovazzjoni u orjentazzjoni tas-suq kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;
rekwiżiti fil-livell tal-benefiċjarji kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE;
rekwiżiti fil-livell ta' benefiċjarji kif definit mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE.
Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli tista’ wkoll tkopri partikolarment:
il-promozzjoni ta’ konverżjonijiet ta’ azjendi agrikoli u d-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika tagħhom;
il-ġestjoni tar-riskju u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet preventivi adatti biex jiġu indirizzati diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi u l-mard tal-annimali u tal-pjanti;
ir-rekwiżiti minimi stabbiliti mil-liġi nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 28(3) u 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
l-informazzjoni marbuta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Rekwiżiti speċifiċi relatati mas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli
Artikolu 14
Aċċess għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli
Il-benefiċjarji u l-bdiewa li ma jirċevux għajnuna skont il-PAK jistgħu jużaw is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli fuq bażi volontarja.
Mingħajr preġudizzju għar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 99(2), l-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddeterminaw skont kriterji oġġettivi, il-kategoriji ta’ benefiċjarji li jkollhom aċċess ta’ prijorità għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli, inklużi netwerks li joperaw b’riżorsi limitati skont it-tifsira tal-Artikoli 53, 55 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
F'dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata prijorità lil dawk il-bdiewa li għandhom l-aċċess l-aktar limitatgħal servizz ta’ konsulenza minbarra s-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli.
Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha tiżgura li benefiċjarji jkollhom aċċess għall-konsulenza li tirrifletti l-qagħda speċifika tal-azjenda tagħhom.
Artikolu 15
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar l-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli sabiex dik is-sistema ssir kompletament operattiva.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
TITOLU IV
ĠESTJONI FINANZJARJA TAL-FONDI
KAPITOLU I
FAEG
Artikolu 16
Limitu massimu tal-baġit
Artikolu 17
Pagamenti kull xahar
Artikolu 18
Proċedura għall-pagamenti kull xahar
Artikolu 19
Spejjeż amministrattivi u tal-persunal
L-infiq relatat ma’ spejjeż amministrattivi u tal-persunal magħmul mill-Istati Membri u minn benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG ma għandux jagħmel tajjeb għalihom il-Fond.
Artikolu 20
Infiq b'intervent pubbliku
Biex jiġi żgurat li jkun hemm l-iffinanzjar mill-FAEG tal-infiq b’intervent pubbliku l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 dwar:
it-tip ta’ miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni u l-kondizzjonijiet għal rimborż;
il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-metodi ta’ kalkolu abbażi tal-informazzjoni li hija fil-fatt osservata mill-aġenziji tal-pagamenti jew abbażi ta’ rati fissi ddeterminati mill-Kummissjoni, jew abbażi ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa msemmija fil-leġislazzjoni agrikola settorjali.
Artikolu 21
Akkwist ta’ immaġni bis-satellita
Il-lista tal-immaġni bis-satellita meħtieġa għal kontrolli għandha tiġi maqbula mill-Kummissjoni u l-Istati Membri skont l-ispeċifikazzjoni mħejjija minn kull Stat Membru.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dawk l-immaġni bis-satellita mingħajr ħlas lill-korpi ta’ kontroll jew lil fornituri ta’ servizzi awtorizzati minn dawk il-korpi biex jirrappreżentawhom.
Il-Kummissjoni għandha tibqa’ s-sid tal-immaġni bis-satellita u għandha teħodhom lura malli l-ħidma titlesta. Hija tista’ wkoll tipprevedi li ssir ħidma fuq tekniki ta’ titjib u metodi ta’ ħidma relatati mal-ispezzjoni ta’ żoni agrikoli b’telerilevament.
Artikolu 22
Monitoraġġ ta’ riżorsi agrikoli
Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 għandu jkollhom l-għan li jagħtu lill-Kummissjoni l-mezzi biex:
tiġġestixxi s-swieq agrikoli tal-Unjoni f’kuntest globali;
tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali tal-art agrikola, inkluża l-agroforestrija, u timmonitora l-kondizzjoni ta’ għelejjel, biex ikunu jistgħu jsiru stimi, partikolarment fir-rigward ta’ rendimenti u produzzjoni agrikola;
tikkondividi l-aċċess għal dawn l-istimi f’kuntest internazzjonali, bħal dawk l-inizjattivi kkoordinati minn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew minn aġenziji internazzjonali oħra;
jikkontribwixxu għat-trasparenza ta’ swieq dinjin; u
tiżgura segwitu teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.
Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 huma dwar il-ġbir jew ix-xiri ta’ data meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, inkluża data mis-satellita u data meteoroloġika, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ data spazjali u sit tal-internet, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar kondizzjonijiet klimatiċi, telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u l-aġġornament ta’ mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-miżuri għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ laboratorji u korpi nazzjonali.
Artikolu 23
Setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
regoli relatati mal-finanzjament skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6,
il-proċedura li biha l-miżuri msemmija fl-Artikoli 21 u 22 għandhom jitwettqu biex jitħarsu l-objettivi assenjati,
il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu ta' immaġni bis-satellita u data meteoroloġika, u d-dati ta’ skadenza applikabbli.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 24
Konformità mal-limitu massimu
L-istrumenti leġislattivi kollha proposti mill-Kummissjoni u adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni u li għandhom influwenza fuq il-baġit tal-FAEG għandhom ikunu konformi mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 16.
Artikolu 25
Riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu
Għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex jingħata appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni agrikola ("ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu") billi, fil-bidu ta' kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti bil-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26.
L-ammont totali tar-riżerva għandu jkun EUR 2 800 miljun b'pagamenti annwali ugwali ta' EUR 400 miljun (bi prezzijiet tal-2011) għall-perijodu 2014-2020 u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.
Għal kull waħda mis-snin 2021 u 2022, l-ammont tar-riżerva għandu jkun EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011) u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 ( 2 ) [QFP].
Artikolu 26
Dixxiplina finanzjarja
▼M3 —————
Ir-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika fis-sena finanzjarja preċedenti.
Artikolu 27
Proċedura ta' dixxiplina baġitarja
Jekk, fi tmiem is-sena finanzjarja N, talbiet għal rimborż mill-Istati Membri jkunu aktar jew aktarx li jkunu aktar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha:
tqis it-talbiet ippreżentati mill-Istati Membri pro rata u fil-limitu tal-baġit disponibbli, u għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu proviżorjament l-ammont tal-pagamenti għax-xahar konċernat;
tiddetermina, għall-Istati Membri kollha, mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar tas-sena finanzjarja N + 1, il-qagħda tagħhom fir-rigward ta’ finanzjament mill-Unjoni għas-sena finanzjarja N;
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammont totali ta’ finanzjament mill-Unjoni maqsum għal kull Stat Membru, abbażi ta’ rata unika ta’ finanzjament mill-Unjoni, fil-limitu tal-baġit li kien disponibbli għall-pagamenti kull xahar;
tagħti, mill-anqas meta l-pagamenti kull xahar isiru għal Marzu tas-sena N + 1, kwalunkwe kumpens li jkollu jingħata fir-rigward tal-Istati Membri.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).
Artikolu 28
Sistema ta’ twissija bikrija u ta' monitoraġġ
Biex jiġi żgurat li l-limitu massimu tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 16 ma jinqabiżx, il-Kummissjoni għandha timplimenta sistema ta’ twissija bikrija u monitoraġġ kull xahar fir-rigward tal-infiq mill-FAEG.
Għal dak il-għan, fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal dak il-fini profili ta’ nfiq kull xahar abbażi, fejn ikun xieraq, ta’ nfiq medju kull xahar matul it-tliet snin ta’ qabel.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta perjodikament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jeżamina l-iżvilupp tal-infiq magħmul imqabbel mal-profili u li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni prevista għas-sena finanzjarja attwali.
Artikolu 29
Rati tal-kambju ta’ referenza
Meta tkun qed tadotta abbozz li jemenda baġit supplimentari jew ittra ta’ emenda għalih, sakemm dawk id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu ma’ approprjazzjonijiet relatati ma’ miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni għandha tuża:
il-medja tar-rata tal-kambju għall-euro/dollaru Amerikan attwalment reġistrata fis-suq mill-1 ta’ Awwissu tas-sena finanzjarja ta’ qabel sa tmiem l-aħħar trimestru li jagħlaq mill-anqas 20 jum qabel l-adozzjoni tad-dokument tal-baġit mill-Kummissjoni u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti, u
il-medja tar-rata tal-kambju attwalment reġistrata matul l-aħħar trimestru li jintemm mill-anqas 20 jum qabel l-adozzjoni tad-dokument tal-baġit mill-Kummissjoni bħala previżjoni għall-bqija tas-sena finanzjarja.
KAPITOLU II
Faeżr
Artikolu 30
Ebda finanzjament doppju
In-nefqa ffinanzjata taħt il-FAEŻR ma għandha tkun is-suġġett ta' ebda finanzjament ieħor taħt il-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-pagamenti kollha
Dawk il-pagamenti għandhom jiġu assenjati lill-impenn tal-baġit miftuħ l-aktar bikri.
Artikolu 32
Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FAEŻR
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FAEŻR għal infiq għal programmi ta’ żvilupp rurali għandha tiġi ddeterminata għal kull programm, fil-limiti massimi stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni dwar għajnuna għal żvilupp rurali mill-FAEŻR.
Artikolu 33
Impenji tal-baġit
Fir-rigward tal-impenji tal-baġit tal-Unjoni għall-programmi ta’ żvilupp rurali, għandu japplika l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Artikolu 34
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-pagamenti għall-programmi tal-iżvilupp rurali
Meta jintlaħaq il-limitu ta' 95 %, l-Istati Membri għandhom ikomplu jibagħtu t-talbiet għall-pagamenti lill-Kummissjoni.
Artikolu 35
Arranġamenti għal prefinanzjament
Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm ta' żvilupp rurali, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perijodu sħiħ tal-ipprogrammar għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. Dan l-ammont inizjali ta' prefinanzjament għandu jitħallas fi ħlasijiet parzjali kif ġej:
fl-2014: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali u 1,5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm, meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, jew f'konformità mal-Artikoli 122 u 143 TFUE, jew mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2013 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE;
fl-2015: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali u 1,5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, jew f'konformità mal-Artikoli 122 u 143 TFUE, jew mill-EFSF, jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2014 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE;
fl-2016: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perjodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali.
Jekk programm ta' żvilupp rurali jiġi adottat fl-2015 jew aktar tard, il-pagamenti parzjali preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena ta' tali adozzjoni.
Artikolu 36
Pagamenti interim
Kull pagament intermedju għandu jsir mill-Kummissjoni, soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjoni tan-nefqa ffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, skont l-Artikolu 102(1)(c);
li ma jinqabiżx it-total tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull miżura għall-perijodu kollu kopert mill-programm konċernat;
it-trasmissjoni lill-Kummissjoni tal-aħħar rapport ta’ progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali.
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika, mutatis mutandis, għar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-perijodi li fihom aġenziji ta' pagament akkreditati għandhom jgħaddu dawk id-dikjarazzjonijiet interim ta' nfiq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Id-dikjarazzjonijiet tal-infiq għandhom ikopru l-infiq li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu matul kull wieħed mill-perijodi konċernati. Madankollu, f’każijiet fejn l-infiq imsemmi fl-Artikolu 65(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma jkunx jista’ jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni fil-perijodu konċernat minħabba approvazzjoni pendenti mill-Kummissjoni ta' emenda għall-programm, huwa jista’ jiġi ddikjarat f’perijodi sussegwenti.
