|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/614 |
16.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/614
tat-13 ta’ Frar 2024
dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribut ta’ Stat terz għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (EUTM Somalia/1/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1),
Billi:
|
(1) |
Taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia). |
|
(2) |
Skont ir-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni EUTM Somalia tal-UE dwar kontribut propost mir-Repubblika tal-Moldova u l-parir ipprovdut mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea f’dak ir-rigward, jenħtieġ li dak il-kontribut jiġi aċċettat u meqjus sinifikanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut mir-Repubblika tal-Moldova għal EUTM Somalia huwa aċċettat u meqjus sinifikanti.
2. Ir-Repubblika tal-Moldova hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ EUTM Somalia.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/614/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)