Brussell, 28.10.2026

COM(2026) 581 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu mill-istituzzjonijiet fl-2023 u fl-2024 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu mill-istituzzjonijiet fl-2023 u fl-2024 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol ta’ standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)

1.Introduzzjoni

Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol ta’ standby (Nru 495/77) u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jirrikjedu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Kunsill li jistabbilixxi l-għadd ta’ uffiċjali u ta’ aġenti oħrajn f’kull kategorija li jirċievu allowances skont ir-Regolamenti rispettivi, flimkien man-nefqa totali relatata magħhom.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-aktar ċifri reċenti ta’ sena sħiħa disponibbli fiż-żmien meta tħejja u jkopri l-2023 u l-2024. Dan jinkludi l-istituzzjonijiet kollha 1 . Għall-kompletezza, dan jipprovdi wkoll informazzjoni ekwivalenti dwar l-użu ta’ xogħol bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

2.Allowance għax-xogħol ta’ standby

Il-bażijiet legali għal din l-allowance huma l-Artikoli 55 u 56b tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977, kif emendat.

Il-ħlas tal-allowance huwa limitat għal uffiċjali u għal aġenti oħrajn li huma:

-imħallsa mill-approprjazzjonijiet tar-riċerka u li jaħdmu fi:

–stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC); jew

–azzjoni indiretta; jew

-imħallsa mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u li jaħdmu fi:

–it-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi;

–dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà;

–dipartiment tas-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT);

–dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)/Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi; jew

–f’mekkaniżmu mwaqqaf biex jipprovdi assistenza lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa (“SM 24/7”) għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi jew għal servizzi li fihom teżisti n-neċessità li jwettqu kompiti sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri.

L-allowance għax-xogħol ta’ standby hija espressa f’punti. L-għadd ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ standby effettivament imwettqa huwa stabbilit kif ġej:

–xogħol ta’ standby mid-dar f’jum tax-xogħol: 2,15 punti;

–xogħol ta’ standby mid-dar fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 4,3 punti;

–xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol f’jum tax-xogħol: 11-il punt;

–xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 22 punt.

Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (ekwivalenti għal EUR 1,08 fl-2023 u EUR 1,15 fl-2024).

Għall-2023

It-tabelli li ġejjin juru l-għadd ta’ benefiċjarji tal-allowance għax-xogħol ta’ standby f’kull istituzzjoni fl-2023.

2.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u bil-kuntratt) fl-2023

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

       0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

34

114

3

0

2

0

153

Il-Kummissjoni

141

275

39

27

35

10

527

- li minnhom tal-JRC:

48

78

18

3

4

5

156

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13

13

2

0

0

0

28

Il-Qorti tal-Awdituri

0

5

16

0

0

0

21

IL-KESE

0

3

0

0

0

0

3

IL-KtR

0

3

0

0

1

0

4

IS-SEAE

14

15

0

0

0

0

29

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

202

428

60

27

38

10

765

2.2.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ xogħol ta’ standby fl-2023

Istituzzjoni

Mid-dar

Mid-dar u mill-post tax-xogħol

Mill-post tax-xogħol

Total

Il-Parlament

0

0

0

0

Il-Kunsill

153

0

0

153

Il-Kummissjoni

499

18

10

527

- li minnhom tal-JRC:

143

5

8

156

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28

0

0

28

Il-Qorti tal-Awdituri

21

0

0

21

Il-KESE

0

3

0

3

Il-KtR

0

4

0

4

IS-SEAE

29

0

0

29

L-Ombudsman

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

Total

730

25

10

765

2.3.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg fl-2023

Istituzzjoni

JRC

Azzjoni indiretta

Installazzjonijiet tekniċi

Sikurezza/Sigurtà

ICT

PESK / PSDK

SM 24/7

Total

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

0

0

18

33

65

37

0

153

Il-Kummissjoni

156

2

58

136

118

0

57

527

- li minnhom tal-JRC:

156

0

0

0

0

0

0

156

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

17

11

0

0

0

28

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

21

0

0

0

21

Il-KESE

0

0

0

3

0

0

0

3

Il-KtR

0

0

0

4

0

0

0

4

IS-SEAE

0

0

0

4

15

10

0

29

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

0

Total

156

2

93

212

198

47

57

765

Għall-2024

It-tabelli li ġejjin juru l-għadd ta’ benefiċjarji tal-allowance għax-xogħol ta’ standby f’kull istituzzjoni fl-2024.

2.4.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u bil-kuntratt) fl-2024

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

       0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

35

127

3

0

2

0

167

Il-Kummissjoni

153

291

38

28

37

15

562

- li minnhom tal-JRC:

49

82

17

3

3

5

159

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14

13

2

0

0

0

29

Il-Qorti tal-Awdituri

0

4

17

0

0

0

21

Il-KESE

0

3

0

0

0

0

3

Il-KtR

0

3

0

0

1

0

4

IS-SEAE

25

15

0

0

0

0

40

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

227

456

60

28

40

15

826

2.5.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ xogħol ta’ standby fl-2024

Istituzzjoni

Mid-dar

Mid-dar u mill-post tax-xogħol

Mill-post tax-xogħol

Total

Il-Parlament

0

0

0

0

Il-Kunsill

167

0

0

167

Il-Kummissjoni

533

20

9

562

- li minnhom tal-JRC:

