<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-160/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0160</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:101">EU:C:2022:101</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220222">22.2.2022</DATE> – Kawża C‑160/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Stichting Rookpreventie Jeugd <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20220222">22 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/40/UE</KEYWORD><KEYWORD>Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti li ma josservawx il-livelli massimi ta’ emissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Metodi ta’ kejl</KEYWORD><KEYWORD>Sigaretti bil-filtru li għandu mikrotoqob ta’ ventilazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kejl tal-emissjonijiet bbażat fuq standards ISO</KEYWORD><KEYWORD>Standards mhux ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT></KEYWORD><KEYWORD>Konformità mar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni previsti fl-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali</KEYWORD><KEYWORD>Konformità mal-prinċipju ta’ transparenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑160/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200320">20 ta’ Marzu 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200324">24 ta’ Marzu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Stichting Rookpreventie Jeugd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stichting Inspire2live,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rode Kruis Ziekenhuis BV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stichting ClaudicatioNet,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nederlandse Vereniging voor Kindergeneeskunde,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nederlandse Vereniging voor Verzekeringsgeneeskunde,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Accare, Stichting Universitaire en Algemene Kinder- en Jeugdpsychiatrie Noord-Nederland,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vereniging Praktijkhoudende Huisartsen,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nederlandse Vereniging van Artsen voor Longziekten en Tuberculose,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nederlandse Federatie van Kankerpatiëntenorganisaties,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nederlandse Vereniging Arbeids- en Bedrijfsgeneeskunde,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nederlandse Vereniging voor Cardiologie,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Koepel van Artsen Maatschappij en Gezondheid,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Koninklijke Nederlandse Maatschappij tot bevordering der Tandheelkunde,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">College van Burgemeester en Wethouders van Amsterdam</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Vereniging Nederlandse Sigaretten- en Kerftabakfabrikanten (VSK),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Arabadjiev, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Regan, S. Rodin (Relatur), I. Jarukaitis u J. Passer, Presidenti ta’ Awla, J.‑C. Bonichot, M. Safjan, F. Biltgen, P. G. Xuereb, N. Piçarra, L. S. Rossi u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Stichting Rookpreventie Jeugd, Stichting Inspire2live, Rode Kruis Ziekenhuis BV, Stichting ClaudicatioNet, Nederlandse Vereniging voor Kindergeneeskunde, Nederlandse Vereniging voor Verzekeringsgeneeskunde, Accare, Stichting Universitaire en Algemene Kinder- en Jeugdpsychiatrie Noord-Nederland, Vereniging Praktijkhoudende Huisartsen, Nederlandse Vereniging van Artsen voor Longziekten en Tuberculose, Nederlandse Federatie van Kankerpatiëntenorganisaties, Nederlandse Vereniging Arbeids- en Bedrijfsgeneeskunde, Nederlandse Vereniging voor Cardiologie, Koepel van Artsen Maatschappij en Gezondheid, Koninklijke Nederlandse Maatschappij tot bevordering der Tandheelkunde, College van Burgemeester en Wethouders van Amsterdam, minn A. van den Biesen, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Vereniging Nederlandse Sigaretten- en Kerftabakfabrikanten (VSK), minn W. Knibbeler, B. Verheijen u P. D. van den Berg, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn Mmes K. Bulterman u C. S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn L. Visaggio, R. van de Westelaken u W. D. Kuzmienko, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn S. Emmerechts, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u P. Plaza García, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Rubene, S. Delaude, F. Thiran u H. Kranenborg, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210715">15 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-validità u l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 127, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, l-iStichting Rookpreventie Jeugd (il-Fondazzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tipjip fost iż-Żgħażagħ, il-Pajjiżi l-Baxxi) u erbatax‑il entità oħra u, min-naħa l-oħra, l-iStaatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport (is-Segretarju tal-Istat għas-Saħħa Pubblika, għall-Benesseri u għall-Isport, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Segretarju tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar il-metodu ta’ kejl tal-livelli ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>FCTC<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), konkluża f’Genève fil‑<DATE ISO="20030521">21 ta’ Mejju 2003</DATE>, li fiha huma partijiet l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, daħlet fis-seħħ fis‑<DATE ISO="20050227">27 ta’ Frar 2005</DATE>. L-Artikolu 5(3) tal-FCTC jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika tas-saħħa pubblika tagħhom fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk, il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawn il-politiki ma jkunux influwenzati mill-interessi kummerċjali u minn interessi oħra tal-industrija tat-tabakk, skont il-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7 tal-FCTC:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[…] Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tipproponi direttivi xierqa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli [8 sa 13 tal-FCTC].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikoli 8 sa 13 tal-FCTC jirrigwardaw il-miżuri dwar it-tnaqqis fid-domanda għat-tabakk. Dawn jikkonċernaw, rispettivament, il-protezzjoni kontra l-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk, ir-regolamentazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tabakk, ir-regolamentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata fuq il-prodotti tat-tabakk, l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-kontroll tat-tabakk kif ukoll il-projbizzjoni globali tar-reklamar, tal-promozzjoni u tal-isponsorizzar tat-tabakk.