|
15.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 366/62 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1812
tal-14 ta’ Ottubru 2021
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 minn Graphite Cova GmbH, Showa Denko Carbon Holding GmbH u Tokai ErftCarbon GmbH (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti taħt il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati. |
|
(4) |
Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, kif indikat fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, huwa li addizzjonalment għal-livell tal-importazzjonijiet li jkunu kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkun hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw fir-RPĊ urew tnaqqis ta’ 59,1 % fl-erba’ xhur ta’ wara l-bidu (mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2021) meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2020). Id-data li segwiet wara l-bidu tqabblet mal-importazzjonijiet medji ta’ kull xahar mir-RPĊ għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sorsi tad-data huma l-bażi tad-data Comext (Eurostat) u l-Bażi tad-Data ta’ Sorveljanza. Sar aġġustament bil-għan li jiġi dedott liema prodotti ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-prodott (ara l-premessa (187)). |
|
(5) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ma għamlitx l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, peress li l-kundizzjoni fl-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, jiġifieri żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet, ma ġietx issodisfata. |
1.3. Il-partijiet interessati
|
(6) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat speċifikament lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lil importaturi, fornituri, utenti u negozjanti magħrufa, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(7) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(8) |
Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”), Eurofer, Misano, Sangraf, Trasteel u l-ilmentaturi talbu smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni. Dawn għamlu talba sal-iskadenzi stipulati u ngħataw opportunità li jinstemgħu. |
|
(9) |
Diversi partijiet interessati kkummentaw dwar il-bidu. Il-kummenti kkonċernaw b’mod speċjali d-definizzjoni tal-prodott, in-numru tal-kontroll tal-prodott, id-dannu tal-industrija tal-Unjoni, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-interess tal-Unjoni mhuwiex kriterju rilevanti biex jiġi vvalutat jekk ilment jiġġustifikax il-bidu ta’ proċediment anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawk il-kummenti ma ġewx ikkunsidrati fir-rigward tal-pretensjonijiet dwar il-bidu tal-proċedimenti. Barra minn hekk, il-kummenti li waslu wara l-iskadenza għall-kummenti kif stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu lanqas ma ġew ikkunsidrati f’dan l-istadju u se jiġu indirizzati fl-istadju definittiv. Il-pretensjonijiet dwar id-definizzjoni tal-prodott u t-talbiet għall-esklużjoni tal-prodott ġew indirizzati fit-Taqsima 2.3 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Rigward il-pretensjonijiet dwar id-dannu u l-kawżalità, l-ilmentaturi, abbażi tad-data TARIC urew iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-tnaqqis fil-prezz tagħhom. Huma wrew kemm il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet waqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw ukoll li t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiegħel lill-industrija tal-UE tbaxxi l-prezz tagħha taħt il-kost tal-produzzjoni. Dan wassal għal tnaqqis fil-bejgħ u l-profitabbiltà, u b’hekk poġġa lill-industrija f’sitwazzjoni ta’ dannu. Abbażi taċ-ċifri tal-industrija, huma komplew juru li, minn nofs l-2019 ’il quddiem, il-produtturi tal-Unjoni naqqsu b’mod sinifikanti l-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, kif ukoll il-prezzijiet u l-profitti tagħhom. |
|
(11) |
Bosta partijiet interessati semmew li l-produtturi Ċiniżi ma kinux preżenti ħafna fis-suq tal-elettrodi tal-grad UHP. Allegatament, iċ-Ċina kienet prinċipalment fis-suq tal-gradi HP/SHP, fejn l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tipproduċi fi kwantitajiet suffiċjenti. Dan allegatament kiser ir-rabta kawżali. Madankollu, l-ilmentaturi pprovdew biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet Ċiniżi dejjem aktar kienu jinkludu l-gradi UHP ukoll, u dan ġie kkonfermat mill-investigazzjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
1.5. Kampjunar
|
(12) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(13) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tal-produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 55 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u aktar minn 65 % tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun magħżul b’mod proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.5.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(15) |
Għaxar importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi mhux relatati abbażi tal-akbar volum ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni. Il-kampjun jammonta għal 64 % tal-volum totali tal-bejgħ irrapportat tal-prodott li qed jiġi investigat mill-importaturi li kkooperaw u 34,7 % tal-volum totali stmat tal-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.5.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(16) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, f’dak il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
Sitta u tletin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Barra minn hekk, il-kumpaniji magħżula biegħu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott li qed jiġi investigat, fis-suq domestiku tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dan il-kampjun ikopri 33 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea mir-RPĊ fil-perjodu ta’ investigazzjoni (ara l-premessa (24)). F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.6. L-eżami individwali
|
(18) |
Tnax-il produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat talbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, inklużi t-tliet produtturi inklużi fil-kampjun imsemmija hawn fuq. Madankollu, l-ebda produttur esportatur għajr għall-dawk fil-kampjun, ma ppreżenta kwestjonarju komplut sal-iskadenza. Għalhekk, ma setgħet titqies l-ebda talba għal eżami individwali. |
1.7. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
|
(19) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(20) |
Barra minn hekk, l-ilmentaturi pprovdew biżżejjed evidenza fl-ilment, ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi/lill-grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lit-tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (3) fil-jum tal-bidu. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, tliet importaturi mhux relatati, tmin utenti u tliet produtturi esportaturi. Sangraf Italy inizjalment ipprovdiet kwestjonarju għall-utent. Eventwalment Sangraf Italy tqieset bħala produttur u bħala tali, parti mill-industrija tal-Unjoni (ara l-Premessi (183) u (184)). |
|
(23) |
Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fl-istadju proviżorju. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-konstatazzjonijiet proviżorji tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (4). Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni
Produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
1.8. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(24) |
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(25) |
Fil-bidu, il-prodott ikkonċernat kien definit bħala elettrodi tal-grafit tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew inqas, u bżieżel użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk importati flimkien kif ukoll jekk b’mod separat, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 u ex 8545 90 90 (kodiċijiet TARIC 8545110010, 8545110015, 8545909010 u 8545909015). |
|
(26) |
Wara t-talba għall-esklużjoni tal-bżieżel mid-definizzjoni tal-prodott (ara t-Taqsima 2.3 hawn taħt), il-Kummissjoni rrevediet id-definizzjoni tal-prodott u ddefiniet il-prodott ikkonċernat bħala elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew inqas, kemm jekk mgħammra bil-bżieżel kif ukoll jekk le, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (il-kodiċijiet TARIC 8545110010 u 8545110015). |
|
(27) |
L-elettrodi tal-grafit huma prodotti tal-konsum użati l-aktar fil-produzzjoni tal-azzar tal-forn b’ark elettriku. Bħala tali, l-elettrodi tal-grafit huma komponent essenzjali għall-industrija tar-riċiklaġġ fid-dinja peress li huma l-uniku prodott li jista’ joffri konduttività tal-enerġija u jiflaħ għas-sħana meħtieġa biex jinħall ir-ruttam. Għalhekk, l-elettrodi tal-grafit jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tat-tnaqqis tal-użu tal-materja prima kif ukoll permezz tat-tnaqqis tal-kwantità ta’ skart mhux trattat. |
2.2. Prodott simili
|
(28) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(29) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott u t-talba għall-esklużjoni tal-prodott
|
(30) |
Erba’ pretensjonijiet rigward id-definizzjoni tal-prodott waslu għand produttur tal-Unjoni (Sangraf Italy), utent (NLMK Verona), importatur mhux relatat (CTPS Srl) u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina (“CCCME”) rispettivament. |
|
(31) |
Sangraf Italy talbet li teskludi l-bżieżel (jew il-pinnijiet ta’ konnessjoni) mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni peress li l-bżieżel ma għadhomx jiġu prodotti fl-Unjoni. Sangraf sostniet li ma tistax tixtrihom mingħand il-kompetituri tagħha. |
|
(32) |
Huwa mfakkar li l-bżieżel huma parti integrali u neċessarja mis-sistema ta’ elettrodi tal-grafit. Madankollu, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-bżieżel għandhom karatteristiċi differenti mill-korpi tal-elettrodi tal-grafit. Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll li ma hemmx aktar produzzjoni ta’ bżieżel fl-Unjoni u li ma hemm l-ebda suq kompetittiv distint għall-bżieżel. Il-bżieżel jinbiegħu lill-utent finali (il-produtturi tal-azzar) jew imwaħħlin mal-elettrodu tal-grafit jew okkażjonalment bħala spare part għall-utent finali. Madankollu, il-bżieżel huma speċifiċi għal kwalunkwe korp partikolari ta’ elettrodu tal-grafit u ma jinbigħux mill-fornituri ta’ sistemi ta’ elettrodi tal-grafit lil fornituri oħra bħal dawn. |
|
(33) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-definizzjoni tal-prodott jenħtieġ li tiġi definita bħala elettrodi tal-grafit, kemm jekk mgħammra bil-bżieżel kif ukoll jekk le, kif deskritt fil-premessa (26) hawn fuq. |
|
(34) |
NLMK Verona, produttur tal-azzar, talab li jiġu esklużi l-elettrodi b’dijametru ta’ 350 mm mid-definizzjoni tal-prodott. NLMK issostni li l-industrija tal-Unjoni ma tipprovdix provvista stabbli ta’ elettrodi b’tali dijametru, peress li l-industrija tal-Unjoni qed tiffoka fuq elettrodi b’dijametru akbar, li huma aktar profittabbli. COMAP SAS, importatur tal-elettrodi tal-grafit, ressqet argumenti simili għal elettrodi żgħar (b’dijametru bejn 130 u 250 mm). Bl-istess mod, is-CCCME talbet l-esklużjoni ta’ elettrodi b’dijametru ta’ inqas minn 450 mm. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni qieset li dawn l-elettrodi tal-grafit għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi, irrespettivament mid-daqs tagħhom. Għaldaqstant, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux. |
|
(36) |
CTPS Srl, importatur mhux relatat, talab l-esklużjoni tal-elettrodi HP (5)mid-definizzjoni tal-prodott. CTPS Srl iddikjarat li ma hemmx biżżejjed produzzjoni fl-Unjoni ta’ elettrodi HP. Barra minn hekk, CTPS Srl indikat li l-elettrodi HP u UHP ivarjaw fir-rigward tal-materja prima tagħhom, il-karatteristiċi tekniċi tagħhom u l-użi tagħhom. Misano S.p.A. żviluppat argumenti simili fis-sottomissjoni tagħha. Is-CCCME ressqet pretensjonijiet simili u talbet li jiġu esklużi l-elettrodi tal-grafit li mhumiex ta’ grad UHP. |
|
(37) |
L-ilmentaturi, min-naħa l-oħra, sostnew li ma hemm l-ebda distinzjoni ċara bejn il-gradi tal-elettrodi tal-grafit. Ma hemm l-ebda standard uffiċjali tal-industrija, li jippermetti distinzjoni ċara bejn l-elettrodi tal-grafit HP u UHP. Barra minn hekk, huma sostnew li, għal xi daqsijiet, gradi differenti ta’ elettrodi jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn l-elettrodi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bażiċi u li hemm ċertu livell ta’ trikkib fl-użu ta’ gradi differenti, li d-deskrizzjoni tagħhom fi kwalunkwe każ hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq awtodikjarazzjoni mill-produttur minħabba li ma hemm l-ebda standard tal-industrija rikonoxxut b’mod komuni għall-klassifikazzjoni. L-esklużjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn it-tipi għalhekk timmina l-effettività ta’ kull miżura anti-dumping u tiffaċilita l-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni. It-talbiet biex jiġu esklużi l-gradi HP u mhux UHP għalhekk ma ntlaqgħux. |
3. DUMPING
3.1. Il-Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(39) |
L-evidenza disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(40) |
Sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ elettrodi tal-grafit. Tnejn u tletin produttur esportatur issottomettew l-informazzjoni rilevanti. |
|
(41) |
Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(42) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, pajjiż rappreżentattiv xieraq possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jista’ jkun il-Messiku. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(43) |
Fit-22 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ħarġet l-Ewwel Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“l-Ewwel Nota” (6)) li fiha infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li hija kellha l-intenzjoni li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Ġew analizzati tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Messiku, il-Malasja u l-Federazzjoni Russa. Abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand Fangda Carbon New Material Co., LTD., Liaoning Dantan Technology Group Co., LTD., mill-produtturi esportaturi rrappreżentati mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”), kif ukoll mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit. |
|
(44) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2021, u wara li analizzat il-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni ħarġet it-Tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“it-Tieni Nota” (7)) (l-Ewwel Nota u t-Tieni Nota huma kollettivament imsejħa n-“Noti”). Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u profitti bbażati fuq dikjarazzjonijiet finanzjarji pubblikament disponibbli ta’ produttur attiv fin-negozju refrattorju mhux tat-tafal fil-Messiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand Fangda Carbon New Material Co., LTD., Liaoning Dantan Technology Group Co., LTD., mill-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCME, kif ukoll mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit. |
|
(45) |
Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet dwar it-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-Messiku kien għażla xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.4 ta’ hawn taħt. |
3.2. L-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku
|
(46) |
Mal-bidu tal-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet żewġ kwestjonarji dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet lill-GTĊ. Madankollu, il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda tweġiba. Il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ b’Note Verbale fil-15 ta’ Ġunju 2020 li kellha l-ħsieb li tagħmel użu mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku Ċiniż għall-elettrodi tal-grafit skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, u l-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet tal-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-GTĊ sabiex jippreżenta l-kumment tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18. Ma wasal l-ebda kumment. |
3.3. Valur normali
|
(47) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur.”. |
|
(48) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” ( “kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(49) |
Fil-kummenti tagħhom dwar in-Noti, Fangda Carbon New Material Co., LTD., Liaoning Dantan Technology Group Co., LTD., u l-produtturi esportaturi rrappreżentati mis-CCCME argumentaw li:
|
|
(50) |