146

6

7

159

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29

0

0

29

Il-Qorti tal-Awdituri

21

0

0

21

Il-KESE

0

3

0

3

Il-KtR

0

4

0

4

IS-SEAE

40

0

0

40

L-Ombudsman

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

Total

790

27

9

826

2.6.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg fl-2024

Istituzzjoni

JRC

Azzjoni indiretta

Installazzjonijiet tekniċi

Sikurezza/Sigurtà

ICT

PESK / PSDK

SM 24/7

Total

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

       0

Il-Kunsill

0

0

18

33

77

39

0

167

Il-Kummissjoni

159

3

55

150

135

0

60

562

- li minnhom tal-JRC:

159

0

0

0

0

0

0

159

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

19

10

0

0

0

29

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

21

0

0

0

21

Il-KESE

0

0

0

3

0

0

0

3

Il-KtR

0

0

0

4

0

0

0

4

IS-SEAE

0

0

0

4

14

22

0

40

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

0

Total

159

3

92

225

226

61

60

826

3.Allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-bażijiet legali għal din l-allowance huma l-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta’ April 2004. L-allowance tingħata biex tikkumpensa għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli relatati ma’:

(I)is-“sikurezza tal-individwu” (jiġifieri l-ilbies ta’ ħwejjeġ speċjali partikolarment skomdi jew ta’ protezzjoni parzjali);

(II) il-“post tax-xogħol” (jiġifieri postijiet magħluqa, storbjużi jew perikolużi); u

(III) n-“natura tax-xogħol” (eż. l-immaniġġar ta’ ċerti sustanzi jew ix-xogħol bl-isplussivi) 2 .

L-allowance hija espressa f’termini ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol effettivament imwettqa. In-numru jvarja minn żewġ punti, eż. għal-livell medju ta’ ħoss li jeċċedi 85 deċibel, sa massimu ta’ 50 punt għal uffiċjal li jilbes ilbies protettiv għal kontra n-nirien b’apparat awtorespiratorju. Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (ekwivalenti għal EUR 1,08 fl-2023 u EUR 1,15 fl-2024).

Għall-2023

It-tabella li ġejja turi l-għadd ta’ benefiċjarji tal-allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli f’kull istituzzjoni fl-2023.

3.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u bil-kuntratt) fl-2023

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kunsill

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kummissjoni

24

102

26

2

7

15

176

- li minnhom tal-JRC:

23

101

11

1

7

15

158

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

0

0

0

0

Il-KESE

0

0

0

0

0

0

0

Il-KtR

0

0

0

0

0

0

0

IS-SEAE

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

24

102

26

2

7

15

176

Għall-2024

It-tabella li ġejja turi l-għadd ta’ benefiċjarji tal-allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli f’kull istituzzjoni fl-2024.

3.2.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u bil-kuntratt) fl-2024

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

   0

Il-Kunsill

0

0

0

0

0

0

0

Il-Kummissjoni

24

102

27

2

8

13

176

- li minnhom tal-JRC:

24

100

11

1

7

13

156

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

0

0

0

0

Il-KESE

0

0

0

0

0

0

0

Il-KtR

0

0

0

0

0

0

0

IS-SEAE

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

24

102

27

2

8

13

176

4.Allowance għal xogħol bix-xift

Il-bażijiet legali għal dan din l-allowance huma l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif emendat.

Il-ħlas tal-allowance huwa limitat għal uffiċjali u għal aġenti oħrajn li huma:

-imħallsa mill-approprjazzjonijiet tar-riċerka u li jaħdmu fi:

–stabbiliment tal-JRC; jew

–azzjoni indiretta; jew

-imħallsa mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u li jaħdmu fi:

–dipartiment tas-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT);

–dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà;

–servizz ta’ swiċċbord tat-telefowns/informazzjoni jew servizz ta’ akkoljenza;

–dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)/Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi;

–servizz li jipprovdi appoġġ għal arranġamenti għall-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi; jew

–fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi.

Għall-2023

It-tabelli li ġejjin juru l-għadd ta’ benefiċjarji tal-allowance għal xogħol bix-xift f’kull istituzzjoni fl-2023.

4.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u bil-kuntratt) fl-2023

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

2

89

597

12

23

0

723

Il-Kunsill

0

73

0

0

0

0

73

Il-Kummissjoni

1

113

12

15

30

0

171

- li minnhom tal-JRC:

0

15

9

0

1

0

25

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

1

18

0

0

0

19

Il-KESE

0

3

0

0

0

0

3

Il-KtR

0

3

0

0

1

0

4

IS-SEAE

0

35

0

0

0

0

35

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

3

317

627

27

54

0

1 028

Hemm erba’ rati differenti previsti għall-allowance ta’ kull xahar għal xogħol imwettaq fi (ċifri tal-2023):

–rata 1: servizz li jopera fuq bażi ta’ żewġ xiftijiet, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: EUR 483,92;

–rata 2: servizz li jopera fuq bażi ta’ żewġ xiftijiet, inkluż xift ta’ lejl wieħed, u fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: EUR 730,40;

–rata 3: servizz li jopera 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: EUR 798,61;

–rata 4: servizz li jopera 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa: EUR 1 088,75.

