|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/552
tal-20 ta’ April 2020
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus tal-Valle d’Aosta fl-Italja u tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores fil-Portugall bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, u fir-rigward tal-istatus ta’ bosta reġjuni tal-Portugall bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi
(notifikata bid-dokument C(2020) 2260)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Anness A.I u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta’ annimali bovini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li skonthom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi jew uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(3) |
L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li r-reġjun tal-Valle d’Aosta jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikun rikonoxxut bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(4) |
Il-Portugall ippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li r-Reġjun Awtonomu tal-Azores minbarra l-gżira ta’ São Miguel jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikun rikonoxxut bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet ta' annimali bovini. |
|
(5) |
Wara li saret evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, jenħtieġ li r-reġjun tal-Valle d’Aosta fl-Italja u r-Reġjun Awtonomu tal-Azores fil-Portugall, minbarra l-gżira ta’ São Miguel, jiġu rrikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta' annimali bovini. |
|
(8) |
Il-Portugall ippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li r-reġjuni amministrattivi (distritos) ta’ Aveiro, Viseu, Guarda, Coimbra, Leiria u Castelo Branco fir-reġjun amministrattiv superjuri (região) ta’ Centro jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikunu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini. |
|
(9) |
Wara li saret evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, jenħtieġ li r-reġjuni amministrattivi (distritos) ta’ Aveiro, Viseu, Guarda, Coimbra, Leiria u Castelo Branco fil-Portugall jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istatus ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-entrati għall-Italja u l-Portugall huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:
|