6.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/116


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1472

tal-5 ta’ Settembru 2022

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sulfat liżinat tal-manganiż bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sulfat liżinat tal-manganiż. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sulfat liżinat tal-manganiż bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikronutrijenti”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Jannar 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, is-sulfat liżinat tal-manganiż ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-manipulazzjoni tas-sustanza hija riskjuża għall-utenti jekk tittieħed man-nifs u li hija irritant tal-għajnejn u tal-ġilda, u li jenħtieġ li titqies bħala sensitizzatur tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanza hija effikaċi għat-tismin tat-tiġieġ; din il-konklużjoni tista’ tgħodd ukoll għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tas-sulfat liżinat tal-manganiż turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiġi awtorizzat.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li hija tal-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikronutrienti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2022;20(3):7165.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi.

3b511

-

Sulfat liżinat tal-manganiż

Kompożizzjoni tal-addittiv

Manganiż u l-aċidu amminiku L-liżina: fi proporzjon ta’ 1:1

(monoidrat) li fih kontenut ta:

—

manganiż 16 % - 18 %;

—

liżina 44 % - 47 %;

—

sulfat 27 % - 31 % (ikkalkulat mill-kubrit),

F’għamla solida (≤ 10 % ndewwa)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-ħut

-

-

(total ta’) 150

1.

L-addittiv għandu jitħallat mal-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali. Meta r-riskji ma jkunux jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, li jinkludi l-protezzjoni tan-nifs, tal-ġilda u tal-għajnejn.

26.9.2032

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika:

C6H16MnN2O7S

IUPAC: monoaquamonolysinatomanganese (II) sulphate

Ħut

(total ta’) 100

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-manganiż fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf:

—

spettrometrija tal-assorbiment atomiku, (AAS) – ISO 6869; jew

—

Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament wara d-diġestjoni taħt pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

—

Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

—

Spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-MS) – EN 17053 (għall-premixxeli u għall-għalf biss); jew

—

Spettrometrija tal-assorbiment atomiku (AAS) – deskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (għall-għalf biss)

Għall-kwantifikazzjoni tal-liżina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17180

Għall-identifikazzjoni tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:

—

European Pharmacopoeia Monograph 20301


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en