4.2.Għadd ta’ benefiċjarji skont ir-rata fl-2023

Istituzzjoni

Rata 1

Rata 2

Rata 3

Rata 4

Total

EUR 483,92

EUR 730,40

EUR 798,61

EUR 1 088,75

Il-Parlament

65

394

0

264

723

Il-Kunsill

31

0

0

42

73

Il-Kummissjoni

20

0

8

143

171

- li minnhom tal-JRC:

0

0

8

17

25

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

19

19

Il-KESE

3

0

0

0

3

Il-KtR

4

0

0

0

4

IS-SEAE

25

0

0

10

35

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

Total

148

394

8

478

1 028

4.3.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg fl-2023

Istituzzjoni

JRC

Il-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi

ICT

Sikurezza/Sigurtà

Switchboard/Akkoljenza

PESK/ 
PSDK

Installazzjonijiet tekniċi

Azzjoni indiretta

Total

Il-Parlament

0

0

0

653

30

0

40

0

723

Il-Kunsill

0

0

0

73

0

0

0

0

73

Il-Kummissjoni

25

26

15

105

0

0

0

0

171

- li minnhom tal-JRC:

25

0

0

0

0

0

0

0

25

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

19

0

0

0

0

19

Il-KESE

0

0

0

3

0

0

0

0

3

Il-KtR

0

0

0

4

0

0

0

0

4

IS-SEAE

0

0

14

11

0

10

0

0

35

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Total

25

26

29

868

30

10

40

0

1 028

Għall-2024

It-tabelli li ġejjin juru l-għadd ta’ benefiċjarji tal-allowance għal xogħol bix-xift f’kull istituzzjoni fl-2024.

4.4.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u bil-kuntratt) fl-2024

Istituzzjoni

AD

AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Parlament

3

85

656

10

23

0

777

Il-Kunsill

0

68

0

0

0

0

68

Il-Kummissjoni

1

112

12

14

30

0

169

- li minnhom tal-JRC:

0

14

9

0

1

0

24

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

3

17

0

0

0

20

Il-KESE

0

3

0

0

0

0

3

Il-KtR

0

3

0

0

1

0

4

IS-SEAE

0

39

0

0

0

0

39

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

Total

4

313

685

24

54

0

1 080

Hemm erba’ rati differenti previsti għall-allowance ta’ kull xahar għal xogħol imwettaq fi (ċifri tal-2024):

–rata 1: servizz li jopera fuq bażi ta’ żewġ xiftijiet, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: EUR 518,88;

–rata 2: servizz li jopera fuq bażi ta’ żewġ xiftijiet, inkluż xift ta’ lejl wieħed, u fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: EUR 783,15;

–rata 3: servizz li jopera 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: EUR 856,30;

–rata 4: servizz li jopera 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa: EUR 1 167,39.

4.5.Għadd ta’ benefiċjarji skont ir-rata fl-2024

Istituzzjoni

Rata 1

Rata 2

Rata 3

Rata 4

Total

EUR 518,88

EUR 783,15

EUR 856,30

EUR 1 167,39

Il-Parlament

66

417

0

294

777

Il-Kunsill

26

0

0

42

68

Il-Kummissjoni

21

0

8

140

169

- li minnhom tal-JRC:

0

0

8

16

24

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

20

20

Il-KESE

3

0

0

0

3

Il-KtR

4

0

0

0

4

IS-SEAE

28

0

0

11

39

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

Total

148

417

8

507

1 080

4.6. L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg fl-2024

Istituzzjoni

JRC

Il-koordinazzjoni f’emerġenza u kriżi

ICT

Sikurezza/Sigurtà

Switchboard/Akkoljenza

PESK/ 
PSDK

Installazzjonijiet tekniċi

Azzjoni indiretta

Total

Il-Parlament

0

0

0

713

30

0

34

0

777

Il-Kunsill

0

0

0

68

0

0

0

0

68

Il-Kummissjoni

24

25

15

105

0

0

0

0

169

- li minnhom tal-JRC:

24

0

0

0

0

0

0

0

24

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

20

0

0

0

0

20

Il-KESE

0

0

0

3

0

0

0

0

3

Il-KtR

0

0

0

4

0

0

0

0

4

IS-SEAE

0

0

15

13

0

11

0

0

39

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Total

24

25

30

926

30

11

34

0

1 080

5.Is-servizzi kkonċernati u r-raġunijiet

Kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, iż-żewġ Kumitati u s-SEAE użaw arranġamenti ta’ xogħol ta’ standby u/jew ta’ xogħol bix-xift u ħallsu l-allowances previsti fil-leġiżlazzjoni.

Il-Kummissjoni għadha l-unika istituzzjoni li ħallset allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli. Dawn l-allowances tħallsu lill-benefiċjarji li jaħdmu fil-JRC, fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell (OIB) u fid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (DĠ ENER).

5.1.Raġunijiet għax-xogħol ta’ standby

Il-Kunsill: Il-Kunsill ħallas allowances għal xogħol ta’ standby lil 153 membru tal-persunal fl-2023 (meta mqabbel ma’ 149 fl-2022). Għalhekk, l-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ relattivament stabbli meta mqabbel mal-2022. Fl-2024, 167 membru tal-persunal tħallsu allowances għal xogħol ta’ standby. Iż-żieda bejn l-2023 u l-2024 kienet dovuta għall-formalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ appoġġ tal-ICT u ta’ indirizzar ta’ inċidenti barra mill-ħinijiet tax-xogħol, u r-regolarizzazzjoni ta’ sitwazzjoni eżistenti fi ħdan servizz tal-PESK/PSDK li ma kienx ġie rikonoxxut formalment.

