<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-505/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0505</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:376">EU:C:2022:376</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220512">12.5.2022</DATE> – Kawża C‑505/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">RR u JG (Iffriżar tal-beni ta’ terzi)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P>12 ta’ Mejju 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar u konfiska tal-mezzi u tar-rikavat mill-kriminalità fl-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/42/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Konfiska</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Garanziji proċedurali</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar u konfiska ta’ beni ta’ terzi fil-proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rikors għal terzi matul il-proċeduri ġudizzjarji u li ma tippermettix ir-restituzzjoni eventwali tal-imsemmi beni qabel l-għeluq tal-proċeduri kriminali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil‑Kawża C‑505/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑8 ta’ Ottubru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura mibdija minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">RR,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">JG,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Spetsializirana prokuratura,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea minn M. Wasmeier u I. Zaloguin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1), moqri flimkien mal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 127, p. 39</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="138" PAGE.FIRST="114" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 138, p. 114</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva kif ukoll tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali li matulhom RR u JG, bħala terzi għal din il-proċedura, talbu, quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-restituzzjoni tal-beni ssekwestrati tagħhom matul il-fażi preliminari tal-imsemmija proċeduri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 15, 31, 33, 34 u 38 tad-Direttiva 2014/42 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(15)</NO.P><TXT>Għandu jkun possibbli li jiġu kkonfiskati l-mezzi strumentali u r-rikavat ta’ kriminalità, jew il-proprjetà [beni] li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għal tali mezzi strumentali jew rikavat mill-kriminalità, soġġett għal kundanna definittiva għal reat kriminali. Tali kundanna definittiva tista’ tirriżulta wkoll minn proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>. Meta ma jkunx possibbli li ssir konfiska abbażi ta’ kundanna definittiva, madankollu f’ċerti ċirkostanzi għandu jibqa’ jkun possibbli li jiġu kkonfiskati l-mezzi strumentali u r-rikavat, tal-inqas f’każijiet ta’ mard jew ħarba tal-persuna suspettata jew akkużata. Madankollu, f’tali każijiet ta’ mard jew ħarba, l-eżistenza ta’ proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT> fi Stati Membri tkun biżżejjed biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu. Meta l-persuna suspettata jew akkużata tkun ħarbet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli u jistgħu jirrikjedu li l-persuna kkonċernata titħarrek jew tiġi infurmata bil-proċedimenti ta’ konfiska.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Minħabba li l-ordnijiet ta’ ffriżar joħolqu limitazzjoni fuq id-dritt għall-proprjetà, dawn il-miżuri proviżorji m’għandhomx jinżammu fis-seħħ iktar minn kemm ikun meħtieġ biex tiġi ppreservata d-disponibbiltà tal-proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement. Dan jista’ jkun jeħtieġ li ssir rieżami mill-qorti sabiex jiġi żgurat li l-għan li l-proprjetà ma tintefaqx ikun għadu validu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva taffettwa b’mod sostanzjali d-drittijiet tal-persuni, mhux biss ta’ dawk suspettati jew akkużati iżda anke ta’ partijiet terzi li ma jkunux qed jitressqu quddiem il-qorti. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkun hemm salvagwardji u rimedji ġudizzjarji speċifiċi sabiex jiġi ggarantit il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tagħhom meta ssir<?PAGE NO="3"?> l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan jinkludi d-dritt li jinstemgħu għall-partijiet terzi li jiddikjaraw li huma s-sidien tal-proprjetà kkonċernata, jew li jiddikjaraw li jkollhom drittijiet oħra ta’ proprjetà (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>drittijiet reali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ius in re<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>), bħad-dritt ta’ użufrutt. L-ordni ta’ ffriżar għandha tiġi kkomunikata lill-persuna affettwata kemm jista’ jkun malajr wara li tiġi eżegwita. Minkejja dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-komunikazzjoni ta’ tali ordnijiet lill-persuna affettwata minħabba l-ħtiġijiet tal-investigazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>L-għan tal-komunikazzjoni tal-ordni ta’ ffriżar huwa, fost l-oħrajn, li l-persuna affettwata tkun tista’ tikkontesta l-ordni. Għalhekk, tali komunikazzjoni għandha tindika, għallinqas fil-qosor, ir-raġuni jew raġunijiet li għalihom ittieħdet l-ordni kkonċernata, filwaqt li jinftiehem li tali indikazzjoni tista’ tkun konċiża ferm.