|
8.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Novembru 2008
dwar għajnuna mill-istat C 19/05 (ex N 203/05) mogħtija mill-Polonja lil Stocznia Szczecińska
(notifikata bid-dokument numru C(2008) 6770)
(It-test Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/3/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom (1) skont id-dispożizzjonijiet fuq imsemmija,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IV, punt 3 tat-Trattat ta’ Adeżjoni li jirregola l-proċedura tal-mekkaniżmu interim, il-Polonja, permezz ta’ ittra tas-27 ta’ April 2004, reġistrata fit-28 ta’ April 2004, innotifikat miżuri ta’ ristrutturar favur Stocznia Szczecińska Nowa Sp. z o.o. (New Szczecin Shipyard Ltd, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “SSN”). Il-każ kien reġistrat taħt in-numru PL 31/2004. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Mejju 2004 il-Kummissjoni talbet lill-Polonja biex tissottometti ċertu dokumenti nieqsa. Dawn kienu provduti fis-16 ta’ Ġunju 2004. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni ulterjuri permezz ta’ ittri tat-12 ta’ Awwissu 2004, it-18 ta’ Novembru 2004 u l-4 ta’ Marzu 2005, li l-Polonja rrispondiet għalihom permezz ta’ ittri tal-24 September 2004, reġistrata dakinhar, tat-28 ta’ Jannar 2005, reġistrata fit-2 ta’ Frar 2005, tat-30 ta’ Marzu 2005, reġistrata fl-1 ta’ April 2005 u tat-18 ta’ April 2005, reġistrata fl-20 ta’ April 2005 rispettivament. Laqgħat mal-awtoritajiet Pollakki seħħew fid-dati li ġejjin: 9 ta’ Novembru 2004, 17 ta’ Novembru 2004 u 3 ta’ Marzu 2005. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ April 2005, reġistrata dakinhar, il-Polonja aċċettat li l-Kummissjoni tittratta wkoll in-notifika tal-każ PL 31/2004 tas-27 ta’ April 2004 bħala notifika skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward il-miżuri li nstabu li jikkostitwixxu għajnuna ġdida. Il-każ kien allokat in-numru ġdid N 203/2005. |
|
(4) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward l-għajnuna ta’ ristrutturar għal SSN notifikata mill-awtoritajiet Pollakki. Il-Kummissjoni ppubblikat din id-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali (2) u stiednet lill-Polonja u l-partijiet interessati biex jissottomettu kummenti. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Ġunju 2005 l-awtoritajiet Pollakki indikaw li d-deċiżjoni kien fiha informazzjoni kunfidenzjali u talbu li dik l-informazzjoni tkun imħassra mill-verżjoni pubblika tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni rrispondiet permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Lulju 2005. Il-Polonja talbet estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ kummenti dwar id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura permezz ta’ ittri tat-30 ta’ Ġunju 2005, reġistrata fl-1 ta’ Lulju 2005, tas-26 ta’ Lulju, reġistrata fis-27 ta’ Lulju 2005, u tat-30 ta’ Awwissu 2005, reġistrata fl-1 ta’ Settembru 2005. Il-Kummissjoni rrispondiet permezz ta’ ittri tat-12 ta’ Lulju, t-2 ta’ Awwissu u d-9 ta’ Settembru 2005 rispettivament. Permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Ottubru 2005, reġistrata fis-7 ta’ Ottubru 2005, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’din l-ittra l-Polonja ssottomettiet ukoll pjan ta’ ristrutturar għall-2002-2004, datat Diċembru 2002 u modifikat f’Ottubru 2003 (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “pjan ta’ ristrutturar tal-2003”). Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Ottubru 2005, reġistrata fl-istess ġurnata, rappreżentant legali tal-SSN ddikjara li l-pożizzjoni u l-kummenti tiegħu kienu inkorporati fis-sottomissjoni tal-awtoritajiet Pollakki. |
|
(6) |
Kienu sottomessi kummenti mill-partijiet terzi li ġejjin: Związek Pracodawców Forum Okrętowe (Assoċjazzjoni tal-Industriji Marittimi Pollakki) f’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2005, reġistrata dakinhar, Towimor S.A. f’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2005, reġistrata dakinhar, H. Cegielski – Poznań S.A. f’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2005, reġistrata dakinhar, Spliethoff's Bevrachtingskantoor B.V. f’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2005, reġistrata dakinhar, Peter Dohle Shiffahrts-KG f’ittra tal-5 ta’ Ottubru 2005, reġistrata fis-6 ta’ Ottubru 2005, Odjefjell ASA, f’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2005, reġistrata fil-11 ta’ Ottubru 2005, it-trejd unions tal-SSN (“Solidarność”, “Solidarność 80” u “Stoczniowiec”) f’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2005, reġistrata fl-10 ta’ Ottubru 2005, is-Sindku ta’ Szczecin f’ittra tal-5 ta’ Ottubru, reġistrata fil-11 ta’ Ottubru 2005, Lubmor Sp. z o.o. f’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2005, reġistrata fil-11 ta’ Ottubru 2005, u Business Club Szczecin f’ittra tat-12 ta’ Ottubru 2005, reġistrata dakinhar. Il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-Polonja permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ottubru 2005. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Novembru 2005. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni talbet l-assistenza ta’ konsulent estern għall-evalwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2003. Il-konsulent issottometta r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni f’Marzu 2006. |
|
(8) |
Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Jannar 2006 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki biex jipprovdu iktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ ristrutturar tal-SSN. Il-Polonja rrispondiet permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Frar 2006, reġistrata fl-istess ġurnata. Fit-22 ta’ Frar 2006, seħħet laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki, rappreżentanti tat-tarzna u l-persunal tal-Kummissjoni. Wara l-laqgħa, l-Kummissjoni talbet lill-Polonja għal informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri tat-8 ta’ Marzu 2006, tat-30 ta’ Marza 2006, tat-12 ta’ April 2006 u tat-28 ta’April 2006. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew permezz ta’ ittri tat-13 ta’ Marzu 2006, reġistrata fl-istess ġurnata, tat-29 ta’ Marzu 2006, reġistrata fit-30 ta’ Marzu 2006, tas-6 ta’ April 2006, reġistrata fl-10 ta’ April 2006, tad-19 ta’ April 2006, reġistrata fl-20 ta’ April 2006, u tas-26 ta’ Mejju 2006, reġistrata fit-30 ta’ Mejju 2006. Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Ġunju 2006, reġistrata fis-26 ta’ Ġunju 2006, il-konsulent tat-tarzna ssottometta abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar msemmi “Pjan ta’ żvilupp għal Stocznia Szczecinska Nowa Sp. z o.o. għall-2006-2011” lill-Kummissjoni għal finijiet ta’ konsultazzjoni. |
|
(9) |
Fit-12 ta’ Lulju 2006 seħħet laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki, ir-rappreżentanti tat-tarzna u l-persunal tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet Pollakki ssottomettew informazzjoni rigward il-proċess ta’ ristrutturar SSN permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Lulju 2006, reġistrata fis-17 ta’ Lulju 2006. Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Lulju 2006 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki biex jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Settembru 2006, reġistrata fl-istess ġurnata. Fl-4 ta’ Settembru 2006 il-Polonja ssottomettiet pjan ta’ risturtturazzjoni modifikat għall-SSN intitolat “Pjan ta’ Żvilupp għal Stocznia Szczecinska Nowa Sp. z o.o. għall-2006-2011” (minn issa ’l quddiem “pjan ta’ ristrutturar 2006”). |
|
(10) |
F’ittri tas-26 ta’ Settembru 2006, reġistrati fis-27 ta’ Settembru 2006, u l-21 ta’ Novembru 2006, reġistrati fis-27 ta’ Novembru 2006, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna l-każ. |
|
(11) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2006 seħħet laqgħa bejn il-Membru tal-Kummissjoni Neelie Kroes u l-Ministru Pollakk għall-Ekonomija Piotr Wozniak. Is-Sur Wozniak iddikjara li l-Polonja kienet determinata li tnedi mill-ġdid il-proċess ta’ privatizzazzjoni għall-SSN permezz ta’ proċedura miftuħa u trasparenti, li kellha tkun finalizzata sa’ Ġunju 2007. Il-Polonja kkonfermat din id-dikjarazzjoni permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Diċembru 2006, reġistrata fl-4 ta’ Jannar 2007, li tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri Pollakk tad-19 ta’ Diċembru 2006, li adottat dokument imsemmi “Informazzjoni dwar l-istat tal-industrija tat-tarzna”. Il-Polonja saqsiet lill-Kummissjoni biex tidħol f’diskussjonijiet dwar il-kwistjoni ta’ miżuri kumpensatorji. Il-persunal tal-Kummissjoni, flimkien mal-konsulent estern, għamel żjara lit-tarzna fit-18 ta’ Diċembru 2006 sabiex jistabbilixxi l-fatti u jikseb id-data meħtieġa sabiex jevalwa l-miżuri kumpensatorji. Il-konsulemt estern issottometta r-rapport tiegħu li jevalwa l-kapaċità kurrenti tat-tarzna fis-16 ta’ Jannar 2007. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni rrispondiet għal ittra tas-27 ta’ Diċembru 2006 permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Jannar 2007, li fiha, fost affarijiet oħra, talbet lill-Polonja biex tissottometti proposta għal miżuri kumpensatorji għall-SSN sat-tmiem ta’ Frar 2007. |
|
(13) |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Frar 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet xi spjegazzjonijiet li jikkonċernaw il-privatizzazzjoni tal-SSN u proposta għall-miżuri kumpensatorji. L-awtoritajiet Pollakki pproponew li jagħlqu wieħed mit-tliet skali tat-tarzna minn Marzu 2010. |
|
(14) |
Fuq din il-bażi, laqgħa teknika seħħet fil-15 ta’ Marzu 2007 bejn il-persunal tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki u r-rappreżentanti tat-tarzna, prinċiplament rigward miżuri kumpensatorji iżda wkoll biex jiddiskutu l-proċess ta’ privatizzazzjoni kontinwu. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki qablu li l-Kummissjoni għandha tiddiskuti l-kwistjonijiet tekniċi direttament mal-SSN sabiex tiġbor id-data li jkollha bżonn għall-evalwazzjoni tagħha tal-proposta tal-Polonja għal miżuri kumpensatorji. |
|
(15) |
Wara l-laqgħa, il-Kummissjoni talbet ammont ta’ dejta mill-SSN permezz tal-ittri tad-29 ta’ Marzu 2007, tas-27 ta’ April 2007 u tat-30 ta’ Mejju 2007. It-tarzna rrispondiet permezz ta’ ittri tat-18 ta’ April 2007, reġistrata fis-27 ta’ April 2007, tat-8 ta’ Mejju 2007, reġistrata fl-10 ta’ Mejju 2007, u tal-4 ta’ Ġunju 2007, reġistrata fil-5 ta’ Ġunju 2006. Fit-8 ta’ Ġunju kienet imwettqa laqgħa bejn il-persunal tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki u r-rappreżentanti tat-tarzna. SSN ipprovdiet informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Ġunju 2007, reġistrata fl-istess ġurnata. |
|
(16) |
Permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Lulju 2007 il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li kkunsidrat provviżorjament li l-għeluq tal-iskala Wulkan 1 tkun miżura kumpensatorja suffiċjenti taħt ċertu kundizzjonijiet. Fir-risposta tagħhom tal-24 ta’ Awwissu 2007, reġistrata fit-28 ta’ Awwissu 2007, l-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw it-tnaqqis tal-kapaċità speċifikat fl-ittra tal-Kummissjoni. |
|
(17) |
L-awtoritajiet Pollakki pprovdew informazzjoni rigward il-privatizzazzjoni u r-ristrutturar tal-SSN f’ittri tal-5 ta’ Jannar 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, u tad-9 ta’ Jannar 2007, reġistrata fil-11 ta’ Jannar 2007. Il-Kummissjoni rrispondiet permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Jannar 2007. F’ittra tat-28 ta’ Frar 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, l-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħhom li jagħżlu investitur għat-tarzna u jiffirmaw ftehim ta’ privatizzazzjoni sal-aħħar ta’ Ġunju 2007. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni talbet iktar kjarifiki rigward il-privatizzazzjoni tal-SSN permezz ta’ ittri tad-29 ta’ Mejju 2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007 u tat-30 ta’ Lulju 2007. Il-Polonja pprovdiet informazzjoni f’dan ir-rigward permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Ġunju 2007, reġistrata fl-4 ta’ Ġunju 2007, li inkludiet lista ta’ intrapriżi li intbagħtilhom invit biex jissottomettu offerti għax-xiri ta’ SSN. Kienet sottomessa informazzjoni ulterjuri permezz ta’ ittri tal-25 ta’ Ġunju 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, u tal-11 ta’ Lulju 2007, reġistrata fl-istess ġurnata. |
|
(19) |
Permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Awwissu 2007, reġistrata fis-6 ta’ Awwissu 2007, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew l-ewwel abbozz tal-Memorandum ta’ Informazzjoni tal-SSN. Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Awwissu 2007 il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tagħha dwar il-Memorandu ta’ Informazzjoni. Permezz tal- ittra tal-21 ta’ Awwissu 2007, reġistrata fis-27 ta’ Awwissu 2007, l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li s-sitwazzjoni finanzjarja tat-tarzna kienet iddeterjorat ħafna u li l-proprjetarji pubbliċi tat-tarzna għalhekk ippjanaw li jappoġġjawha b’injezzjonijiet ta’ kapital. Il-Polonja annunċjat ukoll li l-Memorandum ta’ Informazzjoni għandu jkun aġġornat skont dan. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni talbet kjarifiki permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Settembru 2007. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew permezz ta’ ittri tas-7 ta’ Settembru 2007, reġistrata fl-10 ta’ Settembru 2007, u fil-11 ta’ Settembru 2007, li fihom il-Polonja ssottomettiet il-verżjoni l-ġdida tal-Memorandum ta’ Informazzjoni u infurmat lill-Kummissjoni li inviti biex jissottomettu offerti kienu mibgħuta lil 221 investituri potenzjali. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittra tat-12 ta’ Settembru 2007. Il-Kummissjoni tat il-kummenti tagħha dwar il-Memorandum ta’ Informazzjoni u talbet kjarifiki permezz ta’ ittri tal-14 ta’ Settembru 2007 u tat-3 ta’ Ottubru 2007. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Ottubru 2007, reġistrata fis-16 ta’ Ottubru 2007, li tiddikjara li sitt investituri potenzjali kienu talbu kopja tal-Memorandum ta’ Informazzjoni tat-tarzna. Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Ottubru 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew skeda ta’ privatizzazzjoni aġġornata, li assumiet li n-negozjati ma’ investituri potenzjali għandhom jibdew f’Jannar 2008. |
|
(22) |
Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni talbet li abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar mfassal mill-proprjetarju l-ġdid tat-tarzna għandu jkun sottomess sal-aħħar ta’ Frar 2008. Il-Polonja ipprovdiet informazzjoni ulterjuri dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni permezz ta’ ittri tal-11 ta’ Diċembru 2007, reġistrata fit-13 ta’ Diċembru 2007, u tad-19 ta’ Diċembru 2007, reġistrata fl-20 ta’ Diċembru 2007. Permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Diċembru 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, l-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li fl-20 ta’ Diċembru 2007 Amber Sp. z o.o. (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Amber”, li hi sussidjarja għal kollox proprjetà ta’ negozjant Pollakk tal-azzar, Złomrex) kienet l-unika waħda li għamlet l-ogħla offerta ssottemettiet offerta vinkolanti sabiex tixtri l-ishma fl-SSN. |
|
(23) |
Fl-10 ta’ Jannar 2008 seħħet laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni. Wara l-laqgħa, l-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki biex jissottomettu informazzjoni addizzjonali rigward il-proċess ta’ privatizzazzjoni permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Jannar 2008, tat-30 ta’ Jannar 2008, tat-28 ta’ Frar 2008, tat-18 ta’ Marzu 2008 u tat-2 ta’ April 2008. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew għat-talbiet tal-Kummissjoni permezz ta’ ittri tat-23 ta’ Jannar 2008, reġistrata fl-24 ta’ Jannar 2008, tal-25 ta’ Jannar 2008, reġistrata fit-28 ta’ Jannar 2008, u tat-30 ta’ Jannar 2008, reġistrata fil-31 ta’ Jannar 2008. Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Frar 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet kopja tal-offerta vinkolanti ta’ Amber. |
|
(24) |
Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Frar 2008, reġistrata fid-19 ta’ Frar 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li kien ikun impossibbli li tkun kompluta l-privatizzazzjoni tat-tarzna sal-iskadenza tal-aħħar ta’ Frar 2008 u li l-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħhom li jlestu l-proċess ta’ privatizzazzjoni u jiftiehmu dwar il-pjan tar-ristrutturar sas-sajf tal-2008. |
|
(25) |
Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Frar 2008, reġistrata fit-3 ta’ Marzu 2008, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew żewġ dokumenti minn Amber: “Spjegazzjonijiet addizzjonali, il-punti prinċipali tal-programm ta’ ristrutturar u impenji dikjarati rigward ix-xiri ta’ SSN sottomessi minn Amber” tad-29 ta’ Frar 2008 u “L-ewwel verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar għal SSN bi pjan ta’ negozju għal SSN għall-2008-2012, skont l-informazzjoni miksuba matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta mwettaq fit-tarzna”. |
|
(26) |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Marzu 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, l-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li l-perjodu ta’ esklussività mogħti lil Amber għal negozjati kienu estiżi għall-15 ta’ April 2008. Wara invit mill-awtoritajiet Pollakki f’ittra tal-4 ta’ April 2008, reġistrata fis-7 ta’ April 2008, laqgħa seħħet mingħajr dewmien fl-10 ta’ April 2008 bejn l-awtoritajiet Pollakki, ir-rappreżentanti ta’ SSN, il-persunal ta’ Amber u tal-Kummissjoni. |
|
(27) |
Permezz ta’ e-mail tad-9 April 2008, reġistrata fl-24 ta’ April 2008, il-konsulent ta’ Amber ssottomessa projezzjonijiet finanzjarji preliminari għat-tarzna. Amber ssottomettiet informazzjoni wkoll fil-laqgħa tal-10 ta’ April 2008, u dik l-informazzjoni kienet reġistrata fit-18 ta’ April 2008. |
|
(28) |
Il-Polonja ssottomettiet informazzjoni dwar il-progress tan-negozjati ma’ Amber permezz ta’ ittri tas-7 ta’ April 2008, reġistrata fit-18 ta’ April 2008, tat-23 ta’ April 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, tal-25 ta’ April 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, tat-28 ta’ April 2008, reġistrata fid-29 ta’ April 2008 u tad-29 ta’ April 2008, reġistrata fil-5 ta’ Mejju 2008. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni permezz ta’ ittra tat-30 ta’ April 2008. Fit-8 ta’ Mejju 2008 seħħet laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni bagħtet kummenti dwar il-progress tal-proċess ta’ privatizzazzjoni permezz ta’ ittri tal-21 ta’ April 2008 u tat-30 ta’ April 2008. |
|
(30) |
Fl-aħħarnett, permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li Amber kienet irtirat mill-proċess ta’ privatizzazzjoni. |
|
(31) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni wkoll li l-awtoritajiet PollakkI kienu qed jieħdu azzjoni biex jnedu mill-ġdid il-proċess ta’ privatizzazzjoni sabiex jiffirmaw ftehim ta’ privatizzazzjoni sal-aħħar ta’ Novembru 2008. Mit-3 ta’ Ġunju 2008 ’il quddiem, il-Polonja ssottomettiet rapporti ta’ kuljum lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda mill-partijiet interessati fil-proċess ta’ privatizzazzjoni mnedi mill-ġdid. Il-Kummissjoni ltaqgħat mal-awtoritajiet Pollakki fit-13 ta’ Ġunju 2008. |
|
(32) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2008, fuq talba tal-awtoritajiet Pollakki, il-persunal tal-kummissjoni laqqa’ l-awtoritajiet Pollakki mal-kumpanij Norveġiża Ulstein u fl-24 ta’ Ġunju 2008 laqqa’ lill-awtoritajiet Pollakki mal-kumpanija Pollakka Mostostal Chojnice. Dawn il-kumpaniji kienu introdotti mal-Kummissjoni bħala xerrejja potenzjali ta’ SSN. Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Ġunju 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturar għal SSN imfassal minn Mostostal Chojnice. Informazzjoni addizzjonali kienet sottomessa permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Lulju 2008, reġistrata fit-8 ta’ Lulju 2008. |
|
(33) |
Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Lulju 2008 il-Polonja impenjat ruħha li tippreżenta pjan ta’ ristrutturar komplut lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Settembru 2008. |
|
(34) |
Fis-16 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni stabbiliet provviżorjament evalwazzjoni u konklużjonijiet f’abbozz ta’ deċiżjoni sabiex tikkonkludi il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li sabet li l-għajnuna mill-istat mogħtija minn SSN ma kinitx kumpatibbli mas-suq komuni u kellha tkun irkuprata. Madankollu, fid-dawl ta’ ittra mill-Polonja tal-14 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni ddeċidiet tippostponi l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni sabiex tkun tista’ tevalwa jekk il-pjan ta’ ristrutturar l-ġdid li għandu jkun sottomess mill-awtoritajiet Pollakki sat-12 ta’ Settembru 2008 għandu jtejjeb is-sitwazzjoni b’mod sinifikanti u jagħmel possibbli l-kunsiderazzjoni li l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni. |
|
(35) |
Minn hemm ’il quddiem il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni kull ġimgħa dwar il-progress tal-proċedura ta’ privatizzazzjoni (ittri tat-28 ta’ Lulju, tal-4 ta’ Awwissu, tat-12 ta’ Awwissu, tal-21 ta’ Awwissu, tal-25 ta’ Awwissu, tal-1 ta’ Settembru, tat-8 ta’ Settmbru, tas-16 ta’ Settembru u tat-23 ta’ Settembru 2008, reġistrati fl-istess ġranet). |
|
(36) |
Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Lulju 2008, reġistrata fil-21 ta’ Lulju 2008, il-Polonja talbet konsultazzjonijiet mal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar sabiex tkun tista’ tfassal verżjoni finali tal-pjan li kkunsidra l-kummenti tal-persunal tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni qablet mal-iskeda ta’ konsultazzjoni permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Lulju 2008. |
|
(37) |
Madankollu, kien biss fit-3 ta’ Settembru 2008 li l-Kummissjoni informalment irċeviet abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar għal SSN. Wara din is-sottomissjoni, fl-4 ta’ Settembru 2008 l-ewwel laqgħa seħħet bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-persunal tal-Kummissjoni fil-preżenza ta’ Mostostal. Fit-8 ta’ Settembru l-Kummissjoni rċiviet abbozz rivedut tal-pjan ta’ ristrutturar u fl-10 ta’ Settembru 2008 laqgħa oħra kienet organizzata mal-awtoritajiet Pollakki, Mostostal u l-ko-investitriċi potenzjali Ulstein. |
|
(38) |
Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Settembru 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, il-Polonja ssottomettiet il-pjan ta’ ristrutturar finali għal SSN imfassal minn Mostostal b’kooperazzjoni mat-tarzna Norveġiża Ulstein. |
|
(39) |
Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Settembru 2008, reġistrata fis-17 ta’ Settembru 2008, il-Polonja ssottomettiet abbozz tal-ftehim ta’ privatizzazzjoni bejn Mostostal u l-proprjetarji pubbliċi ta’ SSN, jiġifieri l-Aġenzija ta’ Żvilupp Industrijali u l-Kooperazzjoni tat-Tarzni Pollakki. |
|
(40) |
Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Settembru 2008, reġistrata fl-istess ġurnata, Ulstein infurmata lill-Kummissjoni li kienet se tirtira mill-proċess ta’ privatizzazzjoni u mhux se tipparteċipa fir-ristrutturar ta’ SSN. |
|
(41) |
Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Settembru 2008, reġistrata fil-25 ta’ Settembru 2008, Mostostal infurmat lill-Kummissjoni li b’kunsiderazzjoni tad-deċiżjoni ta’ Ulstein Mostostal tkun ippreparata li timplimenta l-pjan komplut ta’ ristrutturar għal SSN waħedha. Fit-30 ta’ Settembru 2008 seħħet laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki, il-Kummissjoni u Mostostal. |
|
(42) |
Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ottubru 2008 il-Kummissjoni qalet lil Polonja l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Novembru 2008, reġistrata fl-4 ta’ Novembru 2008, il-Polonja impenjat ruħha li tirrispetta dawn il-kundizzjonijiet totalment. Il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Novembru 2008. |
|
(43) |
Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Ġunju 2007 il-Kummissjoni saqsiet lill-awtoritajiet Pollakki biex jipprovdu informazzjoni rigward l-għajnuna mill-istat irċevuta minn SSN wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Lulju 2007, reġistrata fl-istess ġurnata. Il-Kummissjoni talbet spjegazzjonijiet ulterjuri permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Novembru 2007. Il-Polonja rrispondiet permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Jannar 2008, reġistrata fl-istess ġurnata. Il-Polonja ssottomettiet informazzjoni addizzjonali rigward l-għajnuna mill-istat mogħtija lit-tarzna permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Jannar 2008, reġistrata fl-10 ta’ Jannar 2008. Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri addizzjonali mogħtija lil SSN permezz ta’ ittri tas-6 ta’ Diċembru 2007, reġistrata fl-istess ġurnata, tad-9 ta’ Jannar 2008, reġistrata fl-10 ta’ Jannar 2008, tat-12 ta’ Frar 2008, reġistrata fit-13 ta’ Frar 2008, tas-26 ta’ Ġunju 2008, reġistrata fis-27 ta’ Ġunju 2008 u tat-12 ta’ Settembru 2008, reġistrata fl-istess ġurnata. |
2. DESKRIZZJONI
2.1 IMPRIŻA RELEVANTI
|
(44) |
Il-benefiċjarju huwa sitwat fir-reġjun ta’ Zachodniopomorskie (Pomerania tal-Punent), fil-Polonja tal-Majjistral. Il-Kummissjoni tinnota li, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-istat, kumpaniji allokati f’dan ir-reġjun huma eliġibbli li jirċievi għajnuna mill-Fondi Strutturali skont l-għan ta’ Konverġenza (3) u mill-fond ta’ Koeżjoni (4). B’mod partikolari, kumpaniji f’dan ir-reġjun huma potenzjalment eliġibbli li jirċievu għajnuna mill-Programm Reġjonali Operazzjonali għar-reġjun ta’ Zachodniopomorskie taħt l-assi prijoritarji għall-appoġġ għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, innovazzjoni u miżuri ta’ trasferiment ta’ teknoloġija (li jimmiraw għall-ħolqien ta’ impjiegi fit-tul) u għall-infrastruttura soċjali u l-infrastruttura edukazzjonali, li jiffukaw fuq taħtiġ vokazzjonali u għal matul il-ħajja. Il-kumpaniji f’dan ir-reġjun huma eliġibbli wkoll għall-Programm Operazzjonali tal-Ekonomika Innovattiva. |