Is-servizzi ta’ standby ġew stabbiliti biex ikopru l-oqsma li ġejjin:

(I)ICT: biex jiggarantixxu l-protezzjoni u t-tħaddim xieraq tan-networks tal-IT u tal-komunikazzjonijiet; biex jappoġġaw kwalunkwe attività mhux prevista tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill u tal-korpi preparatorji tagħhom; u biex jissodisfaw kwalunkwe ħtieġa urġenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill u tas-Segretarjat Ġenerali meta jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE;

(II)sikurezza u sigurtà: biex jirrispondu b’mod immedjat għal kwalunkwe inċident li jista’ jaffettwa lill-persunal tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, jew il-ħidma tas-Segretarjat Ġenerali, u biex jipprovdu appoġġ 24 siegħa kuljum lill-uffiċjali tas-sigurtà fuq missjonijiet;

(III)PESK/PSDK: biex jippermettu azzjoni rapida biex jiġu abbozzati u ppubblikati fuq l-internet u ċċirkolati dikjarazzjonijiet immedjati u urġenti mill-Istat Membru tal-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill u mill-President tal-Kunsill Ewropew, u biex jipprovdu appoġġ (loġistiku) lill-President tal-Kunsill Ewropew u lis-Segretarju Ġenerali f’attivitajiet ta’ politika esterna;

(IV)installazzjonijiet tekniċi: biex jiżguraw li l-okkupanti tal-binja jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent sikur, pjaċevoli u komdu u li l-kmamar u t-tagħmir tekniku neċessarju jinżammu kif xieraq.

Kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024, ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq esklussivament mid-dar.

Il-Kummissjoni: Fl-2023, il-Kummissjoni ħallset allowances għal xogħol ta’ standby lil 527 membru tal-persunal, ċifra li ġeneralment ma nbidlitx meta mqabbla ma’ 528 fl-2022.

Madwar 30 % tal-benefiċjarji (156) ħadmu f’wieħed mis-siti tal-JRC tal-Kummissjoni. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta’ standby fil-JRC kien jitwettaq mid-dar, ħlief fil-JRC fl-Ispra, fejn kien isir jew mill-post tax-xogħol jew mid-dar minħabba n-natura speċifika tal-kompiti. Fejn ix-xogħol ta’ standby twettaq kemm mill-post tax-xogħol kif ukoll mid-dar fl-2023, madwar 21 % tas-sigħat totali twettqu mill-post tax-xogħol. Id-DĠ ENER kien id-Direttorat Ġenerali l-ieħor fejn ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq kemm mill-post tax-xogħol kif ukoll mid-dar. Mix-xogħol ta’ standby imwettaq mit-13-il benefiċjarju taħt arranġamenti mħallta fid-DĠ ENER, madwar 10 % minnu twettaq mill-post tax-xogħol. Id-DĠ OLAF kien l-uniku Direttorat Ġenerali li fih iż-żewġ benefiċjarju tiegħu wettqu xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol biss. Is-servizzi ta’ xogħol ta’ standby l-oħrajn kollha fil-Kummissjoni twettqu mid-dar.

Fid-DĠ HR ġie introdott servizz ġdid ta’ xogħol ta’ standby biex jipprovdi u jżomm sistema ta’ kontroll tal-aċċess li tiffunzjona fil-bini tal-Kummissjoni, li kienet ir-raġuni ewlenija għaż-żieda żgħira ta’ erbgħa fl-għadd ta’ benefiċjarji.

Għad-Direttorati Ġenerali l-oħrajn kollha b’servizzi ta’ xogħol ta’ standby, ftit li xejn kien hemm bidla meta mqabbla mal-2022.

Fl-2024, il-Kummissjoni ħallset allowances għal xogħol ta’ standby lil 562 membru tal-persunal. Din iż-żieda meta mqabbla mal-2023 kienet prinċipalment dovuta għal żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fi:

-id-DĠ HR, fil-qasam tas-sikurezza u tas-sigurtà (+13), prinċipalment minħabba l-ħolqien ta’ servizz ġdid biex jipprovdi appoġġ amministrattiv għall-uffiċjali tal-protezzjoni mill-qrib.

-id-DĠ DIGIT, fil-qasam tal-ICT (+11), fejn reġa’ nfetaħ servizz ta’ xogħol ta’ standby li kien twaqqaf u ġew assenjati benefiċjarji addizzjonali għal servizzi eżistenti biex jitnaqqas kemm spiss kull benefiċjarju kien meħtieġ li jkun fuq xogħol.

-id-DĠ TAXUD, fil-qasam tal-ICT (+7), fejn benefiċjarji addizzjonali ġew assenjati biex inaqqsu kemm spiss kull benefiċjarju kien meħtieġ li jkun fuq xogħol.

