|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2507 |
27.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2507
tas-26 ta’ Settembru 2024
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1770 rigward il-lista ta’ speċijiet ta’ pjanti li mhumiex eżentati mir-rekwiżit tal-kodiċi tat-traċċabbiltà għall-passaporti tal-pjanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a), (d), (e), (f), (h), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 83(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 (2) jipprevedi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ulterjuri fit-territorju tal-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (“il-pest speċifikat”). |
|
(2) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 minn Awwissu 2020, huwa xieraq li jiġu riveduti xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu. |
|
(3) |
Hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar l-identità tal-vetturi rilevanti għall-pest speċifikat. Għalhekk, u f’konformità mal-għarfien miksub mill-preżenza tal-pest speċifikat, jenħtieġ li l-vetturi rilevanti jiġu definiti bħala insetti Cicadomorpha magħrufa li jittrażmettu l-pest speċifikat lill-pjanti, jew kwalunkwe insett ieħor suspettat li jittrażmetti l-pest speċifikat lill-pjanti. |
|
(4) |
Il-pest speċifikat ġie identifikat fi pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni li mhumiex elenkati bħala pjanti ospitanti. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġiet annwali skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 f’każ ta’ suspett ta’ infezzjoni jenħtieġ li jkopri speċijiet oħra ta’ pjanti minbarra l-pjanti ospitanti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni bikrija tal-pest speċifikat, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġiet jenħtieġ li jinkludi l-possibbiltà li tiġi mistħarrġa l-preżenza tal-pest speċifikat fil-vetturi. |
|
(5) |
Barra minn hekk, f’żoni fejn il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti, xi drabi jkun ta’ piż għall-Istati Membri jew għall-pajjiżi terzi li jwettqu stħarriġiet għall-identifikazzjoni ta’ livell ta’ preżenza ta’ 1 % tal-pjanti infettati b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li jiġu speċifikati l-livell ta’ affidabbiltà u l-prevalenza tad-disinn fl-Artikolu 2(4), fl-Artikolu 28, il-punt (a), u fl-Artikolu 29, il-punt (a). Minflok, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu l-livell ta’ affidabbiltà u l-prevalenza tad-disinn tal-istħarriġiet imwettqa fit-territorji tagħhom, skont il-Linji Gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa (3). |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja, huwa meħtieġ ukoll li fl-Artikolu 2 jiġi ċċarat li, meta l-pest speċifikat jiġi identifikat f’vettur, jenħtieġ li l-istħarriġiet jiġu intensifikati madwar is-sejba tal-vettur infettat, sabiex jiġu identifikati l-pjanti infettati bil-pest speċifikat. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġi speċifikat li fil-każ fejn, minħabba l-kundizzjonijiet ekoklimatiċi, il-pest speċifikat ma jkunx jista’ jistabbilixxi ruħu fil-beraħ, l-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 minflok fil-beraħ għandhom jitwettqu biss fil-postijiet rilevanti fejn il-preżenza ta’ pjanti ospitanti tista’ toħloq riskju għat-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(8) |
Barra minn hekk, fid-dawl tar-riskju fitosanitarju rispettiv, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, li jenħtieġ li tiġi stabbilita żona demarkata biss meta l-preżenza tal-pest speċifikat tiġi kkonfermata uffiċjalment fil-pjanti. |
|
(9) |
Minkejja l-ħtieġa li jitwettqu stħarriġiet meta tiġi applikata d-deroga biex ma tiġix stabbilita żona demarkata f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, huwa raġonevoli li l-obbligu li jitwettqu stħarriġiet annwali skont l-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament jitnaqqas għal sena. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-kredibbiltà ta’ dawk l-istħarriġiet, huwa meħtieġ li jiġi indikat li dawn għandhom jikkonsistu fil-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar bl-użu tat-testijiet molekulari elenkati f’dak ir-Regolament, billi jiġu indikati l-livell minimu ta’ affidabbiltà u l-prevalenza tad-disinn ta’ tali stħarriġiet. |
|
(10) |
L-Artikolu 7(1), il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 ħoloq xi konfużjoni matul l-applikazzjoni tiegħu. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li jiġi stipulat li l-pjanti li fit-testijiet ikollhom riżultat negattiv għall-preżenza tal-pesti speċifikati ma għandhomx għalfejn jitneħħew. |
|
(11) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga mill-Artikolu 7(1), il-punti (b), (c) u (d), prevista fl-Artikolu 7(3), jenħtieġ li jiġi estiż biex ikopri siġar xjuħ jew oħrajn b’valur soċjali, kulturali jew ambjentali partikolari, sabiex jiġu ssodisfati d-domandi tas-soċjetà għall-protezzjoni ta’ dawk is-siġar. |
|
(12) |