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-[Karta] u l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali [, iffirmata f’Ruma l-4 ta’ Novembru 1950] (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>il-KEDB<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kif interpretati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u ma’ dawn il-prinċipji. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-għajnuna legali u ma toħloqx xi obbligu għas-sistemi ta’ għajnuna legali tal-Istati Membri, li għandhom japplikaw f’konformità mal-Karta u mal-KEDB.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar l-iffriżar tal-proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement u dwar il-konfiska tal-proprjetà f’materji kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>mezzi strumentali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tintuża, bi kwalunkwe mod, kompletament jew parzjalment, biex jitwettaq reat kriminali jew biex jitwettqu reati kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>konfiska<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser ċaħda definittiva minn proprjetà ordnata minn qorti fir-rigward ta’ reat kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>iffriżar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser il-projbizzjoni temporanja tat-trasferiment, tal-qerda, tal-konverżjoni, taċ-ċessjoni jew tal-moviment ta’ proprjetà jew l-assunzjoni temporanja ta’ kustodja jew ta’ kontroll ta’ proprjetà;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għar-reati kriminali koperti minn:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal‑25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 94</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal‑24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="300" PAGE.FIRST="42" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 300, p. 42</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/42, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Konfiska<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jistipula fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jikkonfiskaw, kompletament jew parzjalment, il-mezzi strumentali u r-rikavat jew il-proprjetà li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għal tali mezzi strumentali jew rikavat, soġġett għal kundanna definittiva għal reat kriminali, li tista’ wkoll tirriżulta minn proċedimenti <HT TYPE="ITALIC">in absentia</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[l]-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jikkonfiskaw, kompletament jew parzjalment, il-proprjetà li tappartjeni lil persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat kriminali li jista’ joħloq, direttament jew indirettament, benefiċċju ekonomiku, fejn qorti abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ, inklużi l-fatti speċifiċi u l-evidenza disponibbli, bħal li l-valur tal-proprjetà jkun sproporzjonat meta mqabbel mad-dħul legali tal-persuna li tinstab ħatja, tkun sodisfatta li l-proprjetà inkwistjoni nkisbet minn imġiba kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Konfiska fir-rigward ta’ parti terza<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jikkonfiskaw ir-rikavat, jew proprjetà oħra li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għar-rikavat, li, direttament jew indirettament, tkun ġiet ittrasferita minn persuna suspettata jew akkużata lil partijiet terzi, jew li tkun ġiet akkwistata minn partijiet terzi mingħand il-persuna suspettata jew akkużata, tal-inqas jekk dawk il-partijiet terzi kienu jafu jew suppost li kienu jafu li l-għan tat-trasferiment jew tal-akkwist kien biex tiġi evitata l-konfiska, abbażi ta’ fatti u ċirkostanzi konkreti, inkluż li t-trasferiment jew l-akkwist sar mingħajr ħlas jew għal ammont ferm aktar baxx mill-valur fis-suq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 ma għandux jippreġudika d-drittijiet ta’ persuni terzi <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Iffriżar<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jiffriżaw proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement. Dawk il-miżuri, li għandhom jiġu ordnati minn awtorità kompetenti, għandhom jinkludu azzjoni urġenti li għandha tittieħed fejn meħtieġ biex tiġi preservata l-proprjetà.