|
(45) |
SSN kienet maħluqa fil-25 ta’Ġunju 2002 sabiex twettaq l-attivitajiet tal-bini ta’ bastimenti ta’ Stocznia Szczecińska Porta Holding S.A. (minn issa ’l quddiem imsejħa “SSPH”) u s-sussidjarja ewlenija tagħha għall-bini tal-bastimenti Stocznia Szczecińska (minn issa ’l quddiem imsejħa “SS”), li kienu ddikjarati falluti fid-29 ta’ Lulju 2002. SSN kienet stabbilita bħala qoxra vojta, ħielsa mid-djun ta’ SSPH u SS relatati mal-attività preċedenti tagħhom. |
|
(46) |
It-tarzna l-ġdida kienet mixtrija minn Agencja Rozwoju Przemysłu S.A. (Aġenzija Industrijali għall-Iżvilupp S.A., minn issa ’l quddiem imsejħa “ARP”) proprjetà tal-Istat u t-Teżor tal-Istat sabiex tkun kompluta l-produzzjoni kurrenti u jitkomplew l-attivitajiet tal-bini tal-bastimenti filwaqt li tkun imwettqa r-ristrutturar neċessarja. Formalment, il-kumpanija li xtrat l-attività tal-bini ta’ bastimenti preċedenti kienet sussidjarja ta’ SSPH maħluqa fl-1989, Allround Ship Services Sp. z o.o. (minn issa ’l quddiem imsejħa “ASS”). Fil-fatt, fl-2001 SSPH proprjetà assoluta tal-Istat, li kienet qed taffaċċja sitwazzjoni diffiċli finanzjarja, ddeċidiet li tikkonċentra l-attività tal-bini tal-bastimenti f’ASS, li kienet ikkunsidrata li hija iktar miftuħa għar-ristrutturar minn SS. F’Jannar 2002 ASS, oriġinarjament sussidjarja attiva żgħira f’xogħlijiet ta’ żebgħa, kkondkludiet ftehim qafas ma’ SSPH għall-kostruzzjoni ta’ bwieq u kriet assi tal-produzzjoni minn SSPH għal dan l-iskop. Ftit ġimgħat qabel ma SSPH ddikjarat li kienet falluta, hija biegħet ASS lil ARP għal PLN 1. ASS kienet imbagħad imsemmija mill-ġdid Stocznia Szczecinska Nowa (SSN – il-benefiċjarju tal-għajnuna). |
|
(47) |
Dak iż-żmien SSN ma xtratx l-assi ta’ SSPH u SS, iżda kriethom minnflok mingħajn ir-riċevitur fallut sa Lulju 2004. Fl-20 ta’ Lulju 2004 SSN ffirmat ftehim mar-riċevituri ta’ SSPH u SS taħt liema hija kisbet dawn l-assi. SSN ma xtratx d-djun ta’ SSPH jew SS, u għalhekk dawk id-djun baqgħu għand dawk iż-żewġ kumpaniji u kienu trattati skont il-proċedura ta’ falliment. SSN ħadet xi xogħlijiet kontinwi billi kkonkludiet kuntratti ġodda mal-proprjetarji tal-bastimenti. |
|
(48) |
ASS assumiet l-impjegati ta’ SSPH u SS, iżda t-tarzna gradwalment naqqset il-ħaddiema tagħha minn 8 071 fl-2001 sa 5 322 fit-tmiem tal-2006. Fl-2007 kien hemm medja ta’ 4 700 impjegati. |
|
(49) |
Il-volum ta’ produzzjoni żied minn 158 000 CGT fl-2003 sa 213 000 CGT fl-2005 iżda fl-2006 naqas għal 167 000 CGT. Il-ktieb tal-ordnijiet f’Awwissu 2007 kien jinkludi 30 bastiment tal-valur totali ta’ 1 134 miljun EUR. SSN hija kklassifikata fit-32 post fid-dinja u fis-6 post fl-Ewropa fit-termini tad-daqs tal-ktieb tal-ordnijiet tagħha. |
|
(50) |
Il-klijenti ewlenin tagħha huma allokati fil-Ġermanja, fl-Olanda, fir-Russja u fl-Italja. Il-kompetituri ewlenin tagħha fl-Ewropa huma t-tarzni Spanjoli, Ġermaniżi u Kroati. |
|
(51) |
Preżentament 80 % ta’ SSN tappartjeni lil Korporacja Polskie Stocznie S.A. (Korporazzjoni tat-Tarzni Pollakki S.A., minn issa ’l quddiem imsejħa “KPS”) u 18 % tappartjeni lil ARP. 2 % mill-ishma jappartjenu lit-Teżor tal-Istat. ARP hija kumpanija limitata stabbilita mil-liġi u li tappartjeni totalment lit-Teżor tal-Istat. ARP twettaq attivitajiet mogħtija lilha mil-liġi, inkluż il-parteċipazzjoni fi proċessi ta’ ristrutturar tal-proprjetà f’intrapriżi li jappartjenu lill-istat, il-ġestjoni ta’ assi tat-Teżor tal-Istat u ishma f’isem l-istituzzjonijiet tal-istat u l-provvediment ta’ self u garanziji għar-ristrutturar ta’ intrapriżi pubbliċi. KPS tappartjeni 100 % lil ARP u kienet maħluqa sabiex tipprovdi finanzjament għal kumpaniji ta’ bini ta’ bastimenti fil-Polonja. |
|
(52) |
SSN hija attiva fil-produzzjoni ta’ bastimenti, inkluż bastimenti tal-kontejners, tankers tal-kimika, bastimenti ta’ ro-ro u bastimenti ta’ diversi għanijiet. 1 % tan-negozju tal-kumpanija huwa fil-produzzjoni ta’ strutturi tal-metall u diversi servizzi relatati mal-bini tal-bastimenti. |
|
(53) |
Il-faċilitajiet ta’ produzzjoni ewlenin tal-SSN huma tliet skali: Wulkan Nowy, Odra Nowa u Wulkan 1. |
|
(54) |
Immedjatament wara l-ħolqien tagħha fl-2002, SSN bdiet twettaq attivitajiet ta’ ristrutturar. Hija fasslet il-pjan ta’ ristrutturar tal-2003, li l-ewwel kien approvat mill-azzjonisti tagħha fid-19 ta’ Diċembru 2002 u wara modifikat f’Ottubru 2003. Il-fatturi li ġejjin kienu identifikati bħala r-raġunijiet ewlenin għall-falliment tal-bennej tal-bastimenti preċedenti f’Szczecin: problemi teknoloġiċi, żbalji fid-disinn, produttività baxxa, spejjeż għoljin u fatturi esterni bħar-rata ta’ skambju għolja tal-zloty Pollakka u l-kompetizzjoni Ażjatika. Minħabba dawn il-problemi s-swieq finanzjarji ma xtaqux jiffinanzjaw il-bini tal-bastimenti, u dan wassal għal dewmien fil-konsenji u għalhekk f’akkumulazzjoni tal-penali u d-djun. |
|
(55) |
L-għan tal-istrateġija ta’ ristrutturar kien li tikseb profitabbiltà permanenti billi tiffoka fuq is-suq tal-bastimenti tal-kontejners u ssir produttur importanti tat-tankers tal-kimika, bastimenti ta’ ro-ro u con-ro u bastimenti ta’ diversi għanijiet. Il-pjan ta’ ristrutturar kien jinkludi wkoll il-possibiltà li jinstab investitur strateġiku. Kien neċessarju li jinbidel il-pjan ta’ ristrutturar oriġinali fl-2003 minħabba d-diffikultajiet finanzjarji tal-kumpaniji ta’ kooperazzjoni, l-impjegati u l-attivitajiet assoċjati mill-qrib mal-SSN. |
|
(56) |
Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ SSN gradwament iddeterjorat b’mod sinifikanti. Tabella 1 Il-produzzjoni ta’ SSN
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
Il-fatturi esterni li jikkontribwixxu għas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli kienu jinkludu d-diprezzament tad-dollaru (il-munita tad-dħul tat-tarzna) u l-apprezzament tal-zloty (il-munita tal-ispejjeż), żieda fil-prezzijiet tal-azzar u diffikultà fil-kisba ta’ finanzjament għall-bastiment wara l-falliment ta’ SSPH. Fir-rigward ta’ raġunijiet interni għad-diffikultajiet tat-tarzna, kien rikonoxxut li l-faċilitajiet kienu f’kundizzjoni fqira u kienu jeħtieġu aġġornament sinifikanti. Mill-2006 it-tarzna affaċċjat problemi serji ta’ impjegati: rata għolja ta’ assenzi, rotazzjoni tal-impjegati u ħruġ ta’ ħaddiema kwalifikati lejn tarzni oħra, b’mod partikolari fil-Ġermanja u n-Norveġja, fejn il-pagi offruti kienu ogħla b’mod sinifikanti. |
2.2 DEĊIŻJONI LI TINBEDA PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT KE
|
(58) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Kummissjoni inizjalment sabiex li uħud mill-miżuri notifikati lilha kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida skont il-punt 3 tal-Anness IV tat-Trattat tal-Adeżjoni peress li ma kinux mogħtija fil-ħin ta’ adeżjoni. Il-Kummissjoni niżlet dawn il-miżuri fil-Parti B tal-Anness ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li numru ta’ miżuri, msemmija fil-parti A tal-Anness tad-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, kienu mogħtija lil SSN qabel l-1 ta’ Mejju 2004 u ma kinux applikabbli wara l-adeżjoni skont it-tifsira tal-punt 3 tal-Anness IV tat-Trattat ta’ Adeżjoni, u għalhekk m’għandhomx ikunu eżamintati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE. Dawk il-miżuri għalhekk mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. Minkejja dan, għandhom ikunu kkunsidrati fl-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà mas-suq komuni tal-miżuri mogħtija wara l-adeżjoni. |
|
(60) |
Essenzjalment, fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-parti B tal-Anness għad-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni argumentat li deċiżjoni legalment vinkolanti fuq dawn il-miżuri ma kinitx meħuda qabel l-adeżjoni, għalkemm irrikonoxxiet li kienu meħuda xi passi preliminari lejn dik id-deċiżjoni. |
|
(61) |
L-ewwel waħda minn dawn il-miżuri hija injezzjoni tal-kapital minn ARP. Il-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 ipprovda għal injezzjoni tal-kapital ta’ PLN 241 752 900 iżda parti biss minn din l-injezzjoni tal-kapital (PLN 180 miljun) kienet implimentata qabel l-adeżjoni. ARP, madankollu, ma kinitx kapaċi timplimenti ż-żieda intiera tal-kapital ta’ PLN 241 752 900 minħabba raġunijiet tal-baġit. Skont il-Polonja, id-deċiżjoni li timplimenta ż-żieda tal-kapital li jibqa’ (PLN 61 752 652) kienet meħuda fil-21 ta’ Diċembru 2004. |
|
(62) |
It-tieni u t-tielet miżuri ta’ għajnuna huma garanziji ta’ prestazzjoni provduti minn ARP (kull waħda tikkorrispondi għal għajnuna ta’ PLN 1 935 000). Dawn il-garanziji jirrigwardaw bastimenti kuntrattati fl-2002. Il-garanziji għall-bastimenti sussegwenti kellhom ikunu maħruġa mal-kunsinna tal-bastimenti preċedenti. Għalhekk il-garanziji għall-bastimenti 7 u 8 kellhom ikunu mogħtija meta l-bastimenti 4 u 5 kienu kkonsenjati (fl-2005). |
|
(63) |
L-aħħar sett ta’ miżuri li, skont l-informazzjoni disponibbli, ma kinux mogħtija wabel l-adeżjoni, huma miżuri mogħtija lil SSN mill-Belt ta’ Szczecin fil-forma ta’ tneħħija mill-kontijiet tal-kontabbiltà u differimenti tal-ħlas tat-taxxa fuq il-proprjetà. B’kollox dawn il-miżuri jirrappreżentaw PLN 12,5 miljun. Dawn il-miżuri, skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Pollakki (5), sal-lum ma kinux mogħtija lit-tarzna. |
|
(64) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-investigazzjoni formali minħabba d-dubji li ġejjin dwar il-kumpatibbiltà tal-għajnuna ta’ ristrutturar mas-suq intern. |
|
(65) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kellha dubji rigward l-eliġibbiltà ta’ SSN li tirċievi għajnuna ta’ ristrutturar. Deher li l-kumpanija kienet maħluqa biex twettaq l-attivitajiet tal-predeċessur fallut tagħha, mingħajn, madankollu tħallas id-djun tiegħu. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li SSN kienet kumpanija ġdida skont it-tifsira tal-linji gwida applikabbli tal-Komunità. |
|
(66) |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-attivitajiet ta’ ristrutturar (diġà mwettqa u kontinwi) kinux iwasslu għal-viabbiltà fit-tul ta’ SSN. Ir-ristrutturar mwettqa mit-tarzna kienet tikkonċerna prinċipalment it-tnaqqis tad-djun u t-titjib tal-likwidità sabiex tippermetti li titkompla l-produzzjoni. L-ispejjeż allegati ta’ attivitajiet ġenwini ta’ ristrutturar kienu jinkludu l-ispejjeż tax-xiri tal-mezzi ta’ produzzjoni mir-riċevitur fil-falliment ta’ SSPH u SS. Il-Kummissjoni nnutat li anke fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar l-livell ippjanat ta’ produttività jibqa’ relattivament baxx meta kkumparat ma’ dak ta’ tarzni kompetituri Ewropej. |
|
(67) |
Fit-tielet lok, skont l-informazzjoni disponibbli, l-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-miżuri kumpensatorji approprjati kinux adottati jew le, peress li fil-fatt ebda tnaqqis ġenwin tal-kapaċità tal-produzzjoni ma kien implimentat fit-tarzna. |
|
(68) |
Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk xi uħud mill-ispejjeż allegati ta’ ristrutturar, bħall-ispejjeż tax-xiri ta’ assi ta’ produzzjoni m’għandhomx ikunu kkunsidrati eliġibbli bħala ġenwinament relatati mar-ristrutturar. |
|
(69) |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess fil-pjan ta’ ristrutturar, kemm mir-riżorsi tiegħu jew minn finanzjament barra mit-termini tas-suq, kinitx sinifikaneti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk l-użu tal-profitt kumulattiv kienx jikkostitwixxi kontribuzzjoni tiegħu stess. Barra minn hekk, il-Kummissjoni innotat li 78 % tal-kontribuzzjoni allegata kienet magħmula minn ħlas minn quddiem mill-proprjetarji tal-bastimenti, garantita minn KUKE, l-aġenzija Pollakka għall-kreditu tal-esportazzjoni. Peress li SSN kienet kumpanija f’diffikultajiet finanzjarji, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-premjums tal-garanzija imposti b’mod xieraq jirriflettux ir-riskju involut, jekk il-kollaterali meħtieġ minn KUKE kienx suffiċjenti, u, għalhekk, jekk il-kontribuzzjoni proposta tiegħu stess kinitx ħielsa minn għajnuna mill-istat. |
2.3 KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
2.3.1 KUMMENTI MILL-POLONJA
|
(70) |
Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni. Il-benefiċjarju ma ppreżentax argumenti separati iżda approva s-sottomissjoni tal-Gvern Pollakk. |
|
(71) |
L-awtoritajiet Pollakki qajmu diversi kwistjonijiet. Il-kwistjoni ewlenija kkontestata dwar jekk ċertu miżuri ta’ għajnuna daħlux fis-seħħ qabel l-adeżjoni tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri qabel l-1 ta’ Mejju 2004, u kinux applikabbli wara l-adeżjoni. Dawn il-miżuri ma jistgħux ikunu eżaminati mill-Kummissjoni; dawk il-miżuri biss li ma kinux mogħtija qabel l-adeżjoni huma evalwati mill-Kummissjoni bħala għajnuna notifikata jew bħala għajnuna illegali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE. |
|
(72) |
L-awtoritajiet Pollakki kkontestaw s-sejba tal-Kummissjoni li l-miżuri ppreżentati fil-parti B tal-Anness tad-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali kinitx tikkostitwixxi għajnuna ġdida. L-awtoritajiet Pollakki argumentaw li l-miżuri kollha inklużi f’dik it-tabella kienu mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Polonja u għalhekk ebda għajnuna ġdida ma kienet ippjanata jew mogħtija lil SSN. |
Injezzjoni tal-kapital (parti B tal-Anness għad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, miżura 61)
|
(73) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Pollakki argumentaw li SSN kellha aspettativi leġittimi li l-għajnuna prevista fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 kienet kumpatibbli mal-liġi tal-għajnuna mill-istat. L-awtoritajiet Pollakki rreferew b’mod partikolari għal żewġ dokumenti: “Is-sitwazzjoni tal-industrija Pollakka tal-bini tal-bastimenti, azzjonijiet rakkomandati u appoġġ għal dan is-settur” (adottati mill-Kunsill tal-Ministri fis-16 ta’ Lulju 2002) u “Strateġija ta’ nofs it-terminu ta’ garanziji mit-Teżor tal-Istat sal-2010” (adottata mill-Kunsill tal-Ministri fl-10 ta’ Ġunju 2003). L-awtoritajiet Pollakki argumentaw li dawn u azzjonijiet simili mill-awtoritajiet ċentrali, reġjonali u muniċipali kienu parti minn programm wiesa’ sabiex tkun salvata l-industrija tal-bini tal-bastimenti. |
|
(74) |
Fit-tieni lok, l-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li l-Kummissjoni, permezz tar-rekwiżit tal-adozzjoni ta’ “att legalment vinkolanti”, kienet qed tapplika l-kriterji tal-liġi KE għal avvenimenti u liġi nazzjonali qabel l-adeżjoni. Il-Polonja ddikjarat li leġiżlazzjoni Pollakka ta’ għajnuna mill-istat kienet applikat qabel l-adeżjoni u li din il-leġiżlazzjoni “ma pprovdietx għal deċiżjoni formali li tagħti l-għajnuna indirizzata lejn il-benefiċjarju fi kwalunkwe punt tal-proċedura.” Kull ma kienet teħtieġ il-leġiżlazzjoni Pollakka kienet l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u li l-miżuri tal-għajnuna inklużi fiha mill-President tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, li fil-fatt kienet mogħtija. L-awtoritajiet Pollakki argumentaw li “mhuwiex ikkontestat li kull miżura inkluża fil-pjan ta’ ristrutturar finalment approvat kienet miftiehma bejn SSN u l-awtorità relevanti li tagħti l-għajnuna.” Barra minn hekk, il-Polonja ssottomettiet li d-dispożizzjonijiet tal-liġi KE ma kinux applikabbli għal avvenimenti li seħħew qabel l-adeżjoni tal-Polonja u li l-kawża Fleuren (6), li l-Kummissjoni rreferiet għaliha fid-deċiżjoni tagħha ta’ bidu tal-investigazzjoni formali, kienet fundamentalment differenti minn dan il-każ. |
|
(75) |
Fit-tielet lok, kien argumentat li l-approvazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar mill-Bord Superviżorju ta’ SSN għandu jkun ikkunsidrat bħala avveniment ta’ għoti ta’ għajnuna. B’risposta għad-dubji tal-Kummissjoni rigward jekk il-Bord Superviżorju kienx l-entità intitolata li tadotta deċiżjonijiet b’riperkussjonijiet finanzjarji vinkolanti fuq l-azzjonisti, il-Polonja ssottomettiet li l-Bord tas-Sorveljanza kien jirrappreżenta l-interessi tal-azzjonisti għax kien maħtur minnhom. Il-membri tal-Bord tas-Sorveljanza aġixxa fuq struzzjonijiet mill-azzjonisti (ARP u t-Teżor tal-Istat) u l-atti tagħhom kienu jikkostitwixxu impenn tal-ARP u tat-Teżor tal-Istat sabiex jagħtu l-għajnuna. |
|
(76) |
Fir-raba’ lok, il-Polonja argumentat li l-approvazzjoni tal-pjan tar-ristrutturar tal-2003 mit-tim tal-ARP għall-industrija tal-bini tal-bastimenti kienet irrinforzat l-aspettativi leġittimi tat-tarzna għax il-membri ta’ dan it-tim kienu kollha rappreżentanti tal-ARP fuq il-Bord tas-Sorveljanza. Il-Polonja kkonfermat ukoll li d-deċiżjonijiet reali kienu meħuda mill-Bord tas-Sorveljanza u l-laqgħa tal-azzjonisti tal-ARP. |
|
(77) |
Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li l-għajnuna kienet mogħtija qabel l-adeżjoni għax l-esponiment tal-Istat kien speċifikat fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 u għalhekk kien magħruf qabel l-adeżjoni. |
Garanziji (parti B tal-Anness għad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, miżuri 62 u 63)
|
(78) |
L-awtoritajiet Pollakki rreferew għas-sistema ta’ tiġdid, skont liema garanzija ġdida hija estiża meta garanzija preċedenti tiskadi, u argumentaw li din is-sistema, u għalhekk il-garanziji kollha koperti minnha, kienu approvati mill-Bord tas-Sorveljanza bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2003. Huma kkwotaw il-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ jekk garanzija tkunx applikabbli wara l-adeżjoni u kkunsideraw dawn il-kriterji bħala deċiżivi fid-deteminazzjoni ta’ jekk għajnuna hix mogħtija jew le. |
|
(79) |
L-awtoritajiet Pollatti ma għamlux reazzjoni għall-argument tal-Kummissjoni li ARP ma kinitx ħadet l-istess passi proċedurali fil-każ taż-żewġ garanziji kkontestati kif kienet għamlet fil-każ ta’ garanziji mogħtija preċedentement. L-awtoritajiet Pollakki ma kkontestaw l-ftehim tal-Kummissjoni li l-kuntratti tal-bini tal-bastimenti konklużi fl-2002 kienu jinkludi klawżola li tippermetti lix-xerrej biex jittermina l-kuntratt unilateralment jekk it-tarzna ma kinitx tipprovdi garanzija ta’ prestazzjoni sa ċertu skadenza ta’ żmien. |
Tneħħija mill-kontijiet ta’ kontabbiltà u differiment tat-taxxi (parti B tal-Anness tad-deċiżjoni tal-bidui tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, miżuri 64-68)
|
(80) |
Il-Polonja argumentat li l-esponiment preċiż ekonomiku tal-Istat għal dawn il-miżuri kien magħruf qabel l-adeżjoni. Hija kkonfermat li l-awtorittà li tagħti l-għajnuna ma setgħatx toħroġ deċiżjoni finali dwar diferiment u tneħħija mill-kontijiet ta’ kontabbiltà ex ante. |
Eliġibbiltà
|
(81) |
B’risposta għad-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk it-tarzna, bħala kumpanija maħluqa wara l-falliment tal-kumpanija preċedenti li kienet topera attivitajiet ta’ bini ta’ bastimenti f’Szczecin, kinitx eliġibbli għal għajuna ta’ ristrutturar, il-Polonja ssottomettiet li l-benefiċjarju tal-għajnuna kien jeżisti taħt isem ieħor (ASS) qabel il-falliment tal-entità preċedenti, u kien involut fil-bini tal-bastimenti. |
Aspetti oħra tad-deċiżjoni
|
(82) |
L-awtoritajiet Pollakki pprovdew ukoll kummenti dwar aspetti oħra tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Polonja ssottomettiet li r-ristrutturar ta’ SSN kellha impatt fuq ħafna oqsma tal-attività tagħha u kienet immirata sostanzjalment lejn it-titjib tal-effiċjenza tat-tarzna. It-tarzna kienet adottat strateġija iktar iffokata, implimentat ristrutturar tal-impjieg, tejbet il-produttività, introduċiet sistema ta’ ġestjoni iktar effettiva u tejbet is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Kienet qed tistenna profitti fl-2005. |
|
(83) |
Il-Polonja ssottomettiet ukoll li miżuri kumpensatorji adegwati kienu implimentati mit-tarzna peress li SSN kienet kisbet parti biss mill-art u l-istrutturi li kienu preċedentement il-proprjetà ta’ SSPH, u dawn kienu direttament konnessi mal-kapaċità ta’ bini tal-bastimenti tat-tarzna. |
|
(84) |
L-awtoritajiet Pollakki argumentaw li l-kontribuzzjoni proposta tagħhom stess kienet biżżejjed. B’mod partikolari, il-profitti futuri li bihom it-tarzna kellha l-intezjoni li tiffinanzja parti mill-ispejjeż tar-ristrutturar ma setgħux ikunu kkunsidrati bħala riżorsi tal-istat u għalhekk kienu jikkostitwixxu kontribuzzjoni tagħhom stess. L-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li l-ħlas minn quddiem garanti mill-aġenzija ta’ assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjonijiet Pollakka KUKE, li ffinanzjat l-operazzjoni tat-tarzna, għandu jkun ikkunsidrat ukoll bħala kontribuzzjoni tagħha stess. Il-Polonja ddeskriviet il-kundizzjonijiet skont liema KUKE ħarġet dawn il-garanziji (il-premjums u t-tip ta’ kollaterali meħtieġa) u enfasizzat li KUKE ma kellhiex tħallas lill-proprjetarji tal-bastimenti skont il-garanziji provduti. |
|
(85) |
L-awtoritajiet Pollakki nnotaw li l-adozzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar kienet tejbet il-pożizzjoni finanzjarja tat-tarzna u bħala riżultat kienet kapaċi turi l-vijabbiltà tagħha. |
2.3.2 KUMMENTI MINN PARTIJIET OĦRA INTERESSATI
|
(86) |
L-assoċjazzjoni ta’ min iħaddem Pollakka tal-bini tal-bastimenti Forum Okrętowe spjegat ir-raġunijiet għad-diffikultajiet tat-tarzna u ddikjarat li fl-opinjoni tagħha it-tarzna kienet għadha fis-seħħ biss minħabba l-implimentazzjoni ta’ suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar u l-għajnuna mill-istat irċevuta għar-ristrutturar. |
|
(87) |
Il-fornitur tat-tarzna ta’ krejnijiet ta’ fuq il-gverta u tagħmir ta’ ankri u ta’ irmiġġ, Towimor S.A., iddikjara li t-tarzna kienet reġgħat stabbiliet il-kapaċitajiet tagħha tal-bini tal-bastimenti u ssorpassat il-kriżijiet tal-2002-2004 biss għax ARP kienet ikkmandat fil-proċess tar-ristrutturar. Il-kumpanija enfasizzat li l-pjan ta’ ristrutturar kien qed ikunu implimentat b’suċċess u t-titjib miksub kien ta’ natura permanenti. |
|
(88) |
Lubmor Sp. z o.o., fornitur ta’ tagħmir intern għall-bastimenti, enfasizza l-importanza tal-eżistenza ta’ SSN għalih u għal kumpaniji oħra li jikkooperaw mat-tarzna. |
|
(89) |
Fornitur ieħor, H. Cegielski, li jipprovdi prinċipalment magni marittimi, enfasizza li r-ristrutturar ta’ suċċess tal-SSN kienet salvat is-settur kollu tal-bini tal-bastimenti fl-2002-2004 u t-titjib sistematiku tar-riżultati finanzjarji tat-tarzna kienu jindikaw li l-miżuri ta’ ristrutturar kienu qed iwasslu għal titjib fit-tul. |
|
(90) |
Bevrachtingskantoor B.V. ta’ Spliethoff, klijent ta’ SSN, enfasizza l-għarfien estensiv tat-tarzna f’diversi partijiet tal-bini tal-bastimenti u l-kwalità tal-bastimenti li kienet bniet. Il-proprjetarju tal-bastiment indika li SSN kienet bniet tmien bastimenti għal diversi għanijiet għalih b’rekwiżiti tekniċi u standards ta’ kwalità għoljin. Il-proprjetarju tal-bastiment esprima t-tama li l-Kummissjoni tapprova l-għajnuna mogħtija lit-tarzna. Klijenti oħra tat-tarzna, Peter Dohle Schiffahrts–KG u Odfjell, esprimew opinjonijiet simili. |
|
(91) |
It-trejd unjin Solidarność enfasizzat l-importanza tat-tarzna għall-impjiegi u s-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun kollu. Hija esprimiet it-tama li l-Kummissjoni tispiċċa l-investigazzjoni immedjatament u tapprova l-għajnuna rċevuta mit-tarzna. |
|
(92) |
Is-Sindku ta’ Szczecin enfasizza l-importanza tal-eżistenza tat-tarzna għar-reġjun u nnota li minkejja ċertu dewmien ir-ristrutturar li kienet implimentata kienet ipproduċiet ir-riżultati mistennija u t-tarzna kienet kapaċi tikkompeti fis-suq fit-tul. |
|
(93) |
Business Club Szczecin, assoċjazzjoni ta’ min iħaddem għall-iżvilupp ta’ Szczecin u Pomerania tal-Punent, esprima l-appoġġ tiegħu għar-ristrutturar ta’ SSN. Huwa ddeskriva d-diffikultajiet li jaffaċċja r-reġjun wara l-falliment ta’ SSPH fl-2002 u ddikjara li l-appoġġ tal-awtoritajiet Pollakki għat-tarzna kien għamilha impossibbli li wieħed jissupera il-kriżi. |
2.4 ŻVILUPPI WARA D-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIBDA L-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(94) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni u l-avvenimenti rilevanti huma mqassra hawnt taħt. |
|
(95) |
B’risposta għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, fil-ħarifa tal-2005 l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew żewġ espetti ta’ argument: minn naħa waħda kkontestaw il-kompetenza tal-Kummissjoni li taġixxi fir-rigward tal-miżuri identifikati bħala għajnuna ġdida fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra argumentaw li anke jekk dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, kienu kumpatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ ristrutturar. |
|
(96) |
B’appoġġ mal-argumenti li l-għajnuna kienet kumpatibbli, l-Polonja ssottomettiet l-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni studjat il-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 u fittxet l-assistenza ta’ konsulent estern. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 ma kien iwettaq ebda waħda mill-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-għajnuna ta’ ristrutturar stabbiliti fil-linji gwida applikabbli. |
|
(97) |