B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-partijiet indikaw li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma jeżistix fl-ADA. Huma sostnew li l-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 2 tal-ADA ma tippermettix l-użu ta’ informazzjoni għajr dik fil-pajjiż esportatur sabiex jiġi stabbilit il-valur normali u li ma hemm xejn fl-ADA li jippermetti li jiġu injorati l-kostijiet u l-prezzijiet tal-produttur esportatur jew ta’ dawk eżistenti fil-pajjiż esportatur, u minflok jissostitwuhom bi prezzijiet jew valuri referenzjarji allegatament mingħajr distorsjoni f’dak l-hekk imsejjaħ pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-partijiet irreferew ukoll għat-tilwim tad-WTO DS473 Unjoni Ewropea – Miżuri anti-dumping dwar il-bijodiżil mill-Arġentina u DS494 Unjoni Ewropea – Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Kost u Ċerti miżuri Anti-dumping dwar l-Importazzjonijiet mir-Russja, filwaqt li fakkru li skont dawk id-deċiżjonijiet, għall-finijiet tal-kalkolu tal-kostijiet sabiex jinkiseb il-valur normali tal-prodott ikkonċernat meta ma jkunx jista’ jintuża l-prezz domestiku fil-pajjiż esportatur, l-awtoritajiet investigattivi ma humiex permessi jevalwaw il-kostijiet irrapportati fir-rekords miżmuma mill-esportatur/produttur skont valur referenzjarju mhux relatat mal-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini. |
|
(51) |
Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ evidenza dwar “distorsjonijiet sinifikanti”, il-partijiet qiesu l-ewwel li r-rapport dwar il-pajjiż li jikkonċerna r-RPĊ (minn issa ’l quddiem “ir-Rapport”) (8) jonqos milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u l-evidenza ta’ valur probattiv suffiċjenti peress li tħejja mill-Kummissjoni, tfassal biex jiffaċilita l-preżentazzjoni tal-ilmenti u għalhekk iħalli barra b’mod deliberat iċ-ċirkostanzi, l-elementi u l-konklużjonijiet fattwali, li jikkontradixxu jew jimminaw dan l-għan. Barra minn hekk, ir-Rapport huwa, fil-fehma tal-partijiet, skadut u għalhekk ma jistax jirrifletti l-allegati distorsjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jew fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, ir-Rapport ma jindirizzax speċifikament is-settur tal-elettrodi tal-grafit li jqajjem dubji dwar ir-rilevanza tiegħu għal din l-investigazzjoni. It-tieni, il-partijiet sostnew li s-settur Ċiniż tal-elettrodi tal-grafit huwa orjentat ħafna lejn is-suq, bi preżenza limitata biss ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”), li joperaw abbażi ta’ prinċipji tas-suq u kummerċjali u mingħajr regolamenti jew politiki speċifiċi adottati mill-GTĊ biex “jinkoraġġixxu” l-produzzjoni jew l-esportazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit. |
|
(52) |
Konsegwentement, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni ma għandhiex tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku iżda minflok jenħtieġ li taċċetta l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi rapportati fir-RPĊ. Madankollu, f’każ li l-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 2(6a), il-partijiet qiesu li l-valutazzjoni jenħtieġ li ssir separatament għal kull produttur esportatur, u għal kull fattur tal-produzzjoni. |
|
(53) |
It-Taqsima 3.3.1. hawn taħt tiddiskrivi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Din il-valutazzjoni tindirizza l-kummenti speċifiċi tal-partijiet dwar l-allegat nuqqas ta’ evidenza fir-rigward tad-distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-elettrodi tal-grafit fiċ-Ċina. Rigward il-pretensjoni ġenerali li r-Rapport huwa bbażat fuq għanijiet speċifiċi u għalhekk mhux imparzjali u oġġettiv, il-Kummissjoni l-ewwel nett tinnota li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inkluża leġiżlazzjoni Ċiniża, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħrajn ta’ politika ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan sar disponibbli għall-pubbliku f’Diċembru 2017 u għalhekk kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha. Peress li l-partijiet ma ppreżentaw l-ebda prova li tirribatti s-sustanza u l-evidenza li tinsab fir-Rapport, ħlief li indikaw in-nuqqasijiet astratti tar-Rapport f’termini tal-valur probattiv tiegħu, il-Kummissjoni jkollha tirrifjuta l-argument. Bl-istess mod, l-argument li r-Rapport huwa skadut wisq u ġeneriku wisq biex jirrifletti l-allegati distorsjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jew fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat ma jistax jiġi aċċettat. Il-leġiżlazzjoni u l-politiki li għandhom x’jaqsmu ma’ oqsma usa’ tal-ekonomija Ċiniża jew mal-pajjiż kollu b’mod ġenerali ma jistgħux jitqiesu irrilevanti sempliċiment minħabba li għandhom mnejn ma jsemmux speċifikament il-prodott li qed jiġi investigat. Bl-istess mod, sakemm il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-politiki tal-gvern jibqgħu fis-seħħ, dawn ikunu rilevanti għal din l-investigazzjoni, irrispettivament minn meta jkunu ġew promulgati jew imsemmija fir-Rapport. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-analiżi fit-Taqsima 3.3.1. tiddependi minn għadd ta’ sorsi, li fosthom ir-Rapport jirrappreżenta biċċa evidenza waħda biss. |
|
(54) |
Fir-rigward tal-argumenti tal-partijiet dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCME. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjonijiet tad-WTO f’DS473 u DS494 ma kinux jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, il-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tad-WTO u mill-Korp tal-Appell f’DS473, tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) jipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kawża DS494, il-Kummissjoni tfakkar ukoll li kemm l-Unjoni kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw għas-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tad-WTO, billi dawn ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima kkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tilwima. |
|
(55) |
Fir-rigward tal-pretensjoni tal-partijiet li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet jenħtieġ li tiġi vvalutata għal kull produttur esportatur u kull fattur ta’ produzzjoni b’mod individwali, il-Kummissjoni tfakkar li ladarba jiġi ddeterminat li, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni l-valur normali bl-użu ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li ma humiex soġġetti għal distorsjoni. Madankollu, l-ebda kost tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat ma seta’ jiġi stabbilit bħala wieħed mingħajr distorsjoni fid-dawl tal-evidenza disponibbli dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
|
(56) |
Għal dawn ir-raġunijiet ta’ hawn fuq u kif spjegat aktar hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.3.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.3.1.1.
|
(57) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali mill-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(58) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(59) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.”. |
|
(60) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Rapport li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f'ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll f'setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. |
|
(61) |
L-ilment kien fih informazzjoni addizzjonali għas-sejbiet tar-Rapport. Kien jikkwota sorsi addizzjonali, inkluż ir-Rapport tal-Istati Uniti tal-2019 dwar il-konformità taċ-Ċina mad-WTO (9), li jindika distorsjonijiet f’livelli differenti tal-ekonomija Ċiniża. L-ilment kompla jissottolinja li s-settur tal-elettrodi tal-grafit ġie investigat mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħrajn li sabu irregolaritajiet fis-settur (10). L-ilment barra minn hekk indika li għadd kbir ta’ manifatturi ewlenin tal-elettrodi tal-grafit huma SOEs, inklużi: Sinosteel Engineering & Technology (li qabel kienet Sinosteel Jilin Carbon), Shanxi Jinneng Group, Henan General Machinery, Jilin Songjiang Carbon u Kaifeng Carbon. Dan indika wkoll li hemm inizjattivi biex jinħolqu produtturi kbar ta’ elettrodi tal-grafit fiċ-Ċina, pereżempju Shanghai Baosteel Chemical, sussidjarja ta’ Baosteel Group, issieħbet mal-manifattur ewlieni privat tal-elettrodi tal-grafit Fangda Carbon biex ġiet stabbilita Baofang Carbon Material Technology, impriża konġunta li għandha l-għan li tipproduċi l-elettrodi tal-grafit tal-UHP fiż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku u Teknoloġiku ta’ Lanzhou, fil-Provinċja ta’ Gansu bl-ammont ta’ 100 000 tunnellata fis-sena (11). Fir-rapport annwali tagħha, Fangda Carbon, għalkemm hija proprjetà privata, tissottolinja li hija tallinja mill-qrib l-attivitajiet tagħha mal-għanijiet tal-GTĊ ( “l-operazzjonijiet normali tan-negozju tagħha huma relatati mill-qrib mal-politika nazzjonali”, filwaqt li tkompli tinsisti fuq il-fatt li “l-kumpanija se tiffoka mill-qrib fuq l-għan li tibni l-ewwel u l-akbar intrapriża b’saħħitha fil-karbonju tad-dinja, u (…) timplimenta bis-sħiħ l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” , kif ukoll tiżgura li “se taderixxi mal-gwida tal-era l-ġdida ta’ soċjaliżmu ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi” (12)). |
|
(62) |
L-ilment ikompli jispjega li anki l-intrapriżi privati spiss ikunu taħt influwenza diretta tal-gvern, pereżempju l-fergħa muniċipali tal-SASAC għandha sehem minoritarju f’Fushun Carbon, l-akbar produttur tal-elettrodi tal-grafit f’Liaoning, li jfisser li għandha influwenza diretta fuq il-kumpanija. Bl-istess mod, kumpanija ta’ investiment tal-Istat CITIC għandha sehem minoritarju f’Heifei Carbo, produttur importanti tal-elettrodi tal-grafit. |
|
(63) |
L-ilment indika wkoll li l-produtturi tal-materja prima ewlenija, il-kokk aċikulari (needle coke), huma wkoll fil-biċċa l-kbira SOEs. Skont l-ilment, il-produttur ewlieni tal-kokk aċikulari bbażat fuq il-petroleum u fuq il-faħam fiċ-Ċina huwa s-CNPC Jinzhou Petrochemical Company, sussidjarja ta’ PetroChina, li l-uniku azzjonist ta’ kontroll tagħha huwa ċ-China National Petroleum Corporation (CNPC), intrapriża kbira tal-Istat ġestita mill-SASAC. Barra minn hekk, Shanghai Baosteel Chemical, sussidjarja tal-kumpanija tal-Istat China Baowu Steel Group hija produttur ewlieni tal-kokk aċikulari. |
|
(64) |
L-ilment indika wkoll li l-produtturi ewlenin tal-elettrodi tal-grafit, kemm jekk SOEs kif ukoll jekk kumpaniji privati, huma membri tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Karbonju taċ-Ċina, li hija ssorveljata direttament mill-SASAC u mill-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili. Din l-organizzazzjoni għandha l-għan li ssegwi l-kmandament tal-Partit u timplimenta l-għanijiet u l-kompiti ewlenin iddeterminati mid-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista. |
|
(65) |
L-ilment ikkwota wkoll għadd ta’ eżempji ta’ konnessjonijiet personali bejn il-ġestjoni tal-produtturi tal-elettrodi tal-grafit u l-Partit Kommunista Ċiniż, (is-“CCP”), inkluża l-preżenza ta’ membri tas-CCP fost l-amministrazzjoni f'livell ogħla tal-produtturi tal-elettrodi tal-grafit, inkluż f’Fushun Carbon, Fangda Carbon, CIMM Group u fil-kumpaniji li jipproduċu materja prima ewlenija, bħal Ansteel Chemical u Shaanxi Coal and Chemical Industry Group. |
|
(66) |
L-ilment semma wkoll espansjoni kbira tal-kapaċità fil-Mongolja Interna (13). |
|
(67) |
L-ilment jelenka wkoll dokumenti ta’ gwida li jiggwidaw l-iżvilupp tal-industrija tal-elettrodi tal-grafit, inklużi: il-verżjoni tal-2013 u tal-2019 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali - miżura ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, li tipprovdi l-appoġġ għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit tal-UHP b’dijametru ta’ 600 mm u aktar; Il-Katalogu dwar il-Prodotti u s-Servizzi Ewlenin tal-Industriji Emerġenti Strateġiċi u l-Klassifikazzjoni tal-2018 tal-Industriji Emerġenti Strateġiċi, li jinkludu l-elettrodi tal-grafit fid-dispożizzjonijiet tal-“materjali l-ġodda”; It-13-il FYP għall-industrija tal-kimika tal-Provinċja ta’ Shanxi; It-13-il FYP tal-Provinċja ta’ Shanxi dwar l-Industrija tal-Materjali Ġodda u t-13-il FYP tal-Provinċja ta’ Shanxi dwar l-Iżvilupp Industrijali u tal-Informazzjoni; Pjan ta’ Ħames Snin għall-Punent ta’ Henan 2019-2025; Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni tal-Mongolja Interna għall-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji Emerġenti fir-Reġjun Awtonomu; Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Proġett tal-Bini ta’ Bażi Nazzjonali Ġdida għall-Materja Prima fil-Provinċja ta’ Liaoning jew il-Pjan ta’ Kostruzzjoni għat-Tisħiħ tal-Industrija tal-Provinċja ta’ Heilongjiang; Magħmul fiċ-Ċina 2025. Għadd ta’ dokumenti għandhom fil-mira l-kokk aċikulari, inkluż il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija u l-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali tal-2019 u fil-livell provinċjali. It-13-il FYP għal Żvilupp ta’ Industrija ta’ Materjal Ġdid ta’ Shanxi jimmira direttament lejn il-kokk aċikulari li huwa definit bħala industrija mħeġġa. Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Provinċja ta’ Shanxi dwar l-Iżvilupp Industrijali u tal-Informazzjoni jimmira lejn il-kokk aċikulari fir-rigward tal-għan tiegħu li jaċċellera t-trasformazzjoni tal-industriji tradizzjonali u li jħaffef l-iżvilupp tal-industrija potenzjali. |
|
(68) |
Kif indikat fil-premessa (46), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentaturi, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(69) |
Waslu kummenti f’dan ir-rigward mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (51), il-produtturi esportaturi affermaw li s-settur Ċiniż tal-elettrodi tal-grafit huwa orjentat ħafna lejn is-suq, bi preżenza limitata biss ta’ SOEs, li joperaw abbażi ta’ prinċipji tas-suq u kummerċjali u mingħajr regolamenti jew politiki speċifiċi adottati mill-GTĊ biex “jinkoraġġixxu” l-produzzjoni jew l-esportazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi faċilment disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
3.3.1.2.
|
(71) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dan il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija l- “forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (14). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (15). |
|
(72) |
Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is]-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (16) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles. |
|
(73) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (17). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(74) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet xorta waħda jinkludu miri espliċiti tal-output, li kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt) (18). |
|
(75) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom jeħtieġ li jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn taħt) (19). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (20). |
|
(76) |
It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex iddefinita, li għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (21). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (22). |
|
(77) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżultaw fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (23). |
3.3.1.3.
|
(78) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(79) |
Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (24). Inkambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (25). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-elettrodi tal-grafit huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.3.1.4 ta' hawn taħt. |
|
(80) |
Speċifikament fis-settur tal-elettrodi tal-grafit, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ, kif indikat fl-ilment u deskritt fil-premessa (61). L-investigazzjoni kkonfermat li għadd kbir ta’ kumpaniji, inklużi dawk elenkati fl-ilment huma tabilħaqq SOEs u li minkejja li ma teżisti l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar il-qasma eżatta bejn kumpaniji privati u SOEs, il-preżenza ta’ SOEs fis-settur tal-elettrodi tal-grafit hija sostanzjali, inkluż, fost l-oħrajn, l-entitajiet li ġejjin: Shanxi Jinneng Group Co., Ltd., Henan General Machinery, Kaifeng Carbon. Il-Kummissjoni tinnota wkoll il-preżenza fis-settur ta’ impriżi konġunti bejn kumpaniji privati u tal-Istat, bħal fil-każ ta’ Baofang Carbon Material Technology (ikkontrollata 51 % mill-Grupp Baowu proprjetà tal-Istat u 49 % minn Fangda Carbon New Material Co., LTD (26)) jew ta’ Fushun Carbon (b’65,5 % proprjetà ta' Fangda Carbon New Material Co., LTD u 34,5 % proprjetà ta' Fushun Longsheng State-owned Capital Operation Group Co., Ltd.). |
|
(81) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li diversi SOEs, bħas-CNPC Jinzhou Petrochemical (27) u Shanghai Baosteel (28) Chemical, huma involuti fil-produzzjoni tal-kokk aċikulari, materja prima essenzjali għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Barra minn hekk, SOE oħra, Ordos Weiyi High-Tech Materials (29), sussidjarja ta’ Baotou, hija involuta fi proġett ta’ espansjoni tal-kapaċità tal-kokk aċikulari fil-Mongolja Interna. |
|
(82) |
Minħabba l-livell għoli ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tal-elettrodi tal-grafit u l-preżenza sinifikanti ta’ SOEs fis-settur, kif ukoll fil-livell upstream, anki l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-elettrodi tal-grafit huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt. |
3.3.1.4.