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proprjetà fil-pussess ta’ parti terza, kif imsemmi taħt l-Artikolu 6, tista’ tkun soġġetta għal miżuri ta’ ffriżar għall-fini tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Salvagwardji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni affettwati mill-miżuri previsti skont din id-Direttiva jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ordni ta’ ffriżar tiġi kkomunikata lill-persuna affettwata mill-iktar fis possibbli wara li tiġi eżegwita. Tali komunikazzjoni għandha tindika, għall-inqas fil-qosor, ir-raġuni jew raġunijiet li għalihom ittieħdet l-ordni kkonċernata. Meta jkun jeħtieġ li jiġi evitat li tiġi pperikolata l-investigazzjoni kriminali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-komunikazzjoni tal-ordni ta’ ffriżar lill-persuna affettwata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-ordni ta’ ffriżar għandha tibqa’ fis-seħħ biss sakemm ikun meħtieġ li l-proprjetà tiġi ppreservata fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà effettiva li l-persuna li l-proprjetà tagħha tkun ġiet affettwata tikkontesta l-ordni ta’ ffriżar quddiem qorti, f’konformità mal-proċeduri stipulati fil-liġi nazzjonali. Tali proċeduri jistgħu jipprevedu li meta l-ordni ta’ ffriżar inizjali tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti li ma tkunx awtorità ġudizzjarja, tali ordni l-ewwel għandha tintbagħat għall-validazzjoni jew ir-rieżami lill-awtorità ġudizzjarja qabel ma tkun tista’ tiġi kkontestata quddiem qorti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proprjetà ffriżata li ma tiġix sussegwentement ikkonfiskata għandha tintradd lura immedjatament. Il-kundizzjonijiet jew regoli ta’ proċedura li skonthom tali proprjetà tintradd lura għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe ordni ta’ konfiska tkun debitament motivata u li l-ordni tiġi kkomunikata lill-persuna affettwata. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà effettiva li persuna li fil-konfront tagħha tkun inħarġet ordni ta’ konfiska tkun tista’ tikkontesta dik l-ordni quddiem qorti.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet terzi għandhom ikunu intitolati li jitolbu t-titolu tas-sjieda jew drittijiet ta’ proprjetà oħrajn, inkluż fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kodiċi Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali) jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="053.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Irrispettivament minn kull responsabbiltà kriminali, għandhom jiġu kkonfiskati għall-benefiċċju tal-Istat:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-beni li tappartjeni lill-persuna li tinstab ħatja u li kienet intiża, jew li serviet, għat-twettiq ta’ reat kriminali premeditat; meta dan il-beni ma tkunx għadu jeżisti jew ikun ġiet ittrasferit, għandu jiġi ddeterminat l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-beni li jappartjeni lil persuna li nstabet ħatja u li kienet is-suġġett ta’ reat premeditat, fil-każijiet espressament previsti fil-parti speċjali ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandhom jiġu kkonfiskati wkoll għall-benefiċċju tal-Istat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-beni li kien is-suġġett jew l-istrument ta’ reat kriminali u li l-pussess tagħha huwa pprojbit; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prodotti diretti u indiretti miksuba permezz tar-reat kriminali, jekk ma huwiex meħtieġ li jiġu rrestitwiti jew li jiġu rrimborsati; meta dawn il-prodotti ma jkunux għadhom jeżistu jew ikunu nbiegħu, jiġi ddeterminat l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fis-sens tal-paragrafu 2(b):</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jikkostitwixxi ‘rikavat dirett’ kull vantaġġ ekonomiku li huwa konsegwenza immedjata tal-ksur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>rikavat indirett<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> kull vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mid-dispożizzjoni tar-rikavat dirett, kif ukoll minn kull beni li jirriżulta mit-trasformazzjoni ulterjuri totali jew parzjali tar-rikavat dirett, inkluż meta dan ikun tħallat ma’ beni ta’ oriġini legali; il-beni huwa suġġett għal konfiska sal-valur tar-rikavat dirett imħallat, inkluż żidiet fil-valur tal-beni, meta dawn ikunu marbuta direttament mad-dispożizzjoni jew mat-trasformazzjoni tar-rikavat dirett u mal-inkorporazzjoni tar-rikavat dirett fil-beni.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 111 tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Żamma tal-provi materjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="111.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-provi materjali jinżammu sat-tmiem tal-proċeduri kriminali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="111.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-oġġetti ssekwestrati għall-finijiet ta’ provi materjali jistgħu jiġu rrestitwiti lill-aventi kawża li lilhom ġew ikkonfiskati bl-awtorizzazzjoni tal-prosekutur qabel it-tmiem tal-proċeduri kriminali, biss meta dan ma jostakolax l-aċċertament tal-verità oġġettiva u meta ma jkunux is-suġġett ta’ ksur amministrattiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="111.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-prosekutur pubbliku għandu jiddeċiedi dwar it-talbiet għal restituzzjoni f’terminu ta’ tlett ijiem. Rifjut tal-prosekutur skont il-paragrafu (2) jista’ jiġi kkontestat mid-detentur tad-drittijiet<?PAGE NO="7"?