F’Diċembru 2005 il-Kummissjoni saret taf minn sorsi pubbliċi (7) li KPS, grupp kapitali taħt proprjetà pubblika, kien maħluq bl-għan li jintegra it-tliet tarzni Pollakki prinċipali f’Gdynia, Gdansk u Szczecin taħt umbrella waħda (minn issa ’l quddiem “il-pjan ta’ konsolidazzjoni”). Ir-rwol ewlieni ta’ KPS kien li tipprovdi finanzjament għall-produzzjoni tat-tarzna. Il-Polonja ma kinitx infurmat lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ konsolidazzjoni f’xi stadju tal-proċedura, kemm qabel jew wara d-deċiżjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(98) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, fil-bidu tal-2006 l-awtoritajiet Pollakki spjegaw li l-pjan ta’ konsolidazzjoni kien filfatt ikkunsidrat preċedentement iżda kien abbandunat u strateġija ġdida għar-ristrutturazzzjoni tas-settur Pollakk tal-bini tal-bastimenti għandha tkun adottata dalwaqt. Il-Polonja kkjarifikat li r-rwol tal-KPS kienet li tipprovdi finanzjament operazzjonali għat-tarzni Pollakki, prinċipalment fil-forma ta’ self għal żmien qasir. |
|
(99) |
F’laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-persunal tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li, fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha, ma kinitx kapaċi tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 kien biżżejjed biex jistabbilixxi mill-ġdid l-vijabbiltà fit-tul tat-tarzna. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 kien pjan ta’ bidu, li prinċipalment kien jindirizza l-miżuri finanzjarji neċessarji sabiex titkompla mill-ġdid l-operazzjoni wara l-falliment ta’ SSPH, pjuttost milli pjan ta’ ristrutturar li kien jiggarantixxi l-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà fit-tul. B’mod partikolari, l-investimenti previsti ma kinux suffiċjenti minħabba l-kundizzjoni baxxa tat-tagħmit u installazzjonijiet tat-tarzna. L-awtoritajiet Pollakki u t-tarzna sostnew li t-tarzna kienet diġà stabbiliet vijabbiltà mill-ġdid. Minkejja dan, il-Polonja rrikonoxxiet li t-tarzna realment kellha bżonn investiment sostanzjali ta’ modernizzazzjoni ta’ mill-inqas PLN 200 miljun u għalhekk għandha tkun mibjugħa lil investitur privat fl-2008-2009. Fil-laqgħa, l-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li pjan ġdid ta’ ristrutturar jew verżjoni riveduta tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 kellu jkun sottomess lill-Kummissjoni. |
|
(100) |
Wara l-laqgħa l-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħħom (8) li jissottometu pjan ta’ ristrutturar emendat għall-SSN lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Mejju 2006. |
|
(101) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2006 il-Kummissjoni rċeviet l-ewwl abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar intitolat “Pjan ta’ żvilupp għal Stocznia Szczecińska Nowa Sp. z o.o. għall-2006-2011” imħejji bl-assistenza tal-kumpanija ta’ konsulenza Deloitte Advisory. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni esprimiet tħassib qawwi fir-rigward ta’ żjara fuq il-post fit-13 ta’ Ġunju 2006 u bil-mitkub fis-17 ta’ Lulju 2006, billi indikat li l-ewwel abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar ma kienx jidher li hu wiesa’ biżżejjed biex jiżgura li t-tarzna tirkupra vijabbiltà fit-tul. Il-Kummissjoni enfasizzat li parti sinifikanti mir-ristrutturar kellha tkun iffinanzjata mir-riżorsi tagħha ħielsa minn għajnuna mill-istat, li ma kienx previst fl-abbozz tal-pjan sottomess, u li miżuri kumpensatorji rilevanti kellhom ikunu implimentati. Filwaqt li tinnota d-dipendenza kontinwa fuq garanziji provduti minn KUKE, aġenzija governattiva, il-Kummissjoni wissiet lit-tarzna u lill-awtoritajiet Pollakki li dawn il-garanziji kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-Polonja biex tirrevedi l-abbozz tal-pjan ta’ ristrutturar u tissottometti verżjoni kompluta tal-pjan sal-aħħar ta’ Awwissu 2006. |
|
(103) |
Minkejja dawn it-twissijiet, il-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 eventwalment sottomess mill-Polonja f’Settembru 2006, xahrejn tard, ma kienx differenti sostanzjalment mill-ewwel abbozz. Il-kritiki ewlenin tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 huma deskritti hawn taħt. |
|
(104) |
F’Settembru 2006 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li fil-31 ta’ Awwissu 2006 l-Assemblea Ġenerali ta’ SSN kienet iddeċidiet li żżid il-kapital tat-tarzna b’ PLN 95 miljun u tipprepara sal-15 ta’ Ottubru 2006 offerti għal investituri potenzjali interessati li jakkwistaw l-ishma maħruġa riċentament. Sal-31 ta’ Diċembru 2006 żewġ kumpaniji biss kienu esprimew interess li jakkwistaw ishma f’SSN: kumpanija Pollakka tan-negozju tal-azzar, Złomrex, u ISD Polska, sussidjarja tal-produttur tal-azzar mill-Ukranja Donbas. |
|
(105) |
F’laqgħa fis-7 ta’ Diċembru 2006 (u bil-mitkub permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Jannar 2007), il-Kummissjoni spjegat lill-awtoritajiet Pollakki li l-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 ma kien iwettaq ebda waħda mill-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturar skont il-linji gwida applikabbli. Fil-laqgħa l-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħhom li jipprivatizzaw it-tarzna sabiex itejbu l-prospetti tal-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà u jiżguraw kontribuzzjoni suffiċjenti tagħhom stess għar-ristrutturar. L-awtoritajiet Pollakki imbagħad ikkonfermaw l-impenn li jipprivatizzaw it-tarzna sat-30 ta’ Ġunju 2007 permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Jannar 2007. Filwaqt li d-dokumenti ta’ privatizzazzjoni kienu qed ikunu mħejjija, il-Polonja talbet lill-Kummissjoni biex tindika liema miżuri kumpensatorji kkunsidrat neċessarji għall-SSN sabiex investituri potenzjali jistgħu jkunu infurmati kif xieraq. |
|
(106) |
Wara ftehim bejn il-Kummissarju Neelie Kroes u l-Ministru Piotr Wozniak ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni kienet involuta f’dibattitu intensiv mal-awtoritjiet Pollakki u SSN sabiex tiddetermina l-miżuri kumpensatorji neċessarji. Il-Polonja ssottomettiet proposta għal miżuri kumpensatorji f’SSN u impenjat ruħha li tagħlaq skala Wulkan 1 ladarba l-kuntratti tal-bini tal-bastimenti diġà ffirmati kienu implimentati, jiġifieri f’Marzu 2010. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni talbet ammont ta’ data minn SSN. Eventwalment, il-persunal tal-Kummissjoni informa lill-Polonja permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Lulju 2007 li huma kkunsidraw provviżorjament l-għeluq tal-iskala Wulkan 1 bħala miżura kumensatorja suffiċjenti, sakemm il-faċilità jkun diżabilitata b’mod irriversibbli għall-finijiet tal-bini u t-tnedija tal-vapur u li l-għeluq kien implimentat sal-1 ta’ Ġunju 2009, jew qabel jekk il-kostruzzjoni tal-587-IV/09, l-aħħar wieħed mill-bastimenti skedati għall-bini fuq dik l-iskala, kienet lesta qabel. Barra minn hekk, fl-2009 l-iskala Wulkan 1 tista’ tkun użata biss għall-bini tal-587-IV/09. Il-bażi għal din il-konklużjoni tal-Kummissjoni hija deskritta hawn taħt. L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw it-tnaqqis tal-kapaċità kif deskritt fl-ittra tal-Kummissjoni. |
|
(108) |
Fi Frar tal-2007 l-amministratur tat-tarzna bagħar inviti għax-xiri tal-maġġoranza tal-ishma tiegħu f’SSN lil 57 investituri potenzjali. Dak iż-żmien it-tarzna kienet diġà ilha tinnegozja għal diversi xhur ma’ Zlomrex, iżda fl-aħħar ma kienet meħudha ebda deċiżjoni. |
|
(109) |
Sforz ġdid għal privatizzazzjoni beda fil-ħarifa tal-2007. Il-Kummissjoni kienet ikkonsultata dwar abbozz ta’ Memorandum ta’ Informazzjoni f’Awwissu u f’Settembru 2007. F’Settembru il-konsulemt tal-privatizzzazzjoni ta’ KPS u ARP ħareġ stediniet għas-sottomissjoni ta’ offerti lil 221 investitur potenzjali. |
|
(110) |
Sitt investituri potenzjali urew interess li jakkwistaw ishma fit-tarzna u talbu kopja tal-Memorandu ta’ Informazzjoni tagħha. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti minn investituri potenzjali kienet ġiet posposta diversi drabi. |
|
(111) |
Meta nnutat dewmien fil-proċess ta’ privatizzazzjoni, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Polonja permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Ottubru 2007 biex tlestiha mingħajr dewmien. Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Ottubru 2007 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni mhux se tkun lesta kif ippjanat sal-aħħar tal-2007. Minnflok il-Polonja impenjat ruħha li tibda negozjati ma’ intestituri magħrufa f’Jannar tal-2008. Il-Kummissjoni reġgħet uriet it-tħassib tagħha dwar id-dewmien permezz ta’ ittra tat- 30 ta’ Novembru 2007 u speċifikat li hija stenniet lill-proprjetarju l-ġdid ta’ SSN biex jissottomettu l-ewwel abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturar ġdid sal-aħħar ta’ Frar 2008. Din it-talba kienet imbagħad ripetuta mill-Kummissjoni f’ħafna okkażjonijiet. Il-Kummissjoni ripetutament insistiet fuq konformità stretta mal-iskeda ta’ privatizzazzjoni. |
|
(112) |
Wara t-twettiq ta’ proċess ta’ diliġenza dovuta, fl-20 ta’ Diċembru 2007 Amber, l-uniku investitur potenzjali interessat li jakkwista SSN, ssottometta offerta vinkolanti kondizzjonali, li kienet evalwata mill-konsulent ta’ privatizzazzjoni ta’ KPS u ARP. |
|
(113) |
Mill-20 ta’ Marzu 2008 Amber kienet mogħtija drittijiet esklussivi ta’ negozjazzjoni, li imbagħad kienu estiżi diversi drabi u fl-aħħar skadew fit-12 ta’ Mejju 2008. |
|
(114) |
Fid-29 ta’ Frar 2008 il-Polonja bagħtet lill-Kummissjoni l-ewwel aboozz tal-pjan ta’ ristrutturar għal SSN imħejji minn Amber (9). Amber issottomettiet projezzjonijiet finanzjarji aġġornati permezz ta’ e-mail tad-9 ta’ April 2008. Il-Kummissjoni pprovdiet kummenti orali dwar dan l-abbozz f’laqgħa f’Varsavja fl-10 ta’ April 2008 bejn il-persunal tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki, it-tarzna u Amber, u bagħtet kummenti bil-miktub f’ittra tal-21 ta’ April 2008. |
|
(115) |
F’laqgħa mal-awtoritajiet Pollakki fit-12 ta’ Mejju 2008, Amber iddikjarat li kienet se tirtira mill-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ SSN. Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni dwar dan l-iżvilupp fl-istess ġurnata. Fl-ispjegazzjoni tagħha lit-Teżor tal-Istat, Amber spjegat li r-raġuni ewlenija għall-irtirar tagħha kien il-fatt li wara investigazzjoni fil-fond tad-diliġenza dovuta tas-sitwazzjoni tat-tarzna kienet ikkonkludiet li t-tarzna ma kinitx se ssir profitabbli anke wara l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar, inkluż investiment sinifikamenti. Peress li Amber kienet l-unika waħda li għamlet offerta, l-irtirar tagħha fissret li l-proċess ta’ privatizzazzjoni mnedi fl-2007 kien spiċċa. |
|
(116) |
Fis-26 ta’ Mejju 2008 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-proċess ta’ privatizzazzjoni kien imnedi mill-ġdid. F’rapporti sussegwenti ta’ kuljum, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħudha mill-awtoritajiet Pollakki biex isibu xerrej għal SSN. Il-Polonja bagħtet lill-Kummissjoni diversi ittri li fihom investituri potenzjali talbu biex ikunu infurmati dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni kontinwu u biex jintbagħtilhom il-Memorandum ta’ Informazzjoni meta kien disponibbli. |
|
(117) |
F’laqgħa tat-13 ta’ Ġunju 2008 l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li diversi kumpaniji kellhom l-intenzjoni li jissottomettu pjanijiet ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2008. Il-Kummissjoni sussegwentement iltaqgħet, fuq talba tal-awtoritajiet Pollakki u fil-preżenza tagħhom, ma’ żewġ investituri potenzjali li esprimew interess fix-xiri ta’ SSN: il-kumpanija Norveġiża Ulstein u l-kumpanija Pollakka Mostostal Chojnice. F’dawn il-laqgħat iż-żewġ kumpaniji ppreżentaw l-istrateġiji tagħhom għar-ristrutturar lill-Kummissjoni. |
|
(118) |
Il-Polonja sussegwentement ssottomettiet lill-Kummissjoni abbozz ta’ pjan ta’ ristrutturar mħejji minn Mostostal Chojnice, datat Ġunju 2008 u intitolat “Abbozz tal-programm ta’ ristrutturar għal SSN għall-2008-2018, xogħol fil-progress” (minn issa ’l quddiem “Pjan ta’ Ristrutturar ta’ Ġunju 2008”). Fis-7 ta’ Lulju l-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li Mostostal u Ulstein kienu ffirmaw ittra ta’ intenzjoni għall-kooperazzjoni possibbli jekk Mostostal issir il-proprjetarja ta’ SSN. B’konnessjoni ma’ din l-ittra ta’ intenzjoni, il-Polonja ssottomettiet lill-Kummissjoni pjan ta’ ristrutturar aġġornat imħejji minn Mostostal. |
|
(119) |
Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Lulju 2008 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li l-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ SSN kien qed jitkompla u talbet żmien addizzjonali sabiex l-investituri potenzjali jiffinalizzaw il-pjan ta’ ristrutturar. Il-Polonja impenjat ruħha li tissottometti pjan ta’ ristrutturar komplut għal SSN lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Settembru 2008 bħala l-aħħar żmien. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni qablet mal-iskadenza proposta għall-pjan komplut ta’ ristrutturar. |
|
(121) |
Fit-12 ta’ Settembru 2008 il-Polonja ssottomettiet pjan ta’ ristrutturazzoni finali għat-tarzna intitolat “Programm ta’ ristrutturar għal Stocznia Szczecińska Nowa għall-2008-2012” (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru 2008”). |
|
(122) |
Fit-22 ta’ Settembru Ulstein infurmat lill-Kummissjoni li kienet se tirtira mill-proċess ta’ privatizzazzjoni. F’din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ Settembru 2008 ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn Ulstein u Mostostal m’għadux validu. Minkejj dan, dan il-pjan se jkun deskritt u evalwat hawn taħt, b’mod partikolari peress li Mostostal iddikjarat f’ittra tagħha tat-22 ta’ Settembru li se timplimenta l-pjan waħedha. |
|
(123) |
F’laqgħa tat-30 ta’ Settembru 2008, Mostostal infurmat lill-Kummissjoni li xorta kellha l-intenzjoni li tikkoopera ma’ Ulstein dwar ir-ristrutturar ta’ SSN. Mostostal ippreżentat abbozz ta’ ftehim ma’ Ulstein – mhux iffirmat u lanqas bl-inizjali – li fuq il-bażi tiegħu ż-żewġ kumpaniji kellhom jistabbilixxu relazzjoni preferenzjali ta’ fornitur-klijent. Ulstein kellha tagħmel subkuntratt lit-tarzna ta’ Szczecin tal-produzzjoni tal-bwieq, u iktar tard tlesti bastimenti barra mill-kosta, għall-grupp ta’ Ulstein skont termini tas-suq. Għal darb’ oħra skont termini tas-suq, Ulstein kellha taqsam ukoll l-għarfien u l-esperjenzi tagħha fis-settur tal-bini tal-bastimenti ma’ Mostostal. L-abbozz tal-ftehim ta’ kooperazzjoni l-ġdid ma kienx jipprevedi xi kontribuzzjoni finanzjarja minn Ulstein għall-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru 2008. |
2.5 IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR TA’ SETTEMBRU 2006
|
(124) |
Il-pjan ta’ ristrutturar emendat kopra l-perjodu 2006-2011. Kien imħejji b’kooperazzjoni mal-kumpanija ta’ konsulenza Deloitte u l-għan tiegħu kien li jlesti r-ristrutturar li kienet bdiet fl-2002 fuq il-bażi ta’ pjan sottomess lill-Kummissjoni f’Ottubru 2005, li kien ikkunsidrat mhux suffiċjenti sabiex jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà tal-intrapriża. Skont il-pjan ta’ ristrutturar emendat, it-tarzna kellha tirkupra l-vijabbiltà fit-tul fl-2009. |
Bidla fl-istrateġija
|
(125) |
Wieħed mill-pilastri ewlenin tal-pjan ta’ ristrutturar l-ġdid kien l-orjentazzjoni mill-ġdid ta’ SSN għall-produzzjoni ta’ bastimenti ta’ teknika għolja. Din l-orjentazzjoni mill-ġdid kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: valur miżjud ogħla, tkabbir fil-kompetizzjoni tal-prezz f’partijiet ta’ tekonoloġija iktar baxxa, l-inkapaċità teknika ta’ SSN li tipproduċi bastimenti kbar ta’ kontejners li t-talba għalihom kienet qed tikber preżentament u l-għarfien eżistenti ta’ SSN, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tankers tal-kumika speċjalizzati ħafna dupliċi tal-istainless steel. |
|
(126) |
Filwaqt li l-ktieb tal-ordnijiet kurrenti (għal kunsinna fl-2008-2009) kien magħmul prinċipalment minn bastimenti tal-kontejners (70 %), it-tarzna kienet diġà qed tipproduċi tankers tal-kimika aktar għoljin u bastimenti ta’ con-ro (30 %). Il-pjan kien jassumi li sal-2010 it-tarzna għandha tespandi l-firxa tal-prodotti tagħha fi tliet partijiet tas-suq, jiġifieri tankers tal-kimmija, bastimenti ro-ro (inkluż con-ro u ro-pax) u bastimenti ta’ diversi għanijiet ta’ teknika għolja. |
Ristrutturar industrijali u operazzjonali
|
(127) |
L-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida kellha tkun akkompanjata mill-kampanji tal-marketing u tal-bejgħ kif ukoll tibdil organizzazzjonali u teknoloġiku fit-tarzna. L-ispiża totali tal-investimenti u inizjattivi ppjanati kienet stmata li tkun ta’ PLN 203,9 miljun. L-investimenti u inizjattivi kellhom ikunu implimentati fil-perjodu 2006-2009. |
|
(128) |
Sabiex tkun indirizzata l-problema ta’ assenzi serji u l-ħruġ ta’ ħaddiema kwalifikati, l-pjan kien jinkludi żidiet fil-pagi. Dawn kienu jfissru li l-paga medja fl-2011 tkun 28 % ogħla mill-paga medja fl-2006. |
|
(129) |
Il-pjan ipprovda għal tnaqqis ulterjuri tal-ħaddiema għal 4 298 impjegati sal-2011, permezz ta’ tnaqqis fil-ħaddiema ta’ madwar 20 % mil-livell tiegħu tal-2006 (5 322) u 53 % fit-total mil-livell tiegħu tal-2001 (8 071). Minkejja dan, ma kienx ċar millpjan jekk dan it-tnaqqis kienx jinkludi redundancies jew trasferimenti lis-sussidjarji. |
|
(130) |
Miżuri oħra mfassla biex jimmotivaw il-ħaddiema speċjalizzati kienu formulati b’md ġenerali ħafna: politika ġdida għar-riżorsi tal-bniedem għandha tkun żviluppata, il-livell tal-impjieg ottimu għandu jkun identifikat, is-sistema kurrenti ta’ evalwazzjoni għandha tkun riveduta u pjan ta’ inċentiv għandu jkun żviluppat. Proġetti simili kienu ppjanati għall-middle management. |
|
(131) |
Il-pjan kien jinkludi miżuri relatati mal-ottimizzazzjoni tal-politika finanzjarja, bħal per eżempju l-pjan li jkunu introdotti dispożizzjonijiet kuntrattwali li jnaqqsu r-riskj utal-esponiment għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materjali u r-rati ta’ skambju (hedging naturali) u l-pjan ta’ negozzjazzjoni mal-banek biex ikunu miksuba kuntratti bil-quddiem. Ma kienx hemm evidenza ta’ negozzjazzjoni li rnexxiet ta’ kuntratti bil-quddiem ma’ banek privati. |
Ċifri mmirati fl-aħħar tal-previżjonijiet tar-ristrutturar u finanzjarji
|
(132) |
Fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar fl-2011, il-produzzjoni tat-tarzna kienet mistennija li tilħaq 211 682 CGT kkumparata ma’ 213 044 CGT fl-2005. |
|
(133) |
It-tnaqqis tal-ħaddiema tirriżulta f’żieda fil-produttività minn 34 CGT/impjegat fl-2003 għal 49,3 CGT/impjegat fl-2011. Fit-termini ta’ sigħat ta’ xogħol /CGT, il-produttività fl-2003 kienet ta’ 47. Il-produttività immirata għall-2011 kienet ta’ 34 sigħat ta’ xogħol/CGT. |
|
(134) |
Il-pjan ippreveda li l-qligħ fuq il-kapitali impjegat (ROCE), mingħajr ma jkunu kkunsidrati ż-żidiet fil-pagi, ikun ta’ medja ta’ 19 % p.a. fl-2007-2011, li, kien iddikjaratm kien il-livell ta’ qligħ mistenni minn investitur privat. Il-previżjoni li tinkludi ż-żidiet fil-pagi kienet ta’ 1,45 % p.a. |
|
(135) |
Il-pjan inkluda wkoll analiżi ta’ sensittività fir-rigward ta’ bidliet fir-rati ta’ skambju, l-ispejjeż tax-xogħol u l-prezzijiet tal-azzar assunti. Il-pjan analizza l-fatturi li ġejjin: appezzament tal-zloty b’5 % u 10 % matul il-perjodu ta’ ristrutturar 2006-2011 (l- ipoteżi ta’ bażi hija PLN 3,26/USD), żidiet annwali fil-pagi ta’ 7,5 % (l- ipoteżi ta’ bażi hija 5 % per annum) u żidiet fil-prezzijiet tal-azzar ta’20 %. |
Il-finanzjament ta’ operazzjonijiet kontinwi
|
(136) |
Il-pjan assuma li l-mudell eżistenti tal-iffinanzjar tal-operazzjonijiet minn pagamenti bil-quddiem tal-proprjetarji tal-bastimenti garantit minn KUKE, garanziji tat-Teżor tal-Istat u self mill-Istat għandu jkun sostitwit minn pagamenti bil-quddiem tal-proprjetarji tal-bastimenti garantiti minn KUKE u minn self kummerċjali. |
|
(137) |
Il-pjan irrefera għall-finanzjament fil-forma ta’ garanziji addizzjonali tat-Teżor tal-Istat fuq self ta’ USD 35 miljun għall-2006 u l-2007 u USD 25 miljun għall-2008 u l-2009. Huwa ppreveda wkoll is-sostituzzjoni tal-garanziji ta’ KUKE b’garanziji miksuba fis-suq u l-kisba ta’ self kummerċjali. Il-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 identifika biss kuntratt wieħed ta’ garanzija li rnexxa. Il-pjan kien jipprevedi l-kontinwazzjoni tal-użu ta’ garanziji ta’ KUKE b’limitu medju annwali ta’ USD 200 miljun. |
Spejjeż ta’ ristrutturar
|
(138) |
Il-pjan assuma spejjeż ta’ ristrutturar ta’ PLN 374.7 miljun u spejjeż operazzjonali matul il-perjodu ta’ ristrutturar ta’ PLN 11 120 miljun. Dawn iż-żewġ ċifri kienu għall-perjodu 2002-2009. L-ispiża tal-inizjattivi u l-investimenti ppjanati kienet stimata għal PLN 203,9 miljun. Ir-ristrutturar finanzjarja kienet dikjaratat li hija lesta, minbarra tneħħija mill-kontijiet ta’ kontabbiltà ta’ PLN 20,7 miljun. |
Kontribuzzjoni proprja, sorsi oħra ta’ finanzjament
|
(139) |
Ir-ristrutturar kellha tkun iffinanzjata minn fondi esterni fl-ammont ta’ PLN 190 miljun, inkluż PLN 95 miljun minn żieda fil-kapital tal-ishma tat-tarzna peremzz ta’ kwistjoni ta’ ishma ġodda li għandhom ikunu mixtrija minn investitur privat. Riżoluzzjoni fuq iż-żieda tal-kapital tal-ishma kienet adottata permezz ta’ laqgħa straordinarja tal-azzjonisti. F’Settembru 2006, sottoskrizzjoni għal ishma ġodda għall-valur ta’ PLN 95 miljun fissret akkwista ta’ sehem ta’ 21 % f’SSN, il-bqija baqgħy għand l-Istat. |
|
(140) |
Il-PLN 95 miljun l-oħra kellhom jiġu minn self ta’ investiment fit-tul, kif ukoll minn sors privat. Skont il-previżjoni finanzjarja, iż-żieda fil-kapital kif ukoll is-self ta’ investiment fit-tul kellhom ikunu implimentati fil-perjodu 2006-2009. |
|
(141) |
Barra minn hekk, il-pjan kien jgħodd bħala kontribuzzjoni proprja PLN 165,9 miljun ta’ kreditu tan-negozju, li ma kienx hemm deskrizzjoni ulterjuri tiegħu. |
|
(142) |
Il-pjan iddikjara li pagament addizzjonali minn proprjetarji tal-bastimenti ta’ PLN 628,7 miljun wara n-negozzjament mill-ġdid tal-kuntratti għandu jkun ikkunsidrat bħala kontribuzzjoni proprja. |
|
(143) |
Il-pjan iddependa fuq il-finanzjament ta’ operazzjonijiet kontinwi minn self kummerċjali u pagamenti minn quddiem tal-proprjetarji tal-bastimenti mhux garantiti minn KUKE, li l-valur totali tagħhom matul il-perjodu ta’ ristrutturar 2002-2009 kien proġettat li jkun ta’ PLN 3 200 miljun. |
|
(144) |
Il-pjan assuma li fluss futur tal-flus ta’ PLN 399 miljun għandu jkun użat parzjalment (PLN 14,5 miljun) għal investiment u parzjalment għal attività operazzjonali. Madankollu, il-pjan irrikonoxxa espliċitament li dan ma kinx jikkostitwixxi fondi proprji skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji applikabbli. |
Miżuri kumpensatorji
|
(145) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, miżuri kumpensatorji kienu implimentati minn SSN fil-forma ta’ tnaqqis ta’ kapacità li tirriżulta mill-fatt li SSN ma kinitx xtrat proporzjoni sinifikanti tal-assi u tal-ħaddiema ta’ SSPH wara l-falliment tagħha. Fl-2001, jiġifieri qabel il-falliment ta’ SSPH, dik il-kumpanija allegatament mella kapaċità ta’ produzzjoni annwali massima ta’ 345 600 CGT, wara li kellha kapaċità ta’ produzzjoni massima ta’ 322 000 CGT fl-1995-1999 (il-produzzjoni annwali medja f’dan il-perjodu hija ta’ 244 000 CGT). Il-pjan ta’ ristrutturar ddikjara li l-kapaċità kurrenti ta’ SSN kien 255 720 CGT. Għalhekk, skont il-pjan, it-tnaqqis tal-kapaċità kien jammonta għal kważi 100 000 CGT. |
2.6 PJAN TA’ RISTRUTTURAR TA’ ĠUNJU 2008
|
(146) |
Mostostal hija kumpanija stabbilita fil-Polonja, li tappartjeni 100 % lill-grupp-KEM. Il-kumpanija tipproduċi strutturi tal-azzar ta’ diversi tipi (pontijiet, krejnijiet, bini eċċ). Preċedentement kumpanija li tappartjeni lill-istat, kienet privatizzata fl-1992, u ilha mill-2003 tappartjeni fil-grupp industrijali KEM tal-familja. KEM huwa attic fl-ipproċessar u fin-negozju ta’ skrepp tal-azzar u negozju bl-imnut fi prodotti metallurġiċi, bħal ma huma dawk prodotti minn Mostostal. Il-qligħ ta’ KEM fl-2007 kien ta’ PLN 700 miljun (EUR 207 miljun), li minnhom PLN 100 miljun (EUR 30 miljun) kienu ġenerati minn Mostostal. |
|
(147) |
L-istrateġija ewlenija tan-negozju kienet id-diversifikazzjoni tat-tarzna f’żewġ attivitajiet prinċipali: kostruzzjoni tal-azzar u bini tal-bastimenti. Dan kien sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà tat-tarzna għal varjazzjonijiet fis-suq tal-bini tal-bastimenti. Ir-ristrutturar tal-prodott kellha sseħħ f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi, sal-bidu tal-2009, it-tarzna għandha tlesti l-ktieb tal-ordnijiet eżistenti tagħha tal-bastimenti u tibda x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-azzar. Fit-tienit fażi, in-negożju tal-kostruzzjoni tal-azzar għandu jespandi, bl-għan finali li tkun użata 50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni, u l-50 % l-oħra għandha tkun użata għall-bini tal-bastimenti. |
|
(148) |
Rigward in-negozju tal-bini tal-bastimenti, Mostostal ibbaża l-pjan tiegħu fuq sħubija mal-bennejja tal-bastimenti Norveġiża Ulstein. Fis-7 ta’ Lulju 2008 iż-żewġ kumpaniji ffirmaw ittra ta’ intenzjoni li fiha ftiehmu li jinnegozjaw dwar ftehim ta’ kooperazzjoni possibbli. Il-kooperazzjoni kellha tikkonsisti prinċipalment fil-fatt li Ulstein tuża parti mill-kapaċità ta’ SSN. |
|
(149) |
Rigward in-negozju tal-kostruzzjoni tal-azzar, Mostostal kellha l-intenzjoni li uża l-faċilitajiet ta’ produzzjoni f’Szczecin sabiex tespandi l-produzzjoni tagħha stess, u tuża l-aċċess għat-trasport marittimu. Il-pjan kien ottimistiku dwar l-iżvilupp tas-suq Pollakk għal strutturi tal-azzar, u kien jipprevedi b’mod partikolari investiment fuq skala kbira ta’ infrastruttura fil-Polonja. Rigward in-negozju tal-bini tal-bastimenti, il-pjan ippreveda l-kostruzzjoni ta’ bastimenti tat-tip ro-pax u bastimenti b’diversi għanijiet, skont l-argument li f’dawn is-segmetni l-prezzijiet kienu fuq “xejra li dejjem iżżid indipendentement mill-evoluzzjoni tas-swieq tal-bini tal-bastimenti”. |
|
(150) |
Il-pjan ippreveda r-ristrutturar tal-assi li tikkonsisti fil-fatt li jkunu mwarrba madwar 30 % tas-superfiċji tal-produzzjoni kurrenti għal attivitajiet oħra li mhumiex ewlenin, inkluż kiri lil terza persuna. Skala waħda, Wulkan 1, kellha tkun mneħħija mill-produzzjoni tal-bini tal-bastimenti u użata għall-kostruzzjoni tal-azzar għal finijiet li mhumiex tal-bini tal-bastimenti. Dan kien ippreżentat fil-pjan bħala miżura kumpensatorja. |