|
(83) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (30), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (31)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex jipprijoritizzaw il-“patrijottiżmu” u biex jikkonformaw mad-dixxiplina tal-partit (32). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (33). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-elettrodi tal-grafit u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(84) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu “General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era” (“il-Linji Gwida”) (34), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (35). |
|
(85) |
Speċifikament fis-settur tal-elettrodi tal-grafit, kif diġà ġie indikat, ħafna mill-produtturi huma proprjetà tal-Istat u jiddikjaraw l-impenn tagħhom li jaderixxu mal-politiki industrijali tal-gvern, kif ukoll mar-rwol ewlieni tas-CCP. Pereżempju, il-kumpanija kummerċjali tal-Istat Henan General Machinery u l-produttur Kaifeng Carbon ilhom jenfasizzaw l-importanza tal-gwida tas-CCP għal bosta snin, b’Henan General Machinery tiddikjara li “iggwidata mill-kunċett xjentifiku ta’ żvilupp, [se] nimplimenta b’mod profond l-ispirtu tat-18-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (36) u Kaifeng Carbon jirrapporta dwar l-ewwel kungress tal-Partit tal-kumpanija li kellu suċċess diġà fl-2016 (37). Madankollu, l-influwenza tal-Istat u tal-Partit mhijiex limitata għal kumpaniji tal-istat iżda sseħħ ukoll f’kumpaniji privati, u dan jikkonferma l-influwenza dejjem tikber tas-CCP fis-settur privat deskritta fil-premessa hawn fuq. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-President tal-bord ta’ Fangda Carbon New Material Co., LTD., huwa wkoll membru tas-CCP (38). Barra minn hekk, il-kumpanija tiddikjara dan li ġej fir-rigward tal-attivitajiet tal-bini tal-Partit: “Fangda Carbon, bħala waħda mill-intrapriżi ewlenin tal-karbonju fid-dinja, timplimenta b’mod attiv il-kultura korporattiva filwaqt li tikkunsidra “il-Bini tal-Partit bħala r-Ruħ”. Matul is-snin, il-kumpanija ffukat mill-qrib fuq l-istrateġija ta’ żvilupp korporattiv tal-“bini ta’ Partit b’saħħtu biex tikber b’saħħitha”, integrat il-bini tal-Partit b’mod sod fil-produzzjoni u fl-operat tan-negozju tal-kumpanija, u ġabret enerġija pożittiva b’saħħitha għall-iżvilupp b’saħħtu u rapidu tal-kumpanija. […] Matul is-snin, Fangda Carbon kontinwament saħħet il-bini tal-organizzazzjoni tal-Partit […]. Il-kumitat tal-Partit tal-kumpanija rċieva l-premju ta’ “Pijunier Nazzjonali għall-Organizzazzjoni Avvanzata tal-Partit tal-Massa” […]” (39) Bl-istess mod, il-kumpanija Jilin Carbon Co. LTD., parti mill-Grupp Zhongze, tiddikjara: “L-organizzazzjonijiet tal-partiti fil-livelli kollha ta’ Zhongze Group iwettqu b’mod attiv sensiela ta’ attivitajiet ta’ bini tal-partit biex jiċċelebraw id-99 anniversarju tat-twaqqif tal-Partit Komunista taċ-Ċina, […] dimostrazzjoni tad-determinazzjoni, it-twemmin u r-responsabbiltà tal-intrapriżi privati li dejjem jaderixxu mat-tmexxija tal-Partit biex jgħinu fil-bini ta’ ekonomija soċjalista. […] Il-kumpaniji kollha f'Zhongze Group dejjem komplew jagħmlu biċċa xogħol tajba fil-bini tal-Partit, b’attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ lezzjonijiet tal-Partit u, l-organizzazzjoni ta’ lezzjonijiet dwar l-istorja tal-Partit, u l-istabbiliment ta’ mudelli avvanzati, il-wirt tal-ġene l-aħmar u ż-żamma tal-aspirazzjoni oriġinali.” (40) |
|
(86) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Karbonju taċ-Ċina, jiġifieri l-assoċjazzjoni tal-industrija tas-settur tal-elettrodi tal-grafit li tagħha Fangda Carbon New Material Co., LTD. hija membru u Viċi President, u Liaoning Dantan Technology Group hija membru u direttur permanenti, (41) jiddikjara b’mod ċar li l-iskop proprju tal-assoċjazzjoni huwa “li timplimenta l-linja tal-partit, il-linji gwida, u l-politiki” u li l-assoċjazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi l-organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tiżviluppa attivitajiet tal-partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit” (42). |
|
(87) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.3.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (43). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-elettrodi tal-grafit u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u mal-kostijiet. |
3.3.1.5.
|
(88) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (44). |
|
(89) |
L-industrija tal-elettrodi tal-grafit titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffukati fuq l-elettrodi tal-grafit, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. |
|
(90) |
Kif indikat fl-ilment u fil-premessa (67) ta' hawn fuq, jeżistu għadd kbir ta’ dokumenti ta’ gwida politika għall-industrija tal-elettrodi tal-grafit u għall-kokk aċikulari, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit. Ir-riċerka tal-Kummissjoni kkonfermat l-informazzjoni pprovduta fl-ilment f’dak ir-rigward. Pereżempju, l-elettrodi tal-grafit huma elenkati bħala industrija mħeġġa fil-punt VIII.2 tal-Katalogu ta’ Gwida tal-NDRC tal-2019 għall-Aġġustamenti tal-Industrija. Din id-dispożizzjoni tirreferi għal “elettrodi tal-enerġija b’potenza għolja ħafna b’dijametru ta’ 600 mm u aktar, briksijiet tal-karbonju mikroporużi u ultramikroporużi għall-fran tal-blast, grafit speċjali (b’qawwa għolja, densità għolja, purità għolja, modulu għoli), katodu tal-grafit (ta’ kwalità tajba), l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-fran tal-grafitizzazzjoni interna” (45). L-istess taqsima tal-Katalogu ta’ Gwida telenka wkoll il-kokk aċikulari: “L-użu tar-riżorsi tal-likwidu tal-iskart tad-desulfurizzazzjoni, it-trattament avvanzat u l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi tal-kokk, il-qatran tal-faħam u l-materjali bbażati fuq il-karbonju, il-kokk aċikulari miż-żift tal-faħam, l-użu b’valur miżjud għoli tal-gass tal-forn tal-kokk, il-gass mhux ipproċessat u l-ammonijaka ċirkolanti, eċċ.” B’mod simili, fuq il-livell provinċjali, it-tħaffif tat-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-industrija tal-faħam jirrappreżentaw waħda mill-prijoritajiet iddeżinjati tat-13-il FYP tal-provinċja ta’ Shanxi dwar l-Iżvilupp Industrijali u tal-Informazzjoni. Skont dak il-pjan, li jirreferi kemm għall-elettrodi tal-grafit kif ukoll għall-kokk aċikulari, il-provinċja jenħtieġ li: “tkompli tiżviluppa b’mod attiv is-sustanzi kimiċi tal-ipproċessar fin ta’ segwitu taż-żejt tal-ħasil, taż-żejt tal-fenol, taż-żejt tan-naftalen, taż-żejt tal-antraċene u ta’ frazzjonijiet oħra, li jiffokaw fuq il-promozzjoni ta’ kokk aċikulari abbażi ta’ żift u ta’ elettrodi tal-grafit tal-enerġija b’potenza għolja ħafna, iswed tal-karbonju speċjali, grafit nukleari, u materjali tal-karbonju b’valur miżjud għoli abbażi ta’ żift bħall-fibra tal-karbonju. Tippromwovi l-formazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni fuq skala kbira.” (46) Fil-livell muniċipali, eżempju jirrappreżenta l-Park Industrijali Xishe taż-Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Jishan f’Datong (Shanxi) fejn proġett ta’ elettrodi tal-grafit tal-enerġija b’potenza għolja ħafna mibni ġdid b’output annwali ta’ 60 000 tunnellata ta’ dijametru ta’ 600 mm u aktar b’investiment totali ta’ RMB 1,2 biljun qed jitqies bħala proġett provinċjali ewlieni. (47) Ir-riċerka tal-Kummissjoni kkonfermat ukoll li l-pjan ta’ Henan tal-Punent għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament tal-industrija u għall-bini ta’ żoni ta’ dimostrazzjoni, (48) il-pjan ta’ implimentazzjoni tal-Mongolja Interna għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industriji emerġenti fir-reġjun awtonomu (49), il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-Proġett tal-Bini ta’ Bażi Nazzjonali Ġdida ta’ Materja Prima fil-Provinċja ta’ Liaoning, (50) kif ukoll il-Pjan ta’ Kostruzzjoni għat-Tisħiħ tal-Industrija tal-Provinċja ta’ Heilongjiang (51) jidhru fost id-dokumenti tal-politika industrijali mmirati lejn is-settur tal-elettrodi tal-grafit. |
|
(91) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi attivi fis-settur tal-elettrodi tal-grafit jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-kokk aċikulari bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.3.1.6.
|
(92) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (52). |
|
(93) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (53). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (54). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (55). |
|
(94) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-elettrodi tal-grafit huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u meta d-drittijiet għall-użu tal-art jiġu allokati fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anki fis-settur tal-elettrodi tal-grafit. |
|
(95) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-elettrodi tal-grafit, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. |
3.3.1.7.
|
(96) |
Ma huwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (56). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (57). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (58). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ. |
|
(97) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-elettrodi tal-grafit mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk is-settur tal-elettrodi tal-grafit huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.3.1.8.
|
(98) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(99) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (59), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (60) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (61). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (62). |
|
(100) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(101) |
Pereżempju, il-GTĊ dan l-aħħar iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni fil-kumpaniji (63). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (64). |
|
(102) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (65). |
|
(103) |
Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (66). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(104) |
It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(105) |
It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fil-valur referenzjarju jew taħtu għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (67). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel.” (68) Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(106) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(107) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. |
|
(108) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-elettrodi tal-grafit se jkun eżentat mill-intervent mill-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.3.1.9.
|
(109) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.2 - 3.3.1.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.3.1.6 - 3.3.1.8 ta’ hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġu prodotti l-elettrodi tal-grafit, hija meħtieġa firxa ta’ inputs, bħal, fost l-oħrajn, il-kokk petroliferu, il-kokk petroliferu aċikulari, il-kokk taż-żift aċikulari, kif ukoll l-elettriku (ara t-Taqsima 2.1). Skont l-evidenza fil-fajl, ir-RPĊ hija wieħed mill-produtturi ewlenin tal-kokk aċikulari — il-materja prima ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit u l-produtturi esportaturi fil-kampjun kisbu l-biċċa l-kbira tal-inputs tagħhom fir-RPĊ (jiġifieri aktar minn 70 % f’termini tal-valur tax-xiri). Meta l-produtturi tal-elettrodi tal-grafit jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(111) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-elettrodi tal-grafit ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
3.3.1.10.
|
(112) |
L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.3.1.2. sa 3.3.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-elettrodi tal-grafit uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent sostanzjali mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti mill-produtturi esportaturi li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ distorsjonijiet sinifikanti (ara l-premessa (69)) u kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(113) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.3.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.2.1.
|
(114) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(115) |
Kif spjegat fil-premessi (43) u (44), il-Kummissjoni ħarġet u poġġiet fuq il-fajl żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. In-Noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej. |
3.3.2.2.
|
(116) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat il-pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Bank Dinji kklassifika lil dawn il-pajjiżi bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. Madankollu, produzzjoni mdaqqsa tal-prodott li qed jiġi investigat instabet li teżisti biss fi tliet pajjiżi, jiġifieri l-Malasja, il-Messiku u r-Russja. |
|
(117) |
Wara t-Tieni Nota, is-CCCME u Fangda Carbon New Material Co., LTD affermaw li l-Malasja, il-Messiku u r-Russja ma humiex għażliet xierqa għall-pajjiż rappreżentattiv, u rrakkomandaw pajjiżi possibbli oħrajn, b’mod partikolari l-Ukrajna u l-Indja. Iż-żewġ partijiet innotaw li l-Kummissjoni, fi proċediment reċenti, għażlet lill-Indja bħala l-pajjiż rappreżentattiv (70). |
|
(118) |
Fir-rigward tal-investigazzjoni msemmija hawn fuq mill-partijiet, il-Kummissjoni użat lill-Indja bħala pajjiż rappreżentattiv peress li l-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni deher li ġie prodott biss fl-Indja u fl-Istati Uniti tal-Amerka. Barra minn hekk, peress li din l-investigazzjoni kienet rieżami ta’ skadenza li fiha l-kwistjoni kienet jekk id-dumping kienx probabbli li jkompli jew li jerġa’ jseħħ irrispettivament mil-livell attwali ta’ dumping, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk l-Indja setgħetx b’mod eċċezzjonali tikkostitwixxi l-bażi biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ. |
|
(119) |
Barra minn hekk, in-Noti fihom anness speċifiku biex jiggwida lill-partijiet fil-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar pajjiżi u/jew kumpaniji rappreżentattivi addizzjonali possibbli għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ partijiet naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni għall-istandard u l-livell ta’ dettall meħtieġa preskritti mill-imsemmi anness. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-Indja u l-Ukrajna għandhom livell ta’ żvilupp ekonomiku inferjuri għal dak tar-RPĊ kif definit mill-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji filwaqt li l-Malasja, il-Messiku u r-Russja għandhom livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak tar-RPĊ. Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku, li jordna li l-valur normali jiġi stabbilit abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, dawn il-pajjiżi tqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali xierqa, u ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġu kkunsidrati pajjiżi b’livell aktar baxx ta’ żvilupp ekonomiku bħall-Indja u l-Ukrajna. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn il-pretensjonijiet. |
3.3.2.3.