Madwar 28 % tal-benefiċjarji (159) ħadmu f’wieħed mis-siti tal-JRC tal-Kummissjoni. Bħal fl-2023, il-parti l-kbira tax-xogħol ta’ standby fil-JRC kien jitwettaq mid-dar, ħlief fil-JRC fl-Ispra, fejn kien isir kemm mill-post tax-xogħol kif ukoll mid-dar minħabba n-natura speċifika tal-kompiti. Fejn ix-xogħol ta’ standby twettaq kemm mill-post tax-xogħol kif ukoll mid-dar fl-2024, madwar 21 % tas-sigħat totali ta’ xogħol ta’ standby twettqu mill-post tax-xogħol. Id-DĠ ENER kien id-Direttorat Ġenerali l-ieħor fejn ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq kemm mill-post tax-xogħol kif ukoll mid-dar. Mix-xogħol ta’ standby imwettaq mill-14-il benefiċjarju taħt arranġamenti mħallta fid-DĠ ENER, madwar 10 % minnu twettaq mill-post tax-xogħol. Id-DĠ OLAF kien l-uniku Direttorat Ġenerali li fih iż-żewġ benefiċjarju tiegħu wettqu xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol biss. Is-servizzi ta’ xogħol ta’ standby l-oħrajn kollha fil-Kummissjoni twettqu mid-dar.

Għad-Direttorati Ġenerali l-oħrajn kollha b’servizzi ta’ xogħol ta’ standby, ftit li xejn kien hemm bidla meta mqabbel mal-2023.

Il-Qorti tal-Ġustizzja: Fl-2023, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset allowances għal xogħol ta’ standby imwettaq mid-dar lil 28 membru tal-persunal (meta mqabbel ma’ 35 fl-2022). L-għadd ta’ benefiċjarji naqas meta mqabbel mal-2022, peress li x-xogħol ta’ standby tal-ICT introdott fl-2022 kien meħtieġ biss fil-bidu tal-2022. Is-servizzi ta’ xogħol ta’ standby li jifdal kienu relatati mal-installazzjonijiet tekniċi u mas-sikurezza u mas-sigurtà, u l-benefiċjarji kienu persunal responsabbli għall-proġetti ta’ rinnovazzjoni tal-Qorti u għall-ġestjoni tal-binjiet u tas-sigurtà.

Fl-2024, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset allowances għal xogħol ta’ standby għal xogħol ta’ standby imwettaq mid-dar lil 29 membru tal-persunal. Għalhekk, l-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ relattivament stabbli meta mqabbel mal-2023.

Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2023 u fl-2024, is-servizz tas-Sigurtà u s-Sikurezza inkluda x-xogħol ta’ standby li għandu jitwettaq mid-dar minn 21 membru tal-persunal (meta mqabbel ma’ 20 fl-2022). Dawn il-membri tal-persunal żguraw is-sikurezza tal-binjiet u tal-okkupanti tiegħu 24 siegħa kuljum tul is-sentejn li huma.

Il-KESE u l-KtR: Il-KESE u l-KtR joperaw servizz ta’ standby konġunt fi ħdan is-servizz tas-sigurtà biex jiżguraw li l-persunal tas-sigurtà jkun aċċessibbli u lest li jirrispondi f’kull ħin fil-każ ta’ inċidenti li jirrikjedu azzjoni meta l-Kumitati jkunu magħluqa. Fl-2023 u fl-2024, tliet membri tal-persunal tal-KESE wettqu xogħol ta’ standby (l-istess numru bħal fl-2022), b’alternanza ta’ xogħol mill-post tax-xogħol u mid-dar. Erba’ membri tal-persunal tal-KtR (l-istess numru bħal fl-2022) wettqu xogħol ta’ standby mid-dar u mill-post tax-xogħol, bi 2 % biss ta’ dan ix-xogħol jitwettaq mill-post tax-xogħol u l-bqija mid-dar.

IS-SEAE: Fl-2023, is-SEAE ħallas allowances għal xogħol ta’ standby lil 29 membru tal-persunal (meta mqabbel ma’ 20 fl-2022). Fl-2024, iċ-ċifra żdiedet għal 40. Iż-żidiet minn sena għal sena rreġistrati fl-2023 u fl-2024 kienu prinċipalment dovuti għal servizz ta’ xogħol ta’ standby addizzjonali għall-ICT introdott fl-2023 u l-ħtieġa li jitnaqqas kemm spiss kull benefiċjarju kien meħtieġ li jkun fuq xogħol fil-qasam tal-PESK/PSDK.

Is-servizzi ta’ standby tas-SEAE jkopru tliet oqsma ta’ ħidma:

(I)is-servizzi tas-sigurtà, biex jipprovdu protezzjoni ta’ 24 siegħa kuljum lill-persunal, lill-viżitaturi, lill-bini u lill-proprjetà tas-SEAE fi Brussell u biex jipproteġu l-informazzjoni klassifikata fil-kwartieri ġenerali; 

(II)l-appoġġ għall-PESK/PSDK, li jinkludi avvenimenti ta’ monitoraġġ madwar id-dinja 24 siegħa kuljum; ir-rispons għal kriżijiet, għal inċidenti, għal avvenimenti kritiċi, għal sitwazzjonijiet jew għal emerġenzi speċifiċi; l-għoti ta’ appoġġ lir-Rappreżentant Għoli u lil atturi oħrajn tal-UE; l-iffaċilitar ta’ laqgħat ta’ kriżi tas-SEAE li jsiru barra mill-ħinijiet tax-xogħol normali; u l-għoti ta’ appoġġ lir-Riżorsi Umani u lis-Segretarju Ġenerali fil-kompiti operazzjonali tagħhom li għandhom l-għan li jipproteġu s-sigurtà u l-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fil-każ ta’ theddida għas-sistema Galileo jew theddida li tirriżulta minnha; 

(III)is-servizz tal-ICT ipprovdut permezz ta’ COMCEN (iċ-Ċentru tal-Komunikazzjoni), li jittrażmetti informazzjoni klassifikata lill-membri kollha tal-persunal tas-SEAE u li jipprovdi servizzi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-ġestjoni operazzjonali taċ-ċentru tas-sistema Ċentrali Cortesy u tal-Punt ta’ Preżenza Cortesy, kif ukoll permezz tar-reġistru ċentrali tal-EUCI, li jirreġistra dokumenti kklassifikati bħala C-UE/EU-C u S-UE/EU-s.