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-FCTC jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-Konferenza tal-Partijiet, wara konsultazzjoni mal-organi internazzjonali kompetenti, għandha tipproponi linji gwida għall-ittestjar u għall-analiżi tal-kompożizzjoni u tal-emissjonijiet mill-prodotti tat-tabakk, u għar-regolamentazzjoni ta’ din il-kompożizzjoni u ta’ dawn l-emissjonijiet. Kull Parti għandha tadotta u tapplika, bla ħsara għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, miżuri leġiżlattivi, eżekuttivi, amministrattivi jew miżuri oħra effettivi fir-rigward ta’ dawn it-testijiet u analiżi u din ir-regolamentazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament (UE) Nru 216/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas‑<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE> dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ <HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="069" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 69, p. 1</REF.DOC.OJ>) jgħidu li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(5)</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea iddeċidiet, [fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Skoma-Lux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑161/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:773">EU:C:2007:773</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)], li l-atti legali tal-Unjoni mhumiex infurzabbli kontra l-individwi jekk ma jkunux ġew ippubblikati b’mod korrett fil-Ġurnal Uffiċjali u li l-fatt li dawn l-atti jkunu disponibbli onlajn mhuwiex ugwali għal pubblikazzjoni valida fil-Ġurnal Uffiċjali fin-nuqqas ta’ kwalunkwe regola f’dak ir-rigward fil-liġi tal-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Jekk il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-forma elettronika kellha tikkostitwixxi pubblikazzjoni valida, ikun possibbli l-aċċess aktar malajr u aktar ekonomiku għal-liġi tal-Unjoni. Madankollu, iċ-ċittadini għandhom ikomplu jkollhom il-possibbiltà li jottjenu verżjoni stampata tal-Ġurnal Uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L‑Artikolu 1 ta’ dan ir‑regolament jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Ġurnal Uffiċjali għandu jiġi ppubblikat fil-forma elettronika, skont dan ir-Regolament, bil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Ġurnal Uffiċjali ppubblikat fil-forma elettronika biss (minn hawn ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali[<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>]) għandu jkun awtentiku u għandu jipproduċi effetti legali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2014/40</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 7, 8 u 11 tad-Direttiva 2014/40 jgħidu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(7)</NO.P><TXT>Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta’ Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>FCTC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) ta’ Mejju 2003, li d-dispożizzjonijiet għaliha huma vinkolanti għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Id-dispożizzjonijiet tal-FCTC huma dwar ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk, ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk, l-ippakkjar u t-tikkettar tal-prodotti tat-tabakk, ir-reklamar u il-kummerċ<?PAGE NO="5"?> illeċitu tal-prodotti tat-tabakk huma ta’ rilevanza partikolari. Il-Partijiet għall-FCTC, inklużi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, adottaw b’kunsens, sett ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(3) [TFUE], għandu jittieħed bħala bażi għal proposti leġiżlattivi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk fuq is-saħħa tal-bniedem, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju tas-sigaretti […] għandha ssir referenza għall-istandards ISO rilevanti li huma rikonoxxuti internazzjonalment. Il-proċess ta’ verifika għandu jkun protett mill-influenza tal-industrija tat-tabakk bl-użu ta’ laboratorji indipendenti, inklużi laboratorji tal-Istat. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-objettiv ta’ din id-Direttiva hu li tapprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż il-livelli massimi ta’ emissjonijiet għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigaretti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment għaż-żgħażagħ, u biex jintlaħqu l-obbligi tal-Unjoni taħt il-Konvenzjoni Qafas tal-WHO għall-Kontroll tat-Tabakk (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>FCTC<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija d-direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jew prodott relatat jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta’ prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-livelli ta’ emissjoni minn sigaretti li jitqiegħdu fis-suq jew immanufatturati fl-Istati Membri (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>livelli massimi ta’ emissjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>) ma għandhomx ikunu akbar minn:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>10 mg ta’ qatran kull sigarett;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>1 mg ta’ nikotina kull sigarett;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>10 mg ta’ monossidu tal-karbonju għal kull sigarett.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/40 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-emissjonijiet ta’ qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju minn sigaretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandard ISO 4387 għall-qatran, l-istandard ISO 10315 għan-nikotina, u l-istandard ISO 8454 għall-monossidu tal-karbonju.</ALINEA><ALINEA>L-eżattezza tal-kejl tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju għandha tiġi ddeterminata skont l-istandard ISO 8243.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi verifikat minn laboratorji li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.</ALINEA><ALINEA>Dawk il-laboratorji ma għandhomx jappartjenu jew ikunu kkontrollati direttament jew indirettament mill-industrija tat-tabakk.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni [Ewropea] għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex tadatta l-metodi ta’ kejl tal-emissjonijiet tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, fejn dan ikun meħtieġ, abbażi ta’ żviluppi xjentifiċi u tekniċi jew standards maqbulin internazzjonalment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe metodu ta’ kejl li jużaw għal emissjonijiet minn sigaretti għajr l-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u għall-emissjonijiet minn prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri ma jistgħux, għal konsiderazzjonijiet marbutin ma’ aspetti regolati minn din id-Direttiva, u soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva ma għandhiex tolqot id-dritt ta’ Stat Membru li jżomm jew jintroduċi aktar rekwiżiti, applikabbli għall-prodotti kollha li jitqiegħdu fis-suq tiegħu, f’rabta mal-istandardizzazzjoni tal-pakketti ta’ prodotti tat-tabakk, fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem li nkiseb permezz ta’ din id-Direttiva. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u<?PAGE NO="7"?> m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawk il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ wkoll jipprojbixxi ċerti kategoriji ta’ prodotti tat-tabakk jew relatati miegħu, abbażi tas-sitwazzjoni speċifika f’dak l-Istat Membru u dment li d-dispożizzjonijiet huma ġustifikati mill-bżonn li tiġi protetta s-saħħa pubblika b’kont meħud tal-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem miksub b’din id-Direttiva. Dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet tal-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika prevista f’dan il-paragrafu, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet nazzjonali wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet inkonsiderazzjoni l-livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem miksuba permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul il-perijodu ta’ sitt xhur, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 17a(4) tat-Tabaks- en rookwarenwet (il-Liġi dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-Prodotti tat-Tipjip), li ttraspona l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/40, jippermetti lis-Segretarju tal-Istat jipprojbixxi, permezz ta’ regolament ministerjali, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, ċerti kategoriji ta’ prodotti tat-tabakk li jissodisfaw barra minn hekk ir-rekwiżiti previsti mil-liġi jew li huma stabbiliti b’applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal‑31 ta’ Lulju u tat‑<DATE ISO="20180802">2 ta’ Awwissu 2018</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbu lin-Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit (l-Awtorità Olandiża tal-Kontroll tal-Prodotti tal-Ikel u tal-Konsumatur, iktar ’il quddiem n-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>NVWA<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) sabiex jiġi żgurat li s-sigaretti bil-filtru offruti lill-konsumaturi tal-Pajjiżi l-Baxxi, meta jintużaw għall-użu intiż tagħhom, josservaw il-livelli massimi ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju previsti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/40. Huma talbu wkoll li n-NVWA tordna lill-manifatturi, lill-importaturi u lid-distributuri ta’ prodotti tat-tabakk, permezz ta’ miżura restrittiva amministrattiva, jirtiraw mis-suq is-sigaretti bil-filtru li ma josservawx dawn il-livelli massimi ta’ emissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din it-talba għal ordni hija bbażata fuq studju tar-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (l-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa Pubblika u għall-Ambjent, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>RIVM<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), tat‑<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li minnu jirriżulta li, meta l-metodu ta’ kejl <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Canadian Intense<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jiġi applikat u mhux il-metodu stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/40, is-sigaretti kollha bil-filtru mibjugħa fil-Pajjiżi l-Baxxi jaqbżu b’mod sinjifikattiv il-livelli ta’ emissjonijiet massimi ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jqisu li l-metodu ta’ kejl previst fl-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva ma jiħux inkunsiderazzjoni l-mod kif jintuża filtru ta’ sigarett, jiġifieri permezz tal-imblukkar bis-swaba’ u bix-xufftejn ta’ min ipejjep tal-mikroperforazzjonijiet ta’ dan il-filtru. Dawn il-mikroperforazzjonijiet tal-filtru jippermettu li arja nadifa tinġibed mill-filtru, b’tali mod li l-kwantitajiet qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju jonqsu billi jitħalltu miegħu. Il-miżuri mwettqa fuq is-sigaretti ta’ ditti differenti li l-filtru tagħhom għandu sistema ta’<?PAGE NO="8"?> ventilazzjoni juru għalhekk emissjonijiet minn darbtejn sa iktar minn għoxrin darba inqas minn dak li huwa kkonstatat meta l-filtru jkun mgħotti. Fil-fatt, fil-każ ta’ użu konformi mal-użu intiż ta’ sigaretti, dawn il-mikroperforazzjonijiet ikunu fil-parti l-kbira imblukkati bis-swaba’ u bix-xufftejn ta’ min ipejjep, b’tali mod li dan jiġbed man-nifs kwantitajiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju nettament ogħla mil-livelli massimi tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, in-NVWA ċaħdet it-talba għal ordni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw, quddiem is-Segretarju tal-Istat, azzjoni amministrattiva kontra d-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE>, dan ċaħad din l-azzjoni bħala infondata sa fejn ġiet ippreżentata mill-iStichting Rookpreventie Jeugd u bħala inammissibbli sa fejn ġiet ippreżentata mir-rikorrenti l-oħra fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw għalhekk azzjoni ġudizzjarja quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE>. Il-Vereniging Nederlandse Sigaretten- en Kerftabakfabrikanten (VSK) (l‑Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Olandiżi tas-Sigaretti u tal-Prodotti tat-Tabakk) ressqet talba għal intervent fil-proċedura, li ntlaqgħet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ma jimponix l-użu ta’ metodu speċifiku ta’ kejl tal-livelli ta’ emissjonijiet u li l-istandards ISO, li abbażi tagħhom għandu jitwettaq il-kejl, ma jikkostitwixxux rekwiżiti ta’ applikazzjoni ġenerali. Huma jsostnu li minn diversi studji, jiġifieri dak tar‑RIVM tat‑<DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE> u dak li deher fil-<HT TYPE="ITALIC">Journal of the National Cancer Institute</HT> fit‑<DATE ISO="20170522">22 ta’ Mejju 2017</DATE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/><HT TYPE="ITALIC">Cigarette Filter Ventilation and its Relationship to Increasing Rates of Lung Adenocarcinoma</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-ventilazzjoni tal-filtru fis-sigaretti u r-relazzjoni tagħha ma’ rati ogħla ta’ adenokarċinoma tal-pulmun<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), kif ukoll mill-ittri mibgħuta mis-Segretarju tal-Istat lill-Kummissjoni, jirriżulta li l-metodu ta’ kejl <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Canadian Intense<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huwa dak li għandu jiġi applikat sabiex jiġu ddeterminati l-livelli eżatti ta’ qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju emessi minn sigarett bil-filtru użat għall-użu intiż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 jipprevedi kejl tal-kwantitajiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju emessi mis-sigaretti abbażi tal-istandards ISO li ma humiex aċċessibbli liberament għall-pubbliku u jistgħu jiġu kkonsultati biss bi ħlas, filwaqt li l-protezzjoni mogħtija liċ-ċittadini mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/40 hija bbażata fuq dawn l-istandards. Għaldaqstant, hija tistaqsi jekk tali metodu ta’ regolamentazzjoni huwiex kompatibbli mas-sistema ta’ pubblikazzjoni tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u mal-prinċipju ta’ trasparenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tindika li, f’kull wieħed mill-istandards ISO msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/40, isir riferiment, għal dak li jirrigwarda l-kejl tal-livell ta’ emissjoni rilevanti, għall-istandard ISO 3308. Issa, dan l-istandard jikkonċerna l-użu ta’ magna għat-tipjip. Il-qorti tar-rinviju tqis li minn dan l-istandard stess jirriżulta li l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju għandhom mhux biss jitkejlu u jiġu vverifikati mill-metodu previst, iżda jistgħu jew għandhom ukoll jitkejlu u jiġu vverifikati b’mezzi oħra u b’intensitajiet differenti ta’ tipjip mekkaniku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-metodi ta’ kejl u ta’ validazzjoni previsti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 humiex konformi mal-għan ta’ din id-direttiva, kif jirriżulta mill-preambolu tagħha, u jekk il-livelli ta’ emissjoni previsti fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jistgħux jitkejlu biss abbażi tal-metodu ISO 3308. Minn naħa, hija tenfasizza li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu, mingħajr ma ġew kontradetti fuq dan il-punt, li dawn il-metodi ta’ kejl ġew stabbiliti bil-parteċipazzjoni tal-industrija tat-tabakk. Min-naħa l-oħra, hija tindika li n-nuqqas ta’ osservanza tal-limitu massimu tas-sustanzi emessi minn sigaretti bil-filtru kkonsmati għall-użu intiż tagħhom jikkomprometti serjament l-għan espost fil-premessa 8 tal-imsemmija direttiva, li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni fil-qasam tas-saħħa. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar l-eventwali inkompatibbiltà tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 mal-Artikolu 114(3) TFUE, mal-FCTC kif ukoll mal-Artikoli 24 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 imur kontra b’mod partikolari l-Artikolu 297(1) TFUE, ir-Regolament Nru 216/2013 u l-prinċipju ta’ trasparenza, id-Direttiva 2014/40 tkunx ineffettiva fl-intier tagħha jew biss fir-rigward tal-Artikolu 4(1) tagħha. Hija tistaqsi wkoll liema metodu alternattiv jista’ jew għandu jintuża u jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tippreskrivih jew, sa ċertu punt, jekk għandhiex tħalli f’idejn il-leġiżlatur tal-Unjoni jew l-Istati Membri sabiex tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, skont id-dritt Olandiż li ttraspona l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/40, is-Segretarju tal-Istat jista’, għal raġunijiet relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, jipprojbixxi permezz ta’ regolament ministerjali ċerti kategoriji ta’ prodotti tat-tabakk li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti mil-liġi jew li huma stabbiliti b’applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank Rotterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>Il-ħolqien tal-metodu ta’ kejl previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 (1), ibbażat fuq standards ISO li ma humiex aċċessibbli liberament, huwa konformi mal-Artikolu 297(1) TFUE [u mar-Regolament Nru 216/2013] kif ukoll mal-prinċipju ta’ trasparenza li huwa l-bażi ta’ dan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-istandards ISO 4387, 10315, 8454 u 8243, li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [2014/40], għandhom jiġu interpretati u applikati fis-sens li, fil-kuntest tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva, l-emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mhux biss għandhom jitkejlu (u jiġu vverifikati) permezz tal-metodu stabbilit, iżda dawn l-emissjonijiet jistgħu jew għandhom jitkejlu (u jiġu vverifikati) ukoll b’mezzi oħra u b’intensità differenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [2014/40] jmur kontra l-prinċipji bażiċi tad-Direttiva kif ukoll kontra l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva u l-Artikolu 5(3) tal-[FCTC] għaliex l-industrija tat-tabakk kellha rwol fl-istabbiliment tal-istandards ISO msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) imur kontra l-prinċipji bażiċi tad-Direttiva, l-Artikolu 114(3) TFUE, il-portata tal-[FCTC] u l-Artikoli 24 u 35 tal-[Karta] għaliex il-metodu ta’ kejl li huwa stabbilit fih ma jkejjilx l-emissjonijiet li huma prodotti mis-sigaretti bil-filtru waqt l-użu previst ta’ dawn, u dan, minħabba li l-imsemmi metodu ma jiħux inkunsiderazzjoni l-effett tal-mikrotoqob ta’ ventilazzjoni preżenti fil-filtri, li, waqt l-użu previst, fil-biċċa l-kbira jingħalqu mix-xofftejn u mis-swaba’ tal-persuna li tpejjep?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Liema metodu ta’ kejl (u metodu ta’ verifika) alternattiv jista’ jew għandu jintuża fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-ewwel domanda, fin-negattiv;</P></ITEM><ITEM><P>għat-tieni domanda, fl-affermattiv;</P></ITEM><ITEM><P>għall-punti (a) u/jew (b) tat-tielet domanda fl-affermattiv?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx tista’ tirrispondi għall-punt (a) tar-raba’ domanda: hija din, fil-każ ta’ assenza temporanja ta’ metodu ta’ kejl disponibbli, sitwazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 24(3) tad-Direttiva [2014/40]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi li l-livelli massimi ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti intiżi sabiex jitqiegħdu fis-suq jew jiġu mmanifatturati fl-Istati Membri, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jitkejlu skont il-metodi ta’ kejl li jirriżultaw mill-istandards ISO 4387, 10315, 8454 u 8243, li għalihom jirreferi l-imsemmi Artikolu 4(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/40 jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti mqiegħda fis-suq jew immanifatturati fl-Istati Membri. L-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-emissjonijiet ta’ dawn is-sustanzi għandhom jitkejlu abbażi tal-istandard ISO 4387 għall-qatran, l-istandard ISO 10315 għan-nikotina u l-istandard ISO 8454 għall-monossidu tal-karbonju, u l-eżattezza ta’ dan il-kejl għandha tiġi ddeterminata skont l-istandard ISO 8243.