|
(121) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi li fihom il-prodott ikkonċernat qed jiġi prodott, jiġifieri l-Malasja, il-Messiku u r-Russja, id-disponibbiltà tad-data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. |
|
(122) |
Fir-rigward tal-Federazzjoni Russa, ir-rapporti finanzjarji tal-produtturi identifikati kienu jikkonċernaw biss l-2019. Barra minn hekk, kumpanija waħda fir-Russja kienet qed tagħmel it-telf. Barra minn hekk, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ distorsjonijiet eżistenti fis-suq Russu li kellhom impatt fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat u mminaw lir-Russja bħala pajjiż rappreżentattiv adattat. |
|
(123) |
Fir-rigward tal-Malasja, ir-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku datati lura għall-2017, jagħmluhom skaduti meta mqabbla mal-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, kien hemm żewġ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-Malasja, għalkemm kellhom impatt immaterjali fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat li jirrappreżenta madwar 1 % tal-kost tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Sadanittant, il-Kummissjoni kisbet aċċess għal rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku għall-2020 ta’ Showa Denko Malaysia (71) iżda l-kumpanija kienet qed tagħmel telf għal dik is-sena. B’riżultat ta’ dan, peress li ma kien hemm l-ebda produttur profittabbli f’dan il-pajjiż b’data faċilment disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ma qisitx li l-Malasja kienet pajjiż rappreżentattiv adattt. |
|
(124) |
Fir-rigward tal-Messiku, il-Kummissjoni identifikat produttur wieħed, jiġifieri GrafTech Mexico S.A. de C.V (“GrafTech Mexico”). Għalkemm ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija ma kinux disponibbli faċilment, il-Kummissjoni identifikat ir-Rapport Annwali ta’ GrafTech Group (“GrafTech International”) għall-2020 li kien fih ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, kollox ma’ kollox, din dehret li kienet l-aħjar data faċilment disponibbli. Fl-aħħar nett, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li l-Messiku kellu r-rekwiżiti tal-importazzjoni fuq l-elettrodi tal-grafit (kodiċijiet tariffarji 8545 11 u 8545 90) fil-forma ta’ rekwiżiti tat-tikkettar. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti ta’ tikkettar mhumiex speċifiċi għall-prodott iżda japplikaw għall-prodotti kollha importati fil-Messiku. Ir-regolament rilevanti tal-Messiku (72) jipprevedi regoli ġenerali li jiżguraw li t-tikketti ma jqarrqux bil-konsumaturi jew bl-utenti finali fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u bħala tali ma jikkostitwixxux restrizzjoni fuq l-importazzjoni. Għalhekk, dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx impatt importanti fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(125) |
Wara l-Ewwel Nota, fis-sottomissjonijiet tagħhom, Fangda Carbon New Material Co., Ltd., Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. u s-CCCME sostnew li GrafTech Mexico ma kinitx għażla adattata. L-ewwel nett, peress li l-uniċi rapporti finanzjarji disponibbli kienu kontijiet konsolidati li jikkonsistu mhux biss mill-Messiku, iżda wkoll mis-sussidjarji l-oħra madwar id-dinja, dawn il-kontijiet konsolidati kienu jinkorporaw kumpaniji minn pajjiżi li ma setgħux jitqiesu fl-istess livell ta’ żvilupp bħaċ-Ċina u li ma kinux jirriflettu l-ispejjeż ġenerali fissi tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt tal-Messiku, jekk il-Messiku kellu jsir il-pajjiż rappreżentattiv għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. sostniet li, jekk il-Messiku jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv, il-profitt ta’ GrafTech International Ltd irid jiġi aġġustat biex jirrifletti l-livell raġonevoli ta’ profitt tal-operazzjoni tal-elettrodi tal-grafit, peress li l-livell ta’ profitt konsolidat ta’ GrafTech International Ltd huwa għoli b’mod eċċessiv, li jirriżulta min-natura kompletament integrata vertikalment tal-operazzjoni ta’ GrafTech, fejn il-kumpanija tipproduċi l-kokk petroliferu aċikulari tagħha stess minflok tiddependi minn fornituri ta’ partijiet terzi. Fl-aħħar nett, is-CCCME qajmet dubji dwar l-oġġettività ġenerali ta’ kull data kif ipprovduta minn GrafTech Mexico, minħabba li GrafTech International Ltd hija parti li qed tappoġġa l-Ilment. |
|
(126) |
Fl-aħħar nett, Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. ressqet osservazzjoni aktar ġenerali, jiġifieri li l-profittabbiltà għall-2020 se titnaqqas ħafna meta mqabbla mal-2019 minħabba l-fenomenu ċikliku ta’ din l-industrija u l-effetti tal-pandemija globali dan l-aħħar. Għalhekk, sakemm ma ssirx disponibbli d-data finanzjarja individwali ta’ GrafTech Mexico fl-2020, il-Messiku ma jissodisfax ir-rekwiżit bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a). |
|
(127) |
Kif iddikjarat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni sabet online ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ GrafTech International Ltd. Fl-Ewwel Nota dawn kienu jikkonċernaw is-sena fiskali 2019, (73) , filwaqt li fit-Tieni Nota – is-sena fiskali 2020 (74).. |
|
(128) |
Fir-rigward tal-pretensjoni li l-kontijiet konsolidati ta’ GrafTech International Ltd. jinkorporaw kumpaniji li ma jirriflettux l-ispejjeż ġenerali fissi tal-manifattura, SG&A u l-profitt tal-Messiku, id-data disponibbli minn GrafTech International Ltd. hija speċifika għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, peress li l-uniku prodott li jimmanifattura l-grupp huwa l-elettrodi tal-grafit. Fi kliem ieħor, id-data finanzjarja kkonsolidata tal-grupp tirrifletti kemm il-prestazzjoni tal-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit kif ukoll l-ispejjeż fissi ġenerali tal-manifattura tiegħu, l-SG & A u l-profitt tal-elettrodi tal-grafit billi l-grupp ma jimmanifattura l-ebda prodott ieħor għajr l-elettrodi tal-grafit. GrafTech International ltd. kienet qed tagħmel profitt ukoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, GrafTech Mexico hija wkoll kumpanija ta’ daqs simili għall-kumpaniji Ċiniżi u għandha wkoll produzzjoni importanti tal-prodott ikkonċernat. |
|
(129) |
Fl-aħħar nett, id-data minn kwalunkwe produttur ieħor ikkunsidrat minn pajjiżi oħrajn ma setgħetx tintuża għar-raġunijiet spjegati u l-ebda waħda mill-partijiet li ppreżentaw kummenti wara l-Ewwel Nota ma ppreżentat alternattivi. |
|
(130) |
Madankollu, fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga wkoll jekk kienx hemm xi produtturi fl-istess kategorija jew f’kategoriji simili ta’ prodotti bħall-prodott li qed jiġi investigat fil-Messiku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-profitt iddikjarat fil-kontijiet konsolidati tal-2020 ta’ GrafTech International kien tabilħaqq straordinarjament għoli (35,5 % espress fuq bażi ta’ dħul). Fost il-produtturi Messikani li jipproduċu l-istess prodotti jew kategoriji ta’ prodotti simili għall-prodott li qed jiġi investigat, f’dan l-istadju l-Kummissjoni identifikat kumpanija waħda biss li kellha data disponibbli għall-2020. Jiġifieri Reotix Materiales Refractarios, S.A. de C.V (“Reotix Materiales Refractarios”), kumpanija attiva fin-negozju refrattorju mhux tat-tafal. Il-profitt miksub minn dik il-kumpanija fl-2020 kien ta’ 4,7 %. Fin-nuqqas ta’ kull data affidabbli oħra faċilment disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni qieset li dan il-profitt jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn produttur fil-Messiku tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(131) |
Min-naħa l-oħra, l-SG & A ta’ Reotix Materiales Refractarios, dehru li kienu ta’ 39,0 % fuq bażi ta’ dħul. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni sabet li huwa aktar raġonevoli li tiddependi fuq l-SG & A rrappurtati fir-Rapport Annwali għall-2020 ta’ GrafTech International Ltd, li kienu 5,9 % fuq bażi ta’ dħul, peress li dawn kienu relatati mal-prodott ikkonċernat, u, parzjalment, ma’ GrafTech Mexico. |
|
(132) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kull data affidabbli oħra, il-Kummissjoni qieset li l-ammont ta’ SG & A ta’ GrafTech International Ltd u l-profitt miksub minn Reotix Materiales Refractores mhumiex distorti u huma raġonevoli skont it-tifsira tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(133) |
B’reazzjoni għat-Tieni Nota, is-CCCME u Fangda Carbon New Material Co., LTD u Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd opponew l-użu tal-SG&A miksuba minn GrafTech International Ltd peress li ġew mid-data finanzjarja konsolidata ta’ diversi kumpaniji stabbiliti f’pajjiżi b’livell differenti ta’ introjtu, inklużi pajjiżi b'introjtu għoli, madankollu, mingħajr ma ppreżentaw argumenti ġodda meta mqabbla ma’ argumenti simili li tressqu wara l-Ewwel Nota, jew xi evidenza f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-CCCME u Fangda Carbon New Material Co., LTD appoġġaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża profitt raġonevoli. |
|
(134) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra jew tas-sottomissjoni ta’ kull data oħra faċilment disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li s-sorsi li pproponiet li tuża għall-SG & A u l-profitt huma mingħajr distorsjoni u huma raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) l-aħħar paragrafu tar-Regolament bażiku. |
3.3.2.4.
|
(135) |
Wara li ġie stabbilit li l-Messiku kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2.5.
|
(136) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Messiku ssodisfa l-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(137) |
Fil-kummenti tagħhom, Fangda Carbon New Material Co., Ltd., Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. u s-“CCCME” saħqu li jrid jinstab ir-raba’ pajjiż rappreżentattiv alternattiv. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-partijiet ma pproponiet pajjiż rappreżentattiv alternattiv. Hawnhekk jenħtieġ li jiġi ssottolinjat li, tabilħaqq, mill-pajjiżi kollha bi żvilupp ekonomiku komparabbli mar-RPĊ, il-Kummissjoni identifikat, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, li l-Messiku, il-Malasja u r-Russja biss kellhom il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Barra minn hekk, minn dawn it-tliet pajjiżi, kien biss fil-Messiku li d-data rilevanti kienet faċilment disponibbli. |
|
(138) |
Fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u l-fatti rilevanti kollha meqjusa fit-totalità tagħhom, il-Kummissjoni b’mod proviżorju ddeċidiet li tuża lill-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv adattat għall-fini li tistabbilixxi l-valur normali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kumpanija GrafTech Mexico ibbażata fil-Messiku f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
3.3.3. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni
|
(139) |
Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-partijiet interessati u ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, fl-Ewwel Nota l-Kummissjoni stabbiliet lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni bħal materjali, enerġija u manodopera użati għall-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(140) |
F’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni identifikat ukoll sorsi li għandhom jintużaw biex jiġu stabbiliti prezzijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Is-sors ewlieni li l-Kummissjoni pproponiet li jintuża inkluda l-Atlas tal-Kummerċ Globali (il-“GTA”). Fl-aħħar nett, fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet ta’ fatturi ta’ produzzjoni tas-Sistema Armonizzata (SA) li abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment ġew ikkunsidrati biex jintużaw għall-analiżi tal-GTA. |
|
(141) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni pubblikament disponibbli dwar valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’din in-Nota. |
|
(142) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni aġġornat il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni abbażi tal-kummenti tal-partijiet u l-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fit-tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(143) |
Fit-tieni Nota, il-Kummissjoni pproponiet li tuża d-data tal-importazzjoni Malasjana biex tistabbilixxi l-prezz tal-kokk petroliferu (HS 2713 12) minflok il-prezz tal-importazzjoni Messikan, wara l-kummenti tal-produtturi esportaturi u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit li l-istatistika tal-importazzjoni tal-kokk petroliferu fil-Messiku ma kinitx tirrifletti biżżejjed il-grad tal-kwalità tal-kokk aċikulari kif użat fil-manifattura tas-sistemi ta’ elettrodi tal-grafit. |
|
(144) |
Wara t-Tieni Nota, diversi partijiet iddikjaraw li l-Kummissjoni ma għandhiex tuża d-data tal-importazzjoni Malasjana biex tistabbilixxi l-prezz tal-kokk petroliferu (SA 2713 12) peress li l-kwantità rrapportata fl-istatistika Malasjana hija baxxa ħafna u mhux rappreżentattiva. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni u ddeċidiet li tistabbilixxi proviżorjament il-valur referenzjarju għall-kokk petroliferu abbażi tal-prezz tal-importazzjoni Messikan. |
|
(146) |
Fit-tieni Nota, il-Kummissjoni rrapportat ukoll li fil-Messiku ma hemm l-ebda importazzjoni tal-qatran tal-faħam (SA 2708 20) u għalhekk iddeċidiet li tuża l-Malasja għall-istabbiliment ta’ dan il-valur referenzjarju. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-partijiet ma opponewx din id-deċiżjoni fil-kummenti tagħhom dwar it-Tieni Nota. |
|
(148) |
Parti minnhom iddikjarat li l-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit il-prezz tal-importazzjoni CIF tal-Messiku ma kinitx korretta peress li l-Kummissjoni użat l-istess proporzjon tal-kostijiet tal-merkanzija abbażi ta’ kodiċi HS uniku (jiġifieri 2713) għal kull pajjiż esportatur u għall-valuri referenzjarji kollha. Barra minn hekk, is-sett tad-data użat huwa skadut peress li l-aħħar sena finanzjarja disponibbli hija mill-2016. |
|
(149) |
Filwaqt li l-parti sostniet li l-metodoloġija mhijiex korretta, ma ġiet proposta l-ebda soluzzjoni alternattiva. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istima tibqa’ l-aktar preċiża għad-dispożizzjoni tagħha. |
|
(150) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2 (6a)(a) tar-Regolament bażiku:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.3.3.1.
|
(151) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni (CIF) għall-pajjiż rappreżentattiv, kif irrapportat fil-GTA, mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina peress li kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (ara t-Taqsima 3.3.1 ta’ hawn fuq). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw l-esportazzjoni. Għall-Messiku, l-esklużjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u ta’ xi Membri mhux tad-WTO ma kellhiex impatt sinifikanti, peress li l-bqija tal-importazzjonijiet xorta kienu jirrappreżentaw madwar 99 % tal-volumi totali tal-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv. Fil-Malasja, għall-importazzjonijiet tal-kokk taż-żift mill-qatran tal-faħam, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jirrappreżentaw 55 % tal-importazzjonijiet totali. Fejn xieraq, il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ġie aġġustat għad-dazji tal-importazzjoni. |
|
(152) |
Għal għadd żgħir ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ttrattat dawk il-fatturi ta’ produzzjoni bħala oġġetti tal-konsum, kif spjegat fil-premessa (166). |
|
(153) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.3.3.2.
|
(154) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO li tipprovdi informazzjoni dwar il-qligħ medju fix-xahar tal-impjegati u s-sigħat medji fil-ġimgħa effettivament maħduma għal kull persuna impjegata fil-Messiku fl-2020. Il-qligħ ta’ kull xahar ma jinkludix il-kost tas-sigurtà soċjali u t-taxxi mġarrba mill-impjegatur. Tali informazzjoni hija disponibbli fil-Librerija tal-OECD għall-istess sena (76). |
3.3.3.3.
|
(155) |
Il-prezz tal-elettriku fil-Messiku huwa ppubblikat mill-Kummissjoni tal-Elettriku tal-Messiku. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali kif ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Messiku. |
|
(156) |
Wara t-Tieni Nota, Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. sostniet li l-prezzijiet tal-elettriku fil-Messiku huma distorti ’l fuq u għalhekk jenħtieġ li jorħsu peress li l-iżvilupp tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli ġie mminat mill-Istat tal-Messiku. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-parti ma ppreżentat l-ebda evidenza li tappoġġa l-pretensjoni tagħha, għajr dikjarazzjonijiet vagi. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx. |
3.3.3.4.