> quddiem il-qorti kompetenti tal-ewwel istanza. Din il-qorti ser tiddeċiedi dwar l-appell fi żmien tliet ijiem minn meta tirċeviha, waqt seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, u d-deċiżjoni tagħha ser tkun definittiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="111.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-oġġetti li jistgħu jiddeterjoraw ssekwestrati bħala provi materjali, irtirati mill-aventi kawża u li ma jistgħux jiġu rrestitwiti, jingħataw lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet ġuridiċi kkonċernati bl-awtorizzazzjoni tal-prosekutur pubbliku sabiex jintużaw skont l-assenjazzjoni tagħhom jew għandhom jinbiegħu, f’liema każ id-dħul mill-bejgħ jiġi ddepożitat għand bank kummerċjali, għall-użu tal-baġit nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="111.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Id-drogi, il-prekursuri tad-droga u l-pjanti psikotropiċi, kif ukoll il-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa, jistgħu jinqerdu qabel ma jitlestew il-proċeduri kriminali skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri previsti mil-liġi. F’dan il-każ, huma biss il-kampjuni rappreżentattivi ssekwestrati li jinżammu sat-tmiem tal-proċeduri.</ALINEA></PARAG><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil‑15 ta’ Jannar 2019, waqt il-kontroll ta’ vettura misjuqa minn WE u li fiha kienet tinsab ukoll RR, il-konkubina tiegħu, u l-proprjetarja ta’ din il-vettura, ġiet ikkonstatata l-preżenza ta’ drogi. WE u RR tqiegħdu taħt att ta’ akkuża iżda, wara li ġie kkunsidrat, wara l-inkjesta, li RR ma kinitx informata bil-preżenza tad-drogi, il-prosekutur pubbliku temm il-proċeduri kriminali kontra din tal-aħħar. Madankollu, il-vettura, li l-investigazzjoni tagħha wriet li tqiegħdet b’mod permanenti għad-dispożizzjoni ta’ WE, baqgħet issekwestrata bħala prova materjali, konformement mal-Artikolu 111 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, fil-kuntest tal-proċeduri kontra WE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑7 ta’ Awwissu 2019, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra grupp organizzat għat-traffikar tad-drogi, saret tfittxija fid-dar ta’ JG li matulha nqabdu żewġ telefons ċellulari u somma flus. Madankollu JG ma tqegħedx taħt att ta’ akkuża, peress li l-prosekutur pubbliku qies li ma kienx involut fir-reat. Iż-żewġ telefons ċellulari u s-somma ta’ flus baqgħu ssekwestrati bħala provi materjali, skont l-Artikolu 111 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, fil-kuntest tal-proċeduri miftuħa kontra l-membri tal-grupp organizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>RR u JG marru quddiem l-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija), il-qorti tar-rinviju, b’talba għar-restituzzjoni tal-beni rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, għalkemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi l-possibbiltà għal terz li jitlob, matul il-fażi preliminari tal-proċeduri kriminali, ir-restituzzjoni ta’ beni ssekwestrat, hija ma tippermettix li tintalab tali restituzzjoni matul il-fażi ġudizzjarja ta’ din il-proċedura, fażi li tista’ ddum diversi snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti żżid li l-Artikolu 53 tal-Kodiċi Kriminali ma jippermettix il-konfiska tal-oġġett ta’ terz f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, b’tali mod li l-oġġetti ssekwestrati fil-kawża prinċipali għandhom jiġu rrestitwiti lill-proprjetarji tagħhom fi tmiem il-fażi ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din il-qorti tistaqsi dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni mad-Direttiva 2014/42, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 17 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Ispetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42/UE […] jippermetti leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, wara l-iffriżar ta’ proprjetà, issekwestrata bħala eventwali mezz strumentali jew rikavat minn attività kriminali, fil-fażi ġudizzjarja tal-proċess, il-persuna kkonċernata ma għandhiex id-dritt titlob lill-qorti li tingħata lura din il-proprjetà?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Hija kompatibbli mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42, moqri flimkien mal-punt 3 tal-Artikolu 2 tagħha, u mal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konfiska ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>mezz strumentali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ma hijiex permessa fir-rigward ta’ oġġett li huwa proprjetà ta’ terz li ma jkunx ħa sehem fl-attività kriminali iżda li jkun qiegħed dan l-oġġett għad-dispożizzjoni permanenti tal-persuna mressqa quddiem qorti ta’ ġudikatura kriminali, b’tali mod li, fir-relazzjoni interna ta’ bejniethom, hija din il-persuna tal-aħħar li teżerċita drittijiet bħala proprjetarja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: it-tieni sentenza tal-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2014/42 jistabbilixxu l-obbligu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi interpretata fis-sens li dan it-terz, li l-proprjetà tiegħu ġiet iffriżata u tista’ tkun ikkonfiskata bħala mezz strumentali, għandu jitħalla jipparteċipa fil-proċedura li tista’ twassal għall-konfiska u għandu jitħalla jikkontesta d-deċiżjoni ta’ tali konfiska quddiem qorti?”