|
20.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/80 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/451
tad-19 ta' Marzu 2019
dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-manifatturi jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fl-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk l-istandards b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittri M/109 tad-29 ta' Awwissu 1996, M/130 tad-29 ta' Jannar 1999, M/139 tas-26 ta' Ġunju 2001, M/122 tal-14 ta' Diċembru 1998 u M/135 tal-5 ta' Mejju 2000, il-Kummissjoni għamlet talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-abbozzar ta' standards armonizzati b'appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (2) (“mandati”). Ir-referenzi ta' standards armonizzati abbozzati abbażi ta' mandati huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-mandati jippermettu li ssir reviżjoni tal-istandards armonizzati abbozzati abbażi tagħhom. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi kif ukoll ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, is-CEN irreveda bosta minn dawk l-istandards armonizzati. B'mod partikolari, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati għall-prodotti li ġejjin: is-sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u s-sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien, il-lavanji u l-fittings tas-siment tal-fibra, il-ħġieġ fil-bini u l-folji ċatti tas-siment tal-fibra. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk l-istandards armonizzati reveduti mis-CEN humiex f'konformità mal-mandati rilevanti u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011. |
|
(5) |
L-istandards armonizzati reveduti mis-CEN huma f'konformità mal-mandati rilevanti u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, irid jiġi indikat perjodu ta' koeżistenza għal kull standard armonizzat li jieħu post standard armonizzat ieħor. Tali perjodu ta' koeżistenza ġie indikat għall-istandard EN 15824:2017 ta' kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Minħabba li dan il-perjodu mhuwiex twil biżżejjed biex il-manifatturi jippreparaw għall-użu tal-istandard, jeħtieġ li jiġi indikat perjodu ġdid ta' koeżistenza. |
|
(7) |
Sabiex tippermetti lill-manifatturi jużaw l-istandards armonizzati reveduti mill-iktar fis possibbli, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'perjodu ġdid ta' koeżistenza ta' dawk l-istandards.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12).
ANNESS I
|
Nru |
Referenza għall-istandard |
Referenza għall-istandard li tteħidlu postu |
Bidu tal-perjodu ta' koeżistenza (jj.xx.ssss) |
Tmiem il-perjodu ta' koeżistenza (jj.xx.ssss) |
|
1. |
EN 54-5:2017+A1:2018 Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 5: Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana – Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana f'punt partikolari |
EN 54-5:2000 Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 5: Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana – Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana f'punt partikolari EN 54-5:2000/A1:2002 |
xx.yy.2019 |
31.8.2022 |
|
2. |
EN 54-7:2018 Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 7: Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan – Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan f'punt partikolari li jaħdmu bl-użu ta' dawl mifrux, dawl trażmess jew jonizzazzjoni |
EN 54-7:2000 Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 7: Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan – Tagħmir tad-detezzjoni f'punt partikolari bl-użu ta' dawl mifrux, dawl trażmess jew jonizzazzjoni EN 54-7:2000/A1:2002 EN 54-7:2000/A2:2006 |
xx.yy.2019 |
31.8.2022 |
|
3. |
EN 492:2012+A2:2018 Lavanji u fittings tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar |
EN 492:2012 Lavanji u fittings tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar |
xx.yy.2019 |
xx.yy.2020 |
|
4. |
EN 1096-4:2018 Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ miksi – Parti 4: Standard tal-prodott |
EN 1096-4:2004 Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ miksi – Parti 4: Evalwazzjoni tal-konformità/Standard tal-prodott |
xx.yy.2019 |
xx.yy.2020 |
|
5. |
EN 1279-5:2018 Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ tal-insulazzjoni – Parti 5: Standard tal-prodott |
EN 1279-5:2005+A2:2010 Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ tal-insulazzjoni – Parti 5: Evalwazzjoni tal-konformità |
xx.yy.2019 |
xx.yy.2020 |
|
6. |
EN 12467:2012+A2:2018 Folji ċatti tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar |
EN 12467:2012 Folji ċatti tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar |
xx.yy.2019 |
xx.yy.2020 |
ANNESS II
|
Nru |
Referenza għall-istandard |
Referenza għall-istandard li tteħidlu postu |
Bidu tal-perjodu ta' koeżistenza (jj.xx.ssss) |
Tmiem il-perjodu ta' koeżistenza (jj.xx.ssss) |
|
1. |
EN 15824:2017 Speċifikazzjonijiet għall-kisi fuq barra u għall-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid |
EN 15824:2009 Speċifikazzjonijiet għall-kisi fuq barra u għall-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid |
9.3.2018 |
9.3.2020 |