|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2567 |
15.12.2025 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2567
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2022/2309 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 tal-25 ta' Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2022, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2022/2309. |
|
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1574 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, u b'hekk tistabbilixxi qafas iddedikat għal miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti u għal azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Haiti, kif ukoll kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
|
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, ta' sigurtà u umanitarja li qed tiddeterjora fil-Haiti, inkluż ir-riżultati taż-żieda fil-vjolenza minn gruppi organizzati, l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr waqfien imwettqa minn gruppi organizzati, u l-impunità kontinwa għall-awturi, jenħtieġ li tliet individwi u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi msemmija fl-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2022/2309. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/2309 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2022/2309 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2309/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1574 tat-28 ta' Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1574/oj).
ANNESS
L-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2022/2309 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” tiżdied. |
|
(3) |
taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, jiżdiedu t-tabella u l-entrata li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2567/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)