Sabiex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mir-riżorsi, meta jiġu applikati l-miżuri ta’ eradikazzjoni, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew ma jiħdux minnufih kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti speċifikati li ma jkunux instabu li huma infettati f’dik iż-żona demarkata fl-aħħar sentejn. Madankollu, u sabiex jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja, huwa meħtieġ li dawk il-pjanti jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġiet li jridu jitwettqu kull sena fiż-żoni demarkati deskritti fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201. |
|
(13) |
Huwa meħtieġ li fl-Artikoli 8 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jiġi speċifikat li t-trattamenti fitosanitarji xierqa qabel u matul it-tneħħija tal-pjanti jenħtieġ li jiġu applikati b’mod partikolari matul l-istaġun tal-migrazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn żoni agrikoli u żoni oħra fl-Artikolu 8, minħabba li mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 ġew identifikati tifqigħat tal-pest speċifikat f’żoni għajr żoni agrikoli. |
|
(14) |
L-Artikoli 9 u 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jipprevedu l-possibbiltà li ma jinqeridx l-injam tal-pjanti mneħħija meta dak l-injam ikun ġie soġġett għal trattamenti fitosanitarji xierqa. Madankollu, l-esperjenza wriet li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat aktar li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l-injam ikun ħieles mill-weraq u mill-fergħat, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tixrid tal-pest speċifikat. |
|
(15) |
Wara l-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, il-Portugall ikkonferma li l-eradikazzjoni tal-pest speċifikat f’diversi parroċċi fil-muniċipalitajiet ta’ Espinho, Gondomar, Maia, Matosinhos, Porto, Santa Maria da Feira u Vila Nova de Gaia fir-Reġjun ta’ Porto ma għadhiex possibbli. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-parroċċi jiżdiedu mal-lista rispettiva ta’ żoni infettati taħt trażżin, kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201. |
|
(17) |
Huwa xieraq li ż-żona fejn iridu jitwettqu stħarriġiet annwali fiż-żona infettata maġenb iż-żona ta’ lqugħ titnaqqas minn 5 għal 2 km, fil-każ ta’ żoni infettati soġġetti għat-trażżin. Dan it-tiċkin taż-żona se jippermetti li r-riżorsi disponibbli jiġu ffukati aħjar fuq il-prevenzjoni tat-tixrid tal-pest speċifikat. |
|
(18) |
Fiż-żoni infettati soġġetti għat-trażżin, iżda barra miż-żona msemmija fl-Artikolu 15(2), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, huwa xieraq li jiġu permessi t-tħawwil u t-tilqim tal-pjanti li jappartjenu għall-istess speċijiet ta’ pjanti li jkunu ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat abbażi ta’ stħarriġiet imwettqa fiż-żona infettata mill-inqas fl-aħħar sentejn. |
|
(19) |
F’konformità mal-Artikolu 19, il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, il-moviment tal-pjanti speċifikati huwa permess meta jkunu tkabbru matul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni tagħhom f’sit awtorizzat jew ikunu ilhom preżenti f’sit bħal dan mill-inqas matul l-aħħar 3 snin. Jenħtieġ li dan il-perjodu jitnaqqas minn 3 snin għal sena, filwaqt li jitqiesu l-miżuri rilevanti eżistenti li jiggarantixxu li l-pjanti jkunu ħielsa mill-pest speċifikat. |
|
(20) |
L-Artikolu 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jistabbilixxi r-regoli għall-moviment tal-pjanti li jkunu tkabbru f’żona demarkata matul parti minn ħajjithom. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li, fir-rigward taż-żoni infettati, il-pjanti jeħtieġ li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18, sabiex ikunu konsistenti mar-regoli speċifiċi stabbiliti f’dak l-Artikolu għat-tħawwil ta’ pjanti speċifikati f’dawk iż-żoni. |
|
(21) |
Huwa xieraq li mill-Artikolu 24(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, jitneħħa r-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni tas-sit bħala protett fiżikament, minħabba li diġà huwa kopert mill-parti introduttorja ta’ dak l-Artikolu. Barra minn hekk, u sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ protezzjoni fitosanitarja, jenħtieġ lifil-punt (c) ta’ dak l-Artikolu jiġi speċifikat li, miż-żewġ spezzjonijiet, mill-inqas l-aħħar waħda jenħtieġ li tinvolvi kampjunar u ttestjar. |
|
(22) |
Lavandula angustifolia Mill., Lavandula x intermedia Emeric ex Loisel., Lavandula latifolia Medik., Lavandula stoechas L. u Salvia rosmarinus Spenn. urew li jiġu infettati b’mod rikorrenti mill-pest speċifikat u jiffaċilitaw it-tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu inklużi fil-lista fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 28, il-punt (d), u fl-Artikolu 29, il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, peress li hemm rekwiżiti speċifiċi għall-pjanti li jippreżentaw l-ogħla riskju fir-rigward tat-tixrid tal-pest speċifikat. |
|
(23) |
Sabiex l-operaturi professjonali, l-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe utent jiksbu aktar ċarezza dwar il-passaporti tal-pjanti rispettivi li jikkonċernaw il-pest speċifikat, il-passaporti tal-pjanti li jiġu mċaqilqa fiż-żoni ta’ lqugħ jew minn żona ta’ lqugħ f’żona infettata jenħtieġ li jkollhom l-indikazzjoni “Żona ta’ lqugħ — XYLEFA”. |
|
(24) |
