|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6052 |
7.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11974 — VANDEMOORTELE / DELIFRANCE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6052)
1.
Fit-30 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Il-grupp Vandemoortele (“Vandemoortele”) (il-Belġju), |
|
— |
Délifrance S.A. (“Délifrance”) (Franza). |
Vandemoortele se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Délifrance.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
L-impriża Vandemoortele hija manifattur u fornitur globali ta’ soluzzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq il-pjanti, inklużi xaħmijiet, zlazi, marġerini u żjut, kif ukoll prodotti tal-forn iffriżati, |
|
— |
Délifrance hija manifattur u fornitur globali ta’ prodotti tal-forn iffriżati, kif ukoll ċerti prodotti ppakkjati għall-konsumatur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11974 — VANDEMOORTELE / DELIFRANCE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea/European Commission |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni/Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6052/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)