1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

355


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1750/2006

tas-27 ta’ Novembru 2006

dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-selenometionina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jikkonċerna d-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness tar-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ ikel, mar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-benesseri ta’ l-annimali (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ April 2006 li s-selenometionina ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li s-selenometionina ma tippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparparazzjoni jista’ jitqies bħala sors ta’ Selenju disponibbli bijoloġikament u jilħaq il-kriterji ta’ addittiv nutrittiv għall-ispeċi kollha. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri addattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ traċċi ta’ elementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali, suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)   ĠU L 165, 30.4.2004. Corrigendum ippubblikat fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(3)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott Sel-Plex® bħala addittiv fl-għalf skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-19 ta' April 2006. Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2006) 348, p. 1-40.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Kontenut massimu ta’ l-element (Se) f mg/kg ta’ għalf għall-bhejjem sħiħ bi kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ oligoelementi

3b8.10

—

Forma organika ta’ Selenium prodotta minn Saccharomyces cerevisiae

CNCM I-3060

(ħmira selenizzata inattivata)

Karaterizzazzjoni ta’ l-addittiv:

Selenju organiku l-aktar is-selenometionina (63 %) u komponenti tas-selenju b’piż mollekulari baxx (34-36 %) b’kontenut ta’ 2 000 -2 400  mg Se/kg (97-99 % ta’ selenju organiku)

Metodu analitiku (1)

Zeeman graphit furnace Atomic Absorption Spectrometry (AAS) jew Hydrid AAS

L-ispeċijiet kollha

—

 

0,50 (total)

L-addittiv għandu jiġi inkorporat f’għalf kompost fil-forma ta’ premixture.

Għas-sikurezza ta’ l-utent: protezzjoni għan-nifs waqt l-użu u nuċċali u ngwanti tas-sigurtà.

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/