Il-pajjiżi terzi jsibu diffikultajiet fl-introduzzjoni ta’ testi jew kodiċijiet twal fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt ir-rubrika “post tal-oriġini” kif meħtieġ mill-Artikolu 29, il-punt (c), l-Artikolu 30(1), il-punt (c)(ii), l-Artikolu 30(2), il-punt (d)(ii). Sabiex jiġu ssimplifikati l-istruzzjonijiet għall-mili tal-informazzjoni fiċ-ċertifikati fitosanitarji, huwa xieraq li titneħħa l-indikazzjoni dwar il-post li fih dawk id-dettalji jeħtieġ li jiġu ppreżentati fiċ-ċertifikat fitosanitarju. |
|
(25) |
Fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, ir-referenza għall-pjanti ospitanti ma tikkorrispondix mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu, li jikkonċerna l-kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti tal-pjanti speċifikati. Għalhekk, dak l-Artikolu jenħtieġ li jiġi kkoreġut kif xieraq. |
|
(26) |
Fid-dawl tal-objettiv li jiġu razzjonalizzati u mnaqqsa l-obbligi ta’ rapportar u l-piż amministrattiv, l-obbligu għall-Istati Membri, skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, li jittrażmettu pjan dwar ċerti miżuri lill-Kummissjoni jenħtieġ li jitneħħa peress li ma weriex li huwa utli għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
|
(27) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, l-Awtorità aġġornat il-bażi tad-data tagħha ta’ pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, magħrufa li huma suxxettibbli għall-pest speċifikat (4). Għalhekk, Acer granatense Boiss., Castanea sativa Mill., Chenopodium album L., Clinopodium nepeta (L.) Kuntze, Cornus sanguinea L., Fraxinus angustifolia Vahl, Grevillea rosmarinifolia A. Cunn., Liquidambar styraciflua L., Lonicera periclymenum L., Mentha suaveolens Ehrh., Pyracantha coccinea M. Roem., Senecio inaequidens Dc. bħala pjanti ospitanti ta’ ċerti sottospeċijiet tal-pest speċifikat jeħtieġ li jiġu inklużi fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201. |
|
(28) |
Fir-rigward tal-ġeneru Rhamnus L., huwa xieraq li l-ispeċi Rhamnus alaternus L. tiġi elenkata fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, minħabba li skont l-aġġornament tal-pjanti ospitanti tal-Xylella spp. tal-bażi tad-data tal-Awtorità, din l-ispeċi biss instabet li hija suxxettibbli għall-infezzjoni mill-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex. |
|
(29) |
Jenħtieġ li Salvia apiana Jeps. titneħħa mil-lista ta’ pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex stabbilita fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, minħabba li bi żball ġiet inkluża bħala pjanta speċifikata. |
|
(30) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, ġew żviluppati testijiet molekulari ġodda għad-determinazzjoni tas-sottospeċijiet tal-pest speċifikat. Dawk it-testijiet ġew inklużi fl-Istandard dwar id-dijanjostika tal-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (OEPP) (5) u ġew ivvalidati wkoll mil-Laboratorju ta’ Referenza Ewropew. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiżdiedu mal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201. |
|
(31) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1770 (6) jelenka l-pjanti għat-tħawwil li mhumiex eżentati mir-rekwiżit tal-kodiċi tat-traċċabbiltà għall-passaporti tal-pjanti previst fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031. Dik il-lista jenħtieġ li tinkludi l-pjanti infettati mill-pest speċifikat miżjuda fl-Artikolu 25(2), fl-Artikolu 28, il-punt (d), u fl-Artikolu 29, il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201. |
|
(32) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 u (UE) 2020/1770 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(33) |
L-inklużjoni ta’ pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żerriegħa, ta’ Lavandula angustifolia Mill., Lavandula x intermedia Emeric ex Loisel., Lavandula latifolia Medik., Lavandula stoechas L. u Salvia rosmarinus Spenn fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28, il-punt (d), u l-Artikolu 29, il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, u fil-lista ta’ pjanti li jeħtieġu kodiċi tat-traċċabbiltà skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1770, jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Lulju 2025. Dan huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkollhom biżżejjed ħin biex jadattaw għal dawk ir-regoli l-ġodda. |
|
(34) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fil-pjanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi żona demarkata minnufih.”; |
|
(4) |
L-Artikolu 5(4) huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Artikolu 8 Miżuri kontra l-vetturi tal-pest speċifikat 1. Fiż-żona infettata, l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-istadji kollha tal-popolazzjoni tal-vettur tal-pest speċifikat. B’mod partikolari, għandu japplika dawk it-trattamenti qabel u matul it-tneħħija tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 7(1), matul l-istaġun tal-migrazzjoni tal-vetturi. Dawk il-prattiki għandhom jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tiddeċiedi li ma teqridx l-injam imsemmi fil-paragrafu 2, hija għandha tivverifika li dan ikun ħieles mill-weraq u mill-fergħat.” |
|
