02004F0757 — MT — 09.06.2021 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 (ĠU L 335 11.11.2004, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2017/2103 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Novembru 2017 |
L 305 |
12 |
21.11.2017 |
|
|
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/369 tat-13 ta' Diċembru 2018 |
L 66 |
3 |
7.3.2019 |
|
|
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1687 tat-2 ta’ Settembru 2020 |
L 379 |
55 |
13.11.2020 |
|
|
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/802 tat-12 ta’ Marzu 2021 |
L 178 |
1 |
20.5.2021 |
|
ID-DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2004/757/ĠAI
tal-25 ta' Ottubru 2004
li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru:
“droga” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
sustanza koperta mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971;
kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness;
“prekursuri” għandha tfisser kwalunkwe sustanza mdaħħla fil-leġislazzjoni Komunitarja li tagħti effett lill-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-20 ta' Diċembru 1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u f'Sustanzi Psikotropiċi;
“persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entita ġuridika li għandha tali status skond il-liġi nazzjonali applikabbli, għajr Stati jew korpi pubbliċi oħra li jaġixxu fl-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani tagħhom u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;
“sustanza psikoattiva ġdida” tfisser sustanza f'forma pura jew fi preparazzjoni li mhijiex koperta mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971 iżda tista' toħloq riskji għas-saħħa jew fil-livell soċjali simili għal dawk maħluqa mis-sustanzi koperti minn dawk il-Konvenzjonijiet;
“preparazzjoni” tfisser taħlita li fiha sustanza psikoattiva ġdida waħda jew aktar.
Artikolu 1a
Proċedura biex id-definizzjoni ta' “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-ħsara fil-livell soċjali kkawżata mis-sustanza psikoattiva ġdida lill-individwi u lis-soċjetà hijiex gravi, u, b'mod partikolari, jekk l-impatt tas-sustanza psikoattiva ġdida fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubbliku ikunx tali li jfixkel l-ordni pubbliku, jew jikkawża imġiba vjolenta jew antisoċjali, li tirriżulta f'dannu lill-utent jew lil persuni oħra jew ħsara lil proprjetà, jew jekk attivitajiet kriminali, inkluż il-kriminalità organizzata, assoċjati mas-sustanza psikoattiva ġdida humiex sistematiċi, jinvolvux profitti illeċiti sinifikanti jew jikkawżawx spejjeż ekonomiċi sinifikanti.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni Kwadru jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 1b
Miżuri nazzjonali ta' kontroll
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti fuq l-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni Kwadru, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fit-territorji tagħhom, fir-rigward ta' sustanzi psikoattivi ġodda, kwalunkwe miżura nazzjonali ta' kontroll li jqisu xierqa.
Artikolu 2
Reati marbuta mat-traffikar ta' drogi u ta' prekursuri
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li meta mġieba minn dawn li ġejjin issir bil-ħsieb u tkun infondata fid-dritt din għandha tkun punibbli:
il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-preparazzjoni, l-offerta, l-offerta għall-bejgħ, id-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-kunsinna fuq kwalunkwe kondizzjoni hi x'inhi, is-senserija, id-dispaċċ, id-dispaċċ fi transitu, it-trasport, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' drogi;
il-kultivazzjoni tal-peprin ta' l-oppju, il-pjanta tal-koka u l-pjanta tal-kannabis;
il-pussess jew ix-xiri ta' drogi bil-ħsieb li tiġi mwettqa waħda mill-attivitajiet mniżżla f'(a);
il-manifattura, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' prekursuri, meta wieħed ikun jaf li dawn ser jintużaw fi jew għall-produzzjoni jew manifattura illeċita ta' drogi.
Artikolu 3
Tħajjir, għajnuna u assistenza u tentattiv
Artikolu 4
Pieni
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati definiti fl-Artikoli 2 u 3 jkunu punibbli b'pieni kriminali li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2 huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn sena u 3 snin ħabs.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) huma punibbli b'pieni kriminali ta' massimu ta' minn ta' l-inqas bejn 5 u 10 snin ħabs f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
ir-reat jinvolvi kwantitajiet kbar ta' drogi;
ir-reat jew jinvolvi dawk id-drogi li jikkawżaw l-ikbar dannu għas-saħħa, jew jirriżulta f'dannu sinifikattiv għas-saħħa ta' għadd ta' persuni.