Id-dikjarazzjonijiet intermedji tal-infiq fir-rigward tal-infiq magħmul mis-16 ta’ Ottubru 'l quddiem għandhom jitniżżlu fil-kontijiet tal-baġit tas-sena ta' wara.
Artikolu 37
Pagament tal-bilanċ u għeluq tal-programm
Artikolu 38
Diżimpenn awtomatiku għall-programmi ta' żvilupp rurali
Dan li ġej ma għandux jitqies fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:
dik il-parti tal-impenji tal-baġit li dwarha tkun saret dikjarazzjoni ta’ nfiq iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 3;
dik il-parti tal-impenji tal-baġit li aġenzija tal-pagamenti ma kinitx tista’ tiżborża għal raġunijiet ta’ force majeur li tkun laqtet serjament l-implimentazzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali. Awtoritajiet nazzjonali li jgħidu li jkun hemm force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti fuq l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew ta’ parti minnu.
Sal-31 ta' Jannar, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu dwar l-ammonti ddikjarati sal-aħħar tas-sena ta' qabel.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet Komuni
Artikolu 39
Sena finanzjarja agrikola
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u d-dħul relatati mal-intervent pubbliku stipulati mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(6), is-sena finanzjarja agrikola għanda tkopri nfiq imħallas u dħul riċevut u mdaħħal fil-kontijiet tal-baġit tal-Fondi mill-aġenziji ta' pagament fir-rigward tas-sena finanzjarja "N" li tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena "N-1" u tintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena "N".
Artikolu 40
Konformità ma' dati ta' skadenza għal pagamenti
Fejn jiġu stabbiliti dati ta’ skadenza għal pagamenti bil-liġi tal-Unjoni, kwalunkwe pagament magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji qabel l-aktar data bikrija ta’ pagament possibbli u wara l-aktar data tard ta’ pagament possibbli għandu jagħmel il-pagamenti ineliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni, ħlief fil-każijiet, bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li għandhom jiġu ddeterminati billi jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Sabiex in-nefqa li saret qabel id-data ta' pagament l-aktar bikrija possibbli jew wara d-data ta' pagament l-aktar tard possibbli ssir eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, filwaqt li jiġi limitat l-impatt finanzjarju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115, b'deroga mir-regola fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 41
Tnaqqis u sospensjoni ta’ pagamenti kull xahar u interim
Fejn id-dikjarazzjonijiet tal-infiq jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 102 ma jippermettux lill-Kummissjoni tistabbilixxi li l-infiq ikun sar skont ir-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru konċernat jipprovdi informazzjoni ulterjuri u jibgħat il-kummenti tiegħu f’perijodu li ma għandux ikun anqas minn 30 jum. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni fil-perijodu determinat jew jekk it-tweġiba titqies bħala mhux sodisfaċenti jew turi li l-infiq ma jkunx sar skont ir-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar jew interim lill-Istat Membru konċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim msemmija fl-Artikolu 36.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar jew interim lil Stat Membru jekk wieħed jew aktar mill-komponenti ewlenin tas-sistema ta' kontroll nazzjonali inkwistjoni ma jeżistux jew mhumiex effettivi minħabba l-gravità jew il-persistenza tan-nuqqasijiet li jinstabu, jew jekk ikun hemm nuqqasijiet serji simili fis-sistema għall-irkupru ta' pagamenti irregolari u jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
in-nuqqasijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu ta’ natura kontinwa u kienu r-raġuni għal mill-anqas żewġ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 52, li jeskludu mill-finanzjament mill-Unjoni l-infiq mill-Istat Membru kkonċernat; jew
il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex f’pożizzjoni li jimplimenta l-miżuri neċessarji ta’ rimedju fil-futur immedjat, f’konformità ma’ pjan ta’ azzjoni b’indikaturi ċari tal-progress, li għandhom jiġu stabbiliti f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
It-tnaqqis jew is-sospensjoni għandhom jiġu applikati għall-infiq rilevanti magħmul mill-aġenzija tal-pagamenti fejn in-nuqqasijiet ikunu jeżistu għal perijodu li għandu jkun iddeterminat fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, li ma għandux ikun ta’ aktar minn tnax-il xahar. Jekk il-kondizzjonijiet għat-tnaqqis jew is-sospensjoni jibqgħu jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawwlu dak il-perijodu għal perijodi ulterjuri li ma jaqbżux tnax-il xahar b'kollox. It-tnaqqis u s-sospensjoni ma għandhomx jitkomplew jekk dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).
Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru konċernat dwar l-intenzjoni tagħha u għandha titolbu jirreaġixxi fi żmien perijodu li ma għandux ikun anqas minn 30 jum.
L-atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminawil-pagamenti kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18(3) jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36 għandhom iqisu l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu.
Is-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 19 u 22 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jiġu applikati skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 42
Sospensjoni ta’ pagamenti f’każ ta’ sottomissjoni li ssir tard
Meta l-leġislazzjoni agrikola settorjali tobbliga li l-Istati Membri jippreżentaw, f’perijodu speċifiku ta’ żmien, informazzjoni dwar l-għadd ta’ verifiki mwettqin skont l-Artikolu 59 u l-eżitu tagħhom u meta l-Istati Membri jaqbżu dak il-perijodu, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36, dment li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għall-Istati Membri kmieni biżżejjed qabel ma jibda l-perijodu ta' referenza l-informazzjoni, il-formoli u l-ispjegazzjonijiet kollha li jeħtieġu biex jikkompilaw l-istatistika rilevanti. L-ammont li jiġi sospiż ma għandux jaqbeż il-1,5 % tan-nefqa li l-informazzjoni statistika rilevanti għaliha ma tkunx intbagħtet fil-ħin. Hi u tapplika s-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, b'kont meħud tat-tul tad-dewmien. B'mod partikolari, għandu jitqies jekk il-preżentazzjoni tard tal-informazzjoni tqigħedx il-mekkaniżmu ta' kwittanza tal-baġit annwali f'riskju. Qabel ma tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar il-Kummissjoni għandha tinnotifika, bil-miktub, lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi l-informazzjoni statistika mill-Istati Membri kkonċernati, dment li d-data meta tirċeviha ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara.
Artikolu 43
Assenjazzjoni ta’ dħul
Dan li ġej għandu jkun "dħul assenjat" skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012:
somom li taħt l-Artikolu 40, 52 u 54 u, fir-rigward ta' nfiq taħt il-FAEG, taħt l-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 51 iridu jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inklużi l-imgħaxijiet fuqhom;
somom li jinġabru jew jiġu rkuprati skont it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
somom li jkunu nġabru bħala konsegwenza ta’ pieni skont ir-regoli speċifiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni agrikola settorjali tal-Unjoni, ħlief jekk dik il-leġislazzjoni espliċitament tipprevedi li dawk l-ammonti jistgħu jinżammu mill-Istati Membri;
ammonti li jikkorrispondu għal pieni applikati skont ir-regoli dwar il-kondizzjonalità stipulati fil-Kapitolu II tat-Titolu VI, fir-rigward tal-infiq taħt il-FAEG;
kull titolu ta' sigurtà, depożitu jew garanzija pprovduti skont il-liġi tal-Unjoni adottata fil-qafas tal-PAK, minbarra l-iżvilupp rurali, li l-jedd għalihom sussegwentement intilef. Madankollu, titoli ta' sigurtà li l-jedd għalihom ikun intilef, depożitati meta jkunu nħarġu liċenzji ta’ esportazzjoni jew importazzjoni jew skont proċedura ta’ offerti għall-fini biss li tkun żgurata s-sottomissjoni minn offerenti ta’ offerti ġenwini, għandhom jinżammu mill-Istati Membri.
Artikolu 44
Żamma ta' kontijiet separati
Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet separati għall-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit tal-Unjoni għall-Fondi.
Artikolu 45
Miżuri ta' informazzjoni
Għandu jipprovdi informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni, biex jagħti stampa sħiħa eżatta tal-PAK.
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għanhom ikunu magħmula minn:
programmi ta’ ħidma annwali jew miżuri speċifiċi oħra ppreżentati minn partijiet terzi;
attivitajiet implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.
Dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa skont il-liġi jew dawk il-miżuri li jkunu diġà qed jirċievu finanzjament skont azzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu esklużi.
Biex timplimenta attivitajiet kif msemmi fil-punt (b), il-Kummissjoni tista’ tkun assistita minn esperti esterni.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll jikkontribwixxu biex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawk il-prijoritajiet ikun relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 46
Setgħat tal-Kummissjoni
Meta jiġi applikat l-Artikolu 42, sabiex ikun żgurat li l-prinċipju ta' proporzjonalità qed jiġi rrispettat, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 relatati mar-regoli dwar:
il-lista ta' miżuri koperti mill-Artikolu 42;
ir-rata ta' sospensjoni ta' pagamenti msemmija f'dak l-Artikolu.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
il-finanzjament u l-kontabbiltà ta' miżuri ta' intervent fl-għamla ta' ħżin pubbliku, jew infiq ieħor iffinanzjat mill-Fondi;
it-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura awtomatika ta' diżimpenn;
il-proċedura u arranġamenti prattiċi oħra għat-tħaddim tajjeb tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 42.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
KAPITOLU IV
Approvazzjoni tal-kontijiet
Artikolu 47
Verifiki fuq il-post mill-Kummissjoni
Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli magħmula mill-Istati Membri skont il-liġi, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew l-Artikolu 287 TFUE, jew kwalunkwe kontroll organizzat skont l-Artikolu 322 TFUE jew ibbażat fuq ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2185/96 ( 4 ), il-Kummissjoni tista’ torganizza kontrolli fuq il-post fl-Istati Membri biex tivverifika b’mod partikolari:
il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;
l-eżistenza tad-dokumenti ta’ prova meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR;
it-termini li abbażi tagħhom twettqu u kienu kkontrollati l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR.
jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji tal-akkreditazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(2) u jekk l-Istat Membru japplikax korrettament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5).
Persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu verifiki fuq il-post f'isimha jew aġenti tal-Kummissjoni li jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat konferiti lilhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u dokumenti oħra kollha, inklużi dokumenti u metadata magħmula jew riċevuta fuq mezz elettroniku, relatati ma’ nfiq iffinanzjat mill-FAEG jew mill-FAEŻR.
Is-setgħat li jsiru verifiki fuq il-post ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għal aġenti maħtura speċifikament mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 ( 5 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jaġixxu f'isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost oħrajn, fi żjajjar fi djar jew interrogatorji formali ta' persuni abbażi tal-liġi tal-Istat Membru konċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni miksuba b’dan il-mod.
Fuq talba mill-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru, il-verifiki addizzjonali jew l-inkjesti dwar l-operazzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jaġixxu f'isimha jistgħu jieħdu sehem f’tali verifiki.
Biex ittejjeb il-verifiki, il-Kummissjoni tista’, bil-qbil tal-Istati Membri konċernati, titlob l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew inkjesti.
Artikolu 48
Aċċess għall-informazzjoni
Artikolu 49
Aċċess għad-dokumenti
L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom iżommu dokumenti ta’ prova relatati ma’ pagamenti magħmula u dokumenti relatati mat-twettiq tal-verifiki amministrattivi u fiżiċi mitluba mil-liġi tal-Unjoni, u għandhom jagħmlu d-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni. Dawk id-dokumenti ta' prova jistgħu jinżammu f'forma elettronika taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 50(2).