|
(151) |
Il-pjan ippreveda investiment ta’ PLN 264 miljun fl-2008-2012 u investiment addizzjonali ta’ PLN 90 miljun fl-2013-2018. Il-pjan niżżel l-istima tal-investimenti u tal-flus iffrankati fit-termini ta’ sigħat ta’ xogħol u spejjeż operazzjonali. Madankollu, semma wkoll li fit-12 ta’ Ġunju 2008 it-tarzna kienet ikkonkludiet ftehim ma’ konsulent estern sabiex jipprepara pjan għall-modernizzazzjoni tat-tarzna, inkluż l-identifikazzjoni tal-investimenti neċessarji. |
|
(152) |
Il-pjan ta’ ristrutturar ppreveda ż-żieda fil-ħaddiema b’14 % għal 5 010 impjegati fl-2012. |
|
(153) |
Huwa assuma li l-bini tal-bastimenti għandu jkun iffinanzjat minn pagamenti bil-quddiem minn propretarji tal-bastimenti ta’ 80-90 % tal-prezz tal-bejgħ. |
|
(154) |
Skont il-pjan, is-suċċess tar-ristrutturar jiddependi fuq ir-riċeviment mit-tarzna ta’ għajnuna addizzjonali mill-istat. Dan ippreveda diversi injezzjonijiet tal-kapital u skambju ta’ dejn-għall-ekwità li għandu jkun mogħti mit-Teżor tal-Istat jew korpijiet pubbliċi subordinati, tal-valur ta’ total ta’ PLN 588 miljun. Dan inkluda l-injezzjoni tal-kapital ta’ PLN 145 miljun minn ARP deċiż fl-Ġunju 2008. Barra minn hekk, il-pjan ippreveda l-kisba ta’ self ta’ USD 32 miljun (PLN 68 miljun) minn ARP. Fl-aħħarnett, il-pjan ippreveda wkoll garanziji ta’ pagamenti bil-quddiem oħra minn KUKE ta’ valur nominali ta’ PLN 431 miljun. |
|
(155) |
L-investitur kien iddikjara li kien lest li jagħmel injezzjoni tal-kapital ta’ PLN 149.5 miljun sabiex jiffinanzja parti mill-programm ta’ investiment għall-2008-2012. Il-parti li jibqa; tal-programm ta’ investiment għal dan il-perjodu kellha tkun ffinanzjata mill-fluss tal-flus tat-tarzna. |
|
(156) |
Fl-aħħarnett, il-pjan ippreżenta projezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu tar-ristrutturar 2008-2012, li juru ritorn għall-profitabbiltà fl-2010. Il-pjan semma’, b’mod ġenerali u mhux appoġġjar minn evidenza, serje ta’ ipoteżi li fuq il-bażi tagħhom il-projezzjonijiet finanzjarji kienu elaborati, iżda ma kienx jinkludi l-mudell finanzjarju użat sabiex wieħed jasal għall-istimi. Il-qligħ fuq l-ekwità miksub fl-2012 ikun, skont il-pjan, madwar 26 %, iżda l-pjan irrikonoxxa li din il-profitabbiltà apparentament għolja kienet riżultat tal-fatt li l-ekwità tibqa’ baxxa minħabba telf akkumulat minn snin preċedenti. Xenarju iktar realistiku, li ma jikkunsidrax telf akkumulat, kien li l-qligħ fuq l-ekwità għandu jilħaq 7.6 % fl-2011 u 9.8 % fl-2012, li, skont il-pjan, ifisser profitabbiltà marġinali għall-investiment previst. |
|
(157) |
Il-karta tal-bilanċ proġettata uriet li l-valur ta’ assi fissi għandu jżid minn madwar PLN 100 miljun fl-2008 għal PLN 200 miljun fl-2012. |
2.7 PJAN TA’ RISTRUTTURAR TAT-12 TA’ SETTEMBRU 2008
|
(158) |
Il-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru 2008 kien ibbażat fuq ipoteżi simili għal dawk tal-pjan ta’ Ġunju 2008. Id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet baqgħet l-iktar idea strateġika importanti u s-suċċess tar-ristrutturar kellu jkun miksub permezz ta’ kooperazzjoni bejn Mostostal u Ulstein, permezz tal-għaqda tal-esperjenza tagħhom fis-setturi tal-kostruzzjoni tal-azzar u tal-bini tal-bastimenti. Meta kkumparat mal-verżjoni ta’ Ġunju, il-pjan rivedut ta’ ristrutturar kien iktar żviluppat fir-rigward ta’ xi miżuri ta’ ristrutturar u l-implimentazzjoni prattika tad-diversifikazzjoni assunta tal-attivitajiet; dan huwa rifless fir-ristrutturar ppjanata organizzazzjonali u korporattiva (ara tabella 2 hawn taħt). |
|
(159) |
Il-pjan assuma li t-tarzna eżistenti, imsemmija mill-ġdid “SSN Nowa”, tlesti l-produzzjoni tal-bastimenti li jagħmlu t-telf fil-ktieb tal-ordnijiet kurrenti u imbagħad tkun stralċjata. L-assi tat-tarzna jkunu mibjugħa lil tliet kumpaniji ġodda: SSN Mostostal (li tappartjeni totalment lil Mostostal), SSN Ulstein (li tappartjeni totalment lil Ulstein) u SSN Wspólna (li tappartjeni totalment lil Mostostal u Ulstein, kull waħda għandha 50 % tal-ishma). Barra minn hekk, l-uffiċċju tad-disinn kurrenti jsir kumpanija separata msejħa SSN Biuro Projektowe. Il-pjan ippreveda li fl-2010 Mostostal twaqqaf kumpanija ġdida oħra, SSN Odra, li tkompli l-bini tal-bastimenti kurrenti tat-tarzna u tipproduċi bastimenti ro-pax, ro-ro, u con-ro u tankijiet tal-kimika. Tabella 2 Ristrutturar korporattiva ta’ SSN prevista fil-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru 2008
|
|
(160) |
Il-pjan assuma li SSN Nowa u SSN Odra, il-kumpaniji li kellhom ikomplu l-attività kurrenti tal-bini tal-bastimenti tat-tarzna, ma jkollhom ebda assi u jagħmlu subkuntratt għall-fabbrikazzjoni minn qabel tal-azzar lil SSN Wspólna u jużaw il-kapaċità ta’ SSN Mostostal jew SSN Ulstein għall-bini u forniment ta’ bastimenti. Il-pjan ma ddeskriviex kif din id-diviżjoni tal-kapaċitajiet għandha tkun amministrata fil-prattika jew fuq liema termini l-kapaċità tkun magħmula disponibbli lil SSN Nowa u iktar tard lil SSN Odra. |
L-istrateġija tas-suq
|
(161) |
Iż-żewġ kumpaniji SSN Ulstein u SSN Mostostal kellhom jidħlu fi swieq ġodda li SSN ma kellha ebda esperjenza fihom; minkejja dan, il-pjan ma kienx jipprovdi analiżi ta’ dawn is-swieq. |
|
(162) |
Il-pjan spjega li Ulstein preżentament għamlet subkuntratt tal-produzzjoni tal-bwieq iżda kellha l-intenzjoni li tikkontrolla l-istadji tal-bidu tal-produzzjoni wkoll u għalhekk, billi takkwista kapaċità f’Szczecin, tikseb integrazzjoni vertikali tal-proċess ta’ produzzjoni. SSN Ulstein ippermettiet kurva tat-tagħlim raġonevoli u ppjanat li tibni l-bwieq għall-ewwel u imbagħad bastimenti barra mill-kosta semi-mgħammra u mgħammra totalment. Il-pjan ma pprovdiex dettalji rigward l-ammont ippjanat ta’ produzzjoni, prezzijiet assunti tal-bwieq/bastimenti, spejjeż, profitabbiltà, eċċ. |
|
(163) |
Ir-raġunijiet għall-investiment ta’ Mostostal fit-tarzna ta’ Szczecin baqgħu l-istess bħal fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008. L-għan tal-investitur kien li jespandi l-kapaċità tiegħu fil-produzzjoni tal-istrutturi tal-azzar u li jikseb aċċess dirett għat-trasport bl-ilma, li jnaqqas l-ispejjeż tat-trasport tiegħu billi jippermetti t-trasport tal-istrutturi ikbar u li huma kompletament mibnija. L-ammont ta’ produzzjoni ppjanat, il-prezzijiet assunti, l-ispejjeż, il-marġni, eċċ. ma kinux deskritti. |
|
(164) |
Il-pjan ma kienx jipprevedi r-ristrutturar ta’ SSN Nowa, peress li assuma li din tkun stralċjata wara li jkunu lesti l-bastimenti li jagħmlu telf fil-ktieb tal-ordnijiet kurrenti. Il-pjan kien jinkludi analiżi tas-suq tas-settur tal-bini tal-bastimenti, li, madankollu, kien jirreferi fil-parti l-kbira għal segmenti fis-suq li fihom it-tarzna ma kinitx qed tippjana li tkun attiva fil-futur. |
|
(165) |
Il-pjan ma kienx jinkludi pjan ta’ azzjoni għal SSN Odra. Fir-rigward tal-istrateġija ta’ SSN Odra, il-pjan assuma li l-kumpanija tikseb kuntratti profitabbli minn Polska Żegluga Morska li tappartjeni lill-istat (Kumpanija Pollakka tal-Bastimenti li jaħdmu bl-Istim) għall-produzzjoni ta’ bastimenti tal-passiġġieri ta’ ro-pax. Barra minn hekk, SSN Odra tista’ tikkunsidra l-produzzjoni ta’ verżjoni militari ta’ dawn il-bastimenti, iżda ma kinitx ippreżentata informazzjoni ulterjuri dwar dan is-suġġett. |
|
(166) |
Fl-aħħarnett, SSN Wspólna kellha prinċipalment tipprovdi servizzi lill-kumpaniji l-oħra. Il-pjan għamel stima li l-kapaċità ta’ pproċessar tal-azzar ta’ SSN Wspólna tkun ta’ 74 elf tunnellata. SSN Ulstein ikollha bżonn 15-20 elf tunnellata u SSN Mostostal 12-15 elf tunnellata. Il-pjan ippreveda li madwar 30 elf tunnellata ta’ azzar għandhom ikunu allokati għall-attività tal-bini tal-bastimenti minbarra dawk ta’ SSN Ulstein. Barra minn hekk il-pjan issuġġerixxa li l-kapaċità li jifdal ta’ SSN Wspólna (9-17 elf tunnellati ta’ azzar, jiġifieri 12-23 % tal-kapaċità) għandha tkun użata għal subkuntratti ma’ kumpaniji oħra, iżda ma ddeskriviex is-suq immirat, id-domanda jew liema profitabbiltà tista’ tkun miksuba. |
|
(167) |
Minbarra r-ristrutturar organizzazzjonali, il-pjan ippreveda ristrutturar ta’ assi, ristrutturar finanzjarja u tnaqqis sinifikanti tal-ħaddiema. |
|
(168) |
Il-pjan ippreveda investiment totali ta’ PLN 104 miljun f’SSN Ulstein, SSN Mostostal u SSN Wspólna. Barra minn hekk, SSN Nowa għandha tinvesti PLN […] (10) miljun fir-rilokazzjoni ta’ xi assi ta’ produzzjoni sabiex teħles art, li l-bejgħ tagħha jkun sabiex tiġġenera flus għar-ristrutturar. |
|
(169) |
Fir-rigward tal-għeluq ippjanat ta’ skala waħda, il-pjan tat-12 ta’ Settembru (bħall-pjan ta’ Ġunju) iddikjara li l-pjan Wulkan 1 ma jkunx użat għall-bini tal-bastimenti iżda għall-produzzjoni ta’ strutturi tal-azzar minn SSN Mostostal. |
|
(170) |
Fit-termini ta’ impjieg, il-pjan ippreveda tnaqqis ta’ kważi 60 %, sa 1 815 impjegati. |
|
(171) |
Il-projezzjonijiet finanzjarji urew li SSN Ulstein kellha tibda attività fl-2009 u tibda tagħmel profitt fl-2010. SSN Mostostal u SSN Wspólna kienu mistennija li jibdew joperaw fl-2009 u jibdew jagħmlu profitt mal-ewwel. SSN Odra tibda l-produzzjoni tal-bini tal-bastimenti fl-2010 u, skont il-projezzjonijiet finanzjarji, tagħmel profitti immedjatament. |
|
(172) |
Il-dħul proġettat fuq il-bejgħ fil-każ ta’ SSN Ulstein kien ta’ 6 %, li l-pjan ikkunsidra suffiċjenti. Għal SSN Odra d-dħul fuq il-bejgħ fl-ewwel sena tal-produzzjoni ikun ta’ 11 % (dan isewgi minn żewġ kuntratti profitabbli ħafna li jseħħu dik is-sena) u jonqos għal 7-8 % fis-snin ta’ wara. SSN Mostostal assumiet dħul fuq il-bejgħ ta’ 6-9 % fl-2009-2011 u 11 % fl-2012. Id-dħul fuq il-bejgħ għal SSN Wspólna u SSN Biuro Projektowe ikun marġinali: 0,4 % fil-perjodu kollu għal SSN Wspólna u 1,6 % għal SSN Biuro Projektowe. Skont il-pjan dan id-dħul baxx fuq il-bejgħ għal dawn iż-żewġ kumpaniji ikun ir-riżultat ta’ marġni baxxi u kien ġustifikat peress li dawn kienu kumpaniji ta’ servizzi li jaħdmu għall-kumpaniji li jipproduċu prodotti finali l-iktar billi jużaw materjali provduti mill-priċipali. |
|
(173) |
SSN Nowa kellha tlesti l-produzzjoni tal-bastimenti li jagħmlu t-telf fil-ktieb tal-ordnijiet kurrenti tat-tarzna, u dan kien ifisser li hi tkompli tagħmel telf fil-perjodu kollu sakemm tkun stralċjata. L-mplimentazzjoni tal-pjan għalhekk kien jiddepenfi fuq l-għajnuna mill-istat addizzjonali ta’ PLN 430 miljun mogħtija sabiex tkopri telf futur ta’ SSN Nowa. Meta kkumparat mal-pjan ta’ Ġunju, li ppreveda injezzjoni tal-kapital mill-Istat ta’ PLN 588 miljun u self ta’ PLN 68 miljun, l-ammont meħtieġ ta’ għajnuna mill-istat kien jidher inqas. Madankollu, l-Kummissjoni innotat li sadanittant skambju ta’ dejn għall-ekwità minn korpi pubbliċi (ARP u KPS) għall-ammont ta’ PLN 130 miljun kien implimentat f’Awwissu 2008. |
2.8 MIŻURI KUMPENSATORJI
|
(174) |
Wara ftehim ta’ Diċembru 2006 bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet intensivi mal-awtoritajiet Pollakki u SSN sabiex tiddetermina l-miżuri kumpensatorji neċessarji. |
|
(175) |
B’kooperazzjoni mal-konsulent estern tagħha u t-tarzna, il-Kummissjoni ddefiniet il-metodoloġija li ġejja għall-evalwazzjoni tat-tnaqqis tal-kapaċità proposta mill-Polonka bħala miżura kumpensatorja. |
|
(176) |
Sabiex il-miżuri kumpensatorji jkunu importanti, it-tnaqqis tal-kapaċità kellha tkun suffiċjenti biex tiżgura li l-kapaċità futura tat-tarzna wara r-ristrutturar tkun inqas mill-kapaċità kurrenti tagħha. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni l-ewwel evalwat il-kapaċità teknika kurrenti tat-tarzna, filwaqt li assumiet li l-bini tal-bastimenti fuq l-iskali kien jikkostitwixxi waħda mill-intoppi fil-proċess ta’ produzzjoni tat-tarzna, li ma tistax tkun issuperata faċilment permezz ta’ sottokuntratti. Skont il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni, li ma kinitx ikkontestata mill-awtoritajiet Pollakki jew mit-tarzna, il-kapaċità hija kkalkulata permezz tad-dewmien tal-bini fuq skala u firxa tipika ta’ bastimenti (peress li l-bastimenti jistgħu jvarjaw fil-valur CGT iżda jieħdu l-istess ħin biex ikunu mibnija). |
|
(178) |
Il-kalkolu tal-kapaċità kurrenti kkunsidra l-ħin attwalment meħtieġ sabiex ikunu mibni (ċertu tip ta’) bastiment fuq skala. Dan il-ħin kellu jirrifletti n-nuqqasijiet kurrenti fil-proċess ta’ produzzjoni, e.ż. produttività baxxa, intoppi, assi li m’għadhomx jintużaw, fluss ta’ produzzjoni ineffiċjenti u problemi bil-ħaddiema. L-effetti tal-limiti finanzjarji biss li jirriżultaw mis-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tat-tarzna jistgħu jkunu mnaqqsa mill-ħin tal-bini. Aċċess irregolari jew ebda aċċess għall-kapital tax-xogħol jista’ jostakola b’mod serju l-proċess ta’ produzzjoni. Peress li dan huwa fattur estern, inerenti għall-kumpanijiet kollha f’diffikultajiet finanzjarji u mhux konness mal-ineffiċjenza tal-kumpanija nfisha, l-Kummissjoni aċċettat li l-prestazzjoni attwali tat-tarzna tista’ tkun aġġustata permezz tal-ipoteżi ta’ aċċess faċli għall-kapital tax-xogħol. |
|
(179) |
L-istima tal-kapaċità futura kkunsidrat il-ħin probabbilment meħtieġ għall-bini ta’ (ċertu tip ta’) bastiment fuq skala, fuq l-ipoteżi li l-produttività tat-tarzna kienet kumparabbli ma’ referenza stabbilita minn tarzni kompetituri Ewropej oħra. Fi kliem oħra, l-effetti tal-modernizzazzjoni neċessarja tal-faċilitajiet u l-ottimizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (organizzazzjoni, finanzi, provvisti, ħaddiema) kellhom ikunu kkunsidrati. |
|
(180) |
Din il-modernizzazzjoni ma tistax tkun evitata jekk it-tarzna xtaqet tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tagħha. Iż-żieda assoċjata fil-produttività tippermetti lit-tarzna kemm li tnaqqas l-input tagħha kif ukoll li tipproduċi b’mod iktar veloċi. Jekk ikun hemm titjib fl-aspetti diversi tal-produzzjoni, il-kapaċità, fis-sens tal-abbiltà li jkun prodott ċertu ammont, iżżid. Huwa għalhekk importanti li jkun innutat li l-għeluq ta’ xi faċilitajiet, bħall-għeluq propost ta’ skala waħda fit-tarzna ta’ Szczecin, jista’ jkun paċut minn żieda fil-kapaċità tal-parti li jibqa’ tal-baċir. Jekk il-miżuri kumpensatorji kellhom jibqgħu importanti, it-tnaqqis tal-kapaċità kellha tkun waħda li l-kapaċità tat-tarzna fit-tmiem tar-ristrutturar, jiġifieri wara titjib fl-investiment u fil-produttività, kienet inqas mill-kapaċità kurrenti tagħha. B’dan il-mod biss jistgħu jkunu rrikonċiljati ż-żewġ għanijiet tal-kisba ta’ vijabbiltà fit-tul, li kienet tinkorpora żieda fil-produttività, u l-minimizzazzjoni kemm jista’ jkun tal-effetti negattivi fuq in-negozju. |
|
(181) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza fil-kalkolu ta’ kemm il-kapaċità kurrenti kif ukoll ta’ dik futura, l-istess taħlita tal-prodott għandha tkun użata, jiġifieri l-istess tipi ta’ bastimenti. Alternattivament, wieħed jista’ juża bħala sostitut “bastiment medju” (jiġifieri valur medju CGT, b’kunsiderazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzna). |
|
(182) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa minn SSN, il-kapaċità kurrenti tagħha meta topera b’limiti finanzjarji kienet stimata għal bejn 177 elf CGT u 202 elf CGT, skont jekk il-produzzjoni tat-tarzna kellhiex tinkludi tankers tal-kimika jew le. Il-kapaċità tat-tarzna mingħajr limiti finanzjarji kienet 208 elf CGT (9,15 bastimenti) jekk il-produzzjoni tagħha kellha tinkludi tankers tal-kimika u 238 elf CGT (10,7 bastimenti) jekk ma kellhiex tinkludi tankers tal-kimika. |
|
(183) |
It-tarzna ddikjarat li l-investiment previst fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 ma jkollu l-ebda impatt fuq il-ħin tal-bini iżda pjuttost ifisser tnaqqis fl-ispejjeż. Hija spjegat ukoll li filwaqt li ftit mill-investimenti jistgħu potenzjalment inaqqsu l-ħin tal-bini, dan l-effett jista’ jkun paċut minn bidla importanti fil-metodu tal-produzzjoni, li jikkonsisti f’forniment preċedenti. It-tarzna spjegat ukoll li sabiex tnaqqas b’mod sinifikanti l-ħin tal-bini għandu jkun neċessarji li tinvesti fl-iskali nfushom. It-tarzna kkwantifikat dan l-investiment għal EUR 200 miljun, ammont li huwa b’mod ċar oltre l-baġit tat-tarzna. |
|
(184) |
Għalhekk kapaċità futura jekk ebda faċilità ma tkun magħluqa tkun identika għall-kapaċità kurrenti max-xenarju ta’ ebda limiti finanzjarji, jiġifieri 208 elf CGT jekk il-produzzjoni kellha tinkludi tankijiet tal-kimika u 238 elf CGT mingħajr tankijiet tal-kimika. |
|
(185) |
Wara l-għeluq tal-iżgħar skala (Wulkan 1), il-kapaċità tat-tarzna tkun bejn 149 elf CGT (6,25 bastimenti) għall-medda l-inqas CGT-intensiva (bit-tankers tal-kimika) u 178 elf CGT (7,8 bastimenti) għall-medda l-iktar CGT intensiva (mingħajr tankers tal-kimika). |
|
(186) |
Fuq il-bażi ta’ dawn iċ-ċifri, il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fil-kapaċità wara l-għeluq tal-iskala ż-żgħira jkun ta’ bejn 25 % u 46 %, skont liema taħlita tal-prodott tkun assunta. Fuq din il-bażi u peress li l-għeluq ta’ skala oħra ifisser tnaqqis fil-kapaċità ta’ mill-inqas 59 %, il-Kummissjoni provviżorjament ikkonkludiet li l-għeluq tal-iżgħar skala, Wulkan 1, proposta mill-Polonja tkun miżura kumpensatorja suffiċjenti. |
2.9 MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
|
(187) |
Il-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ investigazzjoni formali rigward il-miżuri ta’ għajnuna deskritti fil-parti B tal-anness tad-deċiżjoni. Din kienet tinkludi injezzjoni tal-kapital u żewġ garanziji ta’ prestazzjoni li għandhom ikunu mogħtija minn ARP u diversi differimenti u tneħħija mill-kotba tal-kontabbiltà ta’ taxxa tal-proprjetà mill-Belt ta’ Szczecin. Il-valur nominali ta’ dawn il-miżuri kien ta’ PLN 126 524 652. |
|
(188) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li ż-żewġ garanziji ta’ prestazzjoni mniżżla bħala miżuri 62 u 63 fil-parti B tal-anness tad-deċiżjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma kinux ġew mogħtija (11). Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni wkoll li t-tneħħija mill-kontijiet tal-kontabbiltà tat-taxxa tal-proprjetà mniżżla bħala miżuri 64 u 68 fil-parti B tal-anness tad-deċiżjoni li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet posposta (12). |
|
(189) |
It-tabella 3 hawn taħt turi l-miżuri mogħtija bejn l-1 ta’ Mejju 2004, id-data tal-adeżjoni tal-Polonja fl-UE, u tat-30 ta’ Ġunju 2007. Il-Polonja nnotifikat dawn il-miżuri permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Lulju 2007. Il-valur nominali tagħhom huwa ta’ PLN 259 560 990. Il-miżura 1 tikkorrispondi għall-miżura 61 fil-parti B tal-anness tad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(190) |
It-tabella 3 tinkludi self minn KPS użati għall-finanzjament tal-bżonnijiet tal-kapital tax-xogħol tat-tarzna. Fl-ittri tal-11 ta’ Lulju 2007 u tad-9 ta’ Jannar 2008 il-Polonja ddikjarat li dan is-self ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-istat għax l-interessi imposti kienu jikkorrispondu għall-evalwazzjoni tar-riskju tal-proġett partikolari li għalih kien imfittex is-self. |
|
(191) |
Għal dan is-self mogħti fl-2005-2007, KPS imponiet rata ta’ interessi ta’ ftit iktar minn 6 %. Ir-rata ta’ referenza għall-Polonja fil-perjodu fejn is-self tal-KPS kienu provduti lit-tarzna varjat minn 5,56 % sa 6,24 %. Barra minn hekk, KPS talbet ħlas ta’ tariffa ta’ darba ta’ bejn 0,1 % u 0,4 %. Skont l-awtoritajiet Pollakki, KPS kienet teħtieġ kollateranli fil-forma ta’ aċċettazzjoni ta’ infurzar, ftehim fuq iċ-ċessjoni ta’ riċevibbli, ordni ta’ ħlas mingħajr kundizzjonijiet, bond mhux denominat jew pleġġ tal-assi (13). |
|
(192) |
KPS kienet maħluqa fl-2004 bħala sussidjarja totali ta’ ARP bil-funzjoni ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju għal ARP. Ir-rwol primarju tagħha kienet li sservi bħala vettura għall-konsolidazzjoni ta’ tliet tarzni ewlenin fil-Polonja, iżda dan il-proġett kien abbandunat fl-2006. Skont l-informazzjoni provduta mill-Polonja fl-2006 (14), KPS kellha tkun iffinanzjata permezz ta’ injezzjoni tal-kapital minn ARP, kontribuzzjoni fi flus (ishma f’kumpaniji terzi) provduti minn ARP u self li jiġġedded mill-bank garantit minn ARP, li kienet speċifikament maħsuba biex tappoġġja l-finanzjament tat-tarzni. Skont l-informazzjoni disponibbli fil-websajt tal-Gvern, KPS kellha tappoġġja wkoll operazzjonijiet ta’ bini ta’ bastimenti fil-Polonja permezz tal-ħruġ ta’ bonds totalment garantiti minn ARP. Fil-fatt, id-dokument “Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni ta’ kostruzzjoni marittima) fil-Polonja 2006-2010” (15) jikkonferma li KPS kellha tiġġenera riżorsi minn ħruġ ta’ strumenti ta’ djun li jiswew madwar 100 miljun USD, assigurati fuq l-assi maħsuba għar-ristrutturar tal-industrija tal-bini tal-bastimenti fil-forma ta’ fondi trasferiti mit-Teżor tal-Istat lil ARP. |
|
(193) |
It-Tabella 4 turi l-appoġġ provdut minn ARP u KPS bejn it-30 ta’ Ġunju 2007 u l-15 ta’ Frar 2008 u notifikat lill-Kummissjoni wara l-11 ta’ Lulju 2007, permezz ta’ ittri tas-6 ta’ Diċembru 2007 u tat-12 ta’ Frar 2008. Hija turi wkoll self addizzjonali minn ARP u KPS li l-Kummissjoni tgħallmet mill-Memorandum ta’ Informazzjoni ta’ SSN ta’ Ġunju 2008 (16), il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Mostostal sottomess f’Ġunju 2008 (17) u l-pjan ta’ ristrutturar sottomess f’Settembru 2008. Il-valur nominali ta’ dawn il-miżuri huwa ta’ 417 531 254 PLN. |
|
(194) |
It-tabella 5 turi responsabbiltajiet legali pubbliċi mhux infurzati fil-forma ta’ arretrati tat-taxxa tal-proprjetà ta’ 12 402 000 PLN għall-perjodu minn Lulju 2003 sa Diċembru 2004. Din il-miżura tikkorrispondi għall-miżuri 64-68 fil-parti B tal-Anness tad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
|
(195) |
B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tat-tarzna, il-Kummissjoni ma tistax ma tikkunsidrax il-possibbiltà li għajnuna mill-istat ulterjuri ta’ natura simili kienet mogħtija lil SSN. |
|
(196) |
Fl-aħħarnett, SSN ibbenefikat minn garanziji ta’ produzzjoni minn KUKE (minn issa ’l quddiem imsejħa “garanziji ta’ ħlas bil-quddiem” jew “garanziji KUKE”). Pratikament il-produzzjoni tal-bastimenti tat-tarzna kollha mill-1 ta’ Mejju 2004 kienet iffinanzjata b’dawn il-garanziji. Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-30 ta’ Mejju 2008 SSN irċeviet 96 garanziji ta’ valur totali ta’ 1 928 869 694 PLN (18). Fis-sottomissoni tagħha tal-11 ta’ Lulju 2007 il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li KUKE għandha tkompli tagħti garanziji lil SSN fil-perjodu sal-aħħar tal-2008. Skont il-pjan ta’ ristrutturar sottomess fit-12 ta’ Settembru 2008, għaxar garanziji KUKE oħra kienu mogħtija lil SSN għall-ammont totali ta’ 429 578 282 PLN fis-26 ta’ Ġunju. |
|
(197) |
Hija karatteristika komuni tal-industrija li t-tarzni tipikament ma jkollhomx biżżejjed kapital tax-xogħol għall-kostruzzjoni tal-bastimenti u jiddependu fuq finanzjament estern, jekk permezz ta’ self (l-hekk imsemmija self ta’ produzzjoni) jew ta’ ħlas bil-quddiem minn proprjetarji tal-bastimenti, li l-produzzjoni tkun iffinanzjati minnhom. Il-proprjetarji tal-bastimenti tipikament iħallsu 80 % tal-prezz bil-quddiem f’diversi drabi, f’ċerti stadji deċiżivi tal-kostruzzjoni, u l-20 % titħallas mal-kunsinna. Il-parteċipazzjoni tal-proprjetarji tal-bastimenti fil-finanzjament tal-kostruzzjoni hija għalhekk kruċjali. Ir-rwol tal-garanziji tal-ħlas minn quddiem ta’ KUKE provduti lil SSN kien li jiżgura l-ħlas bil-quddiem mill-proprjetarji tal-bastimenti kontra r-riskju tan-nuqqas min-naħa tat-tarzna li tikkonsenja l-bastiment. |
|
(198) |
Skont l-informazzjoni provduta mill-Polonja, il-garanziji KUKE kienu mogħtija lil SSN kif ġej. L-ewwel, kien iffirmat kuntratt mal-proprjetarju tal-bastiment, u kien tipikament jiddependi fuq il-fatt li t-tarzna turi f’ċertu perjodu ta’ żmien li l-finanzjament tal-produzzjoni ikun garantit minn KUKE. KUKE ħarġet deciżjoni fir-rigward li hi se tiżgura l-finanzjament tal-bastiment kollu billi tiggaratixxi l-ħlas bil-quddiem. Fi ftehim individwali sussegwenti KUKE attivat il-garanzija għal kull ħlas bil-quddiem individwali (tipikament erbgħa). L-esponiment ġenerali ta’ KUKE għal nuqqas possibbli tat-tarzna li tikkonsenja hija ġeneralment ta’ 80 % tal-prezz tax-xiri totali li jikkorrispondi għall-ħlas totali bil-quddiem mogħti mill-proprjetarju qabel il-kunsinna. Dan l-esponiment ġenerali huwa magħruf meta KUKE toħroġ id-deċiżjoni li tiżgura l-ħlas bil-quddiem magħmula mill-proprjetarju tal-bastiment. Il-garanzija tiskadi fuq il-kunsinna tal-bastiment. |
|
(199) |
L-operazzjonijiet ta’ KUKE bħala aġenzija Pollakka għall-kreditu tal-esportazzjoni huma divesi (19), u jistgħu essenzjalment ikunu diviżi fil-parti kummerċjali tan-negozju u n-negozju imwettaq f’isem, u garantit minn, it-Teżor tal-Istat. In-negozju msemmi l-aħħar huwa mwettaq permezz ta’ kont tal-bank separat, “Interes Narodowy”. Il-garanziji estiżi għal SSN jaqgħu taħt negozju garantit mit-Teżor tal-Istat. |
|
(200) |
Skont l-informazzjoni provduta mill-Polonja, garanziji KUKE ta’ ħlas bil-quddiem kienu mogħtija lil SSN fuq premjum ta’ garanzija li varja skont il-valur tal-garanzija. Il-ħlas kien ta’ 2 % per annum għal garanziji ta’ mhux iktar minn 35 miljun PLN u 1 % per annum għal garanziji ta’ iktar minn 35 miljun PLN. Bħala kollaterali KUKE kienet teħtieġ it-trasferiment tal-proprjetà tal-bastiment, il-bastiment taħt kostruzzjoni jew il-materjali. |
|
(201) |
Jirriżulta mit-Tabelli 3-5 u l-informazzjoni ta’ hawn fuq li mill-1 ta’ Mejju 2004 SSN ibbenefikat minn miżuri ta’ valur nominali totali ta’ 3 047 943 120,5 PLN (madwar 896 miljun EUR). Tabella 3 Għajnuna mill-istat mogħtija lil SSN bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-30 ta’ Ġunju 2007, data provduta mill-awtoritajiet Pollakki
Tabella 4 Għajnuna mill-istat addizzjonali mogħtija lil SSN mill-30 ta’ Ġunju 2007 sat-12 ta’ Settembru 2008, data provduta mill-awtoritajiet Pollakki