|
(158) |
Il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fil-Messiku kif ippubblikat mill-Comisión Reguladora de Energía (77) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-gass industrijali fil-faxxa tal-konsum korrispondenti f’gigajoules li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.3.3.5.
|
(159) |
Il-Kummissjoni analizzat il-prattiki kontabilistiċi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li jappartjenu għal prodotti sekondarji u skart. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni aġġustat il-kost tal-produzzjoni mibni f’konformità mal-prattiki kontabilistiċi ta’ kull kumpanija li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti sekondarji u skart. |
3.3.3.6.
|
(160) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(161) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(162) |
Sabiex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja ta’ GrafTech International Ltd għall-SG&A u ta’ Reotix Materiales Refractores għall-profitt. |
3.3.4. Kalkolu tal-valur normali
|
(163) |
Abbażi tal-prezzijiet u l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(164) |
Sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura għal kull entità legali li timmanifattura u tesporta l-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni ssostitwiet, għal kull produttur esportatur, fatturi ta’ produzzjoni mixtrija kemm minn partijiet relatati kif ukoll minn partijiet mhux relatati bil-fatturi ta’ produzzjoni identifikati fit-Tabella ta’ hawn fuq. |
|
(165) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura bbażati fuq il-fatturi ta’ produzzjoni mixtrija minn kull waħda mill-kumpaniji. Hija mbagħad applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali tal-produzzjoni ta’ kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-Kummissjoni naqqset il-kostijiet tal-manifattura bil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-prodotti sekondarji użati mill-ġdid fil-proċess ta’ produzzjoni. |
|
(166) |
It-tieni, biex tasal għal kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-oġġetti tal-konsum imsemmija fil-premessa (152) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura li effettivament ġew imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(167) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni żiedet l-SG&A u l-profitt li ġew espressi bħala perċentwal tal-kost tal-prodotti mibjugħa u applikati għall-kost totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura (jiġifieri l-SG&A ammontaw għal 12,0 % u l-profitt ammonta għal 8,9 %). |
|
(168) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(169) |
Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. esportat il-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat permezz ta’ żewġ negozjanti relatati fiċ-Ċina. Produttur esportatur ieħor, Chengdu Rongguang Carbon Co., Ltd., li huwa parti mill-grupp Fangda Carbon New Material Co., Ltd., esporta biss parti mill-produzzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat permezz ta’ negozjant relatat fiċ-Ċina. B’kuntrast, Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd. biegħet biss direttament lill-Unjoni. |
|
(170) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni għal Zhongji kien il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku għat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun. |
3.5. Tqabbil
|
(171) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ex-works. |
|
(172) |
Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, għall-assigurazzjoni, għall-immaniġġar u għat-tagħbija, għall-kostijiet ta’ kreditu, għall-imposti bankarji, kummissjonijiet u dazji doganali. |
|
(173) |
Peress li Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd. u Chengdu Rongguang Carbon Co., Ltd., parti mill-grupp Fangda Carbon New Material Co., Ltd., esportaw permezz ta’ negozjant relatat fiċ-Ċina, il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku billi dawn in-negozjanti kienu qed jaġixxu bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni. L-aġġustament ammonta għall-SG&A u profitt tan-negozjant. |
3.6. Marġnijiet tad-dumping
|
(174) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(175) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(176) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(177) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma humiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 21,6 %. |
|
(178) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat. |
|
(179) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu biss madwar 62 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li ma kkooperawx fil-livell tal-ogħla marġni tad-dumping stabbilit għal tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produttur esportatur bl-ogħla marġni tad-dumping misjub. Il-marġni tad-dumping stabbilit b’dan il-mod kien ta’ 66,5 %. |
|
(180) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(181) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn ħames kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(182) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 164 460 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (13), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 55 % tal-volum totali tal-produzzjoni u aktar minn 65 % tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(183) |
L-ilmentaturi talbu li jeskludu lil Sangraf Italy mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li Sangraf Italy u l-kumpanija relatata tagħha Sangraf Henan mir-RPĊ huma t-tnejn ikkontrollati għalkollox minn Gaoshuo Group ibbażat f’Hong Kong (Hong Kong), li fl-aħħar mill-aħħar hija proprjetà ta’ Sanergy Group Limited, inkorporata fil-Gżejjer Cayman. |
|
(184) |
L-investigazzjoni wriet li Sangraf Italy importat bżieżel mill-kumpanija relatata tagħha fir-RPĊ iżda pproduċiet korpi ta’ elettrodi tal-grafit f’Narni, l-Italja. Sangraf wriet ukoll li qed topera fl-UE b’ċertu grad ta’ awtonomija operattiva. Sangraf Italy hija ġestita mill-Italja, filwaqt li l-Group (Sangraf international) huwa mmaniġġjat mill-Istati Uniti. Minn perspettiva ta’ parteċipazzjoni azzjonarja, il-kumpanija azzjonarja kontrollanti aħħarija hija inkorporata fil-Gżejjer Cayman. Sangraf Italy hija wkoll membru sħiħ tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafit. |
|
(185) |
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, Sangraf Italy tqieset bħala parti mill-industrija tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. It-talba biex Sangraf Italy tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni għalhekk ma ntlaqgħetx. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(186) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u l-volumi ta’ importazzjonijiet (fil-livell TARIC) irrapportati f’Eurostat. |
|
(187) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(188) |
Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni ta’ elettrodi tal-grafit naqas b’25 %. Is-snin 2017 u 2018 urew konsum għoli xprunat minn domanda għolja tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni, li kienet fil-proċess tal-irkupru mill-kriżi tal-azzar. Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ żieda f’daqqa fil-prezzijiet tal-elettrodi tal-grafit, il-produtturi tal-azzar kienu qed jibnu ħażniet ta’ elettrodi tal-grafit bil-biża’ ta’ żieda addizzjonali. Fl-2019, il-produzzjoni tal-azzar minn fran b’ark elettriku laħqet punt baxx (-6,6 %) meta mqabbla mal-2018 skont iċ-ċifri tal-Eurofer. Id-domanda għall-elettrodi tal-grafita naqset. Hekk kif il-prezz tal-elettrodi tal-grafit niżel b’mod sinifikanti, il-bini ta’ ħażniet ma kienx għadu meħtieġ għall-industrija downstream. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi tal-azzar kienu qed ineħħu l-istokk tagħhom tal-inventarji tal-elettrodi tal-grafit. Id-domanda naqset saħansitra aktar fl-2020 bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19. |
4.3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(189) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi ta’ data tal-Comext. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data tal-importazzjoni u d-data tal-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(190) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(191) |
F’kuntest ta’ konsum li qed jonqos, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’49 %, waqt li laħaq il-35,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni: (+11,8-il punt perċentwali). Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6,4 punti perċentwali, minn 60,0 % fl-2017 għal 53,6 % fl-2020 (Tabella 5). Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi oħra tnaqqas għal 10,6 % matul il-perjodu kkunsidrat (-5,3 punti perċentwali) (Tabella 11). |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(192) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi ta’ data tal-Eurostat Comext. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(193) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR / tunnellata)
|
||||||||||||||||||||
|
(194) |
Mill-2019, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu inqas b’mod sinifikanti mill-prezzijiet u mill-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’50 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu għall-industrija tal-Unjoni skont id-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (ara t-Tabella 7). Fil-bidu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet żdiedu għal livelli għoljin ħafna, laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2018 u mbagħad bdew jonqsu bil-qawwi. Wara l-ogħla livell tal-prezz tal-2018, dan it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien aktar sinifikanti mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(196) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 51,2 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Il-volumi kollha tal-importazzjonijiet li għalihom kien hemm tqabbil instabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(197) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(198) |
Kif imsemmi fil-premessa (13), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(199) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fis-sottomissjoni tal-industrija tal-Unjoni. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(200) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(201) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
|
(202) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(203) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni naqas bi 30 %. Il-produzzjoni segwiet mill-qrib il-varjazzjoni fil-konsum: domanda għolja fl-2017-2018, tnaqqis fid-domanda fl-2019 (tnaqqis fl-istokk), tnaqqis ulterjuri u aktar qawwi fid-domanda fl-2020 (it-tifqigħa tal-COVID-19). |
|
(204) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa parzjalment dovut għal Sangraf Italy, li bdiet l-operazzjonijiet tagħha fl-2018. L-industrija tal-Unjoni investiet b’mod aktar ġenerali biex tiżviluppa l-kapaċitajiet. L-industrija tal-Unjoni stenniet li s-sitwazzjoni pożittiva tas-suq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat kienet se ttawwal u li d-domanda tkompli tiżdied. |
|
(205) |
Iż-żewġ xejriet imsemmija hawn fuq (tnaqqis fil-produzzjoni, żieda fil-kapaċità) wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-kapaċità (- 35 %). Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ir-rata tal-użu tal-kapaċità laħqet livell baxx ħafna (55,8 %). |
4.4.2.2.
|
(206) |
Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(207) |
Il-bejgħ żdied bejn l-2017 u l-2018 u mbagħad naqas matul il-perjodu 2018-2020. Ix-xejra ġenerali hija konformi mal-iżvilupp tal-konsum. Madankollu, it-tnaqqis fil-bejgħ (-33 %) kien aktar evidenti mit-tnaqqis qawwi fil-konsum (-25 %) matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(208) |
B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6,4 punti perċentwali. Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ naqas b’5,3 punti perċentwali. L-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi, li żiedu s-sehem mis-suq tagħhom bi 11,8-il punt perċentwali matul l-istess perjodu. |
4.4.2.3. It-tkabbir
|
(209) |
Ir-rata tat-tkabbir tal-PDG tal-Unjoni (27 pajjiż) matul il-perjodu 2017-2019 kienet ta’+ 2,2 % (Eurostat (78)). Din kienet – 6 % fl-2020 (Eurostat (79)). Il-produzzjoni fl-Unjoni tal-azzar elettriku mhux maħdum wriet xejra ’l isfel qabel it-tifqigħa tal-COVID-19: 68 497 tunnellata fl-2017, 69 781 tunnellata fl-2018, 65 171 tunnellata fl-2019 (sors: Eurofer). Id-domanda u l-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit segwew din ix-xejra. Fil-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi tal-bejgħ iżda wkoll is-sehem mis-suq kif spjegat fil-premessa (208) hawn fuq. |
4.4.2.4. L-impjiegi u l-produttività
|
(210) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 L-impjiegi u l-produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(211) |
L-impjiegi fis-settur segwew xejra simili għall-produzzjoni u l-konsum fis-suq tal-Unjoni u kibru bi 13 % bejn l-2017 u l-2018. Dan huwa parzjalment dovut għal Sangraf Italy, li bdiet l-operazzjonijiet tagħha fl-2018. L-impjiegi mbagħad komplew isegwu xejra simili għall-produzzjoni u l-konsum u naqsu mill-2018 lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat iżda l-impjiegi naqsu b’pass aktar kajman. B’mod ġenerali, l-impjiegi żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’7 %. |
|
(212) |
Minħabba dan ta’ hawn fuq, f’sitwazzjoni fejn il-produzzjoni naqset bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produttività naqset. Naqset b’34 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.5.
|
(213) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu sinifikantement ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(214) |
L-elettrodi tal-grafit diġà kienu soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping fil-passat, u l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit mill-Indja għadhom fis-seħħ. |
|
(215) |
L-investigazzjonijiet preċedenti wrew li d-dumping tal-passat kellu effett negattiv fit-tul fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-investigazzjonijiet ma indikawx li l-industrija tal-Unjoni kienet irkuprat minn dumping fil-passat. Għall-kuntrarju, is-sejbiet tal-aħħar rieżami interim, li ntemm f’Ottubru 2020, urew li l-istat ekonomiku tajjeb tal-industrija tal-Unjoni fis-snin 2017 u 2018 kien temporanju, u li ma kienx hemm bżonn li jintemmu l-miżuri kontra l-Indja (80). |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
|
(216) |
Meta kkunsidrat il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-indikaturi mikroekonomiċi, il-Kummissjoni nnutat li parti mill-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili (b’mod partikolari, produttur wieħed tal-Unjoni, GrafTech, b’madwar 50 % tal-bejgħ totali u aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali (81)) kienet protetta mill-kompetizzjoni tas-suq dirett, filwaqt li l-parti l-oħra (iż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun) kienet esposta direttament għall-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx (ara t-Taqsima 4.3.). |
|
(217) |
Din is-sitwazzjoni kienet dovuta għall-eżistenza ta’ kuntratti fit-tul li l-akbar produttur uniku tal-Unjoni ta’ elettrodi tal-grafit (GrafTech) kien ikkonkluda mal-klijenti tiegħu wara perjodu ta’ prezzijiet għoljin b’mod mhux tas-soltu fis-snin 2017–2018. Dawn il-kuntratti huma kuntratti ta’ xiri “take or pay” li permezz tagħhom GrafTech iggarantixxa ċertu livell ta’ provvisti bi prezzijiet stabbiliti u x-xerrej impenja ruħu li jixtri l-volumi miftiehma bil-prezz stabbilit minn qabel u fiss, soġġett għal diversi drittijiet u obbligi kuntrattwali. Id-durata ta’ dawn il-kuntratti kien ta’ tliet snin sa ħames snin. Deher li porzjon kbir ħafna tal-bejgħ ta’ GrafTech matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sar skont dawn il-kuntratti fit-tul (long-term contracts, “LTAs”). Sa fejn taf il-Kummissjoni, l-ebda produttur ieħor tal-Unjoni ma jibbenefika minn LTAs simili. Fid-dawl tad-durata tal-LTAs, il-Kummissjoni nnotat li l-impatt tal-kuntratti huwa ta’ natura temporanja. |
|
(218) |
Għalhekk, sabiex tapprezza kif xieraq ir-relazzjoni ekonomika bejn iż-żewġ partijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat, f’konformità mal-ġurisprudenza tad-WTO (82), bl-istess mod, minn naħa waħda, il-parti tal-industrija li tqieset protetta mill-kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet u, min-naħa l-oħra, il-parti l-oħra li kienet soġġetta għall-pressjoni kompetittiva tal-importazzjonijiet, kif ukoll l-industrija kollha kemm hi. |
4.4.3.1.