Meta dawk id-dokumenti jinżammu minn awtorità li taġixxi taħt delega minn aġenzija tal-pagamenti u tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-infiq, dik l-awtorità għandha tibgħat rapporti lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata dwar l-għadd ta’ verifiki magħmula, il-kontenut tagħhom u l-miżuri meħuda fid-dawl tar-riżultati tagħhom.
Artikolu 50
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
il-proċeduri relatati mal-obbligi speċifiċi li l-Istati Membri għandhom iħarsu b’rabta mal-verifiki previsti f’dan il-Kapitolu;
il-proċeduri relatati mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li għandhom jitħarsu mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 47 u 48;
il-proċeduri u arranġamenti prattiċi oħra dwar l-obbligu ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 48(3);
il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ prova msemmija fl-Artikolu 49, inkluż il-format tagħhom u t-tul ta’ żmien ta’ kemm għandhom jinħażnu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 51
Approvazzjoni tal-kontijiet
Qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena wara s-sena tal-baġit inkwistjoni u abbażi tal-informazzjoni mibgħuta skont il-punt (c) tal-Artikolu 102(1), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali ippreżentati u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tad-deċiżjonijiet adottati wara skont l-Artikolu 52.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).
Artikolu 52
Approvazzjoni tal-konformità
Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob il-ftuħ ta’ proċedura bil-għan li tiġi rrikonċiljata, fi żmien perijodu ta' erba’ xhur, il-pożizzjoni ta’ kull parti. Għandu jiġi ppreżentat rapport dwar ir-riżultat tal-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi dwar kwalunkwe rifjut għal finanzjament u għandha tagħti raġunijiet jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Il-finanzjament ma jistax jiġi rrifjutat għal:
infiq kif indikat fl-Artikolu 4(1) li jsir aktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha;
infiq għal miżuri multiannwali li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 4(1) jew fl-ambitu tal-programmi kif indikat fl-Artikolu 5, fejn l-obbligu finali tar-riċevitur iseħħ aktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha;
infiq għal miżuri fi programmi, kif indikat fl-Artikolu 5, minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, li għalihom il-pagament jew, skont il-każ, il-pagament finali, mill-aġenzija tal-pagamenti, isir aktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha.
Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każ ta’:
irregolaritajiet koperti mit-Taqsima III ta’ dan il-Kapitolu;
għajnuniet nazzjonali li dwarhom il-Kummissjoni tkun niedet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE jew ksur li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' ittra ta' avviż formali bi qbil mal-Artikolu 258 TFUE;
ksur mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III tat-Titolu V ta’ dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar wara li tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu tal-infiq konċernat.
Artikolu 53
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-implimentazzjoni ta’:
l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fl-Artikolu 51 fir-rigward tal-miżuri li jkollhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u d-dati ta’ skadenza li jkollhom jitħarsu;
l-approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 52 fir-rigward tal-miżuri li jkollhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u d-dati ta’ skadenza li jkollhom jitħarsu, kif ukoll il-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu, inklużi t-twaqqif, il-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti tax-xogħol tal-korp ta’ konċiljazzjoni.
Artikolu 54
Dispożizzjonijiet Komuni
Fejn, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru, jiġi rreġistrat in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità permezz ta’ strument amministrattiv jew legali ta’ natura aħħarija, l-Istat Membru konċernat għandu jiddikjara bħala nfiq dovut lill-Fondi l-piż finanzjarju li huwa jkollu jagħmel tajjeb għalih skont l-ewwel subparagrafu.
Madankollu, jekk, għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istat Membru konċernat, ma jkunx possibbli li l-irkupru jseħħ sal-iskadenza speċifikata fl-ewwel subparagrafu u jekk l-ammont li jrid jiġi rkuprat jaqbeż il-EUR 1 miljun, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru, testendi l-iskadenza b’perjodu li ma jkunx itwal min-nofs il-perjodu oriġinali.
Għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux irkupru. Deċiżjoni b'dan l-effett tista’ tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:
jekk l-ispejjeż diġà magħmula u li x’aktarx ikunu magħmula jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, liema kondizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfatta
l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx EUR 100; jew
l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ, mingħajr l-imgħax, ikun bejn EUR 100 u EUR 250 u l-Istat Membru konċernat japplika limitu daqs l-ammont li għandu jiġi rkuprat, jew ogħla minnu, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali.
jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew il-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità.
Fejn id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tittieħed qabel ma l-ammont dovut ikun ġie soġġett għar-regoli msemmija fil-paragrafu 2, il-konsegwenza finanzjarja ta’ nuqqas ta’ rkupru għandha tkun imġarrba mill-baġit tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’, kemm-il darba l-proċedura stipulata fl-Artikolu 52(3) tkun ġiet segwita, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jeskludu minn finanzjament mill-Unjoni somom a karigu tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-każijiet li ġejjin:
jekk l-Istat Membru ma jkunx ħares il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1;
jekk hi tqis li d-deċiżjoni meħuda mill-Istat Membru li ma jfittixx l-irkupru skont il-paragrafu 3 mhijiex ġustifikata;
jekk hi tqis li l-irregolarità jew in-nuqqas ta’ rkupru jkunu r-riżultat ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew lil korp uffiċjali ieħor tal-Istat Membru.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).
Artikolu 55
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEG
Is-somom irkuprati wara li tkun seħħet irregolarità jew negliġenza u l-imgħaxijiet fuqhom għandhom jgħaddu lill-aġenzija tal-pagamenti u jiġu rriżervati minnha bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih il-flus ikunu fil-fatt riċevuti.
Meta l-baġit tal-Unjoni jkun akkreditat kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istat Membru jista’ jżomm 20 % tal-ammonti korrispondenti bħala spejjeż ta’ rkupru b’rata fissa, ħlief f’każijiet ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi tiegħu jew lil korpi uffiċjali oħra.
Artikolu 56
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEŻR
L-Istati Membri għandhom jagħmlu aġġustamenti finanzjarji fejn jinkixfu irregolaritajiet jew negliġenza f’operazzjonijiet jew fi programmi ta’ żvilupp rurali billi jikkanċellaw għal kollox jew parzjalment il-finanzjament mill-Unjoni konċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet skoperti u l-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.
Ammonti ta’ finanzjament mill-Unjoni mill-FAEŻR li jkunu kkanċellati u ammonti rkuprati, kif ukoll l-imgħaxijiet fuqhom, għandhom jiġu riallokati għall-programm konċernat. Madankollu, il-fondi tal-Unjoni kanċellati jew irkuprati ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-Istati Membri ħlief għal operazzjoni taħt l-istess programm ta’ żvilupp rurali u bil-kondizzjoni li l-fondi ma jiġux riallokati għal operazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ aġġustament finanzjarju. Wara l-għeluq ta’ programm ta’ żvilupp rurali, l-Istat Membru għandu jagħti lura s-somom irkuprati lill-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 57
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
il-proċeduri għall-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u mgħaxijiet kif stabbilit f'din it-Taqsima u biex il-Kummissjoni tinżamm informata dwar irkupri pendenti;
il-forom ta' notifika u komunikazzjoni li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
TITOLU V
SISTEMI ta’ KONTROLL U PIENI
KAPITOLU I
Regoli ġenerali
Artikolu 58
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
L-Istati Membri għandhom jadottaw, fil-qafas tal-PAK, id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, partikolarment biex:
jivverifikaw il-legalità u r-regolarità ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi;
jiżguraw prevenzjoni effikaċi kontra l-frodi, l-aktar f' oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li sservi ta’ deterrent, waqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;
ma jħallux li jseħħu, jikxfu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;
jimponu pieni li jkunu effikaċi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni, jew, fin-nuqqas ta’ din, skont id-dritt nazzjonali, u jressqu l-proċedimenti legali għal dak il-għan, kif meħtieġ;
jirkupraw pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħaxijiet, u jressqu proċediment legali għal dak il-għan, kif meħtieġ.
Kwalunkwe kondizzjoni stabbilita mill-Istati Membri biex jissupplimentaw il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli tal-Unjoni għar-riċeviment ta’ għajnuna ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR għandha tkun verifikabbli.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistipulaw ir-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu jkunu relatati ma’ dan li ġej:
il-proċeduri, l-iskadenzi u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;
in-notifika u l-komunikazzjoni li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 59
Prinċipji ġenerali tal-verifiki
Artikolu 60
Klawsola ta' ċirkomvenzjoni
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi, ma għandu jingħata ebda vantaġġ previst fil-leġislazzjoni agrikola settorjali favur persuna fiżika jew ġuridika li dwarha jkun ġie stabbilit li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kisba ta’ vantaġġi bħal dawn inħolqu artifiċjalment, kuntrarju għall-objettivi ta’ dik il-leġislazzjoni.
Artikolu 61
Kompatibbiltà ta’ skemi ta’ appoġġ għall-finijiet ta’ verifiki fis-settur tal-inbid
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll applikati għal dawk l-iskemi jkunu kompatibbli mas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
il-bażi ta' data kompjuterizzata;
is-sistemi ta’ identifikazzjoni għal ħbula tar-raba';
il-verifiki amministrattivi.
Il-proċeduri għandhom jippermettu funzjonament komuni jew l-iskambju ta’ data mas-sistema integrata.
Artikolu 62
Setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward ta' verifiki
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli meħtieġa għal applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu, u b'mod partikolari:
ir-regoli dwar verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom isiru mill-Istati Membri fir-rigward tat-tħaris ta’ obbligi, impenji u kriterji ta’ eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;
ir-regoli dwar il-livell minimu ta' verifiki fuq il-post u dwar l-obbligu li jiżdied jew il-possibbiltà li jitnaqqas kif jinsabu fl-Artikolu 59(5);
ir-regoli u l-metodi applikabbli għar-rapportar tal-kontrolli u tal-verifiki magħmulin u r-riżultati tagħhom;
l-awtoritajiet responsabbli biex iwettqu l-kontrolli għall-konformità, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni li għalihom dawk il-kontrolli għandhom japplikaw;
fir-rigward ta' qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta' kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetraidrokannabinol;
fir-rigward tal-qoton kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sistema ta’ kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;
fir-rigward tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, regoli dwar il-kejl tal-meded tal-art, dwar verifiki u dwar regoli li jirrigwardaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-verifiki;
il-każijiet fejn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għal pagamenti jew kwalunkwe komunikazzjoni, pretensjoni jew talba oħra jkunu jistgħu jiġu kkoreġuti u aġġustati wara l-preżentazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 59(6);
it-testijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ prodotti għal intervent pubbliku u ħżin privat, kif ukoll l-użu ta’ proċeduri ta’ offerti, kemm għal intervent pubbliku kif ukoll għal ħżin privat.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 63
Pagamenti mhux dovuti u pieni amministrattivi
Fejn in-nonkonformità tikkonċerna regoli nazzjonali jew tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-gravità tan-nonkonformità u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjoni għandha tkun affettwata biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi dettaljati dwar:
l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-irtirar parzjali jew totali msemmi fil-paragrafu 1;
l-irkupru ta' pagamenti u pieni mhux dovuti kif ukoll fir-rigward ta' drittijiet għal pagamenti allokati fejn mhux dovut u l-applikazzjoni tal-imgħax.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 64
Applikazzjoni tal-pieni amministrattivi
Ma għandhomx jiġu imposti pieni amministrattivi:
meta n-nonkonformità tkun minħabba force majeur;
meta n-nonkonformità tkun minħabba żbalji ovvji kif imsemmija fl-Artikolu 59(6);
meta n-nonkonformità tkun minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma setgħatx raġonevolment tinduna bih il-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;
meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li ma kinitx fit-tort għan-nonkonformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'mod ieħor li l-persuna kkonċernata ma kellha ebda tort;
meta n-nonkonformità tkun ta' natura minuri, inkluż fejn espressa fl-għamla ta' limitu, li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 7;
każijiet oħrajn fejn l-impożizzjoni ta' piena ma tkunx xierqa, li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 6.