</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta beni jiġu ssekwestrati bħala strumenti jew prodotti preżunti ta’ reati, il-proprjetarju ta’ dawn il-beni, terz f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, ma għandu, matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċeduri kriminali, ebda dritt li jressaq quddiem il-qorti kompetenti talba għal restituzzjoni tal-imsemmija beni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li r-reati marbuta mal-kriminalità organizzata u mat-traffikar tad-drogi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 3(g) u (h) tagħha, din id-direttiva tapplika għar-reati koperti mid-Deċiżjonijiet Qafas 2004/757 u 2008/841, li jirrigwardaw rispettivament ir-reati fil-qasam tat-traffikar tad-droga u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Garanziji<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jimponi fuq l-Istati Membri, fil-paragrafu 1 tiegħu, li jipprevedu favur il-persuni kkonċernati mill-miżuri previsti mill-imsemmija direttiva dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq għas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ dawn il-persuni. Din id-dispożizzjoni b’hekk tafferma mill-ġdid, fil-qasam kopert minn din l-istess direttiva, id-drittijiet fundamentali msemmija fl-Artikolu 47 tal-Karta, li jipprevedi b’mod partikolari li kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu nkisru għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont<?PAGE NO="9"?> il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu u b’mod partikolari li l-kawża tagħha tinstema’ b’mod ekwu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Varna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑845/19 u C‑863/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:864">EU:C:2021:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-miżuri previsti mid-Direttiva 2014/42 jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-iffriżar ta’ beni li huwa ddefinit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>il-projbizzjoni temporanja tat-trasferiment, tal-qerda, tal-konverżjoni, taċ-ċessjoni jew tal-moviment ta’ proprjetà jew l-assunzjoni temporanja ta’ kustodja jew ta’ kontroll ta’ proprjetà<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-beni inkwistjoni fil-kawża prinċipali baqgħu taħt il-kustodja tal-awtoritajiet implikati fil-prosekuzzjonijiet kriminali. Għaldaqstant, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li s-sekwestru inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>iffriżar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li fihom id-Direttiva 2014/42 tippermetti l-użu ta’ ffriżar ta’ beni, l-Artikolu 7 tagħha jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jippermettu l-iffriżar tal-beni fid-dawl tal-konfiska ulterjuri eventwali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi eżaminat jekk il-beni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġewx iffriżati fid-dawl tal-konfiska ulterjuri eventwali tagħhom, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-mument li fih il-beni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew iffriżati, setgħet issir konfiska ulterjuri ta’ dawn il-beni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dak li jikkonċerna RR, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din tal-aħħar inizjalment ġiet imqiegħda taħt ta’ akkuża għar-reat ta’ traffikar tad-drogi u li kien biss sussegwentement li l-involviment tagħha f’dan ir-reat ġie eskluż mill-prosekutur pubbliku, b’tali mod li l-persuna kkonċernata ġiet ikklassifikata bħala terzi f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, kien jipprekludi l-konfiska tal-beni tagħha skont il-leġiżlazzjoni Bulgara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ JG, minn din l-istess deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li l-parteċipazzjoni tiegħu fl-attività kriminali inkwistjoni ġiet eskluża biss wara eżami taż-żewġ telefons ċellulari maqbuda, b’tali mod li dawn it-telefons ċellulari kif ukoll is-somma ta’ flus ġew iffriżati fid-dawl tal-konfiska ulterjuri eventwali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn l-oġġetti ta’ RR u ta’ JG setgħu, fil-mument tal-iffriżar, ikunu s-suġġett ta’ konfiska ulterjuri skont id-dritt Bulgaru, għandu jiġi kkonstatat li s-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żewġ persuni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/42. Konsegwentement, huma kkonċernati minn miżura prevista minn din id-direttiva, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tielet lok, il-fatt li l-proprjetarju tal-beni ffriżati ma għandu l-ebda dritt, matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċedura kriminali, li jressaq quddiem il-qorti talba għal restituzzjoni tal-imsemmija beni, għandu jitfakkar li l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42 jimponi fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jżommu d-drittijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minħabba n-natura ġenerali tal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzzjoni, il-persuni li lilhom l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu rimedji effettivi u smigħ xieraq ma humiex biss dawk irrikonoxxuti ħatja ta’ reat iżda wkoll it-terzi li l-beni tagħhom huma<?PAGE NO="10"?