|
(219) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’mod qawwi ħafna fl-2018 u fl-2019 qabel ma naqsu b’mod qawwi fl-2020. Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ fl-2020 kienu għadhom f’livelli ogħla aktar mid-doppju tal-2017 (+ 170 %). |
|
(221) |
Bis-saħħa tal-LTAs eżistenti, GrafTech France setgħet iżżomm livell għoli ta’ prezz ([25-50]% ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni) matul il-PI minkejja t-tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet li minnu l-bqija tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx protetta. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, u b’mod partikolari l-volumi tal-bejgħ ta’ GraftTech France mhux soġġetti għal LTAs kif ukoll il-bejgħ taż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni stmat li l-prezz medju fis-suq “ħieles” kien madwar [20–40]% inqas mill-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali. Għaldaqstant, il-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-PI ma jirriflettix b’mod preċiż is-sitwazzjoni tal-prezzijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni, li kien affettwat b’mod sinifikanti minn importazzjonijiet bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
|
(222) |
Fil-perjodu 2017-2019, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafit żdiedu globalment. Dan kien ir-riżultat ta’ żbilanċ fis-suq b’żieda fid-domanda globali u provvista li ma tistax tlaħħaq mad-domanda. Ir-raġuni ewlenija għaż-żieda fid-domanda kienet ikkwotata bħala l-bidla globali fl-industrija tal-azzar, mill-fran tal-blast għall-fran bl-ark elettriku, li jużaw l-elettrodi tal-grafit. Ir-raġuni ewlenija għal dewmien fil-provvista globali kienet ikkwotata bħala l-għeluq b’mandat mill-gvern ta’ produtturi tal-elettrodi tal-grafit Ċiniżi għal titjib ambjentali. Dak l-għeluq ħabat ma’ żieda fid-domanda domestika għall-elettrodi tal-grafit mill-produtturi tal-azzar Ċiniżi u kompetizzjoni ġdida għall-kokk aċikulari (il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafit) mill-industrija tal-batteriji tal-jon tal-litju. |
|
(223) |
Il-prezz tal-kokk aċikulari żdied b’mod stabbli u b’mod sinifikanti mill-2017 sa nofs l-2019. Dan immultiplika b’fattur ta’ madwar 9, li żdied minn madwar USD 500 għal kull tunnellata għal madwar USD 4 500 għal kull tunnellata. Din il-volatilità fil-prezz tal-elettrodi tal-grafit u l-materja prima tagħha wasslet biex xi wħud mill-industrija jinvolvu ruħhom f’LTAs kif indikat fil-premessa (217). Il-prezzijiet tal-kokk aċikulari reġgħu lura għal livelli aktar normali, iżda l-kostijiet u l-prezzijiet tal-elettrodi tal-grafit baqgħu ogħla milli fl-2017. Matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun reġgħu lura għal livelli eqreb lejn il-medja fit-tul. Dan huwa marbut ma’ taħlita ta’ fatturi: tnaqqis fil-prezz tal-kokk aċikulari, tnaqqis fid-domanda marbut mat-tifqigħa tal-COVID-19, u ż-żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet minħabba l-kompetizzjoni ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina. Kif diġà msemmi qabel (il-Premessi (216) sa (218)), din is-sitwazzjoni madankollu, ma affettwatx l-industrija tal-Unjoni kollha bl-istess mod. Il-parti tal-industrija tal-Unjoni li mhijiex protetta minn LTAs rat tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ - [48-60] % fil-PI, meta l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ GrafTech France naqsu biss bi – [15-35] %. |
|
(224) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu b’242 %. Dan huwa marbut maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija: il-kokk aċikulari kif imsemmi hawn fuq. Il-kostijiet lavorattivi kienu stabbli matul il-perjodu (ara t-Tabella 8). Il-prezz tal-enerġija (inkluż l-elettriku) kien qed jiżdied, u sa ċertu punt ikkontribwixxa għaż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
4.4.3.2.
|
(225) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(226) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’ 10 % fl-2018, segwit minn tnaqqis ta’ 3 % u kompla jonqos fil-PI biex jilħaq il-livell ta’ 1 % ogħla milli fl-2017. |
|
(227) |
Meta vvalutat l-iżvilupp tal-kostijiet lavorattivi għall-parti differenti tal-industrija u l-industrija kollha kemm hi, il-Kummissjoni ma sabitx differenzi sinifikanti fil-varjazzjoni tal-kostijiet matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.3.3.
|
(228) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(229) |
L-istokks kienu qed jiżdiedu kemm f’termini nominali (+ 33 %) kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni (+ 80 %). Dan huwa marbut mat-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kemm fis-suq tal-Unjoni kif ukoll fis-swieq tal-esportazzjoni. L-industrija indikat li kellha żżomm xi volum ta’ attività u għalhekk ma setgħetx tnaqqas il-produzzjoni f’konformità mat-tnaqqis fil-bejgħ. |
|
(230) |
Meta eżaminat separatament il-parti tal-industrija tal-Unjoni, li ma kinitx ikkonkludiet l-LTAs mal-klijenti tagħha, il-Kummissjoni nnutat li l-ħażniet żdiedu aktar matul il-perjodu kkunsidrat ([5–15] punti perċentwali ogħla mit-tkabbir medju tal-ħażniet). B’kuntrast ma’ dan, meta ġiet eżaminata separatament GrafTech France, il-ħażniet żdiedu b’mod inqas ([5–15] punti perċentwali inqas mit-tkabbir medju tal-ħażniet). Dan ikompli juri li l-eżistenza ta’ LTAs kellha (u għad għandha) impatt pożittiv sinifikanti fuq l-indikaturi ekonomiċi ta’ produttur wieħed biss tal-Unjoni. |
4.4.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(231) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(232) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profitti splodew fl-2018-2019, qabel ma naqsu b’mod qawwi u nbidlu f’telf b’żewġ ċifri għall-produtturi kollha tal-Unjoni, ħlief għal GrafTech France. Il-profitti eċċezzjonalment għoljin tas-snin 2018-2019 huma marbuta mas-sitwazzjoni speċjali ħafna ta’ dawn is-snin, ikkaratterizzata minn żbilanċi fis-suq favorevoli ħafna għall-produtturi tal-elettrodi tal-grafit. Fl-2020, fil-kuntest tat-tnaqqis f’daqqa fid-domanda marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, iż-żieda fil-kompetizzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi reġġgħet lura kompletament is-sitwazzjoni, u l-profitti niżlu fl-aktar livelli baxxi. |
|
(233) |
Kumplessivament, il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni żdiedet minn + 8,0 % fl-2017 għal + 16,1 % għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, is-sitwazzjoni hija differenti ħafna għall-parti differenti tal-industrija. |
|
(234) |
Fl-ewwel istanza, il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni tal-parti tal-industrija tal-Unjoni li ma kinitx ikkonkludiet l-LTAs u għalhekk kienet kompletament esposta għad-dinamiċi tas-suq mibdula inklużi volumi akbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jaqgħu taħt din il-kategorija wrew tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat minn + [5–15] % fl-2017 għal [- 10 sa -20] % matul il-PI. |
|
(235) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat lil GrafTech France. Din il-kumpanija qed tibbenefika minn LTAs u skont dan xorta esperjenzat profitti għoljin fil-PI. Il-Kummissjoni madankollu nnotat li xi bejgħ ta’ elettrodi tal-grafit ta’ GrafTech France sar ukoll fis-suq miftuħ. Il-prezzijiet għal dawn it-tranżazzjonijiet kienu ferm aktar baxxi mit-tranżazzjonijiet tagħha taħt l-LTAs. Meta tqabbel PCN ma’ PCN, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet mhux LTA ta’ GrafTech France mal-prezzijiet tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun, deher li xi wħud urew prezzijiet ogħla u xi wħud prezzijiet aktar baxxi. Bħala medja, il-prezzijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet kienu qrib ħafna tal-prezzijiet tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni kkonkludiet li f’dawn it-tranżazzjonijiet tas-suq miftuħ, il-prezzijiet kienu komparabbli mal-prezzijiet tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun. Il-pressjoni kompetittiva tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina nħasset ukoll minn GrafTech France meta ma kinitx protetta mill-kompetizzjoni permezz tal-LTAs. |
|
(236) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li s-sitwazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni, inkluża GrafTech France, kienet sejra għall-agħar fi tmiem il-PI, kif muri b’mod partikolari miċ-ċifri tal-profittabbiltà għar-raba’ trimestru tal-PI, li huma ferm taħt il-marġni ta’ profitt normali għal dan is-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija huwa prinċipalment dovut għad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-parti tal-industrija mhux koperta minn LTAs. |
|
(237) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat b’mod simili għall-profittabbiltà: żieda kbira fl-2018-2019 segwita minn tnaqqis drastiku fl-2020. L-istess fatturi ta’ spjegazzjoni huma involuti. Meta l-fluss tal-flus jiġi eżaminat għall-partijiet differenti tal-industrija tal-Unjoni, l-istess osservazzjonijiet jistgħu jsiru dwar id-disparitajiet bejn GrafTech France (fluss tal-flus kbir) u l-bqija tal-industrija tal-Unjoni (fluss tal-flus negattiv). |
|
(238) |
L-investimenti żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (+ 47 %). Il-profitti kbar tas-snin 2018-2019 ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tinvesti fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħha. L-investimenti reġgħu naqsu lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(239) |
Meta ġew analizzati l-partijiet differenti tal-industrija, ma ġie osservat l-ebda mudell ċar. GrafTech France investiet aktar f’nofs il-perjodu kkonċernat, filwaqt li l-bqija tal-industrija investiet aktar lejn tmiem il-perjodu. |
|
(240) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod simili għall-profittabbiltà: żieda kbira fl-2018-2019 segwita minn tnaqqis drastiku fl-2020. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(241) |
Il-makroindikaturi ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volum tal-bejgħ tal-UE naqas bi 33 %, il-produzzjoni naqset bi 30 % u l-industrija tal-Unjoni tilfet is-sehem mis-suq. Fi sfond ta’ suq li qed jiċkien, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħha żdied b’49 %, u laħaq 35,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Mill-2019, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu b’mod konsistenti u b’mod sinifikanti inqas mill-prezzijiet u mill-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(242) |
Fir-rigward tal-mikroindikaturi, meta titqies l-industrija kollha kemm hi, l-industrija tal-Unjoni wriet stampa mħallta: il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni (minn +8,0 % għal +16,1 %) kif ukoll il-fluss tal-flus (+ 116 %) żdiedu,iżda l-istokks (+33 %), u r-redditu fuq l-investiment (minn +17,8 % għal – 3,9 %) kollha marru għall-agħar b’mod sinifikanti. |
|
(243) |
Madankollu, dawn iċ-ċifri aggregati qed jaħbu sitwazzjoni differenti ħafna li taffettwa d-dinamika tas-suq u r-relazzjoni ekonomika fost id-diversi produtturi fl-Unjoni. Għar-raġunijiet imsemmija fil-Premessi (216) sa (218), il-Kummissjoni eżaminat separatament il-parti tal-industrija tal-Unjoni li ma kinitx ikkonkludiet LTAs mal-klijenti tagħha u li qed topera fis-suq miftuħ (għalhekk, soġġetta għal kompetizzjoni kontinwa mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping), minn naħa waħda, u l-parti tal-industrija tal-Unjoni li kienet ikkonkludiet LTAs mal-klijenti tagħha fil-perjodu 2017–2018 (jiġifieri GrafTech), min-naħa l-oħra. |
|
(244) |
Għal tnejn minn tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ma kinux ikkonkludew LTAs mal-klijenti tagħhom, il-mikroindikaturi kollha ddeterjoraw b’mod sinifikanti: il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni naqset minn [5–10] % fl-2017 għal - [10–20] % fl-2020, l-istokks żdiedu (+ [30–60] %), ir-redditu fuq l-investiment naqas minn [20–50] % għal – [200–250] % u l-fluss tal-flus naqas (- [220–260] %). |
|
(245) |
Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni tat-tielet produttur tal-Unjoni fil-kampjun, GrafTech France, kienet differenti u eċċezzjonali. GrafTech France esperjenzat profitti kbar u fluss ta’ flus matul il-PI. |
|
(246) |
F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni kixfet ir-rwol tal-LTAs bejn GrafTech France u l-klijenti tagħha. Deher li porzjon kbir ħafna tal-bejgħ ta’ GrafTech France matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġie realizzat taħt l-LTAs. B’konsegwenza ta’ dan, il-prezzijiet ta’ GrafTech France kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk tal-kompetituri tagħha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn l-LTAs kellhom bħala effett li jiskonnettjaw il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ GrafTech France mill-prezzijiet kompetittivi tas-suq tal-Unjoni. Tabilħaqq, GrafTech France, u b’mod aktar ġenerali GrafTech, kienu fil-biċċa l-kbira protetti minn fatturi esterni bħat-tnaqqis fid-domanda u l-kompetizzjoni dejjem tiżdied ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina minħabba l-LTAs tagħha li kkonkludiet mal-klijenti tagħha. |
|
(247) |
Madankollu, din kienet sitwazzjoni temporanja u eċċezzjonali peress li xi wħud mil-LTAs diġà skadew u l-maġġoranza tal-LTAs li jifdal se jiskadu fi tmiem l-2022. |
|
(248) |
Fir-raba’ trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni, diġà seta’ jiġi osservat deterjorament ulterjuri peress li ċ-ċifri tal-profittabbiltà (il-medja tal-kumpaniji fil-kampjun, inkluż GrafTech France) naqsu għal 2,6 %. Ladarba jiskadu l-LTAs kollha, GrafTech se jkollha topera taħt l-istess kundizzjonijiet tas-suq bħall-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll ir-relazzjoni ekonomika bejn il-parti tal-industrija tal-Unjoni, li ma kkonkludietx LTAs mal-klijenti tagħha, minn naħa waħda, u l-parti tal-industrija tal-Unjoni, li kienet ikkonkludiet LTAs mal-klijenti tagħha (jiġifieri GrafTech France), min-naħa l-oħra, sabiex tistabbilixxi jekk il-parti aktar b’saħħitha tal-industrija kinitx se ssegwi l-parti l-oħra tal-industrija u l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi fix-xejra diġà negattiva osservata matul il-perjodu kkonċernat. |
|
(250) |
Meta wieħed iħares lejn il-produzzjoni, it-tliet produtturi kollha fil-kampjun infurmaw lill-Kummissjoni li kienu qed jipproduċu l-istess grad ta’ elettrodi (elettrodi tal-grad UHP). Il-medda ta’ elettrodi tal-grafit prodotti minn dawn it-tliet produtturi fil-kampjun kienet tkopri dijametri minn 500 sa 720 mm u tul ta’ aktar minn 1 651 cm (u speċjalment aktar minn 1 951 cm). It-tliet produtturi pproduċew elettrodi f’volumi kbar madwar id-dijametri ta’ 600 mm u 700 mm. Il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi mudell ta’ produzzjoni differenti bejn il-parti tal-industrija tal-Unjoni, li ma kinitx ikkonkludiet LTAs mal-klijenti tagħha, u ma’ GrafTech France. |
|
(251) |
Meta wieħed iħares lejn il-kostijiet tal-produzzjoni għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, dawn kienu jammontaw għal madwar EUR 5 000 matul il-PI. L-ebda differenza sinifikanti bejn it-tliet produtturi fil-kampjun ma ġiet osservata. Il-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom kienu kollha fil-medda ta’ ± 10 % madwar din il-medja. |
|
(252) |
Il-Kummissjoni nnutat ukoll li għall-parti tal-bejgħ tagħha meqjusa bħala mhux skont l-LTAs, GrafTech France kienet qed tbigħ bi prezzijiet qrib ħafna ta’ dawk tal-bqija tal-industrija (ara l-Premessa (235)). Għalhekk, meta ma kinitx protetta mil-LTAs tagħha, GrafTech France kienet qed tesperjenza wkoll b’mod ċar il-pressjoni tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina. |
|
(253) |
Għalhekk, il-produzzjoni mibjugħa fis-suq tal-Unjoni barra l-LTAs hija rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Dan minħabba li l-LTAs huma l-uniċi elementi, li jiddifferenzjaw produttur wieħed tal-Unjoni mill-bqija tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-ħelsien li jipprovdu l-LTAs lil dak il-produttur huwa ta’ natura temporanja u ma jirriflettix id-dinamika ġenerali tas-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li huwa kkaratterizzat minn żieda kontinwa ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx. Mingħajr l-LTAs, anki GrafTech France qed issofri mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping (ara l-Premessa (235)). Fid-dawl tal-fatt li l-LTAs ta’ GrafTech France waslu biex jiskadu dalwaqt, jista’ jiġi previst li GrafTech France se tingħaqad mal-istess xejriet negattivi diġà stabbiliti għall-parti l-oħra tal-industrija tal-Unjoni, u għalhekk għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. |
|
(254) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju tal-proċediment ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Il-parti profittabbli tal-industrija mhux se tkun kapaċi tinfluwenza b’mod pożittiv il-parti mhux profittabbli, li qed issofri minn pressjoni kompetittiva tremenda minn importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina. Barra minn hekk, meta wieħed janalizza d-data tar-raba’ trimestru tal-perjodu ta’ investigazzjoni, diġà seta’ jiġi osservat deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali. Huwa mistenni li dawn ix-xejriet ’l isfel jissaħħu ladarba l-LTAs ta’ GrafTech jiskadu, anki fid-dawl tar-rata sinifikanti ta’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet li konsistentement iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’mod sinifikanti, u ż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ matul l-aħħar snin. |
5. KAWŻALITÀ
|
(255) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufa setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi kienu l-pandemija tal-COVID-19, it-tmiem tal-kriżi tal-2017–2018, l-obsolexxenza tal-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-konsum tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(256) |
Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 42 256 tunnellati fl-2017 għal 47 429 tunnellata fl-2020. Matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tagħhom żdied b’49 %, u laħaq il-35,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn l-importazzjonijiet dejjem jiżdiedu saru bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul it-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat (2019-2020). Dan kellu impatt qawwi fuq l-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni li ra t-tnaqqis fil-bejgħ tagħha minn 118 025 tunnellata fl-2018 għal 91 949 tunnellata fl-2019 u 70 970 tunnellata fl-2020. Dan irriżulta fi tnaqqis qawwi ħafna fil-profittabbiltà għall-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun ħlief għal dak li għandu LTAs, minn profitti (+ [5–10]% fl-2017) għal telf kbir (- [10–20]% fl-2020), u d-deterjorament konsegwenti ta’ indikaturi finanzjarji oħra bħal-livell tal-inventarji, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus. |
|
(257) |
Għalhekk huwa kkonfermat li — fid-dawl tal-konkomitanza fiż-żmien — iż-żieda fl-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li joriġinaw miċ-Ċina wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Fatturi oħra se jiġu kkunsidrati f’5.2. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Il-pandemija tal-COVID-19
|
(258) |
L-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi ġew irreġistrati mill-2019 ’il quddiem. Fl-2019 u fl-2020, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien rispettivament ta’ 57 % u 51 % tal-prezz medju tal-importazzjonijiet eskluża ċ-Ċina. Mill-2019 (jiġifieri qabel il-pandemija), l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu, f’perjodu ta’ konsum dejjem jonqos fl-Unjoni. Dan irriżulta f’żieda konsistenti tal-importazzjonijiet Ċiniżi mill-2018, anki f’termini ta’ sehem mis-suq. Għalhekk, it-tnaqqis fil-konsum minħabba l-pandemija ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2. It-tmiem tal-perjodu massimu 2017–2019