Tabella 5 Responsabbiltajiet pubbliċi legali mhux inforzati wara l-1 ta’ Mejju 2004
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. EVALWAZZJONI
3.1. KOMPETENZA TAL-KUMMISSJONI
|
(202) |
Punt 3 tal-Anness IV tat-Trattat tal-Adeżjoni jistabbilixxi l-hekk imsemmija proċedura ta’ mekkaniżmu interim. Din tikkostitwixxi qafas legali għall-evalwazzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna u miżuri individwali ta’ għajuna fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data tal-adeżjoni tiegħu fl-UE u li għadhom applikabbli wara l-adeżjoni. |
|
(203) |
Miżuri ta’ għajnuna fis-seħħ qabel l-adeżjoni u li m’għadhomx applikabbli wara l-adeżjoni ma jistgħux ikunu eżaminati mill-Kummissjoni, kemm skont il-proċedura ta’ mekkaniżmu interim jew skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE. |
|
(204) |
Min-naħa l-oħra, miżuri li ma kinux fis-seħħ sa wara l-adeżjoni għandhom ikunu evalwati mill-Kummissjoni bħala għajnuna notifikata jew bħala għajnuna illegali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE. |
|
(205) |
Sabiex tkun stabbilita d-data li fiha ċertu miżura daħlet fis-seħħ, il-kriterju relevanti huwa l-att legalment vinkolanti li bih l-awtorità nazzjonali kompetenti tagħti l-għajnuna (20). Jekk att amministrattiv hux legalment vinkolanti jew le hija kwistjoni tal-liġi nazzjonali. Madankollu, il-Kummissjoni għandha, speċjalment f’każijiet marġinali, tkun kapaċi tirrevedi dawn l-atti amministrattivi u tevalwa fuq il-bażi tal-forma u l-kontenut tagħhom jekk setgħux iwasslu għal aspettativi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji inforzabbli quddiem qorti tal-liġi Pollakka. Din il-kapaċità ta’ reviżjoni tal-atti amministrattivi nazzjonali hija indispensabbli għall-eżerċizzju tal-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni li tapprova derogi mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-istat fir-rigward ta’ miżuri fis-seħħ fil-Polonja wara l- 1 ta’ Mejju 2004. |
|
(206) |
Miżura hija applikabbli wara l-adeżjoni jekk daħlet fis-seħħ qabel l-adeżjoni iżda xorta tista’ twassal, wara l-adeżjoni, għall-għoti ta’ għajnuna addizzjonali jew għal żieda fl-ammont ta’ għajuna diġà mogħtija, jiġifieri jekk l-esponiment ekonomiku preċiż tal-Istat ma jkunx magħruf fid-data li fiha l-miżura daħlet fis-seħħ u għadu mhux magħruf fid-data tal-adeżjoni. |
|
(207) |
Fid-deċiżjoni tagħha ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-Polonja, li serje ta’ miżuri notifikati lill-Kummissjoni fil-fatt kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida, li għandha tkun mogħtija wara l-1 ta’ Mejju 2004, il-ġurnata tal-adeżjoni tal-Polonja fl-UE. Speċifikament, il-Kummissjoni kkunsidrat li injezzjoni tal-kapital, żewġ garanziji ta’ prestazzjoni u tneħħija mill-kontijiet tal-kontabbiltà u differiment ta’ responsabbiltà tat-taxxa tal-proprjetà kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida. |
|
(208) |
L-ewwel nett, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li ż-żewġ garanziji ta’ prestazzjoni kkontestati (miżuri 62 u 63 fil-parti B tal-Anness tad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali) fl-aħħar ma kienux mogħtija. Għalhekk dawn mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(209) |
Fit-tieni lok, il-Polonja kkonfermat li d-dejn tat-taxxa fuq il-proprjetà lill-Belt ta’ Szczecin seħħ fil-perjodu bejn Lulju 2003 u Diċembru 2004 (miżuri 64-68 fil-parti B tal-Anness tad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali) ma kienx infurzat jew imneħħi mill-kontijiet tal-kontabbiltà sa issa. Dan ifisser li r-responsabbiltà kienet għadha fis-seħħ u mhux infurzata oltra d-data ta’ adeżjoni. Hija ġurisprudenza stabbilita (21) li nuqqas ta’ infurzar kontinwu ta’ djun pubbliċi legali jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-istat, kif se jkun diskuss f’iktar dettall hawn taħt. Dan in-nuqqas ta’ infurzar jaqa’ b’mod ċar fil-kompetenza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 88 tat-Trattat KE safejn jikkonċerna l-perjodu ta’ wara l-adeżjoni. Dawn il-miżuri huma għalhekk koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(210) |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-injezzjoni tal-kapital minn ARP (miżura 61 fil-parti B tal-Anness tad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali), il-kummenti provduti mill-Polonja u minn terzi persuni fuq id-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma kkonvinċewx lill-Kummissjoni li din il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna ġdida. Din il-miżura hija għalhekk koperta minn din id-Deċiżjoni. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni tispjega hawn taħt ir-raġunijiet għala ma tistax taċċetta l-argumenti sottomessi mill-Polonja u l-partijiet interessati. |
|
(212) |
Fir-rigward tal-argument tal-Polonja li l-injezzjoni tal-kapital għandu jkun ikkunsidrat fil-kuntest tal-programm ta’ salvataġg wiesa’ tal-Gvern Pollakk għat-tarzna tal-bini tal-bastimenti fil-Polonja, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan il-programm governattiv ġenerali ma jistax iwassal għal klejm leġittimu min-naħa ta’ SSN li wieħed mill-azzjonisti tiegħu, ARP, għandu jimplimenta l-injezzjoni tal-kapital kollu. Fil-fatt, għal raġunijiet ta’ baġit ARP oriġinarjament ma kinitx kapaċi timplimenta l-injezzjoni tal-kapital kollu ddikjarat fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2003. |
|
(213) |
Dir-rigward tal-argument tal-Polonja li l-Kummissjoni qed tapplika l-kriterji tal-liġi KE għal avveniment u liġi nazzjonali qabel l-adeżjoni, il-kompetenza tal-Kummisjoni li taġixxi fir-rigward ta’ miżuri mogħtija qabel l-adeżjoni hija definita mill-Att ta’ Adeżjoni, li huwa vinkolanti fuq il-Komunitajiet u fuq il-Polonja. Il-Kummissjoni interpretat il-kunċett “daħal fis-seħħ qabel l-adeżjoni” b’analoġija mal-kunċett tal-għoti ta’ għajnuna (22). |
|
(214) |
Il-Polonja targumenta li approvazzjoni biss tal-pjan ta’ ristrutturar u tal-miżuri ta’ għajnuna inklużi fih mill-President tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur kienet meħtieġa skont il-liġi nazzjonali. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li din l-approvazzjoni tista’ fiha nfisha tkun kwalifikata bħala “it-tqegħid fis-seħħ tal-miżura qabel l-adeżjoni”. L-uffiċċju tal-kompetizzjoni nazzjonali ivverifika l-kumpatibbiltà tal-għajnuna mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ għajnuna mill-istat iżda, bħal meta l-Kummissjoni tirrevedi għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 88 tat-Trattat KE, l-approvazzjoni tiegħu ma ħoloqx aspettativi leġittimi taħt il-liġi nazzjonali li l-għajnuna kienet attwalment se tkun mogħtija. |
|
(215) |
Il-Polonja tikkunsidra wkoll li huwa fatt mhux ikkontestat li l-injezzjoni tal-kapital provdut fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 kien miftiehem bejn SSN u ARP. Kif iddikjarat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-għajnuna hija kkunsidrata li daħlet fis-seħħ jekk l-awtorità kompetenti tadotta att li, skont il-liġi nazzjonali, jista’ jwassal għal aspettativi leġittimi, infurzabbli quddiem qorti nazzjonali, li l-għajnuna se tkun mogħtija. Naturalment, sabiex teżerċita l-kompetenza tagħha skont l-Att ta’ Adeżjoni u t-Trattat KE, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tivverifika jekk dan huwiex il-każ. La il-Polonja u lanqas it-terzi persuni interessati ma pprovdew evidenza li SSN tkun tista’ tiddikjara aspettativi leġittimi quddiem il-qorti nazzjonali minħabba li injezzjoni ta’ kapital totali ta’ 241 miljun PLN kienet inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2003 miftiehem mal-ARP. Fil-fatt, żewġ riżoluzzjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-azzjonisti kienu neċessarji sabiex jimplimentaw din l-injezzjoni tal-kapital: ir-riżoluzzjonijiet tad-29 ta’ April 2004 (180 miljun PLN) (23) u tal-24 ta’ Diċembru 2004 (61 miljun PLN). |
3.2 GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 87 (1) TAT-TRATTAT KE
3.2.1 EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(216) |
L-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jipprovdi li kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun meqjusa inkompatibbli mas-suq komuni. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni ssib li l-miżuri kollha deskritti fil-Parti 2.7 fuq imsemmija kienu mogħtija mill-istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, peress li kienu mogħtija lil intrapriża waħda partikolari, kienu selettivi. |
|
(218) |
SSN hija waħda mill-ikbar tarzni fl-Ewropa. Fis-snin riċenti l-bastimenti tal-kontejners rrappreżentaw iktar minn 60 % tal-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzna. SSN għalhekk rikkompeti attivament mat-tarzni fil-Ġermanja u d-Danimarka. Is-sussidjar kontinwu ta’ SSN, li ppermettilha li tikkonkludi kuntratti mingħajr ma jkunu evalwati kompletament jew paċuti r-riskji involuti, kellha impatt negattiv fuq tarzni Ewropej oħra bil-kapaċità li jipproduċu bastimenti tal-kontejners. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni tinnota li SSN topera wkoll f’segmenti oħra ta’ bastimenti tal-merkanzija billi toffri prodotti bħal bastimenti ta’ diverso għanijiet, tankers tal-kimika u bastimenti ta’ ro-ro (li jinkludu ro-pax u con-ro) u tikkompeti f’dawn is-segmenti ma’ tarzi Ewropej oħra. Per eżempju prodotti u tankers tal-kimika kienu jikkostitwixxu madwar 8 % tal-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzni Ewropej fit-tmiem tal-2006. B’mod partikolari, it-tarzni Ġermaniżi u Rumeni huma attivi f’dawn is-segmenti. |
|
(220) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-istat mogħtija lil SSN affettwat in-negozju bejn l-Istati Membri. |
|
(221) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha bżonn li tiddetermina jekk il-miżuri mogħtija lil SSN kinux jagħtu żvantaġġ mhux dovut u għalhekk iwasslux għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Pollakki kkontestaw il-klassifikazzjoni ta’ self minn KPS u garanziji minn KUKE bħala għajnuna mill-istat, u ddikjarat li l-miżuri għaddew mit-test tal-investitur tas-suq. Il-Polonja ma kkontestatx il-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-istat tal-miżuri l-oħra koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(222) |
Il-Kummissoni se tispjega hawn taħt għala n-nuuqas konsistenti li jkunu indurzati djun puvvliċi legali ma jgħaddix mit-test tal-kreditur tal-ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni imbagħad għandha tevalwa fid-dettall il-miżuri kkontestati mill-Polonja. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi li fihom kienu mogħtija l-miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni u l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni. |
a Nuqqas ta’ infurzar ta’ responsabbiltajiet pubbliċi legali
|
(223) |
Hija ġurisprudenza stabbilita (24) li nuqqas ta’ infurzar konsistenti ta’ djun pubbliċi legali jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-istat, kif se jkun diskuss f’iktar dettall hawn taħt. Dan in-nuqqas ta’ infurzar jaqa’ b’mod ċar fil-kompetenza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 88 tat-Trattat KE safejn jikkonċerna l-perjodu ta’ wara l-adeżjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li ebda kreditur tal-ekonomija tas-suq ma jaqbel għal dan id-diferriment prolongat ta’ ħlas tal-klejms tiegħu. Barra minn hekk, il-Polonja ma pprovdiet ebda evidenza li l-awtorità relevanti tat-taxxa ħadet xi passi sabiex tinforza l-klejms pubbliċi legali tagħha fuq SSN, b’mod partikolari permezz ta’ proċeduri ta’ infurzar jew skont il-liġi tal-falliment. Fl-aħħarnett, dan in-nuqqas ta’ infurzar huwa f’kunflitt mal-asserzjoni tal-awtoritajiet Pollakki li SSN kienet qed tħallas regolarment ir-responsabbiltajiet pubbliċi legali tagħha mill-1 ta’ Mejju 2004 u ma bbenefikatx minn diferriment u skedi ta’ ħlas lura fir-rigward ta’ dawn ir-risponsabbiltajiet. |
b Miżuri kkontestati mill-Polonja bħala li jgħaddu mit-test tal-investitur tal-ekonomika tas-suq
Garanziji KUKE
|
(224) |
Fir-rigward tal-assistenza mill-KPS fil-forma ta’ self ta’ kapital tax-xogħol, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-Polonja li dan is-self kien ħieles minn għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni tinnota li r-rata ta’ interessi imposta mill-KPS kienet bejn wieħed u ieħor fuq il-livell tar-rata ta’ referenza. Hija tinnota wkoll li SSN kienet f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja ħafna għal diversi snin. SSN ma kinitx kapaċi tikseb kwalunkwe finanzjament estern ieħor tal-produzzjoni tagħha b’appoġġ mill-istat, fil-forma ta’ parteċipazzjoni jew ta’ garanziji tal-KPS. Il-kapital tax-xogħol tagħha kien iffinanzjat minn ħlas bil-quddiem koperti totalment mill-garanziji KUKE, jew minn self tal-KPS. Għalhekk ma jistax ikunu kkunsidrat li r-rata ta’ interessi imposta minn KPS irriflettiet totalment ir-riskju ta’ KPS. Huwa vera li KPS talbet kollaterali iżda l-valur ta’ dan il-kollaterali huwa kwestjonabbli; għandu jkun imfakkar li KUKE kienet teħtieġ kollaterali simili u, skont il-proporzjon ta’ respondabbiltajiet/assi ta’ SSN, mhuwiex probabbli li KPS tkun tista’ tikseb klejms tal-ogħla grad fuq l-assi tat-tarzna bħala kollaterali. Fi kwalunkwe każ il-Polonja ma pprovdietx informazzjoni dettaljata li tippermetti lill-Kummissjoni li tevalwa l-valur reali tal-kollaterali meħtieġa. |
|
(225) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tara ebda differenza bejn is-self mogħti minn KPS u s-self mogħti minn ARP, il-proprjetarju tal-KPS. Huwa diffiċli li wieħed jaqbel mal-argument tal-awtoritajiet Pollakki li s-self mogħti mill-ARP jikkostitwixxi għajnuna mill-istat, filwaqt li self mogħti mis-sussidjarja tagħha, KPS, huwa kumpatibbli mal-prinċipju ta’ investitur tas-suq tal-ekonomija. |
|
(226) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-Polonja li s-self provdut minn KPS f’konsorzju ma’ Bank Handlowy S.A. u Bank Pekao S.A. (miżuri 3 u 4 fit-Tabella 3, premessa 201) kien mogħti fuq termini tas-suq u li peress li KPS u l-banek ipparteċipaw fil-konsorzju u pprovdew finanzjament “fuq termini analogi”, il-kontribuzzjoni tal-KPS ma kinitx tinkludi għajnuna mill-istat. |
|
(227) |
Il-Kummissjoni tinnota li meta l-konsorzju pprovda s-self, SSN kienet kumpanija f’diffikultà. Mingħajr appoġġ mill-istat it-tarzna ma setgħet tikseb ebda finanzjament fis-suq fil-forma ta’ garanzija jew ta’ parteċipazzjoni fil-finanzjament, bħal fil-miżuri in kwistjoni. Peress li ebda finanzjament estern ma kien provdut minbarra dak mill-konsorzju ta’ KPS, jidher li l-banek kienu lesti li jipprovdu finanzjament lit-tarzna biss minħabba l-involviment ta’ KPS fit-tranżazzjoni. |
|
(228) |
Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota li r-rata ta’ interess imposta minn KPS dwar is-self lil SSN kienet simili għar-rata ta’ referenza għall-Polonja fil-ħin meta s-self kien mogħti. Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ tnaqqis (25) ir-rata ta’ referenza annunċjata mill-Kummissjoni hija rata massima li tista’ tkun miżjuda f’sitwazzjonijiet li jinvolvu riskju partikolari (per eżempju, intrapriża f’diffikultà, jew fejn is-sigurtà normalment meħtieġa mill-banek mhix provduta). F’dan il-każ ir-rata ta’ interessi ma kinitx miżjuda sabiex tkkunsidra s-sitwazzjoni prekarja ta’ SSN. |
|
(229) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li KPS kienet stabbilita bħala fond kontrollat mill-gvern b’għan ta’ politika pubblika u l-finanzjament tagħha kien totalment provdut jew garantit mill-Istat permezz ta’ ARP. Skont id-dokument “Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni ta’ kostruzzjoni marittimi) fil-Polonja 2006-2010”, KPS kienet “fondata biex torganizza l-finanzjament tal-produzzjoni tat-tarzni sakemm ma t-tarzni jkunu mixtrija minn investituri privati.” L-istrateġija, li l-għanijiet tagħha mhumiex biss ekonomiċi, iżda wkoll soċjali u makroekonomiċi (26), tagħti lil KPS, flimkien ma’ ARP, it-Teżor tal-Istat u entitajiet pubbliċi relevanti oħra, medda ta’ poteri. Ir-rabtiet finanzjarji tal-KPS mal-ARP u t-Teżor tal-Istat huma ċari u KPS taġixxi pjuttost bħala vettura għat-trasferiment tal-assi maħsuba fil-baġit tal-istat għat-tarzni fil-Polonja, inkluż SSN. |
|
(230) |
Skont dawn il-fatturi, il-Kummissjoni tikkonkludi li KPS ma aġixxietx bħala investitur tal-ekonomija tas-suq meta tat self tal-kapital tax-xogħol lil SSN. |
Garanziji KUKE
|
(231) |
Fil-kummenti tagħha wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Polonja ssottomettoet li l-garanziji tal-ħlas bil-quddiem estiżi minn KUKE lil SSN ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-asserzjoni. |
|
(232) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-garanziji tal-ħlas bil-quddiem ta’ KUKE huma garantiti mit-Teżor tal-Istat u trattati f’kont tal-bank separat taħt l-isem ta’ “Interes Narodowy”. Jekk dan il-kont ma jkunx fih fondi suffiċjenti, KUKE tista’ jew tissellef mit-Teżor tal-Istat jew tibbenefika minn garanziji ta’ self tat-Teżor tal-Istat. |
|
(233) |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tfakkar fid-deċiżjoni tagħha tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-kawża N 105/2007 (27), li fiha approvat bħala ħielsa mill-għajnuna mill-istat l-iskema skont liema KUKE topera l-programm tagħha ta’ assigurazzjoni tal-esprtazzjoni garantita mit-Teżor tal-Istat. Din l-iskema preżentament tkopri t-tip ta’ garanziji ta’ produzzjoni li SSN ilha tirċievi għal snin. Il-Kummissjoni tinnora li l-iskema espliċitament teskludi (28) kumpaniji f’diffikultà finanzjarja skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar għajnuna mill-istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà. Il-karatteristika ewlenija tal-iskema hija li l-premjums tal-garanzija huma determinati fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju. Per eżempju il-premjum tal-garanzija għal kumpanija li tappartjeni f’kategorija ta’ riskju għoli jikkorrispondi għal […] % p.a. għal garanziji ta’ inqas minn sentejn u […] % p.a. għal garanziji ta’ iktar minn sentejn. Il-premjum bażiku huwa ta’ […] % p.a. B’paragun ma’ dan, il-garanziji lil SSN kienu provduti minn KUKE għal premjum ta’ 2 % p.a. jekk il-garanzija ma qabżitx 35 miljun PLN u għal premjum ta’ 1 % p.a. jekk il-garanzija qabżet dan l-ammont. |
|
(234) |
Huwa ċar li SSN mhix eliġibbli għal garanziji koperti mill-iskema deskritta hawn fuq li kienet approvata mill-Kummissjoni bħala ħielsa minn għajnuna. Għalhekk il-garanziji mogħtija lil SSN mhumiex ħielsa minn għajnuna. |
|
(235) |
Barra minn hekk huwa ovvju li l-premjum ta’ garanzija imposta fuq SSN hija ħafna iktar baxxa mill-premjum bażika użata għal garanziji lil kumpaniji sodi u ħafna drabi iktar baxxa mill-premjum impost fuq kumpaniji f’riskju għoli li għadhom eliġibbli taħt l-iskema fuq deskritta. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-premjum ta’ garanzija imħallas minn SSN ma jikkorrispondix għal premjum tas-suq u għalhekk dawn il-garanziji jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. |
|
(236) |
Fit-tielet lok, skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-istat fil-forma ta’ garanziji (29), sabiex garanzija mill-Istat individwali ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat, min jissellef m’għandux ikun f’diffikultà finanzjarja. Dan b’mod ċar mhuwiex il-każ hawnhekk. Skont l-istess Avviż, meta min jissellef huwa f’diffikultà finanzjarja l-element ta’ għajnuna tal-garanzija jista’ jkun għoli daqs l-ammont kopert minn dik il-garanzija. |
|
(237) |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tinnota li SSN iddependiet esklussivament fuq garanziji minn KUKE u mit-Teżor tal-Istat u ma rnexxiliex tikseb garanziji fuq is-suq. Dan jappoġġja l-konklużjoni tal-Kummissjoni li garanziji minn KUKE ta’ ħlas bil-quddiem jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. |
|
(238) |
Fid-dawl ta’ dak fuq imsemmi, il-Kummissjoni tikkonkludi li KUKE ma aġixxietx bħala operatur tal-ekonomija tas-suq meta estendiet il-garanziji tagħha għal SSN. |
c Distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata minn għajnuna mill-istat lil SSN
|
(239) |
Il-Kummissjoni ssib li, minħabba d-dipendenza totali fuq appoġġ mill-istat, SSN wettqet prattiċi kontra l-kompetizzjoni bħal prezzijiet taħt l-ispejjeż tal-produzzjoni u ma sofrietx il-konsegwenzi li dawn il-prattiċi normalment jinvolvu, jiġifieri tkeċċija mis-suq. |
|
(240) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnora li l-problema ewlenija u persistenti ta’ SSN kienet li kkonkludiet kuntratti li rriżultaw li għamlu telf minħabba t-tisħiħ kostanti tal-zloty kontra d-dollaru, li hija l-munita ewlenija fin-negozju tal-bini tal-bastimenti, u ż-żieda fil-prezzijiet dinjija għal lastri tal-azzar. Dawn il-fatturi esterni kienu identifikati bħala theddid serju għall-operazzjoni tat-tarzna sa mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2002, u għal darba oħra fil-pjan ta’ ristrutturar ġdid tal-2006 u fl-aħħarnett matul it-tentattiv ta’ privattizzazzjoni fl-2008. |
|
(241) |
Għalkemm l-amministratur tat-tarzna kien konxju ta’ dawn il-perikli, it-tarzna kompliet tikkonkludi kuntratti mingħajr ma tieħu miżuri biex tnaqqas dawn ir-riskji, jew twettaq biss miżuri b’impatt limitat. Din il-prattika tan-negozju kompliet fil-perjodu ta’ boom mingħajr preċedent fis-suq tal-bini tal-bastimenti bejn l-2004 u l-2008, meta l-prezzijiet tal-bini tal-bastimenti għolew għal livelli mingħajr preċedenti. Bħala riżultat ta’ din il-prattika, it-tarzna rnexxielha żżomm l-operazzjoni u l-impjieg, iżda akkost ta’ telfiet jbar fuq il-produzzjoni regolari ta’ bini ta’ bastimenti tagħha. Skont id-diliġenza dovuta mwettqa minn Amber fl-ewwel nofs tal-2008, u kif ikkonfermat mill-Polonja, il-ktieb tal-ordnijiet kurrenti b’konsenji fl-2008 u l-2009 huwa mgħobbi ukoll b’telf sinifikanti minħabba kuntratti li għamlu telf konklużi mingħajr miżuri għat-tnaqqis tar-riskji jew b’miżuri evidentement mhux suffiċjenti. |
|
(242) |
Fuq din il-bażi l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kollha mogħtija lil SSN kienu tali li joħolqu jew theddida ta’ distorsjoni lill-kompetizzjoni fis-suq tal-bini tal-bastimenti. |
|
(243) |
B’konklużjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri kollha mogħtija lil SSN huma għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. |
3.2.2 OPPORTUNITÀ GĦALL-POLONJA U GĦALL-TERZI PERSUNI INTERESSATI BIEX JISSOTTOMETTU KUMMENTI
|
(244) |
Bid-deċiżjoni tagħha tal-1 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ serje ta’ miżuri, li għandhom ikunu mogħtija fuq varji bażi legali kemm mill-awtorità lokali kif ukoll mill-kumpanija ARP li tappartjeni lill-istat, li jinkludu ristrutturar tad-dejn, injezzjoni tal-kapital u garanziji ta’ prestazzjoni. |
|
(245) |
Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li l-argument tal-Polonja li ħlas bil-quddiem minn proprjetarji tal-bastimenti għandu jkun ikkunsidrat bħala kontribuzzjoni tagħhom stess ma jistax ikun aċċettat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem provduti minn KUKE kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-istat jew le u annunċjat li se tinvestiga n-natura ta’ dawn il-garanziji. |
|
(246) |
L-awtoritajiet Pollakki ssottomettew il-kummenti tagħhom u, filwaqt li kkontestaw il-kompetenza tal-Kummissjoni biex tevalwa l-kumpatibbiltà ta’ uħud mill-miżuri kkonċernati, huma ma kkontestawx il-konklużjoni tal-Kummissjoni li jekk dawn il-miżuri kienu mogħtija wara l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE huma jikkostitwixxu għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. L-eċċezzjoni kienet in-natura tal-garanziji provduti minn KUKE, allegatament ħielsa minn għajnuna mill-istat. Iktar tard il-Polonja argumentat ukoll li self minn KPS ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni indirizzat dawn l-argumenti tal-Polonja iktar ’il fuq. |
|
(247) |
Matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, l-istrateġija tal-Gvern Pollakk bħala l-proprjetarju tal-maġġoranza ta’ SSN inbidlet b’mod sinifikanti diversi drabi, kif turi id-deskrizzjoni tal-avvenimenti fuq imsemmija. L-istrateġija tal-konsolidazzjoni tas-settur tal-bini tal-bastimenti kienet sostitwita minn strateġija ta’ privatizzazzjoni parzjali tat-tarzna, li iktar tard kienet sostitwita minn strateġija ta’ privatizzazzjoni totali. Preżentament din l-aħħar strateġija hija fir-riskju minħabba in-nuqqas evidenti ta’ interess tas-suq fix-xiri tat-tarzna. |
|
(248) |
Kif deskritt fuq, il-Kummissjoni qedha f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet Pollakki bħala l-proprjetarju ta’ SSN, u ma’ SSN infisha. Il-Kummissjoni regolarment indikat kemm lill-Polonja u lit-tarzna li l-miżuri kollha mogħtija lit-tarzna mir-riżorsi tal-Istat probabbilment jikkostitwixxu għajnuna mill-istat skont it-tifsita tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tat-tarzna u l-assenza virtwali ta’ finanzjament estern ħieles minn għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni wissiet ukoll li din l-għajnuna tal-istat kienet mogħtija kontra l-Artikolu 88(3) u apparentament mhix kumpatibbli mas-suq komuni fuq ebda raġuni. Il-Kummissjoni indikat ukoll ripetutament li l-garanziji KUKE provduti lil SSN jikkostitwixxu għajnuna mill-istat. |
|
(249) |
Fl-aħħarnett, matul l-investigazzjoni tagħha l-Kummissjoni ġabret dettalji dwar l-operazzjonijiet ta’ KPS u n-natura tas-self tal-kapital tax-xogħol mogħti lit-tarzna minn KPS. Il-Kummissjoni indikat lill-Polonja li dan is-self probabbilment kien jikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. |
3.3. KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA: EŻENZJONI SKONT L-ARTIKOLU 87 (3) TAT-TRATTAT KE
|
(250) |