Il-pieni amministrattivi jistgħu jieħdu waħda mill-għamliet li ġejjin:
tnaqqis fl-ammont ta' għajnuna jew appoġġ li jitħallas fir-rigward tal-applikazzjoni għal għajnuna jew talba għal pagament magħmula mill-applikazzjonijiet ta' nonkonformità jew oħrajn; madankollu fir-rigward ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' sospensjoni tal-appoġġ fejn jista' jkun mistenni li n-nonkonformità tista' tiġi indirizzata mill-benefiċjarju fi żmien raġonevoli;
pagament ta' ammont ikkalkulat abbażi tal-kwantità u/jew il-perijodu kkonċernat min-nonkonformità;
is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni;
l-esklużjoni mid-dritt għal parteċipazzjoni fl-iskema ta’ għajnuna jew il-miżura ta' appoġġ jew xi miżura oħra kkonċernata, jew li jittieħed benefiċċju minnhom;
Il-pieni amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati u gradati skont il-gravità, id-daqs, id-dewmien u r-riokkorrenza tan-nonkonformità misjuba, u għandhom jirrispettaw il-limiti li ġejjin:
l-ammont tal-piena amministrattiva kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ma għandux jeċċedi l-200 % tal-ammont tal-applikazzjoni għal għajnuna jew it-talba għal pagament;
minkejja l-punt (a), fir-rigward tal-iżvilupp rurali, l-ammont tal-piena amministrattiva, kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4, ma għandux jeċċedi l-100 % tal-ammont eliġibbli;
l-ammont tal-piena amministrattiva, kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4, ma għandux jeċċedi ammont komparabbli mal-persentaġġ imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;
is-sospensjoni, l-irtirar jew l-esklużjoni msemmijin fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4 jistgħu jiġu ffissati għal massimu ta' tliet snin konsekuttivi li jistgħu jiġġeddu fil-każ ta' nonkonformità ġdida.
Biex jittieħed kont tal-effett ta’ deterrent tat-tariffi u l-pieni li għandhom jiġu imposti minn naħa waħda, u tal-karatteristiċi speċjali ta' kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ koperta mil-leġislazzjoni agrikola settorjali min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115:
li jidentifikaw għal kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ u persuna kkonċernata kif imsemmija fil-paragrafu 3, mil-lista mogħtija fil-paragrafu 4 u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 5, il-piena amministrattiva u jiddeterminaw ir-rata speċifikali għandha tiġi imposta mill-Istati Membri, inkluż f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità nonkwantifikabbli;
li jidentifikaw il-każijiet li fihom il-pieni amministrattivi ma għandhomx jiġu imposti, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi dettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu:
l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi;
ir-regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità bħala minuri, inkluż l-istabbiliment ta' limitu kwantitattiv espress bħala valur nominali jew persentaġġ tal-ammont eliġibbli tal-għajnuna jew l-appoġġ, li fir-rigward ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali ma għandux ikun inqas minn 3 % u li fir-rigward ta' kull għajnuna jew appoġġ ieħor ma għandux ikun inqas minn 1 %;
ir-regoli li jidentifikaw il-każijiet fejn, minħabba n-natura tal-pieni, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-pieni rkuprati.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 65
Sospensjoni tal-pagamenti lill-Istati Membri f'każijiet speċifiċi koperti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Artikolu 66
Garanziji
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 li jistipulaw regoli li jiżguraw trattament nondiskriminatorju, ekwità u rispett tal-proporzjonalità waqt id-depożitu ta' garanzija, u:
jispeċifikaw il-parti responsabbli jekk obbligu ma jitħarisx;
jistipulaw is-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja għar-rekwiżit ta' garanzija;
jistipulaw il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-garanzija li għandha tiġi ddepożitata u għall-garanti u l-kondizzjonijiet għad-depożitu u r-rilaxx ta' dik il-garanzija;
jistipulaw il-kondizzjonijiet speċifiċi relatati mal-garanzija ddepożitata b'rabta ma' pagamenti bil-quddiem;
jistipulaw il-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tiġi ddepożitata garanzija, kif previst fil-paragrafu 1, inklużi garanziji li d-dritt għalihom ikun intilef, ir-rata ta’ tnaqqis li għandha tiġi applikata mar-rilaxx ta’ garanziji għal rifużjonijiet, liċenzji, offerti, offerti wara sejħa għalihom jew applikazzjonijiet speċifiċi u meta obbligu kopert minn dik il-garanzija ma jkunx tħares għal kollox jew parzjalment, b'kont meħud tan-natura tal-obbligu, il-kwantità li għaliha l-obbligu jkun inkiser, il-perijodu li jaqbeż il-limitu ta' żmien sa meta l-obbligu kellu jintlaħaq u ż-żmien sa meta għandha tingħata l-evidenza li dak l-obbligu jkun intlaħaq.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
l-għamla tal-garanzija li għandha tiġi ddepożitata u l-proċedura għad-depożitu tal-garanzija, għall-aċċettazzjoni tagħha u għas-sostituzzjoni tal-garanzija oriġinali;
il-proċeduri għar-rilaxx ta' garanzija;
in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
KAPITOLU II
Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll
Artikolu 67
Kamp ta' applikazzjoni u termini użati
Dan il-Kapitolu ma għandux, madankollu, japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Lanqas ma għandu japplika għall-miżuri taħt il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) ta' dak ir-Regolament sa fejn ikollha x'taqsam l-ispiża għall-istabbiliment.
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
"ħabel tar-raba'" tfisser medda kontinwa ta' art, iddikjarata minn bidwi, li ma tkoprix aktar minn grupp wieħed ta' prodott tar-raba'; madankollu, fejn fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tkun meħtieġa dikjarazzjoni separata tal-użu ta' medda ta' art fi ħdan grupp ta' prodott tar-raba', dak l-użu speċifiku għandu, jekk ikun meħtieġ, jillimita aktar il-ħabel tar-raba'; l-Istati Membri jistgħu jistipulaw kriterji addizzjonali għal aktar delimitazzjoni ta' ħabel tar-raba';
►C1 "pagament dirett relatat mal-erja" tfisser l-iskema bażika ta' pagament; l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u l-pagament ridistributtiv kif imsemmi fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; ◄ il-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-pagament għal meded ta' art b’restrizzjonijiet naturali kif imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ kif imsemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-appoġġ akkoppjat volontarju kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu IV, fejn l-appoġġ jitħallas għal kull ettaru; il-pagament għal prodotti tar-raba' speċifiċi fir-rigward tal-qoton kif imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV; l-iskema għall-bdiewa żgħar kif imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif imsemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), fejn l-appoġġ jitħallas għal kull ettaru; u miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew kif imsemmi fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), fejn l-appoġġ jitħallas għal kull ettaru.
Artikolu 68
Elementi tas-sistema integrata
Is-sistema integrata għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
bażi ta' data kompjuterizzata;
sistema ta' identifikazzjoni għal ħbula tar-raba';
sistema għall-identifikazzjoni u r-registrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti;
applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagament;
sistema integrata ta' kontroll;
sistema unika għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 67(2) li jissottometti applikazzjoni għal għajnuna jew talba għal pagament.
Artikolu 69
Bażi tad-data kompjuterizzata
Il-bażi tad-data għandha, b'mod partikolari, permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tippermetti konsultazzjoni tad-data relatata mas-sena kalendarja u/jew ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u tal-għaxar snin preċedenti. Fejn il-livell ta' appoġġ lill-bdiewa huwa affettwat mid-data fir-rigward tas-snin kalendarji u/jew ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel, li tibda mill-2000, il-bażi tad-data għandha tippermetti wkoll konsultazzjoni tad-data li jkollha x'taqsam ma' dawk is-snin. Il-bażi tad-data għandha tippermetti wkoll konsultazzjoni diretta u immedjata tad-data relatata ma’ mill-anqas l-erba' snin kalendarji konsekuttivi preċedenti u għal data relatata ma' "mergħat permanenti" kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 ( 11 ) fil-verżjoni oriġinali tiegħu u, għal perijodi mid-data ta' applikazzjoni "bwar permanenti u mergħat permanenti", kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fir-rigward ta' mill-inqas il-ħames snin kalendarji konsekuttivi preċedenti.
B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara, jew aktar tard, għandhom ikunu obbligati biss li jiżguraw il-konsultazzjoni tad-data mis-sena tal-adeżjoni tagħhom.
Artikolu 70
Sistema ta' identifikazzjoni għal ħbula tar-raba'
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw tali tekniki inklużi ortoimmaġini mill-ajru jew spazjali, bi standard omoġenju li jiggarantixxi livell ta' preċiżjoni minn tal-anqas ekwivalenti għal kartografija ta' skala 1:10 000 fejn ikunu inkisbu abbażi ta' kuntratti fit-tul li sar qbil dwarhom qabel Novembru 2012.
Artikolu 71
Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti
Artikolu 72
Applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagamenti
Kull sena, benefiċjarju tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 67(2) għandu jissottometti applikazzjoni għal pagamenti diretti jew talba għal pagament għaż-żona rilevanti u għall-miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-annimali, li jindikaw, rispettivament, fejn japplika:
il-ħbula tar-raba' kollha tal-azjenda, kif ukoll iż-żona mhux agrikola li għaliha jintalab appoġġ imsemmi fl-Artikolu 67(2) li għaliha tintalab għajnuna;
id-drittijiet għal pagamenti ddikjarati għal attivazzjoni;
kwalunkwe informazzjoni oħra prevista f'dan ir-Regolament jew meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni agrikola settorjali rilevanti jew mill-Istat Membru kkonċernat.
Fir-rigward tal-pagament dirett skont l-erja, kull Stat Membru għandu jiddetermina d-daqs minimu tal-ħbula tar-raba' li għalihom tista' ssir applikazzjoni. Madankollu, id-daqs minimu ma għandux ikun aktar minn 0,3 ha.
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:
irqajja' tar-raba' b'erja ta' mhux aktar minn 0,1 ettaru li għalihom ma tkunx saret applikazzjoni għal pagament ma jeħtieġx li jiġu ddikjarati, sakemm is-somma ta' tali ħbula ma taqbiżx ettaru, u/jew jistgħu jiddeċiedu li bidwi li ma japplika għal ebda pagament ibbażat fuq l-erja ma jkollux għalfejn jiddikjara l-ħbula tar-raba' tiegħu fil-każ fejn l-erja totali ma' taqbiżx ettaru. Fil-każijiet kollha, il-bidwi għandu jindika fl-applikazzjoni tiegħu li huwa jkollu ħbula tar-raba' għad-dispożizzjoni tiegħu u għandu jindika, meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti, il-post fejn jinsabu;
bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema tal-bdiewa ż-żgħar kif imsemmi fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandhomx għalfejn jiddikjaraw il-ħbula tar-raba' tagħhom li għalihom ma tkunx saret applikazzjoni għal pagament, sakemm tali dikjarazzjoni ma tkunx meħtieġa għall-iskop ta' għajnuna jew appoġġ oħra.
Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-applikazzjoni għal għajnuna u t-talba għal pagament:
ikunu validi jekk il-benefiċjarju jikkonferma n-nuqqas ta' bidliet meta mqabbla mal-applikazzjoni għal għajnuna u t-talba għal pagament ippreżentati s-sena ta' qabel,
jeħtieġ li jkunu jinkludu biss bidliet meta mqabbla mal-applikazzjoni għal għajnuna u t-talba għal pagament ippreżentati għas-sena ta' qabel.
Madankollu, fir-rigward tal-iskema għal bdiewa żgħar prevista fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dik il-possibbiltà għandha tingħata lill-bdiewa kollha konċernati.
Artikolu 73
Sistema għall-identifikazzjoni ta' benefiċjarji
Is-sistema unika għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-appoġġ kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) għandha tiggarantixxi li l-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna u talbiet għal pagamenti sottomessi mill-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali.
Artikolu 74
Verifika ta' kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u tnaqqis
Artikolu 75
Ħlas lill-benefiċjarji
Il-pagamenti għandhom isiru f'sa massimu ta' żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu:
qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru, iħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta' pagamenti diretti;
qabel l-1 ta' Diċembru, iħallsu bil-quddiem sa 75 % għall-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2).
Fir-rigward ta' appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 67(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal għajnuna jew talbiet għal pagament imressqa mis-sena tat-talba 2019 'il quddiem.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħlasijiet bil-quddiem għall-appoġġ mogħti taħt l-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) jistgħu jsiru wara li jkunu ġew finalizzati l-verifiki amministrattivi skont l-Artikolu 59(1).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 76
Setgħat delegati
Biex jiġi żgurat li s-sistema integrata prevista f'dan il-Kapitolu tkun implimentata b'mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 dwar:
definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa biex jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata, flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
fir-rigward tal-Artikoli 67 sa 75, ir-regoli dwar miżuri oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' kontroll stipulati f'dan ir-Regolament jew fil-leġislazzjoni agrikola settorjali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri fir-rigward ta' produtturi, servizzi, korpi, organizzazzjonijiet jew operaturi oħrajn, bħal biċċeriji jew assoċjazzjonijiet involuti fil-proċedura għall-għoti tal-għajnuna, fejn dan ir-Regolament ma jipprevedix pieni amministrattivi rilevanti; dawn il-miżuri għandhom kemm jista' jkunisegwu, mutatis mutandis, d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni stipulati fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 77.
Biex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 72 lill-benefiċjarji intitolati u biex tkun tista' ssir verifika li dawn ikunu wettqu l-obbligi relatati magħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 rigward:
il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi, inkluż għall-aġġornament tal-ħbula ta' referenza, il-marġnijiet ta' tolleranza adatti b'kont meħud tal-parametru u l-kundizzjoni tal-art, u inkluż regoli dwar l-inklużjoni ta' karatteristiċi tal-pajsaġġ li jinsab ħdejn l-art, u rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għal ħbula ta' raba' prevista fl-Artikolu 70 u għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji kif previst fl-Artikolu 73;
il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi u r-rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema tal-identifikazzjoni u r-registrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti msemmija fl-Artikolu 71;
ir-regoli biex tiġi stabbilita d-definizzjoni tal-bażi biex tiġi kkalkulata l-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu trattati ċerti każijiet fejn iż-żoni eliġibbli jkun fihom karattersitiċi tal-pajsaġġ jew siġar; dawn ir-regoli għandhom jippermettu li għal żoni b'bur permanenti, l-Istati Membri jikkunsidraw il-possibbiltà ta' karatteristiċi tal-pajsaġġ u siġar mifruxa maż-żona, li l-erja totali tagħhom ma taqbiżx ċertu persentaġġ tal-art ta' referenza, li jkunu awtomatikament parti miż-żona eliġibbli mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir mappa tagħhom għal dak il-għan.
Artkolu 77
Applikazzjoni tal-pieni amministrattivi
M'għandha tiġi imposta l-ebda piena amministrattiva:
meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal force majeure;
meta n-nuqqas ta' konformità jkun minħabba żbalji ovvji kif imsemmi fl-Artikolu 59(6);
meta n-nuqqas ta' konformità tkun dovuta għal żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma jkunx seta' jiġi ttraċċat raġonevolment mill-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;
meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hi mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta b'mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja;
meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura żgħira, inkluż fejn ma tisboqx fl-għamla ta' limitu, li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 7;
każijiet oħrajn fejn l-impożizzjoni ta' piena ma tkunx adatta, li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 7.
Il-pieni amministrattivi jistgħu jieħdu l-għamliet li ġejjin:
tnaqqis fl-ammont ta' għajnuna jew appoġġ imħallas jew li għandu jitħallas fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament affettwati min-nuqqas ta' konformità u/jew fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament għal snin preċedenti jew sussegwenti;
pagament ta' ammont ikkalkulat abbażi tal-kwantità u/jew il-perijodu ikkonċernat min-nuqqas ta' konformità;
l-esklużjoni mid-dritt għal parteċipazzjoni fl-iskema ta’ għajnuna jew miżura ta' appoġġ ikkonċernati.
Il-pieni amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati u gradati skont il-gravità, id-daqs, it-tul taż-żmien u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità misjuba, u għandhom jirrispettaw il-limiti li ġejjin:
l-ammont tal-pieni amministrattivi għal sena speċifika, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, m'għandux jaqbeż l-100 % tal-ammonti tal-applikazzjonijiet għal għajnuna jew it-talbiet għal pagament;
l-ammont tal-pieni amministrattivi għal sena partikolari, kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 m'għandux jaqbeż il-100 % tal-ammont tal-applikazzjonijiet għal għajnuna jew it-talbiet għal pagament li għalihom tiġi applikata l-piena;
l-esklużjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 tista' tiġi stabbilita għal mhux iktar minn tliet snin konsekuttivi, li jistgħu jiġġeddu fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ġdid ta' konformità.
Il-pieni amministrattivi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu proporzjonati u gradwati skont il-gravità, id-daqs, it-tul ta' żmien u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità kkonċernata.
L-ammont ta' tali piena amministrattiva għal sena speċifika m'għandux jaqbeż 0 % għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (snin ta' talba 2015 u 2016), 20 % għat-tielet sena ta' applikazzjoni (sena ta' talba 2017) u 25 % li jibda mar-raba' sena ta' applikazzjoni (sena ta' talba 2018), tal-ammont tal-pagament imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li l-bidwi kkonċernat ikun intitolat għalih jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet għal dak il-pagament.
Biex jittieħed kont tal-effett ta’ deterrent tal-pieni li għandhom jiġu imposti minn naħa waħda, u tal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 67(2) min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115:
li jidentifkaw, għal kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ u l-persuna kkonċernata kif imsemmija fil-paragrafu 3 mil-lista stabbilita fil-paragrafu 4 u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6, l-piena amministrattiva u jiddeterminaw ir-rata speċifika li għandha tiġi imposta mill-Istati Membri, inkluż f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità nonkwantifikabbli;
li jidentifkaw il-każijiet meta l-pieni amministrattivi m'għandhomx jiġu imposti, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi ddettaljati għal applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu dwar:
regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi;
ir-regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità bħala wieħed ta' natura minuri, inkluż l-istabbiliment ta' limitu kwantitattiv espress bħala valur nominali jew persentaġġ tal-ammont eliġibbli tal-għajnuna jew l-appoġġ, li ma għandux ikun inqas minn 0,5 %.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 78
Setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw dan li ġej:
il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi u r-rekwiżiti tal-kwalità għall-bażi tad-data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 69;
regoli dwar l-applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagamenti previsti fl-Artikolu 72, u applikazzjoni għal drittijiet għal pagamenti, inkluża l-aħħar data għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet, ir-rekwiżiti dwar l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-applikazzjonijiet, dispożizzjonijiet għal emendi għal applikazzjonijiet għal għajnuna jew għal irtirar tagħhom, eżenzjoni mir-rekwiżit ta' preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu li l-Istati Membri japplikaw proċeduri simplifikati jew jikkoreġu żbalji ovvji;
regoli dwar it-twettiq ta' verifiki għall-kontroll tal-konformità mal-obbligi, u l-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna jew it-talba għal pagament, inklużi regoli dwar tolleranzi fuq il-kejl għal verifiki fil-post;
speċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-fini tal-implimentazzjoni uniformi ta' dan il-Kapitolu;
regoli dwar sitwazzjonijiet ta' trasferiment ta' azjendi akkumpanjati mit-trasferiment ta' kwalunkwe obbligu dwar eliġibbiltà fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni li jkun għad irid jitwettaq;
regoli dwar il-pagamenti bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 75.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
KAPITOLU III
Skrutinju tat-transazzjonijiet
Artikolu 79
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
"dokument kummerċjali" tfisser il-kotba, ir-reġistri, il-kupuni u d-dokumenti ta' prova, il-kontijiet, ir-reġistrazzjonijiet ta' produzzjoni u kwalità, u l-korrispondenza relatata mal-attività tan-negozju tal-intrapriża kollha kemm huma, kif ukoll data kummerċjali, tkun xi tkun l-għamla tagħha, inkluża data maħżuna elettronikament, dment li dawn id-dokumenti jew din id-data tkun relatata direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;
"parti terza" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika direttament jew indirettament marbuta ma' transazzjonijiet imwettqin skont is-sistema ta' finanzjament mill-FAEG.
Artikolu 80
Skrutinju mill-Istati Membri
Artikolu 81
Objettivi tal-iskrutinju
Il-preċiżjoni ta' data primarja taħt skrutinju għandha tkun ivverifikata b'għadd ta' kontroverifiki, inklużi, fejn ikun meħtieġ, id-dokumenti kummerċjali ta' partijiet terzi, adatti sal-grad tar-riskju ppreżentat, inkluż:
tqabbil mad-dokumenti kummerċjali ta' fornituri, klijenti, trasportaturi u partijiet terzi oħra;
verifiki fiżiċi, fejn adatt, fuq il-kwantità u n-natura tal-istokkijiet;
tqabbil mar-reġistrazzjonijiet ta' flussi finanzjarji li jwasslu għat-transazzjonijiet imwettqin fis-sistema ta' finanzjament mill-FAEG jew huma konsegwenza tagħhom; u
verifiki, b'rabta mal-organizzazzjoni tal-kotba, jew reġistrazzjonijiet ta' movimenti finanzjarji li juru, matul l-iskrutinju, li d-dokumenti miżmuma mill-aġenzija tal-pagamenti bħala ġustifikazzjoni għall-pagament ta' għajnuna lill-benefiċjarju, huma preċiżi.
Artikolu 82
Aċċess għal dokumenti kummerċjali
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data minn meta għandhom jiġu stabbiliti dawn ir-reġistrazzjonijiet.
Fejn id-dokumenti kummerċjali kollha, jew parti minnhom, li jkun jeħtieġ isirilhom skrutinju skont dan il-Kapitolu ikunu jinsabu fil-post ta' intrapriża tal-istess grupp, sħubija jew assoċjazzjoni kummerċjali ta' intrapriżi mmexxija fuq bażi unifikata bħall-intrapriża taħt skrutinju, kemm jekk tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, l-intrapriża għandha tagħmel dawk id-dokumenti kummerċjali disponibbli lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju, f'post u żmien li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri responsabbli għat-twettiq tal-iskrutinju.