|
(259) |
Wara l-perjodu 2017–2019, kemm il-prezzijiet domestiċi kif ukoll dawk tal-importazzjoni naqsu. Madankollu, kif intqal hawn fuq, il-prezzijiet Ċiniżi naqsu b’pass aktar mgħaġġel mill-medja tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi eskluża ċ-Ċina (- 50 % fl-2019 u - 57 % fl-2020 meta mqabbla ma’ - 12 % u - 51 % rispettivament). Għalhekk, it-tnaqqis fil-prezz madwar id-dinja ma kkontribwiex għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.3. L-obsolexxenza tal-industrija tal-Unjoni
|
(260) |
Filwaqt li xi produtturi tal-Unjoni jistgħu jkunu għadhom lura f’termini ta’ tagħmir, hija industrija dinamika li żiedet l-investimenti tagħha sabiex iżżid il-kapaċità tagħha, tadatta t-tagħmir tal-produzzjoni tagħha u tikseb l-aħħar teknoloġija. L-investiment żdied b’47 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.2.4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(261) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(262) |
Is-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat kien f’livelli baxxi (madwar 10-11 %) u baqa’’ stabbli matul il-perjodu 2018-2020. Dan ifisser li, f’volumi assoluti, naqas bi proporzjon mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. |
|
(263) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat kienu bħala medja fl-istess livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet, madankollu, kienu 31 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li kien l-aktar livell baxx li ntlaħaq f’termini relattivi meta mqabbel mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa f’kuntrast qawwi mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li naqsu b’mod sinifikanti fl-2020 u li kienu 65 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, il-prezzijiet ivarjaw skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-elettrodi u, għalkemm it-tqabbil tal-prezzijiet medji jagħti xi indikazzjoni, tqabbil bħal dan ma jistax jissostitwixxi tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi ta’ PCN. |
|
(264) |
Għalhekk ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn ma kkontribwewx għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni billi kienu bi prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
5.2.5. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(265) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(266) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet qed tonqos kontinwament (- 24 % matul il-perjodu). L-industrija tal-Unjoni qed tiġbed l-attenzjoni lejn il-kompetizzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, li teżisti mhux biss fis-suq domestiku iżda wkoll fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. |
|
(267) |
B’mod ġenerali, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni wriet xejriet simili għal dawk tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, iżda l-bejgħ tal-esportazzjoni, f’termini relattivi, naqas inqas mill-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwiex għad-dannu. |
5.2.6. Konsum
|
(268) |
Kif muri fit-Tabella 1, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni ta’ elettrodi tal-grafit naqas b’25 %. Dan huwa marbut mal-pandemija tal-COVID-19 li l-impatt tagħha huwa analizzat fil-Premessa (258). Fl-istess żminijiet, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqas bi 33 %. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-evoluzzjoni tal-konsum ma kkontribwietx għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.7. Użu kaptiv
|
(269) |
Mill-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji fil-kampjun, ma kien hemm l-ebda bejgħ lil kumpaniji relatati fl-Unjoni, iżda sar bejgħ lil kumpaniji relatati f’pajjiżi terzi. Dan il-bejgħ kien jirrappreżenta – skont is-sena kkunsidrata – bejn 5 u 11 % bħala volum tal-bejgħ totali. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li r-rwol tal-evoluzzjoni tal-konsum kaptiv fuq id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, jekk kien hemm, kien limitat. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(270) |
Mill-2019, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet u mill-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni wriet marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 51,2 %. Matul l-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-produtturi tar-RPĊ żdied. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied bi 12 % u s-sehem mis-suq tagħha żdied b’49 %, u laħaq il-35,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda fil-preżenza fis-suq kienet għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas mill-ogħla livell tiegħu ta’ 65,2 % fl-2018 għal 53,6 % fl-2020. Dan wassal għall-iżvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(272) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis relatat fl-Unjoni u l-konsum globali tal-elettrodi tal-grafit xeħtu piż negattiv fuq l-iżviluppi tal-industrija tal-Unjoni iżda tqiesu bħala fattur temporanju. Qabel il-pandemija u fi tmiem il-perjodu kkunsidrat, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar. Kien hemm ukoll asimetrija, peress li – minkejja t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku – l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma naqsux. Għall-kuntrarju, dawn kienu qed jiżdiedu fuq bażi kontinwa matul is-snin 2018-2020, perjodu ta’ tnaqqis fil-konsum. |
|
(273) |
L-effett tat-tmiem tal-kriżi tal-2017-2018, tal-obsolexxenza tal-industrija tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni seta’ biss kien wieħed limitat ħafna. |
|
(274) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(275) |
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tan-negozjanti, tal-utenti u tal-konsumaturi finali. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(276) |
L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn ħames gruppi li jipproduċu l-elettrodi tal-grafit fl-Unjoni. Il-gruppi kollha kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. |
|
(277) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, iżżid l-użu tal-kapaċità, iżżid il-prezzijiet għal livelli sostenibbli u ttejjeb il-profittabilità għal livelli mistennija taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(278) |
Filwaqt li parti mill-industrija hija temporanjament protetta permezz tal-LTAs minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-ftehimiet għandhom jiskadu sa mhux aktar tard minn tmiem l-2022. Mill-2019, kwalunkwe tiġdid, tal-inqas taħt il-kundizzjonijiet attwali, huwa improbabbli fid-dawl tat-tnaqqis kbir fil-prezzijiet tal-elettrodi tal-grafit globalment. |
|
(279) |
In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx iwassal għal deterjorament ulterjuri tal-profittabbiltà, li diġà kienet negattiva għall-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun ħlief għal wieħed li huwa temporanjament protett mill-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minħabba li kkonkluda l-LTAs mal-klijenti tiegħu fil-perjodu 2017–2018. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jista’ jwassal għall-għeluq ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni u għal sensji u b’hekk jipperikola l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(280) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati
|
(281) |
Għaxar importaturi mhux relatati, li jirrappreżentaw 63 % tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, ippreżentaw formola ta’ kampjunar. Il-medja ponderata tal-profitt tal-importaturi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ madwar 4 %. |
|
(282) |
Dawn l-importaturi kienu kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri. Huma affermaw li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhom l-ebda kapaċità li jkopru d-domanda eżistenti tal-Unjoni u l-varjetà tal-prodotti, speċjalment għall-elettrodi b’dijametru żgħir (sa 400 - 450 mm). Barra minn hekk, huma indikaw li l-possibbiltajiet li wieħed jaqleb għal sorsi oħrajn ta’ provvista huma marġinali. Il-produtturi tal-elettrodi tal-grafit ta’ pajjiżi terzi normalment ikollhom id-dipartimenti tal-bejgħ tagħhom stess u jkollhom kuntatt dirett mal-klijenti tal-Unjoni. |
|
(283) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-kontroll ta’ kwalità tal-elettrodi tal-grafit u s-servizz tekniku pprovdut kienu xi wħud mill-assi ewlenin tal-importaturi tal-Unjoni. Għalhekk huwa probabbli li xi wħud mill-kostijiet addizzjonali jistgħu jiġu mgħoddija lill-utenti finali tal-elettrodi tal-grafit. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping jista’ jkollha impatt, għalkemm limitat, fuq ir-riżultati tal-importaturi tal-Unjoni. |
|
(284) |
Għaldaqstant, kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi mhux relatati b’mod ġenerali huwa mistenni li jkun limitat u ma jisboqx l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
6.3. Interess tal-utenti
|
(285) |
Ħmistax-il utent irreġistraw bħala partijiet interessati u waslu kwestjonarji minn tmien utenti. Dawn l-utenti jirrappreżentaw prinċipalment l-industrija tal-azzar tal-Unjoni. Is-setturi downstream (u speċjalment l-industrija tal-azzar) huma akbar f’termini ta’ fatturat u ta’ impjiegi mill-industrija tal-elettrodi tal-grafit. Skont iċ-ċifri tal-Eurofer, fl-2019, l-industrija tal-azzar kienet timpjega direttament 330 000 persuna u indirettament 1 620 000 persuna. |
|
(286) |
L-utenti qajmu tħassib li f’każ li jiġu imposti miżuri, dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-kompetittività tagħhom. Il-kost tal-elettrodi tal-grafit huwa stmat li huwa bejn 1 % u 5 % tal-kost tal-produzzjoni tal-azzar. Dan ifisser li l-miżuri mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-azzar. |
|
(287) |
Barra minn hekk, l-ilmentaturi u l-istampa rrapportaw li l-prezzijiet tal-azzar qed jogħlew billi d-domanda qed taqbeż il-provvista. Dan jista’ jippermetti lill-industrija tal-azzar tgħaddi kwalunkwe spiża addizzjonali, jew parti minnha, lill-utenti downstream. |
|
(288) |
L-industrija tal-azzar tal-Unjoni argumentat ukoll li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux kapaċi jissodisfaw id-domanda matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità ta’ riżerva. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet minn 255 500 tunnellata għal 294 900 tunnellata (+15 %). L-użu tal-kapaċità kien biss ta’ 55,6 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Pajjiżi oħra, bħall-Indja, il-Messiku, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka, huma sorsi alternattivi possibbli ta’ provvista, għalkemm għadhom mhumiex stabbiliti sew fis-suq tal-Unjoni. Dawn l-erba’ pajjiżi rrappreżentaw flimkien fl-2020 11 % biss tal-provvisti tal-Unjoni. |
|
(289) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-impatti negattivi tal-miżuri fuq l-utenti huma mistennija li jkunu limitati u ma jegħlbux l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
6.4. Fatturi oħrajn
|
(290) |
Barra minn hekk, l-elettrodi tal-grafit jikkontribwixxu għall-għan ambjentali tal-Unjoni u speċifikament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-elettrodi tal-grafit huma komponent essenzjali tal-fran bl-ark elettriku, li jirriċiklaw l-azzar. Il-forn bl-ark elettriku jipproduċi azzar b’emissjonijiet imnaqqsa ta’ CO2 meta mqabbel mal-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni tal-azzar ibbażat fuq il-forn tal-blast. |
|
(291) |
Xi partijiet interessati sostnew li l-impożizzjoni ta’ miżuri jkollha impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni f’settur allegatament ikkonċentrat ħafna. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li hemm ħames gruppi tal-Unjoni li jfornu lis-suq. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li Sangraf Italy hija produttur ġdid tal-Unjoni (filwaqt li tinnota li l-faċilitajiet mhumiex ġodda iżda li qabel kienu operati minn SGL Group). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma seta’ jkun mistenni l-ebda impatt negattiv tal-miżuri fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni f’dan l-istadju. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(292) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jindikaw li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
7. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(293) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex ineħħi d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(294) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex twettaq il-valutazzjoni dwar il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Imbagħad eżaminat jekk dan l-ammont ta’ dazju jkunx adegwat biex ineħħi d-dannu meta titqies l-allegata preżenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
7.1. Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(295) |
Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u dawk tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”). |
|
(296) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin:
|
|
(297) |
Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(298) |
L-ilmentaturi użaw bħala profitt fil-mira 8 % fl-ilment, iżda qiesu li din hija stima konservattiva u li marġni ta’ profitt ogħla għandu jkun mistenni fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dannużi. |
|
(299) |
Fl-investigazzjoni preċedenti kontra l-importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ elettrodi tal-grafit mill-Indja, il-Kummissjoni kkonludiet li l-marġni tal-profitt li jista’ b’mod raġjonevoli jitqies li jirrapreżenta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu, jenħtieġ li jkun stabbilit għal 8 % għall-għan tal-kalkolu tal-marġni ta’ dannu. Dan kien ukoll il-profitt miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2017. |
|
(300) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 8 % f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(2c). |
|
(301) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali li jvarja minn madwar EUR 0 sa EUR 42 għal kull tunnellata, li ġie miżjud mal-prezz mhux dannuż għall-produtturi tal-Unjoni kkonċernati fil-kampjun. Nota għall-fajl dwar kif il-Kummissjoni stabbiliet dan il-kost addizzjonali tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(302) |
Dawn il-kostijiet kienu jinkludu l-kostijiet futuri addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (EU ETS). L-EU ETS hija pedament tal-politika tal-UE għall-konformità mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. Dawn il-kostijiet addizzjonali ġew ikkalkolati abbażi tal-Kwoti tal-UE (EUAs) stmati li se jkollhom jinxtraw matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri (mill-2021 sal-2025). Il-kostijiet addizzjonali qiesu wkoll il-kostijiet indiretti tas-CO2 li jirriżultaw minn żieda fil-prezzijiet tal-elettriku matul il-perjodu mill-2021 sal-2025 marbuta mal-EU ETS u l-prezzijiet imbassra tal-EUAs. |
|
(303) |
Is-sors ta’ dawn il-prezzijiet tal-EUAs imbassra huwa estrazzjoni mill-Bloomberg New Energy Finance bid-data tat-30 ta’ Lulju 2021. Il-prezz medju proġettat għall-EUAs għal dan il-perjodu huwa ta’ EUR 55/tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2. |
|
(304) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(305) |
Imbagħad il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif stabbilit għall-kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(306) |
F’termini tal-marġni residwu, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-kooperazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi kienet baxxa kif spjegat fil-Premessa (179) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jiġi stabbilit marġni residwu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Dan il-marġni ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz stabbilit għal tip ta’ prodott mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi mill-produttur esportatur bl-ogħla marġni ta’ bejgħ taħt il-press misjub. Il-marġni residwu tal-bejgħ taħt il-prezz ikkalkolat b’dan il-mod ġie stabbilit f’livell ta’ 153,6 %. |
|
(307) |
Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
7.2. Id-distorsjonijiet fil-materja prima
|
(308) |
Kif spjegat fin-Notifika ta’ Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
|
(309) |
Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu kienu ogħla mill-marġnijiet tad-dumping misjuba, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx neċessarju li dan l-aspett jiġi indirizzat. |
8. IL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(310) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji biex jiġi evitat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(311) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popolu taċ-Ċina, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(312) |
Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz u l-marġnijiet tad-dumping kif stabbilit fil-Premessa (307) aktar ’il fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tal-bejgħ taħt il-prezz. |
|
(313) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(314) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(315) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (83). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(316) |
Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(317) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(318) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(319) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(320) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web ta’ DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(321) |
Waslu kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkulazzjonijiet. Il-kummenti li saru minn Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd u Fangda Carbon New Material Co., Ltd ma affettwawx l-akkuratezza tal-kalkoli. Barra minn hekk, il-kumpaniji Misano S.p.A. u COMAP SAS (importatur u utent tal-prodott ikkonċernat) għamlu kummenti ġenerali wara d-divulgazzjoni minn qabel li ma kinux relatati mal-akkuratezza tal-kalkoli. Għalhekk, dawk il-kummenti se jiġu indirizzati biss fl-istadju definittiv. |
10. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(322) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(323) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Qed jiġi impost dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 7,0 μ.Ω.m jew inqas, kemm jekk mgħammra bil-bżieżel kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċijiet TARIC 8545110010 u 8545110015), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(2) Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju proviżorju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
RPĊ |
Fandga Group hu magħmul minn erba’ produtturi: Fangda Carbon New Material Co., Ltd; Fushun Carbon Co., Ltd; Chengdu Rongguang Carbon Co., Ltd; Hefei Carbon Co., Ltd |
24,5 % |
C731 |
|
RPĊ |
Liaoning Dantan Technology Group Co., Ltd |
17,5 % |
C732 |
|
RPĊ |
Nantong Yangzi Carbon Co., Ltd |
24,5 % |
C733 |
|
RPĊ |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
21,6 % |
|
|
RPĊ |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
66,5 % |
C999 |
(3) L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandu jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
(4) Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
(5) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
(1) Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(2) Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(3) Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien ħamest (5) ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Smigħ għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2021
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċedura anti-dumping rigward l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 57, 17.2.2021, p. 3).