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha konformement mat-tifsira normali tagħha fil-lingwa ta’ kuljum, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211014">14 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Dyrektor Z. Oddziału Regionalnego Agencji Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑373/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:850">EU:C:2021:850</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Qabelxejn, mill-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40, b’mod partikolari mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>jitkejjel<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li jintuża f’din id-dispożizzjoni, jirriżulta li din tal-aħħar tirreferi b’mod imperattiv għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454 sabiex jitkejlu l-emissjonijiet, rispettivament, tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju u li ma ssemmi ebda<?PAGE NO="11"?> metodu ta’ kejl ieħor. Huwa wkoll f’termini imperattivi li t-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 4(1) jippreċiża li l-eżattezza ta’ dan il-kejl għandha tiġi ddeterminata skont l-istandard ISO 8243.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, hemm lok li jiġi osservat li, skont l-Artikolu 4(4), l-Istati Membri huma obbligati jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-metodi eventwali l-oħra ta’ kejl li jużaw għas-sustanzi li ma humiex il-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju emessi mis-sigaretti u għas-sustanzi emessi mill-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti. La mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/40 u lanqas minn xi dispożizzjoni oħra tagħha ma jirriżulta li l-Istati Membri għandhom obbligu ta’ komunikazzjoni fil-każ li jużaw metodi ta’ kejl għall-qatran, għan-nikotina u għall-monossidu tal-karbonju emessi mis-sigaretti minbarra dawk previsti mill-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, jew metodi sabiex jivverifikaw l-eżattezza tal-kejl ta’ dawn is-sustanzi minbarra dak previst mill-istandard ISO 8243. Peress li l-premessa 11 ta’ din id-direttiva tenfasizza barra minn hekk li l-kontenut tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju tas-sigaretti għandu jitkejjel b’riferiment għal dawn l-istandards irrikonoxxuti fuq skala internazzjonali, għandu jitqies li l-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva għandu t-tendenza li jikkonferma li din id-dispożizzjoni jipprevedi, b’mod imperattiv, l-applikazzjoni esklużiva tal-imsemmija standards.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2014/40 għandha għan doppju, li jikkonsisti fl-iffaċilitar tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati, billi tieħu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, partikolarment għaż-żgħażagħ (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Swedish Match</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑151/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:938">EU:C:2018:938</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, bla ħsara għall-eżami tal-punt (b) tat-tielet domanda, li jikkonċerna, essenzjalment, il-validità tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva fid-dawl tar-rekwiżit ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, previst b’mod partikolari fl-Artikolu 114(3) TFUE, il-fatt li jintużaw biss il-metodi previsti mill-istandards ISO msemmija f’dan l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 sabiex jitkejjel il-livell tal-emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti jissodisfa dan l-għan tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern safejn jiżgura li l-aċċess tas-sigaretti għas-suq tal-Unjoni għas-sigaretti u l-manifattura tagħhom fi ħdan l-Unjoni hemmhekk ma jiġux imfixkla bl-applikazzjoni ta’ diversi metodi ta’ kejl tal-livelli ta’ dawn is-sustanzi fl-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi li l-livelli massimi ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti intiżi sabiex jitqiegħdu fis-suq jew jiġu mmanifatturati fl-Istati Membri, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jitkejlu skont il-metodi ta’ kejl li jirriżultaw mill-istandards ISO 4387, 10315, 8454 u 8243, li għalihom jirreferi l-imsemmi Artikolu 4(1).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 huwiex validu fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, tar-Regolament Nru 216/2013 kif ukoll tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, għandu jitfakkar li dan il-prinċipju, li huwa marbut b’mod indissoċjabbli mal-prinċipju ta’ aċċess miftuħ, huwa stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 10(3) TUE, fl-Artikoli 15(1) u fl-Artikolu 298(1) TFUE kif ukoll fl-Artikolu 42<?PAGE NO="12"?> tal-Karta. Huwa jippermetti li tiġi żgurata parteċipazzjoni aħjar taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali kif ukoll li tiġi ggarantita leġittimità, effikaċja u responsabbiltà ikbar tal-amministrazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini f’sistema demokratika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, <NAME.CASE>Interporc vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑41/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:125">EU:C:2003:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/09 u C‑93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 15(1) TFUE jipprevedi li, sabiex tiġi promossa tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom bl-ikbar osservanza possibbli tal-prinċipju ta’ aċċess miftuħ. Għal dan il-għan, dritt ta’ aċċess għal dokumenti huwa ggarantit skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE u stabbilit fl-Artikolu 42 tal-Karta, peress li dan id-dritt ġie implimentat, b’mod partikolari, bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ċertament jirreferi għal standards ISO li, f’dan l-istadju, ma ġewx ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. Madankollu, din id-dispożizzjoni nnifisha ma tipprevedi ebda restrizzjoni dwar l-aċċess għal dawn l-istandards, inkluż billi tissuġġetta dan l-aċċess għall-preżentazzjoni ta’ talba magħmula skont ir-Regolament Nru 1049/2001. Għaldaqstant, hija ma tistax titqies invalida fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni msemmija fil-punt 35 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tar-Regolament Nru 216/2013, għandu jitfakkar li l-legalità interna ta’ att tal-Unjoni ma tistax tiġi eżaminata fid-dawl ta’ att ieħor tal-Unjoni tal-istess livell leġiżlattiv, ħlief jekk ikun ġie adottat b’applikazzjoni ta’ dan l-aħħar att jew jekk ikun espressament previst, f’wieħed minn dawn iż-żewġ atti, li wieħed minnhom ikun jipprevali fuq l-ieħor (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑620/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1001">EU:C:2020:1001</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, id-Direttiva 2014/40 ma ġietx adottata b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 