Official Journal L 327 , 30/11/1988 P. 0057 - 0057
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0190
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0190
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1988 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana (88/598/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 238 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana [2], iffirmat fi Brussel fit-18 ta' Jannar 1977, għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja qiegħed b'dan jiġi approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Protokoll huma mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5 tal-Protokoll [3]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Novembru 1988. Għall-Kunsill Il-President Th. Pangalos [1] ĠU C 290, ta' l-14.11.1988. [2] ĠU L 269, tas-27.9.1978, pġ. 2. [3] Ara p. 64 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------