L-għan ewlieni tal-miżuri huwa li jassisti lil kumpanija f’diffikultà finanzjarja u jżommha għaddejja. F’dawn il-każijiet, l-eżenzjoni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, li tippermetti l-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-istat mogħtija sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomikċi basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il- kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni, tista’ tkun applikata jekk il-kundizzjonijiet relevanti huma mwettqa. |
|
(251) |
Għajnuna ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar lil kumpaniji fil-bżonn hija preżentament regolata mill-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji il-bżonn (30) (minn issa ’l quddiem imsejħa “Linji Gwida”), li ssostitwixxew it-test preċedenti adottat fl-1999 (31) (minn issa ’l quddiem imsejħa “Linji Gwida tal-1999”). |
|
(252) |
Id-dispożizzjonijiet transizzjonali fil-Linji Gwida jistipulaw li notifikazzjonijiet reġistrati qabel l-10 ta’ Ottubru 2004 għandhom ikunu eżaminati fid-dawl tal-kriterji fis-seħħ fil-ħin tan-notifikazzjoni (punt 103). Fil-każ preżenti, uħud mill-miżuri kienu notifikati lill-Kummissjoni skont il-“mekkaniżmu interim” provdut fil-punt 3 tal-Anness IV tat-Trattat tal-Adeżjoni fid-29 ta’ April 2004, meta l-Linji Gwida tal-1999 kienu fis-seħħ. Madankollu, il-Linji Gwida jistipulaw li huma għandhom japplikaw għall-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe għajnuna ta’ salvataġġ jew ta’ ristrutturar mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni (għajnuna illegali) jekk ftit jew l-għajnuna kollha tkun mogħtija wara l-1 ta’ Ottubru 2004 (punt 104, l-ewwel subparagrafu). Il-Kummissjoni ssib li kważi l-miżuri kollha deskritti fit-Tabella 3 u r-Tabella 4 kienu mogħtija illegalment wara din id-data u li l-Linji Gwida tal-2004 għalhekk japplikaw. |
|
(253) |
Il-Linji Gwida japplikaw għall-kumpaniji fis-setturi kollha, bl-eċċezzjonijiet imniżżla fil-punt 18 tal-Linji Gwida. Punt 12 tal-Qafas dwar l-għajnuna mill-istat għall-bini tal-bastimenti (32), li huwa l-qafas legali għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-istat għal dan is-settur, jirreferi għal-Linji Gwida bħala l-bażi legali rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ għajnuna ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar. |
Għajnuna ta’ salvataġġ
|
(254) |
Il-Linji Gwida jipprovdu għall-prossibbiltà li tkun mogħtija għajnuna għas-salvataġġ bħala assistenza temporanja għall-kumpaniji f’diffikultà finanzjarja sabiex tagħtihom il-ħin biex jippreparaw pjan ta’ ristrutturar jew pjan ta’ likwidazzjon, jew biex jindirizzaw kriżi ta’ likwidità serja li tista’ tkun solvuta fil-perjodu kopert mill-għajnuna tar-riskju. |
|
(255) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna mill-istat mogħtija lil SSN ma tissodisfax ir-rekwiżit li tkun temporanja, peress li l-miżuri ta’ appoġġ kollha koprew perjodi li qabżu sew is-sitt xhur preskritti, jew ir-riekwiżit li tkun irriversibbli, peress li l-għajnuna inkludiet miżuri irriversibbli bħal injezzjonijiet tal-kapital, kumparabbli ma’ għotjiet. |
|
(256) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni mhumiex kumpatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ salvataġġ. |
Għajnuna ta’ ristrutturar
|
(257) |
Skont id-definizzjoni inkluża fil-punt 17 tal-Linji Gwida, għajnuna ta’ ristrutturar hija bbażata fuq pjan fattibbli, koerenti u wiesa’ sabiex jistabbilixxi mill-ġdid l-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija fi żmien raġonevoli. Ir-ristrutturar ġeneralment jinvolvi l-elementi li ġejjin: ir-ristrutturar tal-aspetti kollha tal-operazzjoni tal-kumpanija u tal-organizzazzjoni mill-ġdid u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-kumpanija; dan jinkludi irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf u ristrutturar finanzjarja. Madankollu, operazzjonijiet ta’ ristrutturar li jibbenefikaw minn għajnuna mill-istat ma jistgħux ikunu ristretti għall-ħlas ta’ telf fil-passat mingħajr ma jkunu trattati r-raġunijiet għal dak it-telf, jiġifieri mingħajr ma sseħħ ristrutturar ġenwina. Il-Linji Gwida jirrikjedu li l-għajnuna ta’ ristrutturar tkun limitata għal dawk minimi neċessarji stretti u parti sinifikanti mir-ristrutturar għalhekk għandha bżonn tkun finanzjata minn riżorsi li huma ħielsa minn għajnuna mill-istat. Sabiex ikun żgurat li l-effetti negattivi tal-għajnuna u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni huma minimizzati għandhom jittieħdu miżuri kumpensatorji. |
|
(258) |
Minħabba n-natura ta’ distorsjoni qawwija tal-għajnuna tar-ristrutturar, il-Kummissjoni tikkunsidra li għajnuna lil kumpaniji f’diffikultà tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi mingħajr ma taffettwa b’mod negattiv in-negozju sa estent kuntratju għall-interess Komunitarju biss jekk jiġu milħuqa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Linji Gwida. |
|
(259) |
Il-Kummissjoni se tanalizza iktar ’l quddiem jekk dawn il-kundizzjonijiet kienux milħuqa. |
|
(260) |
Sabiex tevalwa l-kumpatibbiltà tal-miżuri li jikkostitwixxu għajnuna ġdida, u b’mod partikolari l-kapaċità tal-proċess ta’ ristrutturar sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà tal-kumpannij u jekk l-għajnuna hix limitata għall-minimu neċessarju, il-Kummissjoni teħtieġ li tikkunsidra il-pjan u l-għajnuna ta’ ristrutturar flimkien, inkluż “għajnuna tal-passat”, jiġifieri għajnuna li daħlet fis-seħħ qabel la-deżjoni u mhux applikabbli wara. |
3.3.1. ELIĠIBBILTÀ TAL-KUMPANIJA
|
(261) |
Il-Linji Gwida jikkunsidraw li intrapriża hija kumpanija fil-bżonn, u għalhekk eliġibbli għal għajnuna ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar, jekk mhix kapaċi, jew permezz tar-riżorsi tagħha stess jew billi żżid il-fond mill-azzjonijiet tagħha jew permezz ta’ self estern, li tħallas it-telf li, mingħajr intervenzjoni barranija mill-awtoritajiet pubbliċi, kważi ċertament se jikkundannaha sabiex tfalli f’terminu ta’ żmien qasir jew medju. Il-Linji Gwida jniżżlu wkoll xi sinjali tipiċi li juru li kumpanija hija fil-bżonn, bħal żieda fit-telf jew qligħ li jonqos. |
|
(262) |
Punt 12 tal-Linji Gwida tal-1999 jistipula li kumpanija li għadha ġdida mhix eliġibbli għall-għajnuna ta’ ristrutturar, anke jekk il-pożizzjoni finanzjarja tagħha mhix żgura. Dan huwa l-każ, per eżempju, meta kumpanija ġdida tirriżulta mil-likwidazzjoni ta’ kumpanija preċedenti jew sempliċiment tixtri l-assi ta’ din il-kumpanija. Il-Linji Gwida jispeċifikaw li kumpanija għandha fil-prinċipju tkun ikkunsidrata bħala ġdida għall-ewwel tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet fil-ambitu relevanti tal-attività. |
|
(263) |
L-awtoritajiet Pollakki jiddikjaraw li SSN huwa biss isem ieħor għal ASS, li kienet teżisti u kkooperat ma’ SSPH u SS qabel il-falliment tagħhom. |
|
(264) |
Madankollu, iċ-ċirkustanzi kollha jissuġġerixxu li SSN ma assumietx id-djun ta’ SSPH jew SS u li dawk id-djun baqgħu għand iż-żewġ kumpanija u kienu trattat skont il-proċedura tal-falliment. Il-Polonja ddikjarat li djun tal-SSPH relatati mal-fornituri għall-ammont ta’ 15 miljun PLN kienu mixtrija minn SSN, iżda ma pprovdietx iktar dettalji jew xi dokumentazzjoni. |
|
(265) |
Għaldaqstant SSN bdiet l-operazzjonijiet tagħha ħielsa mid-djun tal-predeċessuri tagħha. L-awtoritajiet Pollakki ma pprovdew ebda evidenza li SSN ħadet xi djun. Barra minn jekk, b’kunsiderazzjoni tad-daqs tan-negozju tat-tarzna, id-dejn ta’ 15 miljun PLN li allegatament kien mixtri ma jiġġustifikax l-asserzjoni li kien hemm kontinwità ekonomika bejn SSPH/SS u SSN. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li kuntratti kontinwi kienu mixtrija matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, meta djun kien paċuti b’riċevibbloi, u għalhek ma kienux jirrappreżentaw wirt ta’ piż addizzjonali. Barra minn hekk, SSN fil-fatt ikkonkludiet kuntratti ġodda għal dawk il-bastimenti (33). |
|
(266) |
Fit-tieni lok, filwaqt li l-Kummissjoni tinnota li ASS kienet attiva fin-negozju tal-bini tal-bastimenti flimkien ma’ SS qabel il-falliment ta’ SSPH (ftehim ta’ qafas u ftehim ta’ kiri ta’ Jannar 2002), il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-daqs ta’ SSN wara Ġunju 2002 meta kkumparat ma’ dak ta’ ASS qabel Ġunju 2002 iwaqqa’ kwalunkwe asserzjoni li kien hemm kontinwità ekonomika bejn dawn iż-żewġ entitajiet. Il-kont tal-profitt u tat-telf juri li l-qligħ żied minn 88 miljun PLN fl-2001 għal 425 miljun PLN fl-2002 1 100 miljun PLN fl-2003. |
|
(267) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li ma tistax taċċetta l-asserzjoni tal-awtoritajiet Pollakki li SSN kienet sempliċiment kontinwazzjoni ta’ ASS, li eżistiet ħafna qabel il-falliment ta’ SSPH. F’termini ekonomiċi, hemm diviżjoni ċara bejn l-attivitajiet ta’ dawn iż-żewġ entitajiet, li hija murija primarjament permezz tal-fatt li ebda djun ma kienu mixtrija. SSN kienet għalhekk kumpanija ġdida, li ma kinitx eliġibbli għal għajnuna ta’ ristrutturar. |
|
(268) |
Skont il-punt 12 tal-Linji Gwida kumpanija hija kkunsidrata bħala ġdida għall-ewwel tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet tagħha. Is-sitwazzjoni kkunsidrata hija waħda speċifika li fiha rriżultat kumpanija ġdida mil-likwidazzjoni ta’ kumpanija preċedenti. Skont il-Punt 12 tal-Linji Gwida dan ix-xenarju huwa wieħed li jiddiskwalifika kumpanija minn eliġibbiltà għall-għajnuna ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ SSPH u SS f’Lulju 2002 hija deċiżiva f’dan ir-rigward. Huwa dan il-falliment li mmarka d-diviżjoni bejn l-attività ekonomika l-antika u l-attività ekonomika l-ġdida, li kienet protetta mid-djun tal-entità ekonomika l-antika. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li SSN ma kinitx eliġibbli għall-għajnuna ta’ salvataġġ u ta’ ristrutturar fit-tliet snin li jibdew minn Lulju 2002, meta bdiet l-operazzjonijiet il-ġodda tagħha. Ħielsa minn responsabbiltajiet antiki. |
|
(269) |
Il-Punt 12 tal-Linji Gwida jirrikonoxxi li kumpanija inizjalment ikkunsidrata li hija ġdida ssir eliġibbli għal għajnuna ta’ salvataġġ jew ta’ ristrutturar fuq skadenza tal-perjodu tat-tliet snin wara l-bidu tagħha, sakemm din tikkwalifika bħala kumpanija fil-bżonn skont it-tifsira tal-Linji Gwida. Il-Kummissjoni tosserva li l-kundizzjonijiet sabiex SSN tkun eliġibbli skont il-Linji Gwida kienu milħuqa wara li skada l-perjodu ta’ tliet snin. B’mod partikolari, SSN għamlet telf kontinwiu u kienet salvata diversi drabi minn falliment biss permezz ta’ intervenzjoni mill-istat. Għalhekk hija kkwalifikat minn Lulju tal-2005 bħala kumpanija fil-bżonn skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Linji Gwida. |
3.3.2. STABBILIMENT MILL-ĠDID TAL-VIJABBILTÀ
|
(270) |
Skont il-punt 34 tal-Linji Gwida, l-għoti tal-għajnuna għandu jkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar, li għandu jippermetti lill-kumpanija biex tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà tagħha f’limitu ta’żmien raġonevoli. Ir-restorazzjoni tal-vijabbiltà tfisser li l-kumpanija, wara li tlesti r-ristrutturar tagħha, hija kapaċi li tkopri l-ispjjeż tagħha kollha u li tiġġenera dħul suffiċjenti fuq kapital sabiex tkun tista’ tikkompeti fuq il-merti tagħha stess.Id-dewmien tar-ristrutturar għandu jkun qasir kemm jista’ jkun. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li matul din l-investigazzjoni hija rrevediet żewġ pjanijiet ta’ ristruttrazzjoni, dak tal- 2002 u dak tal- 2006, li kienu ppreparati mill-amministratur tat-tarzna u approvati mill-Istat. Il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rigward taż-żewġ pjanijiet li l-Polonja ma kinitx uriet li kienet suffiċjenti li tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tat-tarzna. Peress li l-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 ssostitwixxa l-pjan ta’ ristrutturar tal-2002, il-Kummissjoni se tispjega hawn taħt ir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha rigward il-pjan ta-ristrutturar tal-2006. |
Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Settembru 2006
|
(272) |
L-istrateġija ppjanata ta’ ffokar fuq swieq speċjalizzati li t-tarzna assumiet li kellha vantaġġ kompetittiv fihom u kkunsidrat li l-ambjent ġenerali kompetittiv u tas-suq kien favorevoli kienet fil-fatt tidher approprjata għal SSN. Madankollu, il-fatt li kważi 70 % tal-bastimenti fuq il-ktieb tal-ordnijiet tat-tarzna għas-snin ta’ wara kienu bastimenti tal-kontejners ma indikax li kien hemm bidla importanti fl-orjentazzjoni tat-tarzna. Ma kienx hemm indikazzjonijiet oħra bħal proġetti kbar ta’ riċerka u żvilupp jew atttivitajiet tal-marketing, sabiex jappoġġjaw il-konklużjoni li t-tarzna tkun tista’ timplimenta din l-istrateġija fi żmien qasir. Il-Kummissjoni għalhekk ma kinitx konvina li din l-istrateġija tas-suq setgħet tkun miskuba b’mod realisitiku. |
|
(273) |
Il-livell ippjanat ta’ investiment, li jammonta għal 200 miljun PLN, kien b’mod ċar mhux suffiċjenti, peress li l-faċilitajiet tat-tarzna kienu f’kundizzjoni dgħajfa u kien hemm dipprezzament sinifikanti fuqhom. Filwaqt li l-valur tal-ktieb tal-assi fl-2006 kien ta’ 130 miljun PLN, dipprezzament ipproġettat fl-2006-2009 amonta għal 85 miljun PLN. Dan indika li parti kbira mill-investiment kien se jkun paċut mid-diprezzament u l-modernizzazzjoni ġenwina tkun limitata. |
|
(274) |
L-opinjoni tal-Kummissjoni li l-ambitu tal-investimenti ppjanati ma kienx suffiċjenti kien rinforzat mill-fatt li l-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 assuma li fl- 2011 il-produttività ta’ SSN għandha tilħaq il-livell ta’ produttività medja tal-UE fl-2000 (filwaqt li l-produttività tagħha dak iż-żmien kienet kumparabbli mal-medja tal-UE fl-1992), u l-Kummissjoni kkunsidrat li dan ma kienx suffiċjenti biex jippermetti lit-tarnza biex tikkompeti fis-suq mingħajr appoġġ fit-tul mill-istat. |
|
(275) |
Il-Kummissjoni ddubitat jekk iż-żidiet ippjanati fil-pagi ta’ madwar 5 % per annum ikunux suffiċjenti sabiex jimmotivaw lill-ħaddiema biex jibqgħu fit-tarzna, filwaqt li livell għoli ta’ assenzi u nuqqas ta’ ħaddiema kwalifikati – peress li dawn kienu qed jitilqu sabiex jaqilgħu paga aħjar f’tarzni Ewropej – kienu (u għadhom) waħda mill-problemi ewlenin tat-tarzna. |
|
(276) |
Il-pjan ippreveda li d-dħul fuq il-kapital investit (ROCE), mingħajr ma jkunu kkunsidrati żidiet fil-pagi, jkun ta’ medja ta’ 19 % per annum fl-2007-2011, li kien allegatament il-livell ta’ dħul mistenni minn investitur privat. Madankollu, bil-kunsiderazzjoni taż-żidiet fil-pagi li ma jistgħux ikunu evitati, ir-ROCE fl-istess perjodu ikun ta’ madwar 1,45 % per annum, li kien taħt il-livell aċċettabbli għal kwalunkwe investitur privat. |
|
(277) |
Ġeneralment, il-Kummissjoni innotat li, minbarra l-investimenti fiżiċi, li t-tarzna identifikat, iddettaljat, ikkwantifikat, kklassifikat bi prijorità u skedat, il-miżuri ppjanati kienu formulati vagament u f’termini ġenerali, l-iktar fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ segwitu. Il-Kummissjoni għalhekk ma kinitx kapaċi tevalwa l-impatt ta’ dawn il-miżuri u għalhekk ma kinitx konvinta li kienu biżżejjed raġonevoli u wiesa’ sabiex jittrattaw il-problemi strutturali tat-tarzna. |
|
(278) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-ristrutturar ppjanat industrijali u organizzazzjonali ma jkunx biżżejjed biex jistabbilixxi mill-ġdid l-vijabbiltà fit-tul tat-tarzna. Il-pjan ma kienx wiesa’ biżżejjed u r-riżultati mmirati għall-2011 ma kinux sodisfaċenti. It-tarzna kien jonqosha b’mod ċar kapital addizzjonali li jista’ jkun użat biex jaġġorna u jtejjeb l-effiċjenza. Il-Kummissjoni ddubitat jekk it-tarzna setgħetx tikseb il-kapital neċessarju għal ristrutturar wiesa’ fuq is-suq. |
|
(279) |
Dawn id-dubji kienu kkonfermati minn żviluppi attwali fil-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ SSN. Kif deskritt fuq, bħala proprjetarju tal-maġġoranza ta’ SSN, ARP ipprova tliet darbiet biex isib investitur privat lest li jixtri t-tarzna. Ebda wieħed mit-tentattivi tal-privatizzazzjoni (il-privatizzazzjoni parzjali fl-2006 jew iż-żewġ tentattivi li jinbiegħ sehem ta’ maġġoranza fit-tarzna fl-2007) ma rnexxew. Il-Kummissjoni tinnota li t-tentattivi ta’ privatizzazzjoni seħħew fi żmien meta s-suq tal-bini tal-bastimenti kienu karatterizzati minn boom mingħajr preċedent u għalhekk kienu offruti kundizzjonijiet ottimali għall-bejgħ tat-tarzna. Ir-riżultat negattic tal-proċess ta’ privatizzazzjoni jista’ jkun interpretat biss bħala nuqqas ta’ kunfidenza fuq il-parti tal-atturi tas-suq fl-abbiltà tat-tarzna li tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tagħha. L-irtirar ta’ Amber mill-proċess ta’ privatizzazzjoni wara diliġenza dovuta fil-fond ikompli juri dan (34). |
|
(280) |
Il-Kummissjoni nnotat l-isforzi rinnovati tal-awtoritajiet Pollakki biex isibu investitur privat għal SSN wara l-irtirar ta’ Amber. Madankollu, sal-ġurnata ta’ din id-Deċiżjoni xejn ma ġara biex jikkonvinċi lill-Kummissjoni li l-isforz rinnovat ta’ privatizzazzjoni jista’ jilħaq konklużjoni pożittiva fil-futur qrib u skont dawn il-Linji Gwida. |
Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008
|
(281) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni evalwat il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008 imħejji minn Mostostal, filwaqt li kkunsidrat ukoll il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ Mostostal fil-laqgħa tal-24 ta’ Ġunju 2008. Il-Kummissjoni tinnota li f’ħafna aspetti dan il-pjan ta’ ristrutturar kien biss punt prinċipali li jservi bħala bażi għal xogħol analitiku ulterjuri li għandu jitwettaq mill-investitur. Minkejja dan, f’ċertu aspetti, kien fih difetti serji li wasslu lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li ma kienx juri li t-tarza kienet se tistabbilixxi l-vijabbiltà mill-ġdid f’limitu ta’ żmien raġonevoli. |
|
(282) |
B’mod partikolari il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kredibbiltà tal-istrateġija tan-negozju fir-rigward tas-settur tal-bini tal-bastimenti ma kinitx murija. Il-pjan ma offra ebda dettall oltre dikjarazzjoni sempliċi li t-tarzna se tkompli tibni l-bastimenti. Ma kien fih ebda analiżi tal-kapaċità tat-tarzna li tibni bastimenti ro-pax u ta’ diversi għanijiet (e.ż. kapaċitajiet ta’ disinn, ħiliet) jew l-abbiltà tagħha li tikkonkludi kuntratti għal dawn il-bastimenti fi żmien qasir sa medju (e.ż. kuntratti ma’ klijenti, jew ma’ tarzni oħra dwar il-possibbiltajiet ta’ subkuntratti ta’ xogħolijiet), ebda previżjonijiet tas-suq għal dawn is-segmenti li juru jekk id-domanda mistennija kinitx tiġġustifika din l-istrateġija tan-negozju u ebda previżjoni dwar il-profitabbiltà ta’ dawn is-segmenti. |
|
(283) |
Il-Kummissjoni tinnota li Mostostal irrikonoxxiet in-nuqqas ta’ esperjenza tagħha fis-settur tal-bini tal-bastimenti u li l-intenzjoni attwali tagħha kienet li ssib sieħeb strateġiku biex jamministra l-attività tal-bini tal-bastimenti fit-tarzna. Għalkemm il-Kummissjoni kienet infurmata li Mostostal kienet fil-fatt qed tiddiskuti ma’ xi imsieħba potenzjali ta’ kooperazzjoni, ebda kooperazzjoni ma kienet stabbilita qabel ma kien imħejji l-pjan ta’ ristrutturar sottomess lill-Kummissjoni. L-ittra ta’ intenzjoni ma’ Ulstein sempliċiment uriet li l-partijiet jinnegozjaw fuq jekk u liema kooperazzjoni kienet possibbli. Jista’ jkun konkluż mill-pjan ta’ ristrutturar rivedut sottomess fis- 7 ta’ Lulju 2008, flimkien mal-ittra tal-intenzjoni, li Ulstein kienet qed tikkunsidra l-possibbiltà li tuża l-faċilitajiet ta’ produzzjoni ta’ SSN, mhux bħala proprjetarju iżda bħala parti minn relazzjoni kuntrattwali. Ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma wera li Ulstein kienet se tidħol fi sħubija ma’ Mostostal għar-ristrutturar u l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-bini ta’ bastimenti ta’ SSN. Dan iqajjem dubji serji rigward ir-riżultati assunti tal-projezzjonijiet ta’ ristrutturar u finanzjarji, mill-inqas fir-rigward tal-bini tal-bastimenti, u għalhekk effettivament il-kunċett tad-diversifikazzjoni tan-negozju nnifsu, huwa kkonċernat. |
|
(284) |
Il-programm ta’ investiment inkluż fil-pjan u imħejji mill-amministratur tat-tarzna ma weriez li l-investimenti proposti kienu neċessarji biex jistabbilixxu mill-ġdid il-vijabbiltà tat-tarzna. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li madwar 60 % tal-investimenti previsti iservu biss għall-manteniment tal-valur tal-assi fissi tat-tarzna fuq il-livell tal-lum. Iktar importanti, il-pjan ta’ ristrutturar rivedut sottomess fis- 7 ta’ Lulju 2008 irrikonoxxa li konsulent estern kien qed jaħdem fuq programm ta’ investiment għall-operazzjonijiet tal-bini tal-bastimenti, li juri li l-programm ta’ investiment previst minn Mostostal ma jistax ikun ikkunsidrat bħala bażi kredibbli għall-projezzjonijiet finanzjarji ta’ Mostostal jew, għalhekk, għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ vijabbiltà fit-tul. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li ma kienx muri li l-programm ta’ investiment propost kien wiesa’ biżżejjed biex jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà. |
|
(285) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li xi miżuri ta’ ristrutturar importanti (ristrutturar organizzazzjonali, amministrazzjoni tal-provvisti u tal-istokks, ristrutturar tal-impjieg) kienu deskritti ġeneralment u l-pjan kien iktar bħala punt prinċipali li jservi bħala bażi għal xogħol ulterjuri analitiku li għandu jkun magħmul mill-investitur. Minkejja li l-fatt l-pjan identifika ċerta oqsma fil-bżonn ta’ ristrutturar huwa evalwat b’mod pożittiv, il-livell ta’ ġeneralità ma jippermettix lill-Kummissjoni biex tevalwa jekk il-miżuri ta’ ristrutturar indirizzawx b’mod adegwat il-problemi tat-tarzna u skont liema ipoteżi u f’liema orizzont ta’ żmien jistgħu jkunu implimentati. |
|
(286) |
Rigward il-projezzjonijiet finanzjarji, il-pjan ma spjegax fid-dettall kif diversi miżuri ta’ ristrutturar, inkluż investimenti u diversi miżuri li jiffrankaw l-ispejjeż u titjib tal-produttività konnessi setgħu jaffettwaw il-projezzjonijiet finanzjarji. Ma kien hemm ukoll ebda analiżi li tittestja s-sensittività ta’ dawn il-projezzjonijiet għal diversi fatturi tar-riskju bħall-evoluzzjoni tas-suq, prezzijiet, spejjeż materjali, rati ta’ skambju u pagi. Fin-nuqqas ta’ deskrizzjoni dettaljata u ġustifikazzjoni tal-ipoteżi li huma l-bażi tal-projezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kredibbiltà ta’ dawn il-projezzjonijiet u s-saħħa tal-pjan tar-ristrutturar ma kienux murija. Dan huwa partikolarment importanti peress li l-investitur innifsu ddikjara li l-projezzjonijiet finanzjarji urew li l-profitabbiltà tal-investiment kien marġinali. |
|
(287) |
Il-Kummissjoni fl-aħħar tinnota li l-investitur għamel is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar kundizzjonali fuq għajnuna addizzjonali mill-istat. Anke b’din l-għajnuna addizzjonali mill-istat u l-intervenzjoni tal-investitur, id-dħul fuq l-ekwità fit-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar xorta jibqa’ relattivament baxx, peress li opportunitajiet ta’ investiment alternattivi, bħal bonds governattivi, jinvolvu dħul simili u inqas riskju, kif jirrikonoxxi l-investitur innifsu. |
|
(288) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-abbiltà tat-tarzna li tistabbilixxi l-vijabbiltà tagħha mill-ġdid fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008 imħejji minn Mostostal ma kienx muri. |
Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Settembru 2008
|
(289) |
Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm il-pjan ta’ ristrutturar sottomess f’Settembru 2008 huwa iktar żviluppat minn dak ta’ Ġunju 2008, ħafna mid-dubji tal-Kummissjoni rigward is-saħħa u l-kredibbiltà tal-pjan għadhom japplikaw. |
|
(290) |
Il-pjan ma jinkludix analiżi tas-suq kompluta għall-attivitajiet ippjanati kollha tas-suċċessuri ta’ SSN. Deskrizzjoni limitata tas-suq biss hija ppreżentata għall-attività ppjanata ta’ SSN Ulstein u SSN Nowa, u din id-deskrizzjoni ma tiddikjarax id-domanda pproġettata għal jew il-profitabbiltà ta’ din l-attività. Ebda pjan ta’ negozju ma huwa ppreżentat għal SSN Odra u l-pjan ta’ ristrutturar jindika biss li l-kumpanija tista’ tibni ċertu tip ta’ bastimenti, mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti. |
|
(291) |
Il-Kummissjoni tinnota li SSN Odra, li hija mistennija li tkompli l-attività tal-bini tal-bastimenti ta’ SSN, tkun proprjetà totali ta’ Mostostal, li m’għandhiex esperjenza fis-settur tal-bini tal-bastimenti. Ulstein, li l-involviment tagħha fil-proġett ta’ ristrutturar kien mistenni li jintroduċi l-għarfien u l-esperjenza neċessarja fis-settur tal-bini tal-bastimenti, m’għandhiex l-intenzjoni li jkollha involviment finanzjarju f’SSN Odra. |
|
(292) |
Fir-rigward ta’ SSN Wspólna, il-Kummissjoni tinnota li skont il-pjan madwar 40 % tal-kapaċità tagħha għandha tkun użata jew minn kumpanija li għandha tkun stralċjata (SSN Nowa) jew minn kumpanija li m’għandhiex pjan ta’ negozju (SSN Odra). Barra minn hekk, huwa assunt li l-kapaċità li jifdal ta’ SSN Wspólna (9-17 elf tunnellata ta’ azzar, jiġifieri 12-23 % tal-kapaċità tagħha) għandu jkun użat għal subkuntratti għal kumpaniji oħra, iżda s-suq, id-domanda u l-profitabbiltà immirati li jistgħu jkunu miksuba ma kienux analizzati. |
|
(293) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru għadu ma jurix il-kredibbiltà tal-istrateġija tan-negozju, b’mod partikolari fir-rigward tas-settur tal-bini tal-bastimenti. |
|
(294) |
Fir-rigward tar-ristrutturar ppjanata tal-assi, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ma jippreżentax analiżi tal-bżonnijiet ta’ investiment tat-tarzna jew ġustifikazzjoni tal-programm ta’ investiment. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-investiment ippjanat ta’ […] miljun PLN għar-rilokazzjoni ta’ xi assi ta’ produzzjoni sabiex tinħeles l-art huwa investiment ta’ sostituzzjoni pjuttost milli modernizzazzjoni ġenwina tal-assi. |
|
(295) |