5.2.Raġunijiet għall-użu ta’ allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-Kummissjoni: Bħal fl-2022, il-Kummissjoni kienet l-unika istituzzjoni li użat din l-allowance fl-2023 u fl-2024. Tħallsu allowances lill-persunal li jaħdem fis-settur tad-Disinn Viżiv u tal-Istampar tal-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell (OIB), lill-persunal tad-DĠ ENER li jwettaq spezzjonijiet ta’ installazzjonijiet f’siti nukleari, u lill-persunal tal-JRC.

Total ta’ 176 benefiċjarju rċevew l-allowance fl-2023 kif ukoll fl-2024 (meta mqabbel ma’ 164 fl-2022). Iż-żieda fl-2023 meta mqabbla mal-2022 kienet prinċipalment dovuta għal seba’ benefiċjarji addizzjonali fl-OIB. Fl-OIB, ix-xogħol fuq id-disinn viżiv u fuq l-istampar espanda wara l-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19, b’volum ogħla ta’ stampar f’format kbir u użu akbar ta’ tagħmir tal-istampar. Dan irriżulta f’aktar persunal li jaħdem f’ambjent b’livelli għoljin ta’ storbju. Barra minn hekk, inħoloq tim ġdid responsabbli għall-installazzjoni ta’ materjali viżivi, li ta’ kuljum juża prodotti kimiċi biex inaddaf l-uċuħ li magħhom jitwaħħlu materjali jew elementi viżivi.

Fl-2023, l-għadd totali ta’ sigħat li nħadmu f’dawn il-kundizzjonijiet partikolarment diffiċli tqassmu kif ġej:

Ø39 781,00 siegħa (32 752,00 fl-2022) relatati mas-sikurezza tal-individwu;

Ø107 785,18 siegħa (61 073,75 fl-2022) relatati mal-post tax-xogħol;

Ø7 405,17 sigħat (5 522,13 fl-2022) relatati man-natura tax-xogħol;

Ø0 sigħat (l-istess fl-2022) relatati kemm mas-sikurezza tal-individwu kif ukoll mal-post tax-xogħol.

Fl-2023, l-għadd ta’ sigħat żdied meta mqabbel mal-2022, prinċipalment minħabba li l-attivitajiet tal-laboratorju tal-JRC reġgħu lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija u l-għadd ta’ benefiċjarji fl-OIB żdied. Barra minn hekk, xi benefiċjarji tal-JRC jirċievu allokazzjoni b’rata fissa ta’ sigħat u, konsegwentement, allowance b’rata fissa korrispondenti. L-akkuratezza tas-sigħat b’rata fissa ġiet immonitorjata minn nofs l-2022 sa tmiem dik is-sena. Aġġustament retroattiv għar-rata fissa, b’effett mill-2022, kellu jiġi rreġistrat u inkluż fl-2023 biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji rilevanti jirċievu l-pagament korrispondenti.

Fl-2024, l-għadd totali ta’ sigħat li nħadmu f’dawn il-kundizzjonijiet partikolarment diffiċli tqassmu kif ġej:

Ø33 270,00 siegħa relatati mas-sikurezza tal-individwu;

Ø94 721,46 siegħa relatati mal-post tax-xogħol;

Ø10 468,60 siegħa relatati man-natura tax-xogħol;

Ø0 sigħat relatati kemm mas-sikurezza tal-individwu kif ukoll mal-post tax-xogħol.

It-tnaqqis fl-għadd ta’ sigħat meta mqabbel mal-2023 kien prinċipalment dovut għall-monitoraġġ ta’ sigħat b’rata fissa mwettaq fil-JRC fl-2022, li rriżulta f’żieda retroattiva fis-sigħat b’rata fissa għal diversi benefiċjarji. Filwaqt li l-parti l-kbira tal-aġġustamenti ġew inklużi u mħallsa fl-2023, ftit aġġustamenti li kien fadal ġew irreġistrati u mħallsa fl-2024.