> kkonċernati mid-deċiżjoni ta’ konfiska (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Varna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑845/19 u C‑863/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:864">EU:C:2021:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tirriżulta wkoll mill-premessa 33 tad-Direttiva 2014/42, li tistipula li din id-direttiva tippreġudika b’mod sinjifikattiv id-drittijiet tal-persuni, mhux biss tal-persuni ssuspettati jew tal-akkużati, iżda wkoll ta’ terzi li ma humiex is-suġġett ta’ prosekuzzjoni filwaqt li jsostnu li huma l-proprjetarji tal-beni kkonċernati. Għaldaqstant huwa meħtieġ, skont din il-premessa, li jiġu previsti garanziji speċifiċi u rimedji ġudizzjarji sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ta’ dawn il-persuni fl-implimentazzjoni tal-imsemmija direttiva (sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Okrazhna prokuratura – Varna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑845/19 u C‑863/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:864">EU:C:2021:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42 għandu jinqara fid-dawl tal-premessa 31 tagħha, li tipprevedi li, fid-dawl tal-limitazzjoni tad-dritt għall-proprjetà li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet ta’ ffriżar, dawn il-miżuri provviżorji ma għandhomx jiġu applikati iktar milli meħtieġ sabiex jiġu ssalvagwardjati l-beni fid-dawl tal-konfiska eventwali tagħhom sussegwenti u li minn dan jirriżulta li dan jista’ jobbliga lill-qorti kkonċernata tistħarreġ li l-għan tad-deċiżjoni ta’ ffriżar jibqa’ validu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Tali approċċ jippreżumi li t-terz f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> proprjetarju ta’ beni ffriżat jista’, ukoll matul il-proċeduri ġudizzjarji, jitlob lill-qorti kompetenti teżamina jekk il-kundizzjonijiet imposti għall-iffriżar ta’ dan il-beni jibqgħux issodisfatti. Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix tali possibbiltà tmur kontra l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta beni jiġu ffriżati bħala strumenti jew li huma preżunti rikavat ta’ reati, il-proprjetarju ta’ dawn il-beni, terz f’b<HT TYPE="ITALIC">ona fide</HT>, ma għandu, matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċeduri kriminali, ebda dritt li jressaq quddiem il-qorti kompetenti talba għal restituzzjoni tal-imsemmija beni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-konfiska ta’ beni li jappartjenu lil terzi f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u użat bħala strument ta’ ksur, inkluż meta dan l-oġġett ikun tqiegħed minn dan it-terzi għad-dispożizzjoni permanenti tal-persuna akkużata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni Ewropea tqajjem l-inammissibbiltà ta’ din id-domanda minħabba li din ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima, peress li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li konfiska ma tistax, fi kwalunkwe każ, tiġi implimentata fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, imur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-istrument inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġi kkonfiskat, b’tali mod li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma jkunx jixtieq iktar u lanqas ma jipprevedi iktar il-possibbiltà li dan l-istrument jiġi sussegwentement ikkonfiskat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li huma biss il-qrati nazzjonali li quddiemhom tressqet it-tilwima u li huma responsabbli għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandhom jevalwaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari biex ikunu f’pożizzjoni li jagħtu d-deċiżjoni tagħhom, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li huma jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, hija marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenza tat‑13 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li għandhom jiġu ddefiniti mill-imsemmija qorti nazzjonali, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tagħhom, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat‑13 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Levola Hengelo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:899">EU:C:2018:899</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tawtorizzax