Artikolu 83
Assistenza reċiproka
L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin bil-għan li jitwettaq l-iskrutinju previst f'dan il-Kapitolu fil-każijiet li ġejjin:
fejn intrapriża jew parti terza jkunu stabbiliti fi Stat Membru minbarra dak li fih il-pagament tal-ammont inkwistjoni kien sar jew kellu jsir jew kien jew kellu jiġi riċevut;
fejn intrapriża jew parti terza tkun stabbilita fi Stat Membru minbarra dak li fih id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa jkunu jinsabu.
Il-Kummissjoni tista' tikkoordina azzjonijiet konġunti li jinvolvu assistenza reċiproka bejn żewġ Stati Membri jew aktar.
It-talba għal skrutinju għandha tintlaqa' mhux aktar tard minn sitt xhur mill-wasla tagħha; ir-riżultati tal-iskrutinju għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien lill-Istat Membru rikjedenti u lill-Kummissjoni. Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni għandha ssir fuq bażi trimestrali u fi żmien xahar mit-tmiem ta' kull trimestru.
Artikolu 84
Programmazzjoni
Kull sena, qabel il-15 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-programm tagħhom lill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jispeċifikaw:
l-għadd ta' intrapriżi li jkollu jsirulhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti relatati magħhom;
il-kriterji adottati għat-tfassil tal-programm.
Artikolu 85
Dipartimenti speċjali
F'kull Stat Membru, dipartiment speċjali għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Dawk id-dipartimenti għandhom, b'mod partikolari, ikunu responsabbli għal:
it-twettiq tal-iskrutinju previst f'dan il-Kapitolu minn uffiċjali impjegati direttament minn dak id-dipartiment speċjali; jew
il-koordinazzjoni u s-sorveljanza ġenerali tal-iskrutinju mwettaq minn uffiċjali li jagħmlu parti minn dipartimenti oħra.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-iskrutinju li jitwettaq skont dan il-Kapitolu jiġi allokat bejn id-dipartimenti speċjali u dipartimenti nazzjonali oħra, dment li d-dipartiment speċjali jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tiegħu.
Artikolu 86
Rapporti
Artikolu 87
Aċċess għall-informazzjoni u skrutinju mill-Kummissjoni
L-uffiċjali tal-Istat Membru rikjedenti preżenti waqt skrutinju fl-Istat Membru rikjest għandhom fi kwalunkwe mument ikunu jistgħu jipprovdu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom. L-iskrutinju għandu, fi kwalunkwe mument, jitwettaq minn uffiċjali tal-Istat Membru rikjest.
Artikolu 88
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-applikazzjoni uniformi ta' dan il-Kapitolu u b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:
it-twettiq tal-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 80 fir-rigward tal-għażla ta' intrapriżi, ir-rata u l-kalendarju għall-iskrutinju;
il-konservazzjoni ta' dokumenti kummerċjali u t-tipi ta' dokumenti li għandhom jinżammu jew data li għandha tiġi irreġistrata;
it-twettiq u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 83(1);
dettalji u speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut, l-għamla u l-mezz ta' sottomissjoni ta' talbiet, il-kontenut, l-għamla u l-mezz ta' notifika, is-sottomissjoni u l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta' dan il-Kapitolu;
kondizzjonijiet u mezzi ta' pubblikazzjoni jew regoli u kondizzjonijiet speċifiċi għat-tixrid tal-informazzjoni meħtieġa jew li din issir disponibbli mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qafas ta' dan ir-Regolament;
ir-responsabbiltajiet tad-dipartiment speċjali msemmi fl-Artikolu 85;
il-kontenut ta' rapporti msemmija fl-Artikolu 86.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet oħrajn dwar verifiki u pieni
Artikolu 89
Verifiki u pieni oħrajn marbutin ma' regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni
Għall-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-identità, il-provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jikkonċerna:
l-istabbiliment ta' bank tad-data tad-data isotopika li tgħin biex jitkixfu frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri;
regoli dwar il-korpi ta' kontroll u l-assistenza reċiproka bejniethom;
regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri;
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri kollha:
għall-proċeduri relatati mal-banek tad-data tal-Istati Membri stess u mal-bank tad-data analitika tad-data isotopika li ser jgħinu biex jinkixfu l-frodi;
għalll-proċeduri relatati ma' kooperazzjoni u assistenza bejn l-awtoritajiet u l-korpi tal-verifika;
fir-rigward tal-obbligu msemmi fil-paragrafu 3, ir-regoli għat-twettiq tal-verifiki għal konformità mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, ir-regoli dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-verifiki, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta' kummerċjalizzazzjoni li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw dawk il-verifiki.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 90
Verifiki relatati mad-denominazzjoni ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti
Il-Kummissjoni għandhatadotta atti ta' implimentazzjoni dwar dan li ġej:
il-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;
regoli dwar l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, inkluż meta ż-żona ġeografika tkun f'pajjiż terz;
l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu illegali ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u termini tradizzjonali protetti;
il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
TITOLU VI
KONDIZZJONALITÀ
KAPITOLU I
Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 91
Prinċipju ġenerali
Il-piena amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss meta n-nuqqas ta' konformità jkun ir-riżultat ta' att jew omissjoni li tista' tiġi attribwita direttament lill-benefiċjarju kkonċernat; u meta jiġi sodisfatt wieħed mill-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin, jew it-tnejn li huma:
in-nuqqas ta' konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju;
tkun ikkonċernata ż-żona tal-azjenda tal-benefiċjarju.
Fir-rigward ta' żoni ta' foresta, madankollu, din il-piena m'għandhiex tapplika dment li ma tintalab l-ebda għajnuna għaż-żona kkonċernata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 21(1), u l-Artikoli 30 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013].
Għall-fini ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
'azjenda' tfisser l-unitajiet ta' produzzjoni u ż-żoni kollha ġestiti mill-benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 92 li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;
"rekwiżit" tfisser kull rekwiżit individwali statutorju ta' ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni msemmi fl-Anness II f'att speċifiku, li jvarja fis-sustanza minn kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-istess att.
Artikolu 92
Benefiċjarji kkonċernati
L-Artikolu 91 għandu japplika għal benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, pagamenti skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-primjums annwali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Madankollu, l-Artikolu 91 m'għandux japplika għal benefiċjarji li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħażagħ kif imsemmi fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-piena prevista f’dak l-Artikolu m’għandhiex tapplika wkoll għall-appoġġ kif msemmi fl-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Artikolu 93
Regoli dwar il-kondizzjonalità
Ir-regoli dwar il-kondizzjonalità għandhom jikkonsistu mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni u l-istandards għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta' art stabbiliti fuq livell nazzjonali kif elenkati fl-Anness II, relatati mal-oqsma li ġejjin:
l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-kondizzjoni agrikola tajba tal-artijiet;
is-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti;
it-trattament xieraq tal-annimali.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal art taħt mergħa permanenti li ser tingħata għat-tisġir, jekk tali tisġir ikun kompatibbli mal-ambjent u bl-esklużjoni ta' msaġar tas-siġar tal-Milied u speċiijiet li jikbru malajr, ikkultivati għal perijodu qasir.
Sabiex tiżgura applikazzjoni korretta tal-obbligi tal-Istati Membri minn naħa waħda u l-bdiewa individwali min-naħa l-oħra, fir-rigward taż-żamma tal-mergħat permanenti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 biex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon tal-mergħa permanenti u l-art agrikola li għandhom jinżammu.
Artikolu 94
Obbligi ta' Stati Membri relatati ma' kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona agrikola kollha, inkluża art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta' produzzjoni, tinżamm f'kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal benefiċjarji għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta' art abbażi tal-Anness II, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija u l-kondizzjoni klimatika, sistemi eżistenti ta' biedja, użu ta' artijiet, tinwib, prattiki ta' biedja u strutturi ta' azjenda agrikola.
L-Istati Membri m'għandhomx jiddefinixxu rekwiżiti minimi li mhumiex stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 95
Informazzjoni għall-benefiċjarji
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji kkonċernati, fejn xieraq bl-użu ta' mezzi elettroniċi, bil-lista tar-rekwiżiti u l-istandards li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola, kif ukoll informazzjoni ċara u preċiża dwarhom.
KAPITOLU II
Sistema ta' kontroll u pieni amministrattivi relatati mal-kondizzjonalità
Artikolu 96
Verifiki tal-kondizzjonalità
L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll eżistenti tagħhom biex jiżguraw konformità mar-regoli dwar il-kondizzjonalità.
Dawk is-sistemi, u b'mod partikolari s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali stabbilita f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE ( 14 ) u r-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000 u (KE) Nru 21/2004, għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonili jistipulaw regoli dwar it-twettiq tal-verifiki tal-konformità mal-obbligi msemmija taħt dan it-Titolu, inkluż regoli li jippermettu li l-analiżi tar-riskji tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:
il-parteċipazzjoni ta' bidwi fis-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli kif prevista fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament;
il-parteċipazzjoni ta' bidwi f’sistema ta’ ċertifikazzjoni, jekk din tkopri r-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Artikolu 97
Applikazzjoni tal-piena amministrattiva
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal benefiċjarji li jinstab li ma jkunux irrispettaw ir-regoli dwar il-kondizzjonalità, fi kwalunkwe żmien matul it-tliet snin mill-1 ta' Jannar tas-sena wara s-sena kalendarja li fiha jkun ingħata l-ewwel pagament taħt il-programmi ta' għajnuna għal ristrutturar u konverżjoni jew fi kwalunkwe żmien matul sena waħda mill-1 ta' Jannar tas-sena wara s-sena kalendarja li fiha jkun ingħata l-pagament taħt il-programmi ta' għajnuna għal ħsad ekoloġiku msemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ('is-snin ikkonċernati').
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, 'trasferiment' tfisser kull tip ta' transazzjoni li permezz tagħha l-art agrikola ma tibqax għad-dispożizzjoni ta' dak li qed jittrasferixxi.
Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha, għal kampjun ta' benefiċjarji, tieħu fis-sena ta' wara l-azzjonijiet meħtieġa biex tivverifika li l-benefiċjarju jkun irrimedja s-sejbiet tan-nuqqas ta' konformità kkonċernata. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta' rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-benefiċjarju.
Artikolu 98
Applikazzjoni tal-piena amministrattiva fil-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija
Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-pieni amministrattivi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom jiġu applikati mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016 fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali msemmi fl-Anness II.
Għall-Kroazja, il-pieni msemmija fl-Artikolu 91 għandhom jiġu applikati f'konformità mal-iskeda ta' żmien li ġejja fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (RSĠ) imsemmija fl-Anness II:
mill-1 ta' Jannar 2014 għal RSĠ 1 sa RSĠ 3 u RSĠ 6 sa RSĠ 8;
mill-1 ta' Jannar 2016 għal RSĠ 4, RSĠ 5, RSĠ 9 u RSĠ 10;
mill-1 ta’ Jannar 2018 għal RSĠ 11 sa RSĠ 13.
Artikolu 99
Kalkolu tal-piena amministrattiva
Għall-kalkolu ta' dak it-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jiġu kkunsidrati s-severità, id-daqs, il-permanenza u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab, kif ukoll tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tapplika għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità li, minħabba s-severità minuri, id-daqs u d-dewmien tagħhom, f'każijiet debitament iġġustifikati, m'għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu minn din l-opzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat twissija bikrija lill-benefiċjarju, fejn tinnotifika lill-benefiċjarju bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju. F'każ li verifika sussegwenti tistabbilixxi li n-nuqqas ta' konformità ma ġiex rimedjat, it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat b'mod retroattiv.