5.3.Raġunijiet għax-xogħol bix-xift

Il-Parlament Ewropew: Fl-2023 u fl-2024, il-Parlament Ewropew ħallas allowances għal xogħol bix-xift biex ikopri:

(I)is-servizzi tas-sikurezza u tas-sigurtà fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu: Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu;

(II)is-servizzi ta’ akkoljenza, sigurtà u kontroll ta’ aċċess (il-Parlamentarium, id-Dar tal-Istorja Ewropea u d-Dar Jean Monnet, iċ-Ċentru Sportiv) u s-servizzi ta’ komunikazzjoni pprovduti permezz tas-swiċċbord, li joffri varjetà ta’ servizzi b’diversi lingwi, inkluż it-trasferiment ta’ telefonati deħlin u ħerġin, l-għoti ta’ dettalji ta’ kuntatt (numri tat-telefown u tal-fax, indirizzi elettroniċi u tal-uffiċċju), u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-laqgħat u l-binjiet tal-Parlament Ewropew;

(III)is-servizzi ta’ installazzjoni teknika, li jissorveljaw u jikkoordinaw il-fornituri esterni ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, b’mod partikolari barra l-ħinijiet normali tax-xogħol u biex jieħdu sehem fiż-żamma ta’ ċerti tipi ta’ informazzjoni sensittiva, bħall-pjanijiet tal-Parlament.

L-arranġamenti jikkonsistu minn:

(I)servizzi b’żewġ xiftijiet (rata 1),

(II)servizzi b’żewġ xiftijiet li jinkludu xift ta’ lejl wieħed, tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi (rata 2), u

(III)servizzi kontinwi ta’ 24 siegħa (rata 4).

L-għadd ta’ benefiċjarji żdied bi ftit fl-2023, għal 723 minn 709 fl-2022, li jirrifletti d-dawran normali tal-impjegati fid-diversi servizzi.

Fl-2024, l-għadd ta’ benefiċjarji żdied għal 777. F’dik is-sena, il-Parlament Ewropew bena punt ta’ aċċess ġdid għall-binja Weiss fi Strasburgu u fetaħ il-binja l-ġdida Veil b’punt ta’ aċċess separat. Konsegwentement, l-għadd ta’ postijiet ta’ sigurtà żdied, u dan wassal għal żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji.

Il-Kunsill: Il-Kunsill għandu stabbiliti arranġamenti ta’ xogħol bix-xift biex jiżgura l-kontinwità tas-servizzi responsabbli għas-sikurezza u għas-sigurtà tal-binjiet u tan-nies. L-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ relattivament stabbli fl-2023 meta mqabbel mal-2022 (73 meta mqabbel ma’ 75). Fl-2024, iċ-ċifra naqset għal 68 wara riorganizzazzjoni tat-timijiet ta’ ġestjoni tal-aċċess f’dik is-sena.

Il-Kummissjoni: L-utenti ewlenin tas-servizzi tax-xogħol bix-xift fi ħdan il-Kummissjoni kienu d-DĠ HR (dipartiment tas-sikurezza u tas-sigurtà), id-DĠ ECHO (appoġġ għall-koordinazzjoni f’emerġenzi u kriżijiet) u l-JRC (minħabba n-natura tal-attivitajiet tiegħu). L-għadd ta’ benefiċjarji kien ta’ 97, 26 u 25 rispettivament fl-2023 u 98, 25 u 24 rispettivament fl-2024.

Meta mqabbel mal-2022 (178 benefiċjarju), l-għadd naqas b’sebgħa fl-2023, prinċipalment minħabba tnaqqis fid-DĠ HR (-6) wara d-dawran tal-impjegati. Fl-2024, l-għadd baqa’ relattivament stabbli meta mqabbel mal-2023.

Bħal fl-2022, ix-xogħol bix-xift twettaq ukoll f’żewġ Direttorati Ġenerali oħrajn fl-oqsma li ġejjin fl-2023 u fl-2024:

–sigurtà u prevenzjoni (OIL): tmien benefiċjarji fl-2023 u sebgħa fl-2024 (tmienja fl-2022);

–ICT (DĠ COMM): 15-il benefiċjarju kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024 (12 fl-2022).

Il-Kummissjoni applikat ir-rati 1, 3 u 4. Ir-rata 4 (servizz kontinwu) intużat prinċipalment għas-servizzi tas-sigurtà, għall-JRC, u għas-servizzi ta’ koordinazzjoni f’emerġenzi u kriżijiet.

Il-Qorti tal-Awdituri: L-uniku servizz ta’ xogħol bix-xift irrapportat mill-Qorti tal-Awdituri fl-2023 kien servizz stabbilit fid-Direttorat tar-Riżorsi Umani, tal-Finanzi u tas-Servizzi Ġenerali, biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-binjiet u tal-okkupanti tagħhom. Dan kien servizz kontinwu ta’ 24 siegħa (rata 4) b’19-il benefiċjarju fl-2023 (meta mqabbel ma’ 17 fl-2022). Fl-2024, kien hemm 20 benefiċjarju.

Il-KESE u l-KtR: Il-KESE u l-KtR għandhom servizz konġunt ta’ xogħol bix-xift stabbilit biex iżomm preżenza kontinwa fis-servizz tas-sigurtà. Kemm fl-2023 kif ukoll fl-2024, il-KESE ħallas allowances lil tliet benefiċjarju (rata 1; l-istess numru bħal fl-2022), filwaqt li l-KtR ħallas allowances lil erba’ benefiċjarju (rata 1; l-istess numru bħal fl-2022).

