16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 228/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 28/2019

tat-8 ta’ Frar 2019

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2020/945]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2321 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (1) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2322 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (2) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (3) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2324 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format tar-rapport tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (4) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2325 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format taċ-ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (5) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 tal-4 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li taġġorna l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(7)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 32fha (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2398) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“32fhb.

32016 D 2321: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2321 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 112).

32fhc.

32016 D 2322: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2322 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 117).

32fhd.

32016 D 2323: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119), kif emendata minn:

—

32018 D 0684: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/684 tal-4 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 116, 7.5.2018, p. 47).

32fhe.

32016 D 2324: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2324 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format tar-rapport tal-bidu previst tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 129).

32fhf.

32016 D 2325: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2325 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format taċ-ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 131).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2321, (UE) 2016/2322, (UE) 2016/2323, (UE) 2016/2324, (UE) 2016/2325 u (UE) 2018/684 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Frar 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 345, 20.12.2016, p. 112.

(2)   ĠU L 345, 20.12.2016, p. 117.

(3)   ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119.

(4)   ĠU L 345, 20.12.2016, p. 129.

(5)   ĠU L 345, 20.12.2016, p. 131.

(6)   ĠU L 116, 7.5.2018, p. 47.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.