Madankollu, każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali għandhom dejjem iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess prijoritaru għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli lill-benefiċjarji li rċevew twissija bikrija għall-ewwel darba.
Artikolu 100
Ammonti li jirriżultaw mill-kondizzjonalità
L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 99.
Artikolu 101
Setgħat tal-Kummissjoni marbutin mal-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi
Biex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati u li l-kondizzjonalità titwettaq b'mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115:
li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu ta' pieni amministrattivi minħabba l-kondizzjonalità msemmija fl-Artikolu 99, b'kont meħud tat-tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja;
li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi minħabba l-kondizzjonalità, inkluż fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jista' jiġi attribwit direttament lill-benefiċjarju kkonċernat.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
KAPITOLU I
Komunikazzjoni
Artikolu 102
Komunikazzjoni tal-informazzjoni
Flimkien mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti settorjali, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti li ġejjin:
għal aġenziji tal-pagamenti akkreditati u korpi ta' koordinazzjoni akkreditati:
id-dokument ta' akkreditazzjoni tagħhom;
il-funzjoni tagħhom (aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew korp ta' koordinazzjoni akkreditat);
fejn ikun rilevanti, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tagħhom,
għal korpi ta' ċertifikazzjoni:
isimhom;
l-indirizz tagħhom,
għal miżuri relatati ma' operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi:
dikjarazzjonijiet ta' nfiq, li jservu wkoll bħala talbiet għal pagamenti, iffirmati mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew mill-korp ta' koordinazzjoni akkreditat u akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa;
estimi tal-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, fir-rigward tal-FAEG u, fir-rigward tal-FAEŻR, aġġornament ta' dikjarazzjonijiet ta' estimi ta' nfiq li jkunu ser jintbagħtu matul is-sena u dikjarazzjonijiet ta' estimi ta' nfiq fir-rigward tas-sena finanzjarja ta' wara;
id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni u l-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati;
sommarju annwali tar-riżultati tal-awditi u tal-verifiki kollha mwettqin skont l-iskeda u dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fir-regoli speċifi għas-settur.
Il-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati relatati mal-infiq tal-FAEŻR għandhom jiġu ppreżentati fil-livell ta' kull programm.
Artikolu 103
Konfidenzjalità
Ir-regoli stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal dik l-informazzjoni.
Artikolu 104
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
l-għamla, il-kontenut, l-intervalli, id-dati ta' skadenza u l-arranġamenti biex jiġu trasmessi jew isiru disponibbli għall-Kummissjoni:
dikjarazzjonijiet ta' nfiq u estimi ta' nfiq u l-aġġornamenti tagħhom, inkluż dħul assenjat;
id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni u l-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, kif ukoll ir-riżultati tal-awditi u l-verifiki kollha mwettqin li huma disponibbli;
ir-rapporti ta' ċertifikazzjoni tal-kontijiet;
l-ismijiet u d-dettalji ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati, korpi ta' koordinazzjoni akkreditati u korpi ta' ċertifikazzjoni;
arranġamenti biex jittieħed kont tal-infiq iffinanzjat mill-Fondi u biex dan jitħallas;
notifiki ta' aġġustamenti finanzjarji magħmula mill-Istati Membri b'rabta ma' operazzjonijiet jew programmi ta' żvilupp rurali, u rapporti fil-qosor dwar il-proċeduri ta' rkupru li jitwettaq mill-Istati Membri b'rispons għall-irregolaritajiet;
informazzjoni dwar il-miżuri li jittieħdu skont l-Artikolu 58.
l-arranġamenti li jirregolaw skambji ta' informazzjoni u dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' informazzjoni, inklużi t-tip, il-format u l-kontenut ta' data li għandha tiġi pproċessata minn dawn is-sistemi u r-regoli korrispondenti dwar ħżin ta' data;
in-notifika lill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, dwar informazzjoni, dokumenti, statistika u rapporti, kif ukoll skadenzi u metodi ta' kif dawn jiġu nnotifikati.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
KAPITOLU II
Użu tal-euro
Artikolu 105
Prinċipji ġenerali
Huma għandhom jingħataw jew jinġabru fl-euro fl-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro u fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li ma jkunux adottawha.
Artikolu 106
Rata tal-kambju u avveniment operattiv
L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun:
it-tlestija ta' formalitajiet doganali ta' importazzjoni jew esportazzjoni fil-każ ta' ammonti miġbura jew mogħtija fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi;
l-avveniment li bih l-objettiv ekonomiku tal-operazzjoni jinkiseb fil-każijiet l-oħra kollha.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f'każijiet debitament iġġustifikati, li jwettqu l-konverżjoni abbażi tal-medja tar-rati tal-kambju stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew matul ix-xahar qabel l-1 ta' Ottubru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna. L-Istati Membri li jagħżlu dik l-opzjoni għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw dik il-medja tar-rata qabel l-1 ta' Diċembru ta' dik is-sena.
Biex tispeċifika l-avveniment operattiv imsemmi fil-paragrafu 2 jew biex dan jiġi stabbilit għal raġunijiet speċifiċi għall-organizzazzjoni tas-suq jew għall-ammont inkwistjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jkun fihom regoli dwar dawk l-avvenimenti operattivi u r-rata tal-kambju li għandha tintuża. L-avveniment operattiv speċifiku għandu jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
l-applikabbiltà attwali, malajr kemm jista' jkun, ta' aġġustamenti għar-rata tal-kambju;
kemm ikunu simili l-avvenimenti operattivi għal operazzjonijiet analogi mwettqin skont l-organizzazzjoni tas-suq;
il-koerenza fl-avvenimenti operattivi għad-diversi prezzijiet u ammonti relatati mal-organizzazzjoni tas-suq;
il-prattikabbiltà u l-effikaċja tal-verifiki dwar l-applikazzjoni ta' rati tal-kambju adatti.
Artikolu 107
Miżuri ta' salvagwardja u derogi
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati minnufih bil-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Fejn prattiki monetarji eċċezzjonali dwar munita nazzjonali x'aktarx li jipperikolaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jidderogaw minn din it-Taqsima, partikolarment fil-każijiet li ġejjin:
fejn pajjiż juża tekniki anormali ta' kambju bħal diversi rati tal-kambju jew jopera ftehimiet ta' tpartit;
fejn pajjiżi jkollhom muniti li ma jkunux ikkwotati fi swieq uffiċjali tal-kambju jew fejn ix-xejra f''muniti bħal dawn x'aktarx toħloq distorsjoni fil-kummerċ.
Artikolu 108
Użu tal-euro minn Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro
KAPITOLU III
Rapport u evalwazzjoni
Artikolu 109
Rapport finanzjarju annwali
Sal-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena wara s-sena tal-baġit, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport finanzjarju dwar l-amministrazzjoni tal-Fondi matul is-sena finanzjarja preċedenti, li għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 110
Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK
Għandu jiġi stabbilit qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni bil-ħsieb li jitkejjel ir-rendiment tal-PAK, u b'mod partikolari ta':
il-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
il-miżuri tas-suq previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
il-miżuri ta’ żvilupp rurali previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u ta',
id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja dawn il-miżuri ta’ politika abbażi tar-rappurtar mill-Istati Membri f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolamenti imsemmijin fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta' evalwazzjoni pluriennali li jinkludu evalwazzjonijiet perjodiċi ta’ strumenti speċifiċi li hija tkun ser twettaq.
Sabiex jiġi żgurat kejl effikaċi tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta’ dak il-qafas.
Ir-rendiment tal-miżuri tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jitkejjel b'rabta mal-objettivi li ġejjin:
produzzjoni vijabbli tal-ikel, b'enfasi fuq l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;
ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b'enfasi fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;
żvilupp territorjali bbilanċjat, b'enfasi fuq l-impjiegi rurali, it-tkabbir u l-faqar fiż-żoni rurali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw is-sett ta' indikaturi speċifiċi għall-objettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
L-indikaturi għandhom ikunu marbutin mal-istruttura u l-objettivi tal-politika u għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-progress, l-effettività u l-effiċjenza tal-politika meta mqabbla mal-objettivi.
Il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jirrifletti l-istruttura tal-PAK b'dan il-mod:
għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-miżuri tas-suq previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timmonitorja dawn l-istrumenti abbażi ta' rappurtar mill-Istati Membri f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dawn ir-regolamenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta' evalwazzjoni pluriennali b'evalwazzjonijiet perjodiċi ta' strumenti speċifiċi li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu mingħajr dewmien u minn evalwaturi indipendenti.
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-intervent tal-politika tal-iżvilupp rurali ser jitwettqu f'konformità mal-Artikoli 67 sa 79 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impatt kombinat tal-istrumenti kollha tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 1 jitkejlu u jiġu vvalutati b'rabta mal-objettivi komuni msemmija fil-paragrafu 2. Ir-rendiment tal-PAK fil-kisba tal-objettivi komuni tagħha għandha titkejjel u tiġi vvalutata abbażi tal-indikaturi komuni tal-impatt, u l-objettivi speċifiċi sottostanti abbażi tal-indikaturi tar-riżultati. Abbażi tal-evidenza pprovduta fl-evalwazzjonijiet dwar il-PAK, inklużi l-evalwazzjonijiet dwar il-programmi ta' żvilupp rurali, kif ukoll sorsi rilevanti oħrajn ta' informazzjoni, ir-rapporti dwar il-kejl u l-valutazzjoni tar-rendiment konġunt tal-istrumenti kollha tal-PAK għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsira l-ħtiġijiet ta' data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' data potenzjali, partikolarment l-użu tagħhom għal għanijiet ta' statistika, meta dan ikun adatt.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux dovut, kif ukoll regoli dwar il-ħtiġijiet ta' data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' data potenzjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
KAPITOLU IV
Trasparenza
Artikolu 111
Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex-post annwali tal-benefiċjarji tal-Fondi. Il-pubblikazzjoni għandu jkun fiha:
mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 112 ta’ dan ir-Regolament, l-isem tal-benefiċjarju, kif ġej:
l-isem u l-kunjom meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika;
l-isem legali sħiħ, kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarju jkun persuna ġuridika li jkollha personalità ġuridika awtonoma skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat;
l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni, kif ġiet irreġistrata jew inkella rikonoxxuta uffiċjalment, meta l-benefiċjarju jkun assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika proprja;
il-muniċipalità tar-residenza tal-benefiċjarju jew fejn ikun irreġistrat il-benefiċjarju u, fejn ikun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità;
l-ammonti ta’ pagament li jikkorrispondu għal kull miżura ffinanzjata mill-Fondi riċevuti minn kull benefiċjarju fis-sena finanzjarja kkonċernata;
in-natura u d-deskrizzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn wieħed mill-Fondi, u li skonthom ingħata l-pagament imsemmi fil-punt (c).
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli fuq sit tal-internet wieħed għal kull Stat Membru. Din għandha tibqa' disponibbli għal sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni inizjali.
Artikolu 112
Limitu minimu
L-Istati Membri m'għandhomx jippubblikaw l-isem ta' benefiċjarju kif previst fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 111(1) ta' dan ir-Regolament fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
fil-każ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-Iskema għal bdiewa żgħażagħ prevista fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fejn l-ammont ta' għajnuna riċevuta minn benefiċjarju f'sena waħda huwa indaqs jew inqas mill-ammont previst mill-Istat Membru kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(2) ta' dak ir-Regolament;
fil-każ li l-Istati Membri ma jistabbilixxux l-Iskema għal bdiewa żgħażagħ prevista fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fejn l-ammont ta' għajnuna riċevuta f'sena waħda minn benefiċjarju huwa indaqs jew inqas minn EUR 1 250 .