216/2013 u dan tal-aħħar ma jinkludix dispożizzjoni li tipprevedi espressament is-supremazija tiegħu fuq din id-direttiva. Fi kwalunkwe każ, billi jipprovdi sempliċement li <HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> għandu jiġi ppubblikat f’forma elettronika, fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament ma jistabbilixxi ebda rekwiżit dwar il-kontenut tal-atti tal-Unjoni li għandhom jiġu ppubblikati, bħad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu jitfakkar li mill-kliem stess ta’ din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta li l-atti leġiżlattivi jistgħu jidħlu fis-seħħ u b’hekk jipproduċu effetti legali biss wara li jkunu ġew ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Skoma-Lux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:773">EU:C:2007:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Heinrich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:140">EU:C:2009:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jiġu invokati kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi fi Stat Membru qabel ma dawn tal-aħħar kellhom il-possibbiltà li jsiru jafu bihom permezz ta’ pubblikazzjoni regolari f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Skoma-Lux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:773">EU:C:2007:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Heinrich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:140">EU:C:2009:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni jirriżulta mill-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jeżiġi li leġiżlazzjoni tal-Unjoni tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi li din timponi fuqhom. Effettivament, l-individwi għandu jkollhom il-possibbiltà li jkunu jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Heinrich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:140">EU:C:2009:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-istess japplika meta leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2014/40, tobbliga lill-Istati Membri jadottaw, għall-implimentazzjoni tagħha, miżuri li jimponu obbligi fuq l-individwi. Fil-fatt, il-miżuri adottati mill-Istati Membri b’implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt. Għaldaqstant, miżuri nazzjonali li, fl-eżekuzzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jimponu obbligi fuq l-individwi għandhom, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, jiġu ppubblikati sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu bihom. F’tali sitwazzjoni, il-persuni kkonċernati għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jinformaw ruħhom dwar is-sors tal-miżuri nazzjonali li jimponu obbligi fuqhom, peress li l-Istati Membri jkunu adottaw tali miżuri b’eżekuzzjoni ta’ obbligu impost mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Heinrich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:140">EU:C:2009:140</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li dispożizzjoni ma tippreskrivix metodu jew proċess konkret ma jfissirx madankollu li din tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pillbox 38</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:324">EU:C:2016:324</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, ma huwiex neċessarju li l-att leġiżlattiv jagħti huwa stess preċiżazzjonijiet ta’ natura teknika, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jirrikorri għal qafas legali ġenerali li, jekk meħtieġ, jiġi speċifikat sussegwentement (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190130">30 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Planta Tabak</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑220/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:76">EU:C:2019:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’analoġija, u fid-dawl ukoll tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandu l-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu meta l-azzjoni tiegħu tkun timplika għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u meta jintalab iwettaq evalwazzjonijiet u eżamijiet kumplessi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190130">30 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Planta Tabak</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑220/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:76">EU:C:2019:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dan il-leġiżlatur jista’ jirreferi, fl-atti li jadotta, għal standards tekniċi stabbiliti minn korp ta’ standardizzazzjoni, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jeżiġi li r-riferiment għal tali standards jkun ċar, preċiż u prevedibbli fl-effetti tiegħu, sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom f’sitwazzjonijiet u f’relazzjonijiet legali li jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1035">EU:C:2019:1035</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0148">148</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, għandu jiġi osservat li r-riferiment magħmul mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 għall-istandards ISO huwa konformi ma’ dan ir-rekwiżit u, min-naħa l-oħra, huwa paċifiku li din id-direttiva, konformement mal-Artikolu 297(1) TFUE, ġiet ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl ta’ dak li ġie espost fil-punti 43 u 44 ta’ din is-sentenza, is-sempliċi fatt li l-Artikolu 4(1) tal-imsemmi direttiva<?PAGE NO="14"?> jirreferi għal standards ISO li, f’dan l-istadju, ma kinux is-suġġett ta’ tali pubblikazzjoni ma huwiex ta’ natura li jikkontesta l-validità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżami tal-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, tar-Regolament Nru 216/2013 kif ukoll tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-dubji tal-qorti tar-rinviju li wasslu għall-ewwel domanda preliminari magħmula, miġbura fil-qosor fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, għad hemm lok li jiġi enfasizzat li, skont il-prinċipju ta’ ċertezza legali, kif ġie ppreċiżat fil-punti 41, 42 u 45 ta’ din is-sentenza, standards tekniċi stabbiliti minn korp ta’ standardizzazzjoni, bħalma hija l-ISO, u li saru obbligatorji permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni huma infurzabbli biss fil-konfront tal-individwi b’mod ġenerali jekk huma stess ikunu s-suġġett ta’ pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Meta dawn l-istandards ikunu ġew adattati minn tali korp, dan il-prinċipju għandu wkoll il-konsegwenza li hija biss il-verżjoni tal-imsemmija standards li tkun ġiet ippubblikata li tkun tista’ tiġi invokata kontra individwi b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta minn qari tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/40 flimkien mal-Artikolu 4(1) tagħha, l-impriżi ma jistgħu la jqiegħdu fis-suq tal-Istati