IS-SEAE: Fl-2023, is-SEAE ħallas allowances għal xogħol bix-xift lil 35 benefiċjarju (meta mqabbel ma’ 37 fl-2022) biex jipprovdu protezzjoni 24 siegħa kuljum għall-persunal tas-SEAE, għall-viżitaturi, għall-bini u għall-assi fiżiċi fi Brussell; biex jimmonitorjaw, jivvalutaw u jindikaw avvenimenti jew sitwazzjonijiet politikament sinifikanti fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum; u biex jittrażmettu informazzjoni klassifikata lill-persunal kollu tas-SEAE, inkluż il-persunal fid-delegazzjonijiet, u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Fl-2024, tħallsu allowances għal xogħol bix-xift lil 39 benefiċjarju. Iż-żieda kienet prinċipalment dovuta għad-dawran tal-impjegati u għal perjodi ta’ assenjament li jikkoinċidu.

Kemm ir-rata 1 kif ukoll ir-rata 4 ġew applikati fis-SEAE.

6.In-nefqa baġitarja skont l-istituzzjoni u l-allowance (f’EUR)

6.1. Nefqa baġitarja fl-2023

Istituzzjoni

Xogħol ta’ standby

Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Xogħol bix-xift

Total

Il-Parlament

0

0

7 192 716,20

7 192 716,20

Il-Kunsill

455 515,00

0

695 275,00

1 150 790,00

Il-Kummissjoni

1 953 469,22

605 493,47

1 961 719,91

4 520 682,60

- li minnhom tal-JRC:

714 505,23

564 930,04

262 541,78

1 541 977,05

Il-Qorti tal-Ġustizzja

52 191,00

0

0

52 191,00

Il-Qorti tal-Awdituri

33 020,56

0

224 707,15

257 727,71

Il-KESE

8 714,01

0

20 344,76

29 058,77

IL-KtR

14 322,45

0

23 584,32

37 906,77

IS-SEAE

105 154,18

0

242 763,76

347 917,94

L-Ombudsman

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

Total

2 622 386,42

605 493,47

10 361 111,10

13 588 990,99

L-ammont totali minfuq fuq it-tliet allowances fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha fl-2023 kien ta’ EUR 13 588 990.99 (meta mqabbel ma’ EUR 12 186 871.94 fl-2022).

Iż-żieda fin-nefqa totali meta mqabbla mal-2022 kienet prinċipalment dovuta għal żieda fin-nefqa fuq l-allowances għal xogħol bix-xift, li kienet ta’ EUR 9 335 674,26 fl-2022. Ir-raġunijiet għaż-żieda jinkludu l-ħlas mill-Kummissjoni ta’ allowances għal xogħol bix-xift għall-2022 fl-2023 u ż-żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fil-Parlament Ewropew minn 709 għal 723.

In-nefqa għall-allowances għal xogħol ta’ standby żdiedet ukoll bi ftit (EUR 2 394 459,54 fl-2022). Ir-raġunijiet għaż-żieda jinkludu ż-żidiet fl-għadd ta’ membri tal-persunal tal-Kummissjoni li wettqu xogħol ta’ standby kemm mid-dar kif ukoll mill-post tax-xogħol (minn 7 għal 18) u l-għadd ta’ membri tal-persunal li wettqu xogħol ta’ standby mill-post tax-xogħol biss (minn 0 għal 2).

In-nefqa tal-Kummissjoni fuq l-allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli żdiedet ukoll (EUR 456 738,14 fl-2022). Ir-raġunijiet għal din iż-żieda jinkludu l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-allowances b’rata fissa fil-JRC u żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fl-OIB.

6.2. Nefqa baġitarja fl-2024

Istituzzjoni

Xogħol ta’ standby

Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Xogħol bix-xift

Total

Il-Parlament

0

0

7 997 497,56

7 997 497,56

Il-Kunsill

562 049,00

0

711 977,00

1 274 026,00

Il-Kummissjoni

2 037 016,81

602 440,45

1 985 620,52

4 625 077,78

- li minnhom tal-JRC:

762 234,45

549 486,83

214 459,25

1 526 180,53

Il-Qorti tal-Ġustizzja

95 362,00

0

0

95 362,00

Il-Qorti tal-Awdituri

36 862,87

0

231 729,97

268 592,84

Il-KESE

8 512,15

0

18 311,76

26 823,91

Il-KtR

16 376,73

0

24 415,68

40 792,41

IS-SEAE

119 435,00

0

264 211,87

383 646,87

L-Ombudsman

0

0

0

0

L-EDPS

0

0

0

0

Total

2 875 614,56

602 440,45

11 233 764,36

14 711 819,37

L-ammont totali minfuq fuq it-tliet allowances fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha fl-2024 kien ta’ EUR 14 711 819.37.

Iż-żieda fin-nefqa totali meta mqabbla mal-2023 kienet prinċipalment dovuta għal żieda fin-nefqa fuq l-allowances għal xogħol bix-xift. Ir-raġunijiet għaż-żieda jinkludu ż-żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fil-Parlament Ewropew (minn 723 għal 777).

In-nefqa fuq l-allowances għal xogħol ta’ standby żdiedet ukoll bi ftit. Dan kien attribwibbli għal żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji fil-Kunsill, il-ħolqien ta’ servizzi addizzjonali ta’ xogħol ta’ standby fil-Kummissjoni, u l-ħlas mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-2024 ta’ allowances relatati mal-2023.

Barra minn hekk, in-nefqa fuq allowances għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli fil-Kummissjoni naqset kemxejn meta mqabbla mal-2023, u dan jirrifletti l-għadd aktar baxx ta’ sigħat irrapportati.

(1) Fis-sens tar-Regolamenti tal-Persunal.
(2) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004.