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' vittmi u ta' partijiet terzi oħra in bona fide, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex tkun tista' ssir il-konfiska ta' sustanzi li jiffurmaw l-oġġett materjali ta' reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, l-għodda użati jew maħsuba biex jiġu użati għal dawn ir-reati u qligħ minn dawn ir-reati jew il-konfiska ta' proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak ta' tali qligħ, sustanzi jew għodda.
It-termini “konfiska”, “għodda”, “qligħ” u “proprjetà” għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1990 dwar il-Laundering, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tal-Qligħ minn Kriminalità.
Artikolu 5
Ċirkostanzi partikolari
Minkejja l-Artikolu 4, kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-pieni msemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu mnaqqsa jekk il-ħati:
jirrinunzja l-attività kriminali relatata mat-traffikar ta' drogi u ta' prekursuri u
jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li huma kieku ma kienux xort' oħra jkunu jistgħu jakkwistaw, filwaqt li jgħinhom biex:
jiġu prevenuti jew imnaqqsa l-effetti tar-reat,
jiġu identifikati jew imressqa quddiem il-ġustizzja l-ħatja l-oħra,
jinstabu provi jew
jiġu prevenuti reati ulterjuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 6
Responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe mir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 2 u 3 mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li jaġixxi jew waħdu jew bħala membru ta' organu tal-persuna ġuridika in kwistjoni, li għandu pożizzjoni ta' tmexxija fil-persuna ġuridika, ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:
setgħa ta' rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika;
awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;
awtorità li jeżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.
Artikolu 7
Sanzjonijiet għal persuni ġuridiċi
Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 6(1) hija punibbli b'sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:
esklużjoni minn dritt għal eżenzjoni mit-taxxa jew benefiċċji oħra jew għajnuna pubblika;
skwalifika temporanja jew permanenti mit-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali;
tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;
ordni ġudizzjarja ta' stralċ;
għeluq temporanju jew permanenti ta' l-istabbilimenti użati biex jiġi mwettaq ir-reat;
skond l-Artikolu 4(5), il-konfiska ta' sustanzi li jiffurmaw l-oġġett materjali ta' reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, għodda wżati jew maħsuba biex jiġu wżati għal dawn ir-reati u qligħ minn dawn ir-reati jew il-konfiska ta' proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi ma' dak ta' tali qligħ, sustanzi jew għodda.
Artikolu 8
Ġurisdizzjoni u prosekuzzjoni
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 fejn:
parti mir-reat jew ir-reat kollu kemm hu jsir fit-territorju tiegħu;
il-ħati huwa wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew
ir-reat isir għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 8a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 9
Implimentazzjoni u rapporti
Artikolu 10
Applikazzjoni territorjali
Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta' sustanzi msemmija fil-punt (b) tal-punt (1) tal-Artikolu 1
P-Methylthioamphetamine jew 4-Methylthioamphetamine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI ( 4 ).
Paramethoxymethylamphetamine jew N-methyl-1-(4-methoxyphenyl) -2-aminopropane, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI ( 5 ).
2,5-dimethoxy-4-iodophenethylamine, 2,5-dimethoxy-4-ethylthiophenethylamine, 2,5-dimethoxy-4- (n)-propylthiophenethylamine u 2,4,5-trimethoxyamphetamine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI ( 6 ).
1-benzylpiperazine jew 1-benzyl-1,4-diazacyclohexane jew N-benzylpiperazine jew benzylpiperazine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI ( 7 ).
4-metilmetkatinon, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/759/UE ( 8 ).
4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina (4,4′-DMAR) u 1-ċikloesil-4-(1,2-difeniletil)piperażina (MT-45), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1873 ( 9 ).