Għalhekk l-ispejjeż tal-modernizzazzjoni ppjanata jammontaw biss għal 104 miljun PLN u l-investiment ta’ modernizzazzjoni jkun magħmul f’SSN Mostostal, SSN Ulstein u SSN Wspólna. SSN Odra, li hija mistennija li tiġġenera kważi 50 % tad-dħul tal-kumpaniji suċċessuri kollha ta’ SSN fil-futur, m’għandha tagħmel ebda investimenti u ma jkollhiex assi fissi. Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan sottomess minn Mostostal f’Ġunju 2008 ppreveda investimenti ta’ 264 miljun PLN. Peress li enda ġustifikazzjoni ma hija ppreżentata għal dan it-tnaqqis fil-programm ta’ investiment (b’40 % meta kkumparat mal-pjan ta’ Ġunju) u m’hemmx analiżi tal-bżonijiet ta’ investiment tal-kumpaniji, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma kienx muri li l-programm ta’ investiment ippjanat huwa suffiċjenti biex jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tal-operazzjonijiet. |
|
(296) |
Ir-riżultati mistennija tal-miżuri ta’ ristrutturar mhumiex deskritti u l-pjan ma jispjegax meta l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri tipproduċi riżultati u jkollha impatt fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji. Barra minn hekk, il-pjan ma jiddeskrivix l-ipoteżi tal-projezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tad-dħul u l-ispejjeż previsti. Dan il-fatturi jqajmu dubji dwar il-kredibbiltà tal-projezzjonijiet. Barra minn hekk l-analiżi tas-sensittività turi li SSN Mostostal, u b’mod partikolari SSN Odra, jibqgħu vulnerabbli ħafna għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu. Id-dipprezzament tad- US dollar b’10 % iwassal għal tnaqqis fil-profitt akkumulat ta’ 40 % għal SSN Mostostal u 83 % għal SSN Odra fis-snin 2009-2012 (l-analiżi għal SSN Odra ma tikkunsidrax il-politika tal-hedging). Barra minn hekk, il-pjan jassumi żieda ta’ 10 % fil-prezzijiet tal-azzar twassal għal tnaqqis fil-profitt akkumulat ta’ 40 % għal SSN Mostostal u 50 % għal SSN Odra. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-pjan ma uriex li wara l-implimentazzjoni ta’ politika tal-hedging soda s-sensittività tal-kumpaniji għal varjazzjonijiet fir-rati ta’ skambju jew fil-prezzijiet tal-azzar ikunu fuq livell aċċettabbli. |
|
(297) |
Fir-rigward tal-qligħ ippjanat fuq il-bejgħ, peress li l-pjan ma jiddeskrivix fuq liema bażi kienu stimati r-riżultati previsti fuq il-bejgħ (fit-termini ta’ spejjeż operazzjonali, prezzijiet ta’ bastimenti, il-profitabbiltà tan-negozju tal-kostruzzjoni tal-azzar, eċċ), il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li ma kienx muri li r-riżultati proġettati huma bbażati fuq ipoteżi realisitiċi. Barra minn hekk, il-qligħ proġettat fuq il-bejgħ għal SSN Wspólna u SSN Biuro Projektowe huwa marġinali, kif inhu rikonoxxut fil-pjan ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dan il-livell baxx ta’ qligħ ikun suffiċjenti biex jippermetti lil dawn il-kumpaniji jikkompeti fis-suq mingħajr appoġġ mill-istat. Għalkemm il-pjan jiddikjara li SSN Wspólna u SSN Biuro Projektowe huma mistennija li jipprovdu servizzi għall-kumpaniji l-oħra, li allegatament jiġġustifika l-qligħ baxx ipproġettat fuq il-bejgħ, il-Kummissjoni tinnota li dawn suppost ikunu kumpaniji indipendenti u r-riżultati pproġettati dgħajfa tagħhom iqajmu dubji dwar il-vijabbiltà fit-tul tal-proġett kollu. |
|
(298) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-kredibbiltà tal-projezzjonijiet finanzjarji hija dubjuża u r-riżultati prġettati jiqgħu sensittivi ħafna għal tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq. Konsegwentement il-Kummissjoni tikkunsidra li s-saħħ tal-pjan ma kienx muri. |
|
(299) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-abbiltà tat-tarzna li tistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà tagħha fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru 2008 ma kinitx murija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li Ulstein irtirat mill-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ SSN, li jfisser li l-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru ma jistax ikunu implimentat taħt il-kundizzjonijiet assunt fil-pjan. Fi kwalunkwe każ l-evalwazzjoni ta’ hawn fuq turi li anke jekk Ulstein kienet involuta fil-proġett jew jekk Mostostal kellha l-intenzjoni li timplimenta l-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru waħedha (kif annunċjat fl-ittra tagħha tat-22 ta’ Settembru 2008), dan il-pjan ma jistax ikun ikkunsidrat li huwa suffiċjenti. |
|
(300) |
Il-falliment tat-tentattivi ta’ privatizzazzjoni jfisser li t-tarzna mhix kapaċi tikseb fit-termini tas-suq kapital suffiċjenti biex timplimenta l-pjan ta’ ristrutturar tal-2006, aħseb u ara biex timplimenta l-istrateġija wiesa’ ta’ ristrutturar neċessarja li tiżgura l-vijabbiltà fit-tul tat-tarzna mingħajr il-bżonn għal appoġġ mill-istat kontinwu. Dan ifisser ukoll li SSN mhix kapaċi tikseb l-għarfien ta’ amministrazzjoni u tas-suq neċessarju għar-ristrutturar tagħha. |
|
(301) |
Fin-nuqqas ta’ pjan ta’ ristrutturar realistiku u wiesa, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil SSN u deskritta fil-parti 2.7 fuq imsemmija hija purament għajnuna ta’ operazzjoni, u mhux għajnuna ta’ ristrutturar li hija kumpatibbli mas-suq komuni. |
3.3.3. GĦAJNUNA LIMITATA GĦAL MINIMU
|
(302) |
Skont il-punt 43 tal-Linji Gwida, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkunu limitat għall-minimu strett tal-ispejjeż ta’ ristrutturar neċessarji sabiex jippermettu li tkun imwettqa ristrutturar. Il-benefiċjarju hu mistenni li jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-finanzjament tar-ristrutturar mir-riżorsi tiegħu jew minn finanzjament estern fit-termini tas-suq. Din il-kontribuzzjoni hija, minn naħa waħda, sinjal li s-suq jemmen fil-fattibiltà tal-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà u, min-naħa l-oħra, mod ta’ kif ikun żgurat li l-għajnuna mill-istat hija limitata għall-minimu. Fil-każ ta’ intrapriżi kbar, bħal SSN, din il-kontribuzzjoni għandha mill-inqas tkun ta’ 50 % tal-ispejjeż ta’ ristrutturar. |
|
(303) |
L-ewwel nett, jirriżulta mid-deskrizzjoni ta’ hawn fuq tas-sitwazzjoni ta’ SSN li t-tarzna bilkemm setgħet tiġbed finanzjament estern għar-ristrutturar tagħha. |
Pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2006
|
(304) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja, skont il-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 spejjeż ta’ ristrutturar, inkluż spejjeż operazzjonali ikunu ta’ 11 500 miljun PLN, filwaqt li l-kontribuzzjoni proprja proposta tkun ta’ 3 600 miljun PLN, jiġifieri 30 %. Jekk l-ispejjeż operazzjoni jkunu esklużi mill-ispejjeż u l-finanzjament, l-ispejjeż ta’ ristrutturar jammontaw għal 374,7 miljun PLN u l-kontribuzzjoni proprja tkun ta’ 190 miljun PLN. |
|
(305) |
Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-aspettazzjoni tal-kisba ta’ 190 miljun PLN fuq is-suq kinitx realistika. Ma kienx hemm indikazzjoni dak iż-żmien li SSN setgħet taqla’ dan il-kapital fis-suq. Il-kontibuzzjoni proposta għalhekk ma tistax tkun ikkunsidrata attwali u reali kif jirrikjedu l-Linji Gwida. Fil-fatt, id-diversi tentattivi falluti minn KPS u ARP, l-ewwel li jiġbdu azzjonisti ta’ minoranza u imbagħad li jbiegħu 100 % tal-ishma tat-tarzna, urew li s-suq mhux interessat li jinvesti f’SSN. |
|
(306) |
Fir-rigward tal-finanzjament ta’ operazzjonijiet, il-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 assuma li l-produzzjoni tkun ffinanzjata permezz ta’ self kummerċjali u ħlas bil-quddiem tal-proprjetarji tal-bastimenti mhux garantiti minn KUKE, li l-valur totali tagħhom matul il-perjodu ta’ ristrutturar 2002-2009 kellu jkun ta’ 3 200 miljun PLN, meta kkumparat ma’ 4 200 miljun PLN iffinanzjat minn garanziji KUKE. Għal darb’ oħra, ma kienx hemm indikazzjoni dak iż-żmien li SSN tkun kapaċi tikseb dab il-finanzjament fuq is-suq. Il-kontribuzzjoni proposta fil-forma ta’self kummerċjali u garanziji għalhekk ma setgħetx tkun ikkunsidrata bħala attwali u reali, kif jirrikjedu l-Linji Gwida. Il-Kummissjoni fil-fatt tinnota li sal-lum t-tarzna ma kinitx kapaċi tikseb finanzjament tal-operazzjonijiet tagħha fuq is-suq mingħajr appoġġ mill-istat. |
|
(307) |
Barra minn hekk il-pjan ta’ ristrutturar tal-2006 issottometta li ħlas addizzjonali ta’ 628,7 miljun PLN minn proprjetarji tal-bastimenti wara n-negozjazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratti għandu jkun ikkunsidrat bħala kontribuzzjoni proprja. Xi kuntratti fil-fatt kienu negozjati mill-ġdid. Il-Kummissjoni tindika li, skont il-Linji Gwida, il-kontribuzzjoni proprja għandha tkun sinjal li s-swieq jemmnu fil-fattibbiltà tal-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà. Il-fatt li proprjetarji ta’ bastimenti, meta jaffaċċjaw ir-riskju ta’ nuqqas ta’ kunsinna ta’ bastimenti kuntrattati u skont fatturi esterni (bħal żieda fil-prezzijiet tal-azzar), huma lesti li jżidu l-prezz ta’ bastimenti kuntrattati ma jurix li jemmnu fil-kapaċità tat-tarzna li ssir vijabbli u huma kapaċi jikkompetu fit-tul. Barra minn hekk, il-proprjetarji tal-bastiment ma ftehmux biex jagħmlu pagamenti addizzjonali biex ikopru l-ispejjeż tar-ristrutturar iżda biss (u sa ċerta grad biss) sabiex ikopru l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bastimenti kuntrattati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta pagamenti addizzjonali minn proprjetarji tal-bastimenti bħala kontribuzzjoni proprja skont it-tifsira tal-Linji Gwida. |
Pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008
|
(308) |
Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008 m’għamilx titjib sostanzjali f’dan ir-rigward. Filwaqt li l-investitur impenja ruħu li jagħmel injezzjoni ta’ 149,5 miljun PLN biex ikunu użati sabiex jiffinanzjaw parzjalment il-programm ta’ investiment, huwa talab ukoll injezzjoni tal-kapital addizzjonali mill-Istat total ta’ 588 miljun PLN u self ta’ 68 miljun PLN minn ARP. L-investitur talab ukoll garanziji addizzjonali minn KUKE sabiex jiffinanzja l-kapital tax-xogħol. |
|
(309) |
L-ispejjeż ta’ ristrutturar li jistgħu jkunu identifikati fuq il-bażi tal-informazzjoni limitata inkluża fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2008 ikkorrispondew għal mill-inqas l-ammont previst meħtieġ sabiex ikopri telf mistenni fuq kuntratti eżistenti ta’ bini ta’ bastimenti għall-2008-2009 (588 miljun PLN) u għall-bżonnijiet ta’ investiment previsti għall-perjodu 2008-2012 (264 miljun PLN). |
|
(310) |
Ħafan minn dawn l-ispejjeż kellhom ikunu koperti minn għajnuna mill-istat. Effettivament, l-unika kontribuzzjoni proprja prevista mill-investitur kienet injezzjoni tal-kapital ta’ 149,5 miljun PLN, li kkorrispondiet għal 17 % tal-ispejjeż ta’ ristrutturar murija fuq. Skont il-prattika stabbilita (35), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fluss ta’ flus futuri ma jistax ikun ikkunsidrat bħal kontribuzzjoni proprja skont it-tifsira tal-Linji Gwida, għax ma jirrappreżentax kontribuzzjoni attwali u reali tal-kumpanija jew tal-azzjonisti tagħha għall-kopertura tal-ispejjeż ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-perjodu kollu ta’ ristrutturar, li beda fl-2002. Skont l-għajnuna mill-istat sustanzjali li minnha t-tarzna ibbenefikat f’dan il-perjodu, il-kontribuzzjoni proprja hija mnaqqsa iktar fir-rigward tal-ispejjeż totali ta’ ristrutturar. Huwa għalhekk ovvju li l-kontribuzzjoni proprja ma laħqitx assolutament il-50 % tal-ispejjeż ta’ ristrutturar meħtieġa mil-Linji Gwida. |
Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Settembru 2008
|
(311) |
Il-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru 2008 ma jtejjibx ukoll il-livell ippjanat tal-kontribuzzjoni proprja tal-ispejjeż ta’ ristrutturar. |
|
(312) |
Il-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru jipprovdi informazzjoni iktar dettaljata rigward l-ispejjeż ippjanati ta’ ristrutturar u s-sorsi tal-finanzjament. L-ispejjeż ippjanati ta’ ristrutturar jikkonsistu fi spejjeż ta’ investiment (104 miljun PLN), l-ispejjeż ta’ rilokazzjoni tal-assi ta’ produzzjoni lejn żona oħra tat-tarzna (50 miljun PLN), ristrutturar tal-impjieg (53,4 miljun PLN), kopertura ta’ telf futur fuq kuntratti eżistenti (840 miljun PLN) u kopertura tad-djun akkumulati tat-tarzna lill-ARP u KPS (197,5 miljun KPS) (36). |
|
(313) |
L-ispejjeż ta’ ristrutturar totali jammontaw għal 1,354 biljun PLN. |
|
(314) |
Barra minn hekk, il-pjan jittratta r-rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol ta’ 227,6 miljun PLN bħala parti mill-ispejjeż ta’ ristrutturar. Il-Kummissjoni tikkunsidra r-rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol bħala li huma parti mill-operazzjoni normali ta’ kumpanija , u mhux spiża ta’ ristrutturar, u għalhekk il-finanzjament tagħhom għandu jkun evalwat separatament. |
|
(315) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja, il-pjan jipprevedi l-kategoriji li ġejjin: pagamenti addizzjonali minn proprjetarji tal-bastimenti wara negozjazzjoni mill-ġdid tal-kuntratti (376 miljun PLN), injezzjonijiet tal-kapital minn investituri (242 miljun PLN), dħul mill-bejgħ tal-assi (118 miljun PLN) u l-finanzjament tal-kapital tax-xogħol (self u kreditu ta’ negozju minn Mostostal għall-ammont ta’ 170 miljun PLN). |
|
(316) |
Rigward il-finanzjament tar-rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol, il-Kummissjoni tikkunsidra li minħabba ċ-ċikli twal ta’ produzzjoni u l-valur għoli tal-prodotti finali fis-settur tal-bini tal-bastimenti, il-finanzjament tal-kapital tax-xogħol huwa problema speċifika. Fil-bini tal-bastimenti, il-kapital tax-xogħol huwa fil-parti l-kbira miksub minn sorsi esterni. Parti mill-kapital tax-xogħol huwa miksub minn ħlas bil-quddiem minn proprjetarji tal-bastimenti, tipikament b’garanzija, li fil-Polonja hija ħafna drabi provduta minn KUKE. Peress li l-ħlas bil-quddiem ħafna drabi ma jaqbżux 80 % tal-prezz tax-xiri, it-tarzi jistgħu jirrikorru għal-self “bridge” jew kreditu ta’ negozju mill-fornituri tagħhom. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li, minħabba s-sitwazzjoni speċifika fis-settur tal-bini tal-bastimenti, rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol jeħtieġu soluzzjoni strutturali u mhumiex parti mill-ispejjeż ta’ ristrutturar ta’ darba. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidta li fis-settur tal-bini tal-bastimenti self għall-kapital tax-xogħol ma jistax ikun ikkunsidrat bħala kontribuzzjoni proprja peress li jservi għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet kontinwi, u mhux spejjeż ta’ ristrutturar. |
|
(317) |
Kif spjegat fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pagamenti addizzjonali mill-proprjetarji tal-bastimenti wara n-negozjazzjoni mill-ġdid tal-kuntratti sabiex jiżdied il-prezz tax-xiri ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala kontribuzzjoni proprja skont it-tifsira tal-Linji Gwida. |
Bejgħ tal-assi
|
(318) |
Fir-rigward tad-dħul ippjanat mill-bejgħ ta’ assi superfluwi ta’ valur stimat ta’ 118 miljun PLN, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma kienx muri li dan is-sors ta’ finanzament jista’ jkun ikkunsidrat bħala attwali u reali. |
|
(319) |
L-ewwel nett, skont l-abbozz tal-ftehim ta’ privatizzazzjoni bejn ARP u KPS (il-proprjetarji kurrenti ta’ SSN) u Mostostal, l-assi fuq imsemmija suppost għandhom ikunu mibjugħa minn Mostostal lil entità magħżula minn ARP u KPS għal mhux inqas minn 118 miljun PLN. Din l-ipoteżi tagħti raġunijiet għal tħassib, peress li tidher li tannoma għal garanzija mill-istat rigward il-qligħ minimu mill-bejgħ ta’ dawn l-assi lil xerrej magħżul mill-Istat. Il-Kummissjoni għalhekk tiddubita jekk dan il-bejgħ potenzjali hux ħieled minn għajnuna mill-istat. |
|
(320) |
Fit-tieni lok, l-evalwazzjoni tal-art kienet ibbażata fuq paragun mal-bejgħ tal-proprjetà f’żoni interessanti fir-reġjun ta’ Szczecin, li għandhom ikunu ntużati għall-bini ta’ appartamenti u l-provvista ta’ servizzi, u mhux bħala żona industrijali. Jista’ jidher minn din il-valutazzjoni li l-prezzijiet tal-art mibjugħa għal skopijiet industrijali jistgħu jkunu sa 10 darbiet iktar baxxi mill-ammonti assunti fil-valutazzjoni. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tassumi li, qabel il-bejgħ, il-bini u l-installazzjonijiet eżistenti kollha jkunu mwaqqa’ u l-art imnaddfa u preparata. Il-valutazzjoni tirrikonoxxi li din il-preparazzjoni tirrappreżenta ħlas. Ebda stima ta’ dawn l-ispejjeż ma kienet provduta u l-pjan ta’ ristrutturar ma jinkludi ebda informazzjoni f’dan ir-rigward (37). |
|
(321) |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tiddubita jekk il-valur ta’ dawn l-assi kienx rifless kif xieraq fil-karta tal-bilanċ ta’ SSN u konsegwentement jekk kienx rifless kif xieraq fil-prezz li Mostostal tħallas għal SSN. Il-Kummissjoni tinnota li skont il-karta tal-bilanċ ta’ SSN il-valur totali tal-assi fissi tat-tarzna fit-tmiem tal-2007 ammontaw għal […] miljun PLN. Madankollu, il-pjan jipprevedi li t-tarzna għandha tbiegħ l-assi ta’ produzzjoni tagħha lill-kumpaniji l-ġodda (SSN Ulstein, SSN Mostostal u SSN Wspólna) bil-valur nominali tagħhom ta’ […] miljun PLN u tbiegħ l-assi superfluwi lil terzi persuni b’valur tas-suq stimat ta’ […] miljun PLN. Dan juri li jew il-valur tal-ktieb tal-assi huma stimat inqas milli hu jew id-dħul proġettat għall-bejgħ tagħhom huwa stimat iktat milli hu. |
|
(322) |
Fl-aħħarnett, fit-tmiem tal-2007 il-valur nett tal-assi ta’ SSN kien […] miljun PLN. Minn dak iż-żmien ARP u KPS wettqu skambju ta’ dejn għal ekwità għall-ammont ta’ 131,5 miljun PLN u injezzjoni tal-kapital ġdida ta’ 434 miljun PLN hija ppjanata. Min-naħa l-oħra, it-telf proġettat dwar kuntratti eżistenti huwa ta’ 465 miljun PLN. Fuq bilanċ, jidher li, jekk il-fatturi l-oħra kollha huma assunti li jibqgħu l-istess, meta takkwista SSN, Mostostal tkun qed tixtri assi ta’ valur nett ta’ […] miljun PLN pratikament b’xejn. Id-dħul kollu mill-bejgħ tal-assi suppost ikun użat mit-tarzna (jiġifieri SSN Nowa) għall-iskopijiet ta’ ristrutturar (e.ż. għal ristrutturar tal-impjieg) u bħala kapital tax-xogħol għall-kompletezza tal-bastimenti fil-ktieb tal-ordnijiet kurrenti tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li jidher li appoġġ addizzjonali mill-istat qed ikun mogħti lit-tarzna fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tagħha fil-forma ta’ trasferimnet ta’ assi taħt il-valur tas-suq tagħhom (38). Permezz ta’ tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ tal-ishma minflok l-impenn tax-xerrej li jimplimenta l-miżuri tar-ristrutturar, l-Istati indirettament jiffinanzja dawn il-miżuri, Konsegwentament, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li l-bejgħ tal-assi, akkwistati mill-investitur taħt il-prezz tas-suq tagħhom, jista’ jkun ikkunsidrat bħala kontribuzzjoni proprja (39). |
|
(323) |
Għar-raġunijiet fuq imsemmija l-Kummissjoni tikkunsidra li ma kienx muri li d-dħul ippjanat mill-bejgħ ta’ assi superfluwi għall-ammont ta’ 118 miljun PLN jistgħu jkunu kkunsidrati bħala sors attwali u reali ta’ finanzjament tal-ispejjeż ta’ ristrutturar. |
Injezzjonijiet tal-kapital minn investituri
|
(324) |
Fir-rigward tal-injezzjonijiet tal-kapital ippjanati minn investituri privati, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma kienx muri li jistgħu fit-totalità tagħhom ikunu kkunsidrati bħala attwali u reali. |
|
(325) |
L-ewwel nett, il-pjan ta’ ristrutturar jippreveri li l-kontribuzzjoni finanzjarja totali minn Ulstein tkun ta’ 114,9 miljun PLN. Madankollu, skont il-ftehim ta’ kooperazzjoni preliminari bejn Mostostal u Ulstein, li kien sottomess lill-Kummissjoni – mhux iffirmat – fil-5 ta’ Settemrbu, Ulstein impenjat ruhha li żżid il-kapital f’SSN Ulstein b’sa 52,5 miljun PLN (u mhux 67,3 miljun PLN, kif previst fil-pjan), f’SSN Wspólna b’sa 44,65 miljun PLN (filwaqt li l-pjan jipprevedi l-parteċipazzjoni ta’ Ulstein għall-ammont ta’ 47,5 miljun PLN) u f’SSN Biuro Projektowe b’sa 0,85 miljun PLN (il-pjan jipprevedi 0,1 miljun PLN). Għalhekk il-kontribuzzjoni totali li Ulstein impenjat ruħha li tagħmel fil-ftehim tammonta għal 98 miljun PLN, jiġifieri 16,9 miljun PLN inqas minn dawk previsti fil-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(326) |
Fit-tieni nett, għalkemm il-pjan ta’ ristrutturar jassumi li l-investituri għandhom jikkontribwixxu l-kapital tagħhom lit-tarzna, huwa jirrikonoxxi wkoll l-possibbiltà li Ulstein jista’ jkollha bżonn tikseb finanzjament fis-suq. Ebda evidenza ma kienet sottomessa biex turi li Ulstein tkun tista’ tiżgura dan il-finanzjament, li għalhekk ma jistax ikun ikkunsidrat bħala attwali u reali. Barra minn hekk, fil-laqgħa tal-10 ta’ Settembru 2008 rappreżentati ta’ Ulstein spjegaw li Ulstein ippjanat li tipprovdi kapital li jammonta għal 98 miljun PLN (jiġifieri skont il-ftehim ta’ kooperazzjoni fuq deskritt), li minnhom 30 miljun PLN biss ikunu injezzjoni tal-kapital. Il-parti li jifdal tkun miksuba fis-suq. Ulstein spjegat li jekk ma tkuns kapaċi tikseb dan il-finanzjament fis-suq ma tagħmilx injezzjoni tal-kapital (40). Xejn minn dan ma huwa rifless fil-pjan, li jiddikara biss li jekk Ulstein tiffinanzjax il-proġett mir-riżorsi tagħha stess jew minn self estern jew le “ma jibdilx il-prinċipji u r-riżultati tal-attività operazzjonali tal-kumpanija u lanqas il-livell tal-kontribuzzjonijiet proprji tal-investituri.” |
|
(327) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma rċivietx biżżejjed assigurazzjonijiet dwar l-ammont li Ulstein lesta li tinvesti u dwar il-volontà tagħha li tinvesti mir-riżorsi tagħha stess f’każ ta’ falliment li tikseb finanzjament estern. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li miż-żieda tal-kapital ippjanata ta’ 242 miljun PLN, 157,2 miljun PLN biss jista’ jkun ikkunsidrat bħala attwali u reali. Barra minn hekk, l-irtirar ta’ Ulstein mill-proċess ta’ privatizzazzjoni, annunċjat fl-ittra tagħha tat-22 ta’ Settembru, u l-informazzjoni li Mostostal tista’ timplimenta l-pjan ta’ ristrutturar tat-12 ta’ Settembru waħedha tagħmel il-finanzjament previst fil-pjan iktar mhux sikur. |
|
(328) |
B’konklużjoni, anke jekk ikunu kkunsidrati biss l-ispejjeż ta’ ristruttrazzjoni li l-investitur ikollu jħallas (1,354 biljun PLN), il-kontribuzzjoni proprja li hija attwali u reali u ħielsa minn għajnuna mill-istat (157,1 miljun PLN) hija biss 12 %. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-perjodu kollu ta’ ristrutturar, li jibda mill-2002. B’kunsiderazzjoni tal-għajnuna mill-istat sostanzjali li minnu t-tarzna bbenefikat f’dan il-perjodu, il-kontribuzzjoni proprja fir-rigward tal-ispejjeż ta’ ristrutturar totali hija mnaqqsa iktar. Huwa għalhekk ovvju li l-kontribuzzjoni proprja ma tilħaqx assolutament il-limitu ta’ 50 % tal-ispejjeż ta’ ristrutturazjzoni meħtieġ mil-Linji Gwida. |
|
(329) |
Il-Kummissjoni tinnota li wara l-irtirar ta’ Ulstein mill-proċess ta’ privatizzazzjoni u r-ristrutturar ta’ SSN, Mostostal, fis-sottomissjoni tagħha tal-25 ta’ Settembru 2008, kienet annessa ittra minn bank Kazakhstan ewlieni, BTA, rigward l-interess potenzjali tal-bank fil-proġett SSN. F’din l-ittra, il-bank iddikjara li jkun lest li jipprovdi finanzjament ta’ 100 miljun USD għall-proġett SSN u talab lil Mostostal biex tibagħtli l-pjan ta’ ristrutturar meta jkun approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tinnota li l-ittra hija datata 26 ta’ Ġunju 2008 u għalhekk ma tistax tirreferi għall-pjan ta’ ristrutturar ta’ Settembru 2008 iżda pjuttost tirreferi għall-pjan ta’ Ġunju li m’għadux validu. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li fin l-ittra ma tistax tkun prova ta’ finanzjament attwali u reali tal-pjan ta’ Settembru 2008. Fi kwalunkwe każ, anke jekk dan il-finanzjament kellu jkun ikkunsidrat bħala attwali u reali, anke l-analiżi biss tal-ispejjeż ta’ ristrutturar ppjanati, l-kontribuzzjoni proprja tammonta għal mhux iktar minn 17 % tal-ispejjeż ta’ ristrutturar (41), jiġifieri ħafna inqas minn dik meħtieġa mil-Linji Gwida. |
|
(330) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni tinnota li fir-realtà t-tarzna ma kienet akkwistat pratikament ebda kontribuzzjoni skont it-tifsira tal-Linji Gwida, u fi kwalunkwe każ li l-kontribuzzjoni proprja ma kinitx sinifikanti. Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar sottomess minn Mostostal ma jiżgurax livell suffiċjenti ta’ kontribuzzjoni proprja. Peress li l-kontribuzzjoni proprja għandu jkollha l-effett li żżomm il-livell tal-għajnuna mill-istat minima, fin-nuqqa ta’ din il-kontribuzzjoni proprja il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li r-rekwiżit li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju mhux milħuq. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Mostostal huwa bbażat fuq l-ipoteżi li għajnuna mill-istat addizzjonali għandha tkun mogħtija u jiddikjara li l-implimentazzjoni tagħha jiddependi fuq din l-għajnuna mill-istat addizzjonali. |
|
(331) |
Fuq il-bażi ta’ dan il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżit li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu u akkompanjata minn kontribuzzjoni reali ħielsa minn għajnuna mill-istat mhux milħuq. |
3.3.4. EVITAR TA’ DISTORSJONI ŻEJDA TAL-KOMPETIZZJONI
|
(332) |
Il-Kummissjoni tfakkar il-ftehim preliminari tagħha mal-Polonja dwar l-għeluq tal-iskala Wulkan 1. Madankollu, fid-dawl ta’ żviluppi ulterjuri wara dan il-ftehim, u fid-dawl tal-konklużjonijiet fuq imsemmija dwar l-ewwel żewġ kundizzjonijiet tal-Linji Gwida, l-evalwazzjoni ta’ jekk il-miżuri kumpensatorji proposti mill-Polonja kienux suffiċjenti mhuwiex neċessarju f’dan l-istadju. |
3.3.5 KONKLUŻJONI
|
(333) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-istat notifikata favur SSN ma tistax tkun iddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni u għandha għalhekk tkun irkuprata. |
4. IMPLIMENTAZZJONI
|
(334) |
L-element ta’ għajnuna li jinstab fil-miżuri mogħtija lil SSN, ippreżentat fil-premessi 187-201 ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jkun irkuprat. Ġeneralment l-element ta’ għajnuna li għandha tkun irkuprata, jiġifieri l-vantaġġ irċevut mill-benefiċjarju tal-għajnuna, huwa daqs id-differenza bejn it-termini li jistgħu jinkisbu mill-benefiċjarju fis-suq u t-termini li fuqhom il-miżura hija mogħtija. |
