|
12.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10736 – ITOCHU / ISUZU MOTORS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 193/06)
1.
Fl-4 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ITOCHU Corporation (“Itochu”, il-Ġappun), |
|
— |
ISUZU Motors Ltd (“Isuzu”, il-Ġappun), |
|
— |
Isuzu Leasing Services Limited (“ILS”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Isuzu, u, |
|
— |
Isuzu UMAX Corporation (“UMAX”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Isuzu. |
Itochu u Isużu jiksbu, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ILS u UMAX.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Itochu: kumpanija kummerċjali, attiva fl-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-kummerċ barrani ta’ firxa wiesgħa ta’ industriji inklużi t-tessuti, il-makkinarju, il-metalli, il-minerali, l-enerġija, is-sustanzi kimiċi, l-ikel, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-finanzi; |
|
— |
Isuzu: kumpanija, attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll komponenti tal-magni. Il-prodotti tagħha jinkludu trakkijiet u xarabanks ħfief u heavy-duty; |
|
— |
ILS: kumpanija, li bħalissa hija kkontrollata biss minn Isuzu, attiva f’servizzi ta’ kiri ta’ vetturi kummerċjali u ta’ kuntratti ta’ manutenzjoni ta’ vetturi kummerċjali fil-Ġappun biss; kif ukoll, |
|
— |
UMAX: kumpanija li bħalissa hija kkontrollata biss minn Isuzu, attiva fin-negozju tal-irkant tat-trakkijiet, ix-xiri u l-bejgħ ta’ trakkijiet użati, kif ukoll servizzi ta’ negozjar online ta’ trakkijiet użati biss fil-Ġappun. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10736 – ITOCHU / ISUZU MOTORS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).