4-metilamfetammina, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1874 ( 10 ).
4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1- (dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino) ċikloessanon (metossetamina), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1875 ( 11 ).
5-(2-amminopropil)indol, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1876 ( 12 ).
1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1070 ( 13 ).
Metil-2-[[1-(ċikloħeksilmetil)-1H-indol-3-karbonil]amino]-3,3-dimetilbutanoat (MDMB-CHMICA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/369 ( 14 ).
N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1774 ( 15 ).
N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossamid (furanilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 ( 16 ).
N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossamid (ADB-CHMINACA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 ( 17 ).
1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossamid (CUMYL-4CN-BINACA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 ( 18 ).
N-fenil-N-[1-(2-fenilethil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossamid (ċiklopropilfentanil) and 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 ( 19 ).
N,N-dietil-2-[[4-(1-metiletossi)fenil]metil]-5-nitro-1H-benżimidażol-1-etanammina (isotonitażen) ( *1 ).
Metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) ( 20 ).
Metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) (20) .
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).
( 1 ) ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.
( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI tat-13 ta' Settembru 1999 li tiddefinixxi 4-MTA bħala droga sintetika ġdida li għandha ssir suġġetta għall-miżuri ta' kontroll u penalitajiet kriminali (ĠU L 244, 16.9.1999, p. 1).
( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 dwar miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali fuq id-droga sintetika l-ġdida PMMA (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 14).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 64).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI tat-3 ta' Marzu 2008 dwar id-definizzjoni ta' 1-benzylpiperazine (BZP) bħala droga psikoattiva ġdida li għandha tiġi suġġetta għal miżuri ta' kontroll u dispożizzjonijiet kriminali (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 45).
( 7 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/759/UE tat-2 ta' Diċembru 2010 biex il-4-metilmetkatinon (mefredron) jiġi sottomess għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 44).
( 8 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1873 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi 4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina) (4,4′-DMAR) u 1-ċikloesil-4-(1,2- difeniletil) piperażina (MT-45) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 32).
( 9 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1874 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 35).
( 10 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1875 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 38).
( 11 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1876 tat-8 ta' Ottubru 2015 li tissottoponi 5-(2-amminopropil)indol għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 275, 20.10.2015, p. 43).
( 12 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1070 tas-27 ta' Ġunju 2016 li tissottoponi l-1-phenyl-2-(pyrrolidin-1-yl)pentan-1-one (α-pyrrolidinovalerophenone, α-PVP) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 178, 2.7. 2016, p. 18).
( 13 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/369 tas-27 ta' Frar 2017 li tissottoponi il-metil-2-[[1-(ċikloħeksilmetil)-1H-indol-3-karbonil]amino]-3,3-dimetilbutanoat (MDMB-CHMICA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 210).
( 14 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1774 tal-25 ta' Settembru 2017 li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 21).
( 15 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 tal-15 ta' Novembru 2017 li tissoġġetta lill-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 19).
( 16 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 tal-14 ta' Mejju 2018 li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossammid (ADB-CHMINACA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 125, 22.5.2018, p. 8).
( 17 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 tal-14 ta' Mejju 2018 li tissottoponi s-sustanza psikoattiva ġdida 1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossammid (CUMYL-4CN-BINACA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 125, 22.5.2018, p. 10).
( 18 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 tat-28 ta' Settembru 2018 li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossammid (ċiklopropilfentanil) u 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2- feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 245, 1.10.2018, p. 9)
( *1 ) Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/1687 tat-2 ta’ Settembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida N,N-dietil-2-[[4-(1-metiletossi)fenil]metil]-5-nitro-1H-benżimidażol-1-etanammina (isotonitażen) fid-definizzjoni ta’ “droga”, ĠU L 379, 13.11.2020, p. 55.
( 19 ) Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/802 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/GAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanzi psikoattivi ġodda l-metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) u l-metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) fid-definizzjoni ta’ “droga”, (ĠU L 178, 20.05.2021, p. 1).