Fejn japplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ammonti stabbiliti minn Stat Membru skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ngħatat notifika dwarhom lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f'konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 114.
Fejn japplika l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 111(1), u l-benefiċjarju għandu jkun identifikat b'kodiċi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta' dak il-kodiċi.
Artikolu 113
Informazzjoni tal-benefiċjarji
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji li d-data dwarhom ser tiġi ppubblikata f'konformità l-Artikolu 111,u li d-data tista' tiġi pproċessata minn korpi tal-awditu u investigattivi tal-Unjoni u l-Istati Membri, sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
F'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE, fir-rigward tad-data personali, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji bid-drittijiet tagħhom skont ir-regoli dwar protezzjoni tad-data u bil-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.
Artikolu 114
Setgħat tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:
il-forma, inkluż il-mod ta’ preżentazzjoni skont il-miżura, u l-kalendarju tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikoli 111 u 112;
l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 113;
il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).
TITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 115
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 116
Proċedura ta' kumitat
Għall-finijiet tal-Artikoli 15, 58, 62, 63, 64, 65, 66, 75, 77, 78, 89, 90, 96, 101 u 104 fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u/jew l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, il-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u/jew il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbiliti b'dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament. Dawk il-kumitati għandhom ikunu kumitati fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fil-każ ta' atti msemmija fl-Artikolu 8, meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 117
Proċessar u protezzjoni tad-data personali
Artikolu 118
Livell ta' implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta' implimentazzjoni u biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament fil-livell li huma jqisu li jkun xieraq, f'konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġett għall-konformità ma' dan ir-Regolament u ma' regoli rilevanti oħrajn tal-Unjoni.
Artikolu 119
Tħassir
Madankollu, l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2014 u l-Artikoli 30 u 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmulin għas-sena finanzjarja agrikola 2013, rispettivament.
Artikolu 119a
Deroga mir-Regolament (UE) Nru 966/2012
B'deroga mill-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012 u mill-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament, għas-sena finanzjarja agrikola 2014, m'għandux ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni tistabbilixxi jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ġie mitlub rimborż mill-Kummissjoni hijiex legali u regolari.
Artikolu 120
Miżuri transizzjonali
Biex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultà mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassrin imsemmija fl-Artikolu 119 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-każijiet fejn jistgħu japplikaw id-derogi mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom.
Artikolu 121
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Huwa għandu japplika mill-1 Jannar 2014.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:
L-Artikoli 7, 8, 16, 25, 26 u43, mis-16 ta' Ottubru 2013;
L-Artikolu52, it-Titolu III, il-Kapitolu II tat-Titolu V u t-Titolu VI, mill-1 ta’ Jannar 2015.
Minkejja l-paragrafi 1 u 2:
L-Artikoli 9, 18, 40, u 51 għandhom japplikaw għan-nefqa magħmula mis-16 ta' Ottubru 2013;
Kapitolu IV tat-Titolu VII għandu japplika għall-pagamenti magħmulin mis-sena finanzjarja agrikola 2014 'il quddiem.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
INFORMAZZJONI FIL-QASAM TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-ADATTAMENT GĦALIH, IL-BIJODIVERSITÀ U L-PROTEZZJONI TAL-ILMA KIF STABBILIT FIL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 12(3)
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih:
Bijodiversità:
Protezzjoni tal-ilma:
Ġenerali
ANNESS II
REGOLI DWAR IL-KONDIZZJONALITÀ SKONT L-ARTIKOLU 93
|
Qasam |
Kwistjoni Ewlenija |
Rekwiżiti u standards |
||
|
Ambjent, tibdil fil-klima, kondizzjoni agrikola tajba tal-artijiet |
Ilma |
RSĠ 1 |
Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1) |
Artikoli 4 u 5 |
|
KAAT 1 |
L-istabbiliment ta' strixxi ta' lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma (1) |
|
||
|
KAAT 2 |
Fejn l-użu tal-ilma għat-tisqija huwa soġġett għal awtorizzazzjoni, konformità mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni |
|
||
|
KAAT 3 |
Il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mit-tniġġis: projbizzjoni ta' skariku dirett lejn l-ilma ta' taħt l-art u miżuri għall-prevenzjoni tat-tniġġis indirett tal-ilma ta' taħt l-art minn skariku fuq l-art u tnixxija gradwali mill-ħamrija ta' sustanzi perikolużi, kif elenkati fl-Anness għad-Direttiva 80/68/KEE fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-aħħar jum tal-validità tagħha, sa fejn tirrigwarda l-attività agrikola |
|
||
|
Ħamrija u ħażna ta’ karbonju |
KAAT 4 |
Kopertura minima ta’ ħamrija |
|
|
|
KAAT 5 |
Ġestjoni minima ta’ artijiet li tirrifletti kondizzjonijiet speċifiċi għas-siti biex tiġi limitata l-erożjoni |
|
||
|
KAAT 6 |
Żamma ta’ livell ta’ materja organika tal-ħamrija permezz ta’ prattiki adatti inkluża projbizzjoni fuq il-ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit, ħlief għal raġunijiet tas-saħħa tal-pjanti (2) |
|
||
|
Bijodiversità |
RSĠ 2 |
Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7) |
Artikolu 3(1), Artikolu 3(2)(b), Artikolu 4 (1), (2) u (4) |
|
|
RMS 3 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7) |
Artikolu 6 (1) u (2) |
||
|
Pajsaġġ, livell minimu ta’ żamma, |
KAAT 7 |
Żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, inkluż fejn adatt, ħitan tal-ħaxix, għadajjar, fossijiet, siġar f’linji dritti, fi grupp jew iżolati, marġnijiet tal- għelieqi u l-artijiet imtarrġa, inkluż projbizzjoni fuq il-qtugħ ta' ħitan tal-ħaxix u siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u t-trobbija tal-għasafar u, bħala opzjoni, miżuri biex ikunu evitati speċijiet ta’ pjanti invażivi |
|
|
|
Saħħa pubblika, saħħa tal-annimali u saħħa tal-pjanti |
Sigurtà tal-ikel |
RSĠ 4 |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1) |
Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1) (3) u l-Artikoli 18, 19 u 20 |
|
RSĠ 5 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3) |
Artikolu 3(a), (b), (d) u (e) u Artikoli 4, 5 u 7 |
||
|
Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali |
RSĠ 6 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2005, p. 31) |
Artikoli 3, 4 u 5 |
|
|
RSĠ 7 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1) |
Artikoli 4 u 7 |
||
|
RSĠ 8 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8) |
Artikoli 3, 4 u 5 |
||
|
Mard tal-annimali |
RSĠ 9 |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) |
Artikoli 7, 11, 12, 13 u 15 |
|
|
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
RSĠ 10 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1) |
Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza |
|
|
Trattament xieraq tal-annimali |
Trattament xieraq tal-annimali |
RSĠ 11 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7) |
Artikoli 3 u 4 |
|
RSĠ 12 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KEE tad-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali(ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5) |
Artikolu 3 u Artikolu 4 |
||
|
RSĠ 13 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja(ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23) |
Artikolu 4 |
||
|
(1)
L-istrixxi ta' lqugħ KAAT għandhom jirrispettaw, kemm ġewwa kif ukoll barra ż-żoni vulnerabbli nnominati skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/676/KEE, tal-inqas ir-rekwiżiti relatati mal-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni fuq l-art ta' fertilizzanti ħdejn mogħdijiet tal-ilma, imsemmija fil-punt A.4 tal-Anness II għad-Direttiva 91/676/KEE, li għandhom jiġu applikati f'konformità mal-programmi ta' azzjoni tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/676/KEE.
(2)
Ir-rekwiżit jista' jiġi limitat għal projbizzjoni ġenerali ta' ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit, iżda Stat Membru jista' jiddeċiedi li jippreskrivi aktar rekwiżiti.
(3)
Kif implimentat b’mod partikolari minn: — Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010, — Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004: Artikolu 4(1) u l-Anness I parti A (II 4 (g, h, j), 5 (f, h), 6; III 8 (a, b, d, e), 9 (a, c)), — Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004: Artikolu 3(1) u l-Anness III Taqsima IX Kapitolu 1 (I-1 b, c, d, e; I-2 a (i, ii, iii), b (i, ii), c; I-3; I-4; I-5; II-A 1, 2, 3, 4; II-B 1(a, d), 2, 4 (a, b)), l-Anness III Taqsima X Kapitolu 1 (1), — Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005: l-Artikolu 5(1) u l-Anness I, parti A (I-4 e, g; II-2 a, b, e), l-Artikolu 5(5) u l-Anness III (taħt l-intestatura “TMIGĦ”, il-punt 1. intitolat “Ħażna”, l-ewwel u l-aħħar sentenza, u l-punt 2. intitolat “Distribuzzjoni”, it-tielet sentenza), l-Artikolu 5(6), u — Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005: Artikolu 18. |
||||
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
1. Regolament (KEE) Nru 352/78
|
Regolament (KEE) Nru 352/78 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 43(1)(e) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 43(2) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 46(1) |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
2. Regolament (KE) Nru 2799/98
|
Regolament (KE) Nru 2799/98 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
— |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 105(2) u 106 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 106 |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 107 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 108 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
— |
|
Artikolu 11 |
— |
3. Regolament (KE) Nru 814/2000
|
Regolament (KE) Nru 814/2000 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 45(1) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 45(2) |
|
Artikolu 3 |
— |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 7 |
— |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 45(5) |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
Artikoli 45(4) u 116 |
|
Artikolu 11 |
— |
4. Regolament (KE) Nru 1290/2005
|
Regolament (KE) Nru 1290/2005 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 102 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 58 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 40 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 41(1) |
|
Artikolu 17a |
Artikolu 41(2) |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 41(1) |
|
Artikolu 27a |
Artikolu 41(2) |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 51 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 52 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 54 u 55 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 54 u 56 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 35 |
— |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 47 |
|
Artikolu 38 |
— |
|
Artikolu 39 |
— |
|
Artikolu 40 |
— |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 116 |
|
Artikolu 42 |
— |
|
Artikolu 43 |
Artikolu 109 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 103 |
|
Artikolu 44a |
Artikolu 113(1) |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 105(1) u 106(3) u (4) |
|
Artikolu 46 |
— |
|
Artikolu 47 |
Artikolu 119 |
|
Artikolu 48 |
Artikolu 120 |
|
Artikolu 49 |
Artikolu 121 |
5. Regolament (KE) Nru 485/2008
|
Regolament (KE) Nru 485/2008 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 79 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 80 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 81 |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 82(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 82(4) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 83 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 103(2) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 86 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 84 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 85 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 106(3) |
|
Artikolu 13 |
— |
|
Artikolu 14 |
— |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 87 |
|
Artikolu 16 |
— |
|
Artikolu 17 |
— |
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tabelli dwar il-kondizzjonalità
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma kif ukoll tad-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidu u, fejn xieraq, tippreżenta, ladarba dawn id-Direttivi jkunu ġew implimentati mill-Istati Membri kollha u jkunu ġew identifikati l-obbligi applikabbli direttament għall-bdiewa, proposta leġislattiva li temenda dan ir-regolament bil-ħsieb li l-partijiet rilevanti ta' dawn id-Direttivi jiddaħħlu fis-sistema tal-kondizzjonalità.
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L437, 28.12.2020, p.1).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)
( 5 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
( 6 ) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 7 ) Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
( 8 ) Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
( 9 ) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
( 10 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).
( 11 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1).
( 12 ) Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
( 13 ) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).