Membri u lanqas jimmanifatturaw sigaretti li l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju tagħhom jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti mill-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, kif imkejla bl-applikazzjoni tal-metodi previsti mill-istandards ISO li għalihom tirreferi t-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva għandu jitqies li jimponi obbligu fuq dawn l-impriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, fl-assenza ta’ pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-istandards li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40, l-individwi b’mod ġenerali ma humiex f’pożizzjoni, bi ksur tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 41, 42 u 45 ta’ din is-sentenza, li jkunu jafu l-metodi ta’ kejl tal-livelli ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju applikabbli għas-sigaretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tas-sistema stabbilita mill-ISO, li hija kkostitwita minn network ta’ korpi nazzjonali ta’ standardizzazzjoni, li tippermetti lil dawn il-korpi nazzjonali jagħtu, fuq talba, aċċess għall-verżjoni uffiċjali u awtentika tal-istandards stabbiliti mill-ISO. Għaldaqstant, meta impriżi jkollhom aċċess għall-verżjoni uffiċjali u awtentika għall-istandards imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40, dawn l-istandards u, għaldaqstant, ir-riferiment magħmul għalihom minn din id-dispożizzjoni jistgħu jiġu invokati fil-konfront tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, tar-Regolament Nru 216/2013 kif ukoll tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑punt (a) tat‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (a) tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 huwiex validu fid-dawl tal-prinċipji bażiċi ta’ din id-direttiva, tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva u tal-Artikolu 5(3) tal-FCTC, minħabba l-fatt li l-industrija tat-tabakk ipparteċipat fl-istabbiliment tal-istandards li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi osservat li l-qorti tar-rinviju ma tesponix il-prinċipji bażiċi tad-Direttiva 2014/40 li fir-rigward tagħhom il-validità tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva għandha tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/40 teħtieġ il-verifika tal-miżuri ta’ emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju minn laboratorji approvati u ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u li ma jappartjenux lill-industrija tat-tabakk u ma humiex ikkontrollati, direttament jew indirettament, minnha. B’hekk, din id-dispożizzjoni ma tikkonċernax it-tfassil stess tal-istandards ISO li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 għandha tiġi eżaminata biss fid-dawl tal-Artikolu 5(3) tal-FCTC, minħabba l-fatt li l-industrija tat-tabakk ipparteċipat fl-istabbiliment tal-istandards inkwistjoni fi ħdan l-ISO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tal-FCTC jipprevedi li, billi jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika tas-saħħa pubblika tagħhom fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk, il-partijiet għal din il-konvenzjoni għandhom jiżguraw li dawn il-politiki ma jkunux influwenzati mill-interessi tal-industrija tat-tabakk, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li din ma tipprojbixxix kull parteċipazzjoni tal-industrija tat-tabakk fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-tabakk, iżda hija intiża biss sabiex tipprekludi li l-politiki għall-kontroll tat-tabakk tal-partijiet għal din il-konvenzjoni jkunu influwenzati minn interessi ta’ din l-industrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tal-FCTC hija sostnuta mid-direttivi għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li ma għandhomx fihom innifishom saħħa vinkolanti, iżda li għandhom bħala għan, konformement mal-Artikoli 7 u 9 tal-FCTC, li jassistu lill-partijiet kontraenti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet vinkolanti ta’ din il-konvenzjoni. Dawn id-direttivi ġew adottati b’konsensus, inkluż mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, kif jissemma fil-premessa 7 tad-Direttiva 2014/40 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Philip Morris Brands <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑547/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:325">EU:C:2016:325</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>L-imsemmija direttivi jirrakkomandaw fil-fatt li l-interazzjonijiet mal-industrija tat-tabakk ikunu limitati u trasparenti, filwaqt li jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess fost l-uffiċjali jew l-impjegati ta’ kull waħda mill-partijiet għall-FCTC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ma tistax tiġi kkontestata fid-dawl tal-Artikolu 5(3) tal-FCTC għas-sempliċi raġuni, esposta mill-qorti tar-rinviju, li l-industrija tat-tabakk ipparteċipat fl-istabbiliment tal-istandards inkwistjoni quddiem l-ISO.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-eżami tal-punt (a) tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 5(3) tal-FCTC.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑punt (b) tat‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (b) tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 huwiex validu fid-dawl tal-prinċipji bażiċi ta’ din id-direttiva, tal-Artikolu 114(3) TFUE, tal-FCTC kif ukoll tal-Artikoli 24 u 35 tal-Karta minħabba l-fatt li studji xjentifiċi juru li l-metodi ta’ kejl li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva ma jirriflettux il-livelli ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju tas-sigaretti realment miġbuda man-nifs minn min ipejjep.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandha titfakkar il-konstatazzjoni, magħmula fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, li l-qorti tar-rinviju ma tesponix il-prinċipji bażiċi li fir-rigward tagħhom għandha tiġi eżaminata l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Insostenn tal-kwistjoni msemmija fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju ssemmi diversi dokumenti prodotti mill-iStichting Rookpreventie Jeugd fil-kawża prinċipali, iċċitati fil-punt 21 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-validità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-elementi li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu fid-data tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, Ir‑<NAME.CASE>Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1035">EU:C:2019:1035</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-istudji u d-dokumenti l-oħra msemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza huma kollha sussegwenti għat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-validità tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżami tal-punt (b) tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 114(3) TFUE, tal-FCTC kif ukoll tal-Artikoli 24 u 35 tal-Karta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑punt (a) tar‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (a) tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ma jistax jiġi invokat kontra individwi, liema metodu ta’ kejl tal-emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti jista’ jintuża sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tal-livelli massimi ta’ emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Din id-domanda taqa’ fil-kuntest ta’ tilwima li tirrigwarda r-rifjut tan-NVWA li tordna lill-manifatturi, lill-importaturi u lid-distributuri ta’ prodotti tat-tabakk, permezz ta’ miżura restrittiva amministrattiva, jirtiraw mis-suq is-sigaretti bil-filtru proposti lill-konsumaturi fil-Pajjiżi l-Baxxi li ma josservawx, meta jintużaw għall-użu intiż tagħhom, il-livelli ta’ emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li s-sigaretti intiżi li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jiġu mmanifatturati hemmhekk għandhom jikkonformaw ruħhom mal-livelli massimi ta’ emissjonijiet ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju li huma stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40, sa fejn din id-dispożizzjoni tirreferi għal standards ISO mhux ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, ma tistax tiġi invokata kontra individwi b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju, sabiex tiddeċiedi t-tilwima quddiemha, li għandha tevalwa jekk il-metodi effettivament użati sabiex jitkejlu l-livelli ta’ emissjoni tal-imsemmija sustanzi humiex konformi mad-Direttiva 2014/40, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 4(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, l-ewwel, li mill-Artikolu 2(21) ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jew prodott relatat jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta’ prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tieni, skont l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva, il-miżuri tal-livelli ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju għandhom jiġu vverifikati minn laboratorji approvati u ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn il-laboratorji ma għandhomx jappartjenu jew ikunu kkontrollati direttament jew indirettament mill-industrija tat-tabakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>It-tielet, skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/40, l-adattament tal-metodi ta’ kejl tal-imsemmija livelli ta’ emissjoni adottat mill-Kummissjoni għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi jew l-istandards adottati fuq livell internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-raba’, kull metodu ta’ kejl tal-livelli massimi ta’ emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva għandu jissodisfa b’mod effettiv l-għan tagħha, rifless fl-Artikolu 1 tagħha, li jikkonsisti f’li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (a) tar-raba’ domanda hija li, fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ma jistax jiġi invokat kontra individwi, il-metodu użat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva għandu jkun xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi jew tal-istandards adottati fuq livell internazzjonali, sabiex jitkejlu l-livelli ta’ emissjonijiet irrilaxxati meta sigarett jintuża għall-finijiet previsti, u għandu jieħu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, fejn l-eżattezza tal-miżuri miksuba permezz ta’ dan il-metodu għandu jiġi vverifikat mil-laboratorji approvati u ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑punt (b) tar‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (b) tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/40 huwiex applikabbli għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>L-Artikolu 17a(4) tal-Liġi dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-Prodotti tat-Tipjip, li ttraspona l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/40, jippermetti lis-Segretarju tal-Istat jipprojbixxi permezz ta’ regolament ministerjali, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, ċerti kategoriji ta’ prodotti tat-tabakk li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti mil-liġi jew li huma stabbiliti b’applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar talba mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1011">EU:C:2017:1011</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, minn ebda element tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda, anki parzjalment, il-fakultà li għandu s-Segretarju tal-Istat, skont l-Artikolu 17a(4) tal-Liġi dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-Prodotti tat-Tipjip, li ttraspona l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li tingħata risposta għall-punt (b) tar-raba’ domanda f’dawn iċ-ċirkustanzi jwassal manifestament sabiex tingħata opinjoni konsultattiva dwar kwistjoni ipotetika, bi ksur tal-missjoni mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1011">EU:C:2017:1011</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-punt (b) tar-raba’ domanda huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi li l-livelli massimi ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti intiżi sabiex jitqiegħdu fis-suq jew jiġu mmanifatturati fl-Istati Membri, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jitkejlu skont il-metodi ta’ kejl li jirriżultaw mill-istandards ISO 4387, 10315, 8454 u 8243, li għalihom jirreferi l-imsemmi Artikolu 4(1).</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="19"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas‑<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE> dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ <HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, kif ukoll tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eżami tal-punt (a) tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eżami tal-punt (b) tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 114(3) TFUE, tal-portata tal-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk kif ukoll tal-Artikoli 24 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ma jistax jiġi invokat kontra individwi, il-metodu użat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva għandu jkun xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi jew tal-istandards adottati fuq livell internazzjonali, sabiex jitkejlu l-livelli ta’ emissjonijiet irrilaxxati meta sigarett jintuża għall-finijiet previsti, u għandu jieħu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, fejn l-eżattezza tal-miżuri miksuba permezz ta’ dan il-metodu għandu jiġi vverifikat mil-laboratorji approvati u ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>