|
(335) |
Ir-rati ta’ referenza u ta’ tnaqqis annunċjati mill-Kummissjoni huma applikati bħala sostituzzjoni għar-rata tas-suq għall-miżura tal-element ta’ għajnuna, b’mod partikolari meta jkunu maħruġa f’ammonti żgħar, u għall-kalkolu tal-element ta’ għajnuna li jirriżulta minn skemi ta’ sussidju ta’ interess (42). Fil-każ ta’ kumpaniji fil-bżonn, bħal SSN, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata ta’ referenza għandha tkun miżjuda b’mill-inqas 400 punti bażi sabiex tirrifletti r-riskju għoli involut fit-transazzjoni u permezz ta’ 200 punti bażi addizzjonali minħabba n-nuqqas ta’ kollaterali jew kollaterali dgħajfa offruta mill-benefiċjarju. Kif spjegat fuq, il-valur tal-kollaterali provduta mit-tarzna huwa kwestjonabbli minħabba l-proporzjoni tad-djun/assi tal-kumpanija. Fil-każ ta’ kumpaniji fil-bżonn, meta l-kumpanija ma tistax tikseb finanzjament fis-suq, l-element ta’ għajnuna jista’ jammonta sa 100 % tal-valur nominali tal-fondi rċevuti (43). |
|
(336) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-perjodu analizzat, meta SSN kienet qed tirċievi l-għajnuna deskritta fil-premessi 187-201, kienet f’diffikultà finanzjarja serja (kif deskritt fil-premessi 45-57) u ma kinitx kapaċi takkwista finanzjament fis-suq. It-tarzna kompliet tagħmel telf u fil-perjodu analizzat ma kisbet virtwalment ebda finanzjament mis-suq. F’dawn iċ-ċirkustanzi operatur tal-ekonomija tas-suq ma jkunx lest li jipprovdi finanzjament lit-tarzna, minħabba r-riskju għoli involut. Konsegwentemwnt, il-Kummissjoni tikkunsidra li ebda bank ma kien jaqbel li jsellef lit-tarzna, anke fuq rati ta’ interessi għolja, u ebda bank ma kien ikun lest li jagħti garanzija, anke fuq skambju ta’ premjum ta’ garanzija għoli. |
Kalkolu tal-element ta’ għajnuna għal kategoriji partikolari miżuri
Garanziji
|
(337) |
Peress li SSN ma kinitx se tirċievi self jew garanzija mis-suq, kwalunkwe self jew garanzija mogħtija lit-tarzna fil-perjodu analizzat awtomatikament jikkostitwixxi għajnuna. Għalhekk kwalunkwe garanziji li għadhom fis-seħħ għandhom ikunu mwaqqfa immedjatament u kwalunkwe self għandu jkun rimborsat immedjatament. |
|
(338) |
Ir-rimbors ta’ kwalunkwe self mogħti lit-tarzna madankollu mhux biżżejjed biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni inizjali peress li sad-data ta’ rimbors it-tarzna kellha għad-dispożizzjoni tagħha finanzjament li kieku normalment ma kinitx tikseb mis-suq. Sabiex tkun stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni inizjali, dan il-vantaġġ, li d-daqs tiegħu jista’ jkun approssimat biss permezz tar-rata ta’ interessi għal self riskuż ħafna, għandu għalhekk ikun irkuprat ukoll. Għalhekk, għall-perjodu li jibda mid-data li fiha kien mogħti s-self lit-tarzna sad-data li fiha t-tarzna tirrimborsah, il-Kummissjoni għandha tordna l-irkupru tad-differenza bejn ir-rata ta’ interessi attwalment imħallsa minn SSN u rata ta’ interessi teoretikament adegwata għal self li jippreżenta riskju għoli ħafna. Sabiex tkun determinata r-rata ta’ interess imsemmija l-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li l-avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ tnaqqis jindika li l-premjum tar-riskju jista’ jkun ta’ iktar minn 400 punti bażi iktar mir-rata ta’ referenza “jekk ebda bank privat ma jaqbel li jagħti s-self relevanti”, li hija s-sitwazzjoni f’dan il-każ. F’diversi deċiżjonijiet il-Kummissjoni sabiex li premjum ta’ 600 punti bażi iktar mir-rata ta’ regerenza kien minimu xieraq biex jirrifletti is-sitwazzjoni ta’ riskju għoli (44). Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan jikkostitwixxi l-mimimu għas-self f’dan il-każ. |
Garanziji ta’ ħlas bil-quddiem
|
(339) |
Fir-rigward ta’ garanziji, il-Kummissjoni għandha tuża l-istess approċċ: għall-perjodu mid-data li fiha kienet mogħtija l-garanzija sad-data tat-tmiem tagħha, il-Kummissjoni għandha tordna l-irkupru tal-għoti tal-għajnuna ekwivalenti inkluża fil-garanzija. |
|
(340) |
Fir-rigward tal-garanziji, il-Kummissjoni tikkunsidra li, kif spjegat fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għal għajnuna mill-istat fil-forma ta’ garanziji (45), l-għoti tal-għajnuna ekwivalenti hija daqs jew is-sussidju ta’ interess miksub mill-garanzija (meta l-garanzija tkopri self mogħti b’rata ta’ interess iktar baxx mis-suq) jew il-fattur tar-riskju fuq is-somma garantita mingħajr il-premjums imħallsa mill-benefiċjarju. |
|
(341) |
Madankollu, fil-każ ta’ garanziji għal ħlas bil-quddiem, il-Kummissjoni tinnota li ħlas bil-quddiem garantit minn KUKE huwa aspett ta’ kuntratt ta’ bejgħ, mhux ta’ kuntratt ta’ self, u ebda interess ma jkun impost fuq ħlas bil-quddiem. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li sabiex tikkalkola l-element tal-għajnuna rċevuta mill-benefiċjarju, għandu jkun ikkunsidrat paragun bejn il-premjums imħallsa mit-tarzna u dawk li normalment ikunu imposti fis-suq. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-premjums imposti taħt l-iskema ħielsa-minn-għajnuna-mill-istat li biha KUKU topera l-programm tagħha ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni garantita mit-Teżor tal-Istat, approvata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007, tista’ sservi bħala l-premjums ta’ referenza għall-kalkolu fuq imsemmi. Għal darb’oħra, dawn il-premjumx hemm bżonn li jkunu miżjuda b’mill-inqas 400 punti bażi sabiex jirriflettu l-fatt li t-tarzna ma kinitx eliġibbli li tirċievi garanziji taħt l-iskema. Il-provvediment ta’ garanziji lit-tarzna għalhekk kien jinvolvi riskju kunsiderevolment ogħla. |
|
(342) |
Kif spjegat fuq, peress li t-tarzna ma tkunx tista’ tikseb garanziji fis-suq minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tagħha, il-garanziji KUKE għandhom ikunu terminati immedjatament sabiex titwaqqaf id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna. |
Nuqqas ta’ infurzar ta’ djun
|
(343) |
In-nuqqas ta’ infurzar kontinwu ta’ djun mill-awtoritajiet pubbliċi jikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-istat u għandu jkun ikkunsidrat (46). Dan huwa simili għal self li jiġġedded mogħti fuq kundizzjonijiet preferenzjali u għalhekk l-għajnuna tikkorrispondi għad-differenza bejn l-interessi li jkunu imposti mis-suq (għal kumpanija ta’ livell simili f’sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika simili u b’kollaterali simili) u l-interess impost mill-entità li tagħti l-għajnuna. |
|
(344) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni prekarja finanzjarja kontinwa tat-tarzna, kreditur f’ekonomija tas-suq jenforza l-klejms tiegħu immedjatament meta jkunu dovuti. Għalhekk, il-fatt li l-awtortiajiet Pollakki ma ħadux miżuri ta’ infurzar immedjatament kien jikkostitwixxi l-għoti ta’ għajnuna u għalhekk id-data ta’ maturità ta’ kwanlunkwe dejn mhux imħallas tkun id-data li fiha ingħatat l-għajnuna. L-element tal-għajnuna jkun daqs id-differenza bejn l-interessi li jkunu imposti fis-suq (għal kumpanija ta’ livell simili f’sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika simili u b’kollaterali simili) u l-interessi imposti mill-awtoritajiet. |
|
(345) |
Peress li kwalunkwe operatur f’ekonomija tas-suq jeħtieġ ħlas lura immedjat tad-djun mit-tarzna, għandu jkun imħallas lura mhux biss l-element tal-għajnuna li ġej minn interessi insuffiċjenti iżda wkoll id-djun akkumulati għandhom ikunu mħallsa lura immedjatament. |
Injezzjonijiet tal-kapital
|
(346) |
Il-Kummissjoni tinnota li injezzjonijiet tal-kapital mill-Istat jew minn entitajiet kkontrollati mill-istat, bħal ARP u KPS, f’kumpaniji fil-bżonn, meta ebda qligħ ma jista’ jkun mistenni fil-ħin tal-injezzjoni, huma kkunsidrati bħala għotjiet li ma jitħallsux lura (47). Sabiex titneħħa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-injezzjoni tal-kapital, it-tarzna jkollha tħallas lura l-ammont totali tal-injezzjoni tal-kapital. |
Implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni
|
(347) |
F’ittra tat-3 ta’ Novembru 2008, il-Polonja impenjat ruħha li timplimenta din id-Deċiżjoni billi tbiegħ l-assi tat-tarzna fuq prezz tas-suq permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti, bla kundizzjonijiet u mhux diskriminatorja (imwettqa skont il-kundizzjonijiet speċifiċi l-ewwel stabbiliti fl-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008) u permezz tal-istralċ ta’SSN. Il-klejms kollha ta’ irkupru tal-għajnuna mill-istat skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu reġistrati mill-Polonja mingħajr dewmien fil-proċedura ta’ likwidazzjoni ta’ SSN. Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Novembru 2008 il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li, kemm-il darba dawn il-kundizzjonijiet ikunu milħuqa, il-bejgħ tal-assi ma jinvolvix għajnuna ġdida lix-xerrej(ja) tal-assi tat-tarzni u l-assi jistgħu jkunu trasferiti lix-xerrej(ja) ħielsa minn kwalunkwe responsabbiltà li tirrigwarda r-rimbors ta’ għajnuna mill-istat illegali u inkumpatibbli mogħtija lit-tarzna fil-passat, skont ir-rekwiżit li ma jkunx hemm kontinwità ekonomika bejn il-benefiċjarji tal-għajnuna u l-attività tax-xerrejja (48). Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 u aċċettati mill-awtoritajiet Pollakki humiex milħuqa sabiex tevalwa jekk din id-Deċiżjoni hija implimentata korrettament jew le. |
|
(348) |
Dawn il-kundizzjonijiet, li għalihom il-Polonja impenjat ruħha espliċitament, huma kif ġej. |
|
(349) |
L-assi (mingħajr djun) għandhom ikunu privatizzati permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti, bla kundizzjonijiet u mhux diskriminatorja. SSN, bl-assi u d-djun li jifdal, għandha tkun stralċjata. |
|
(350) |
L-assi għandhom ikunu mibjugħa bil-prezz tas-suq (lil dak li jagħmel l-ogħla offerta). L-assi għandhom ikunu mibjugħa separatament jew f’numri kbar ta’ gruppi żgħar, definiti b’dan il-mod sabiex il-qligħ tal-bejgħ ikun massimizzat. Dawn il-gruppi m’għandhomx jikkonsistu f’partijiet organizzati ta’ intrapriża jew kumpanija. Madankollu, din id-definizzjoni tal-gruppi mhix maħsuba biex tipprevjeni lix-xerrejja potenzjali milli jippreżentaw offerta konġunta għal diversi assi/gruppi. |
|
(351) |
Is-sejħa għall-offerti m’għandhiex tkun diskriminatorja, jiġifieri għandha tiżgura li l-bejgħ huwa miftuħ għall-kategoriji kollha tax-xerrejja potenzjali, mingħajr ebda diskriminazzjoni rigward l-iskop tal-investiment tagħhom. |
|
(352) |
Ebda kundizzjonijiet (bħall-manteniment tal-impjieg jew tal-attività, jew ix-xiri ta’ kuntratti eżistenti) ma jistgħu jkunu annessi mas-sejħa għall-offeri. Il-kriterju uniku għall-għażla tal-offerti li tintagħżel għandu jkun il-massimizzazzjoni tad-dħul għall-benfiċċju tal-kredituri tat-tarzna. |
|
(353) |
Il-kredituri tat-tarzna, pubbliċi u privati, inkluż il-klijenti tat-tarzna, għandhom iżommu l-istess klassifika u drittijiet rigward il-qligħ mill-bejgħ tal-assi daqs li kieku jagħmlu fi proċedura ta’ falliment. |
|
(354) |
Ebda għajnuna mill-istat ġdida ma tista’ tkun mogħtija fil-kuntest tal-bejgħ, kemm fil-forma ta’ tneħħija mill-kotba tal-kontabbiltà jew ta’ ħlas lura ffinanzjat mill-istat ta’ responsabbilitajiet pubbliċi legali jew kredituri privati, injezzjonijiet tal-kapital, self, garanziji jew miżuri oħra. Kwalunkwe responsabbiltajiet pubbliċi ġodda akkumulati matul il-perjodu taż-żmien strettament neċessarji għat-twettiq tal-proċedura tal-bejgħ għandhom ikunu mitluba lura mill-assi tal-likwidazzjoni. |
|
(355) |
Il-bejgħ għandu jkun imwettaq minn amministratur indipendenti, bi drittijiet u obbligzzjonijiet simili għal dawk ta’ riċevitur tal-falliment. Għandha tkun maħluqa struttura li tippermetti lill-kredituri biex jissorveljaw il-bejgħ effettivament u jiżguraw li jkun imwettaq bit-termini tas-suq u li l-klassifikazzjoni u d-drittijiet tagħhom rigward il-qligħ mill-bejgħ ikunu rispettati. Barra minn hekk, il-Polonja u l-Kummissjoni għandhom jaħtru konġuntament trustee ta’ sorveljanza, bir-rwol speċifiku li jassisti lill-Kummissjoni fil-verifika li l-proċess tal-bejgħ u l-irkupru tal-għajnuna jseħħu b’konformità sħiħa mar-rekwiżiti fuq indikati. Għal dan l-għan, it-trustee ta’ sorveljanza għandu jissottometti rapporti regolari, dettaljati lill-Kummissjoni dwar kull stadju tal-proċedura. |
|
(356) |
Il-Polonja ssottomettiet li għandha bżonn tieħu azzjoni leġiżlattiva biex timplimenta din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li perjodu ta’ implimentazzjoni itwal minn dak normalment preskritt huwa għalhekk meħtieġ, b’kunsiderazzjoni wkoll tan-numru ta’ miżuri individwali ta’ għajnuna mill-istat kkonċernati minn din id-Deċiżjoni u l-forom u dewmien differenti tagħhom. Il-Kummissjoni għalhekk titlob lill-Polonja biex timplimenta din id-Deċiżjoni fi żmien seba’ xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-istat deskritta fil-premessi 187-201, li kienet mogħtija illegalment lil SSN mill-Polonja li tikser l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, mhix kumpatibbli mas-suq komuni.
Barra minn hekk, kwalunkwe garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija lil SSN mill-Polonja li jiksru l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-data ta’ din id-Deċiżjoni mhumiex kumpatibbli mas-suq komuni.
Artikolu 2
Fir-rigward ta’ self akkwistat minn diversi entitajiet pubbliċi kif deskritti fil-premessi 187-201, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna daqs id-differenza, għall-perjodu bejn l-għoti u r-rimbors tas-self, bejn ir-rata ta’ interess attwalment imħallsa minn SSN u r-rata ta’ interess li biha l-benefiċjarju seta’ jikseb is-self fis-suq. Barra minn hekk, jekk xi self ma jkunx rimborsat saż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jkun rimborsat immedjatament.
Artikolu 3
Fir-rigward tal-garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija minn KUKE kif deskritti fil-premessi 187-201, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna daqs id-differenza, għall-perjodu bejn l-għoti u l-iskadenza tal-garanzija, bejn il-premjum tal-garanzija mogħti mill-benefiċjarju u l-premjum tal-garanzija li bih il-benefiċjarji seta’ jikseb il-garanzija fis-suq. Barra minn hekk, jekk xi waħda minn dawn il-garanziji hija attivi fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tkun imwaqqfa immedjatament.
Artikolu 4
L-Artikolu 3 japplika wkoll, mutatis mutandis, għal kwalunkwe garanziji ta’ ħlas bil-quddiem mogħtija lil SSN mill-Polonja li jiksru l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE mill-1 ta’ Lulju 2007 sad-data ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Fir-rigward tar-risponsabbiltajiet mhux infurzati lil diversi entitajiet pubbliċi kif deskritti fil-premessi 187-201, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna daqs id-differenza, għall-perjodu bejn l-għoti tal-għajnuna u r-rimbors tar-responsabbiltà pubblika, bejn ir-rata ta’ interessi attwalment imħallsa minn SSN u rata ta’ interess li biha l-benefiċjarju seta’ jikseb posponiment tal-maturità tar-responsabbiltajiet tiegħu minn kreditur tal-ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, kwalunkwe repsonsabbiltajiet pubbliċi li jifdal għandhom ikunu mħallsa immedjatament.
Artikolu 6
Fir-rigward ta’ injezzjonijiet tal-kapital minn diversi entitajiet pubbliċi kif deskritti fil-premessi 187-201, il-Polonja għandha tirkupra għajnuna daqs l-ammont totali tal-injezzjoni tal-kapital.
Artikolu 7
1. Il-Polonja għandha tirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju kif stabbilit fl-Artikoli 2 sa 6. L-għajnuna għandha tkun irkuprata skont il-Linji Gwida spjegata fil-premessi 334-347.
2. Is-somom li għandhom ikunu rkuprati għandu jkollhom interessi mid-data li fihom kienu mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ SSN sa l-irkupru attwali tagħhom.
3. L-interess għandu jkun ikkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (49) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (50) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Il-Polonja għandha tikkanċella l-pagamenti kollha li jifdal tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Polonja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien seba’ xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
1. Fi żmien xahrejn tan-n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Polonja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
a) |
l-ammont totali (interess prinċipali u ta’ rkupru) li għandu jkun irkuprat mill-benefiċjarju; |
|
b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati li jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat li jħallas l-għajnuna lura; |
|
d) |
evidenza li l-garanziji kollha ta’ ħlas bil-quddiem li għadhom attivi kienu mwaqqfa. |
2. Il-Polonja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar miżuri sussegwenti nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm ikun komplut l-irkupri tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.
Meta l-Kummissjoni teħtieġ dan il-Polonja għandha immedjatament tissottometti informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni.
Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata rigward l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ interess ta’ rkupru diġà rkuprati mill-benefiċjarju.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Polonja.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(3) L-Artikolu 5(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tfassal il-lista tal-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 (ĠU L 243, 6.9.2006, p. 47).
(5) Ittra tad-9 ta’ Jannar 2008.
(6) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-109/01 Fleuren Compost v il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-127.
(7) Minuti tal-Kunsill tal-Ministri tal-25 ta’ Jannar 2005 u tal-5 ta’ Ottubru 2005 ippubblikati fuq din il-websajt.
(8) Ittra tat-13 ta’ Marzu 2006.
(9) “L-ewwel verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni ta’ SSN mal-Pjan tan-negozju għal SSN għall-2008-2012 skont l-informazzjoni miksuba matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta mwettaq fit-tarzna” u “Spjegazzjonijiet addizzjonali, il-punti prinċipali tal-programm ta’ ristrutturazzjoni u impenji dikjarati rigward ix-xiri ta’ SSN sottomessi minn Amber” tad-29 ta’ Frar 2008.
(10) Partijiet minn dan it-test kienu mħassra biex ma jikxfux informazzjoni kunfidenzjali; huma indikati permezz ta’ serje ta’ dots bejn brackets forma ta’ kaxxa.
(11) Ittra tal-11 ta’ Lulju 2007.
(12) Ittra tad-9 ta’ Jannar 2008.
(13) Ittra tad-9 ta’ Jannar 2008, p. 15.
(14) Ittra tas-17 ta’ Frar 2006.
(15) Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni ta’ kostruzzjoni marittimi) fil-Polonja 2006-2010, adottata fl-Awwissu 2006, paġna 30.
(16) Anness 1 tal-ittra tas-6 ta’ Ġunju 2008.
(17) Ittra tas-26 ta’ Ġunju 2008.
(18) Il-lista ta’ dawn il-garanziji kienet provduta mill-Polonja fl-Anness 11 tal-pjan tar-ristrutturazzjoni ta’ Mostostal sottomess fis-26 ta’ Ġunju 2008.
(19) Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-Kawża N 105/07, Skema ta’ garazija għal kuntratti ta’ esportazzjoni, avviż sommarju fil-ĠU C 214, 13.9.2007, p. 3.
(20) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-109/01 Fleuren Compost v il-Kummissjoni, fuq imsemmija, paragrafu.74.
(21) Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-256/97 DM Transport [1999] Ġabra I-3915; Kawża C-480/98 Spanja vs il-Kummissjoni (“ Magefesa ”) [2000] Ġabra I-8717.
(22) Sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza fil-Kawża T-109/01 Fleuren Compost v il-Kummissjoni, paragrafu.74.
(23) Din il-miżura kienet inkluża fil-parti A tal-Aness tad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni bħala miżura fis-seħħ qabel l-adeżjoni.
(24) Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs, Kawża C-256/97, DM Transport [1999] Ġabra I-3915, Kawża C-480/98, Spanja vs. il-Kummissjoni (“ Magefesa ”) [2000] Ġabra I-8717.
(25) ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.
(26) Strateġija għas-settur tal-bini tal-bastimenti (tarzni ta’ kostruzzjoni marittimi) fil-Polonja 2006-2010, adottati f’Awwissu 2006, p. 7.
(27) Deċiżjoni fil-Kawża N 105/07.
(28) Artikolu 3(1)(1) tar-Riżoluzzjoni 111/2006 tal-Kumitat tal-Politika tal-Assigurazzjoni tal-Esportazzjonijiet tal-20 ta’ Diċembru 2006.
(29) ĠU C 71, 11.03.2001, p. 14.
(30) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(31) ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.
(32) ĠU C 317, 30.12.2003, p. 12.
(33) Ittra tal-4 ta’ Ottubru 2005 li tiknkudi l-kummenti tal-Polonja dwar id-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.
(34) Amber indikat li l-analiżi tagħha uriet li t-tarzna ma ssirx profitabbli wara r-ristrutturazzjoni li Amber ipprevediet li timplimenta.
(35) Ara punt 43 tal-Linji Gwida.
(36) Parti minn dawn ir-risponsabbiltajiet kienu skambjati għal ekwità f’Awwissu 2008 (131,5 miljun PLN; ara premessa 201) u parti għadha trid tkun imħallsa lura (66 miljun PLN).
(37) Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li skont wieħed mill-annessi tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tat-12 ta’ Settembru 2008, li jippreżenta l- ipoteżi ġenerali tal-proċess ta’ ristrutturazzjoni, il-valur ta’ din l-art kien inizjalment stimat għal […] miljun PLN.
(38) Dan huwa simili għall-kawża Automobile Craiova (Kawża Nru 46/07), li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li skont il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Automobile Craiova l-awtoritajiet Rumenti imponew ċerti kundizzjonijiet fuq ix-xerrej (fir-rigward tal-impjieg minimu u l-livell ta’ investiment fl-intrapriża mibjugħa) bi skambju għal tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, li kien jikkostitwixxi għajnuna mill-istat għall-benefiċċju tal-intrapriża mibjugħa.
(39) Il-Kummissjoni tinnota li wara li tlesti l-kuntratti eżistenti u timplimenta l-miżuri ta’ ristrutturazzjoni ppjanati, SSN Nowa hija mistennija li tkun stralċjata u jekk jibqa’ flus żejda għandhom ikunu diviżi ugwalment bejn Mostostal u l-Istat. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan jista’ l-iktar l-iktar iwassal għal tnaqqis fl-għajnuna mill-istat mogħtija taħt il-proċess ta’ privatizzazzjoni, iżda ma jibdilx il-fatt li t-trasferiment tal-assi taħt il-valur tas-suq tagħhom kien “imniġġes” minn għajnuna mill-istat u għalhekk il-bejgħ tagħhom ma jistax iservi bħala kontribuzzjoni proprjat ħielsa minn għajnuna mill-istat.
(40) Fil-laqgħa tal-10 ta’ Settembru 2008 kien magħmul ċar li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni kien abbozzat minn Mostostal u mhux Ulstein. Ulstein kienet għadha lanqas rat l-abbozz mibgħut lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Settembru 2008, u kienet sorpriża meta semgħet li l-impenn tagħha tal-kapital kellu jkun ta’ 114 miljun PLN.
(41) Jekk nassumu li 1 USD = 2,3 PLN.
(42) Avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu tal-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3).
(43) Ara per eżempju l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għal għajnuna mill-istat fil-forma ta’ garanziji (2000/C 71/07), ĠU C 71, 11.3.2000 p. 14. Punt 3.2 tal-avviż jiddikjara li fejn, meta jkun mogħti s-self, jkun hemm probabbiltà qawwija li min jissellef se jfalli, e.ż. għax jinstab f’diffikultà finanzjarja, il-valur tal-garanzija jista’ jkun għoli daqs l-ammont effettivement kopert mill-garanzija.
(44) Premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/827/KE tas-16 ta’ Ġunju 2004 dwar il-miżuri implimentati minn Spanja għal Siderùrgica Añón SA (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 22); premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/284/KE tal-11 ta’ Diċembru 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal Sniace SA (ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35).
(45) Ibidem.
(46) Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar għajnuna mill-istat Nru C 23/06 li l-Polonja implimentat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (għadha mhix ippubblikata).
(47) Ara per eżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/652/KE tal-20 ta’ Ottubru 2004 dwar Għajnuna mill-Istat C 38/03 implimentata minn Spanja (għajnuna ta’ ristrutturazzjoni ulterjuri għat-tarzni pubbliċi Spanjoli) (ĠU L 240, 16.9.2005 p. 45).
(48) Ara Kawża C-277/00 Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni (“ SMI ”) [2004] Ġabra I-3925 u Kawżi C-328/99 u C-399/00 L-Italja u SMI 2 Multimedia Spa v Il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-4035.
ANNESS
INFORMAZZJONI RIGWARD L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI
1. Kalkolu tal-ammont li għandu jkun irkuprat
|
1.1. |
Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji tal-ammont ta’ għajnuna mill-istat illegali li kienet imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju:
Kummenti: |
|
1.2. |
Jekk jogħġbok spjega fid-dettall kif l-interess li għandu jkun imħallas fuq l-ammont ta’ għajnuna li għandha tkun irkuprata għandu jkun ikkalkulat. |
2. Miżuri ppjanati u diġà meħuda biex tkun irkuprata l-għajnuna
|
2.1. |
Jekk jogħġbok spjega fid-dettall liema miżuri huma ppjanati li liema diġà miżuri diġà kienu meħudha sabiex iseħħ irkupru immedjat u effettiv tal-għajnuna. Jekk jogħġbok indika wkoll fejn relevanti l-bażi legali tal-miżuri meħudha/ppjanati. |
|
2.2. |
X’inhi l-iskeda għall-proċess ta’ rkupru? Meta jkun lest l-irkupru tal-għajnuna? |
3. Irkupru diġà mwettaq
|
3.1. |
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li ġejjin dwar l-ammonti ta’ għajnuna li kienu rkuprati mill-benefiċjarju:
|
|
3.2. |
Jekk jogħġbok hemeż prova tal-ħlas lura tal-ammonti tal-għajnuna speċifikati fit-tabella taħt punt 3.1 fuq imsemmi. |
(*1) Data(dati) li fiha (pagamenti individwali ta’) l-għajnuna kienet (kienu) imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benfiċjarju
(*2) Ammont ta’ għajnuna mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (f’ekwivalenti gross tal-għajnuna)
(*3) Data(dati) li fiha l-għajnuna kienet imħallsa lura.