(8) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istat Membru kkonċernat għandu japplika trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-istadji kollha tal-popolazzjoni tal-vettur tal-pest speċifikat fuq il-pjanti msemmija fl-Artikolu 13(1) qabel it-tneħħija tagħhom, b’mod partikolari matul l-istaġun tal-migrazzjoni tal-vetturi, u madwar il-pjanti msemmija fl-Artikolu 13(2). Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu trattamenti kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti kontra l-vetturi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali.” |
|
(9) |
fl-Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(10) |
fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tiddeċiedi li ma teqridx l-injam imsemmi fil-paragrafu 2, hija għandha tivverifika li dan ikun ħieles mill-weraq u mill-fergħat.” |
|
(11) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 19, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 23, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 24(1), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(15) |
fl-Artikolu 25(2), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “B’deroga mill-paragrafu 1, il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, ta’ Coffea L., Lavandula angustifolia Mill., Lavandula dentata L., Lavandula x intermedia Emeric ex Loisel., Lavandula latifolia Medik., Lavandula stoechas L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., Prunus dulcis (Mill.) D.A.Webb u Salvia rosmarinus Spenn. jistgħu jiġu mċaqilqa fit-territorju tal-Unjoni għall-ewwel darba meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:”; |
|
(16) |
fl-Artikolu 27, it-tieni paragrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(17) |
L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
|
(20) |
fl-Artikolu 35, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru; |
|
(21) |
L-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness II, fil-lista ta’ “Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex”, titħassar l-entrata “Salvia apiana Jeps.”. |
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1770
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1770 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punt 15, il-punti 17(b) u 18(c), u l-Artikolu 3 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (ĠU L 269, 17.8.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1201/oj).
(3) Il-pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020: EN-1873. 76 pp. (https://doi.org/10.2903/sp.efsa.2020.EN-1873).
(4) Update of the Xylella spp. host plant database — systematic literature search up to 30 June 2023. EFSA Journal 2023; 21:e8477, DOI: https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8477.
(5) PM7/24(5) Xylella fastidiosa. DOI: https://doi.org/10.1111/epp.12923.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1770 tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar it-tipi u l-ispeċijiet ta’ pjanti għat-tħawwil li mhumiex eżentati mir-rekwiżit tal-kodiċi tat-traċċabbiltà għall-passaporti tal-pjanti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (ĠU L 398, 27.11.2020, p. 6, ELI http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1770/oj).
ANNESS I
EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2020/1201
L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness III, tiżdied il-Parti D li ġejja: “PARTI D Żona infettata fil-Portugall Iż-żona infettata fil-Portugall tinkludi ż-żona li ġejja:
Parti mill-parroċċi li ġejjin li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Espinho:
Paroċċi li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Gondomar:
Parti mill-parroċċi li ġejjin li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Gondomar:
Parti mill-parroċċi li ġejjin li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Maia:
Parti mill-parroċċi li ġejjin li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Matosinhos:
Paroċċi li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Porto:
Parti mill-parroċċi li ġejjin li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Porto:
Parroċċi li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Santa Maria da Feira:
Parti mill-parroċċi li ġejjin li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Santa Maria da Feira:
Muniċipalità ta’ Vila Nova de Gaia:
|
|
(4) |
fl-Anness IV, fil-Parti B “Testijiet molekulari għall-identifikazzjoni tas-sottospeċijiet tal-Xylella fastidiosa”, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*1) DOI: 10.3389/fpls.2019.01732." (*2) DOI: 10.1111/jam.14903.” " |
(*1) DOI: 10.3389/fpls.2019.01732.
(*2) DOI: 10.1111/jam.14903.” ”
ANNESS II
EMENDI TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2020/1770
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1770 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn “Coffea” u “Lavandula dentata L.”: “ Lavandula angustifolia Mill.”; |
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn “Lavandula dentata L.” u “Nerium oleander L.”: “ Lavandula x intermedia Emeric ex Loisel. Lavandula latifolia Medik. Lavandula stoechas L.”; |
|
(3) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn “Prunus dulcis (Mill.) D.A.Webb” u “Solanum tuberosum L.”: “ Salvia rosmarinus Spenn.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2507/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)