il-konfiska tal-beni ta’ terzi f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali. Issa, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf preċiżament jekk, abbażi tad-Direttiva 2014/42, tali konfiska hijiex meħtieġa f’din is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, ma jirriżultax b’mod manifest li t-tieni domanda ma kellha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża, b’tali mod li din id-domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, għandu jitfakkar li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42 jipprevedi l-konfiska, b’mod partikolari, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>mezzi strumentali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, bla ħsara għal kundanna definittiva għal reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm din id-dispożizzjoni tipprevedi espliċitament l-istrumenti u l-kundanna definittiva għal reat, il-formulazzjoni tagħha ma tippreċiżax jekk l-istrument li huwa s-suġġett ta’ konfiska għandux neċessarjament jappartjeni lill-persuna kkundannata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, skont il-ġurisprudenza stabbilita tagħha, tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll, b’mod partikolari, il-kuntest li fih tinsab (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑24 ta’ Marzu 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>MCP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/20 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:231">EU:C:2021:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-kuntest li fih jaqa’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>konfiska estiża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li dan jista’ jikkonċerna biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>il-proprjetà li tappartjeni lil persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat kriminali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, b’tali mod li l-beni ta’ terzi hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, dan isemmi espliċitament, kif jikkonferma t-titolu tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>konfiska fir-rigward ta’ parti terza<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, dan l-artikolu jirreferi biss għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>rikavat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, u mhux għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>mezzi strumentali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, b’tali mod li din id-dispożizzjoni ma tistax, fi kwalunkwe każ, isservi bħala bażi sabiex jiġi kkonfiskat strument f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-premessa 15 tad-Direttiva 2014/42, li fid-dawl tagħha għandu jinqara l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, huwa jistabbilixxi obbligu li l-persuni suspettati u dawk akkużati jiġu informati bil-proċedura ta’ konfiska, mingħajr ma jsemmi bl-ebda mod lil terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet differenti jirriżulta li, peress li l-konfiska tal-oġġetti li jappartjenu lil terzi hija prevista biss fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/42, il-konfiska tal-beni prevista fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva tista’ tikkonċerna biss il-beni tal-persuni ssuspettati u dawk akkużati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-fatt, invokat mill-qorti tar-rinviju, li l-beni ntuża b’mod permanenti mill-persuna akkużata ma huwiex tali li jippermetti l-konfiska ta’ dan il-beni, meta dan jappartjeni għal terzi f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ u sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix il-konfiska tal-beni ta’ terzi f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li direttiva ma tistax, minnha nnifisha, toħloq obbligi fil-konfront ta’ individwu u għalhekk ma tistax tiġi invokata bħala tali kontrih quddiem qorti nazzjonali (sentenza tal‑24 ta’ Ġunju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Poplawski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-konfiska ta’ beni li jappartjeni lil terz <HT TYPE="ITALIC">f’bona fide</HT> u li jintuża bħala strument ta’ reat, inkluż meta dan il-beni jkun tqiegħed minn dan it-terz għad-dispożizzjoni permanenti tal-persuna akkużata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta beni jiġu ffriżati bħala strumenti jew li huma preżunti rikavat ta’ reati, il-proprjetarju ta’ dawn il-beni, terz f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, ma għandu, matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċeduri kriminali, ebda dritt li jressaq quddiem il-qorti kompetenti talba għal restituzzjoni tal-imsemmija beni.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-konfiska ta’ beni li jappartjeni lil terz f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u li jintuża bħala strument ta’ reat, inkluż meta dan il-beni ikun tqiegħed minn dan it-terzi għad-dispożizzjoni permanenti tal-persuna akkużata.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>