(3) https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2515.
(4) Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(5) L-elettrodi tal-grafit ġeneralment issir referenza għalihom fi gradi differenti: potenza regolari jew normali (“RP”), potenza għolja (“HP”), u potenza ultra-għolja (“UHP”). L-elettrodi tal-grafit RP huma elettrodi tal-grafita ta’ kwalità baxxa, prinċipalment użati għal fran tal-enerġija regolari filwaqt li l-elettrodi tal-grafit HP u UHP jintużaw prinċipalment fil-produzzjoni tal-azzar tal-kalkara b’ark elettriku b’densità ta’ kurrent ogħla.
(6) Id-dokument irreġistrat t21.002670.
(7) Id-dokument irreġistrat t21.004605.
(8) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.
(9) Ir-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, “2019 Report on China’s WTO Compliance”, Marzu 2020.
(10) L-ilment ikkwota l-investigazzjonijiet li ġejjin minn awtoritajiet oħrajn: Segretarju tal-Kummerċ Barrani tal-Ministeru għall-Iżvilupp Brażiljan, Resolução Nru 19, 08.04.2009; il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, l-Investigazzjoni Anti-Dumping dwar l-importazzjoni ta’ “Elettrodi tal-Grafit ta' kull dijametru” li joriġinaw mir-RPĊ jew li jiġu esportati minnha, is-Sejbiet finali, 19 ta’ Novembru 2014; id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, it-Tmien Rieżami Amministrattiv tal-Elettrodi tal-Grafit b’Dijametru Żgħir mir-RPĊ: Valuri ta’ Sostituzzjoni għar-Riżultat Preliminari, 5 ta’ Marzu 2018, A-570-929.
(11) Xinhua Silk Road, “il-proġett ta’ 100 000 tunnellata metrika ta’ elettrodi tal-grafit tal-enerġija b’potenza għolja ħafna stabbilit f’Lanzhou, Gansu”, 21 ta’ Awwissu 2018 https://www.imsilkroad.com/news/p/107255.html.
(12) Ara Fangda Carbon, Rapport Annwali tal-2018.
(13) Mining News Agency, Is China’s Inner Mongolia Region becoming Manufacturing Hub for Graphite Electrode Industry?, https://www.miningnewspro.com/news/230134/is-china%E2%80%99s-inner-mongolia-region-becoming-manufacturing-hub-for-graphite-electrode-industry; SteelMint's China Roadshow: Precious Insights into Graphite Electrodes and Needle Coke - SteelMint Events, https://www.steelmintevents.com/blog/steelmints-china-roadshow-precious-insights-into-graphite-electrodes-and-needle-coke/.
(14) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 6-7.
(15) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10.
(16) Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(17) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 20-21.
(18) Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(19) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 120-121.
(20) Ir-Rapport – Kapitolu 6. p. 122 -135.
(21) Ir-Rapport – Kapitolu 7, p. 167-168.
(22) Ir-Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(23) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.
(24) Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 22-24 u Kapitolu 5, p. 97-108.
(25) Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 104-109.
(26) Ara pereżempju fuq: Asian Metal, Baosteel Chemical u Fangda Carbon bnew b’mod konġunt proġett ta’ elettrodi tal-grafit, http://www.asianmetal.com/news/data/1440613/Baosteel%20Chemical%20and%20Fangda%20Carbon%20jointly%20construct%20graphite%20electrode%20project (aċċessat fit-2 ta’ Awwissu 2021).
(27) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.cnpc.com.cn/cnpc/lyxgdt/201912/74dfc55f14f84da189c03c7654d143c5.shtml (aċċessat fil-15 ta’ Settembru 2021) “Jinzhou Petrochemical’s needle coke quality keeps improving”, maħruġ fid-19 ta’ Diċembru 2019, fl-Aħbarijiet Nazzjonali dwar il-Petroleum fiċ-Ċina.
(28) Aċċessibbli hawnhekk: https://www.sohu.com/a/282104808_120065805 (aċċessat fl-4 ta’ Awwissu 2021).
(29) Aċċessibbli hawnhekk: https://www.sohu.com/a/314213234_120054226 (aċċessat fl-4 ta’ Awwissu 2021).
(30) Ir-Rapport – Kapitolu 5, p. 100-1.
(31) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 26.
(32) Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 31-2.
(33) Disponibbli f’Reuters, Exclusive: Fiċ-Ċina, l-isforz tal-Partit għall-influwenza f’ditti barranin iqanqal il-biża’, https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(34) Disponibbli fuq www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2021).
(35) Financial Times (2020) “Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise”, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j.
(36) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.hngcmc.com/index.php?m=content&c=index&a=show&catid=27&id=451, “Innovative development year” maħruġ fit-28 ta’ Frar 2013 u disponibbli fuq is-sit web ta’ Henan General Machinery (aċċessat fil-15 ta’ Settembru 2021)
(37) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.kfcc.com.cn/news/newsInfo.asp?ID=110, “The Company’s first Party members’ congress was a success”, maħruġ fit-28 ta’ Diċembru 2016 u disponibbli fuq is-sit web ta’ Kaifeng Carbon (aċċessat fil-15 ta’ Settembru 2021)
(38) Aċċessibbli hawnhekk: https://vip.stock.finance.sina.com.cn/corp/view/vCI_CorpManagerInfo.php?stockid=600516&Pcode=30033806&Name=%B5%B3%CE%FD%BD%AD, Avviż ta’ Informazzjoni dwar is-Sur Dang Xijiang, President ta’ Fangda Carbon New Materials, maħruġ mis-sit web tal-informazzjoni sina.com.cn (aċċessat fil-15 ta’ Settembru 2021).
(39) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.fdtsgs.com/htm/202011/13_1830.htm , “Party Building guides and fosters development”, fuq is-sit web ta’ Fangda Carbon New Materials fil-25 ta’ Novembru 2020, (aċċessat fil-15 ta’ Settembru 2021).
(40) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.jlts.cn/Html/NewsView.asp?ID=1367&SortID=13 (aċċessat fit-2 ta’ Awwissu 2021).
(41) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.chinacarbon.org.cn/huiyuan.html (aċċessat fit-2 ta’ Awwissu 2021).
(42) Ara l-Punt 2 u 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni, disponibbli fuq: http://www.chinacarbon.org.cn/zhangcheng.html (aċċessat fit-2 ta’ Awwissu 2021).
(43) Ir-Rapport – il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(44) Ir-Rapport – Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(45) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/content_5449193.htm (aċċessat fit-30 ta’ Lulju 2021).
(46) Aċċessibbli hawnhekk: https://www.jcgov.gov.cn/zwgk/wjgg/sxwj/201611/t20161125_137333.shtml (aċċessat fit-30 ta’ Lulju 2021).
(47) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.dt.gov.cn/dtzww/sxyw/202106/42ef183ea0ab4ab084a2dadc8fd5c7b5.shtml (aċċessat fit-30 ta’ Lulju 2021).
(48) Aċċessibbli hawnhekk: https://www.ndrc.gov.cn/fzggw/jgsj/zxs/sjdt/202004/P020200401627899644473.pdf (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021). Dan il-pjan ġie msemmi fl-ilment bħala l-Pjan ta’ Ħames Snin ta’ Henan tal-Punent 2019-2025.
(49) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.nmg.gov.cn/zwgk/zfxxgk/zfxxgkml/zzqzfjbgtwj/202012/t20201208_315136.html (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(50) Aċċessibbli hawnhekk: http://www.ln.gov.cn/zwgkx/zfwj/szfbgtwj/zfwj2011_136268/201901/t20190122_3424162.html (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(51) Aċċessibbli hawnhekk: https://www.hlj.gov.cn/zwfb/system/2019/07/02/010903336.shtml (aċċessat fit-3 ta’ Awwissu 2021).
(52) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 138-149.
(53) Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 216.
(54) Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 213-215.
(55) Ir-Rapport – Kapitolu 9, p. 209-211.
(56) Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 332-337.
(57) Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 336.
(58) Ir-Rapport – Kapitolu 13, p. 337-341.
(59) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 114-117.
(60) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 119.
(61) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 120.
(62) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(63) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020-2022). http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2021). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ jiġi implimentat aktar l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju” . Barra minn hekk, it-Taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”
(64) Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).
(65) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(66) Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(67) Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi, p. 29.
https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en.
(68) Ara: http://www.xinhuanet.com/fortune/2020-04/20/c_1125877816.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).
(69) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(70) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/441 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 85, it-12 ta’ Marzu 2021. p. 154), il-premessa (111).
(71) Id-data għal din il-kumpanija kienet disponibbli fis-sit li ġej https://www.crif.com.my/ li fih data finanzjarja disponibbli pubblikament tal-kumpaniji rreġistrati fil-Malasja u d-data ġejja mill-SSM li huwa r-reġistru nazzjonali għall-kumpaniji u għan-negozji fil-Malasja. Madankollu, ir-rapport huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u għalissa ma jistax jitqiegħed fil-fajl miftuħ, iżda huwa disponibbli għax-xiri bi ħlas nominali.
(72) NORMA Oficial Mexicana NOM-024-SCFI-2013, Información comercial para empaques, instructivos y garantías de los productos electrónicos, eléctricos y electrodomésticos, disponibbli fuq: dof.gob.mx/nota_detalle.php?codigo=5309980&fecha=12/08/2013.
(73) Rapport annwali 2019 disponibbli fuq https://s2.q4cdn.com/282965219/files/doc_financials/2019/q4/843539-GrafTech-Bookmarked-Annual-Report.pdf.
(74) Ir-rapport annwali tal-2020 huwa disponibbli fuq: https://s2.q4cdn.com/282965219/files/doc_financials/2020/q4/2020-Graftech-Bookmarked-Annual-Report.pdf, accessed on 16.6.2021.
(75) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi, (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(76) Disponibbli fuq https://ilostat.ilo.org/data/country-profiles/ (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Marzu 2021)
(77) Disponibbli fuq https://www.cre.gob.mx//IPGN/index.html (ikkonsultat l-aħħar fit-28 ta’ Marzu 2021)
(78) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tec00115/default/table?lang=en
(79) Ibid.
(80) ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1605 tat-30 ta’ Ottubru 2020 li ġġib fit-tmiem ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja
(81) Fl-Unjoni, GrafTech France u GrafTech Iberica qed jipproduċu għal GrafTech. Iċ-ċifri f’din il-premessa huma għaż-żewġ entitajiet.
(82) Appellate Body Report, United States — Anti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, WT/DS184/AB/R, il-paragrafi 195 – 205.
(83) Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
Produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex fil-kampjun
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ANSHAN CARBON CO., LTD |
C 735 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ASAHI FINE CARBON DALIAN CO., LTD |
C 736 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
DALIAN JINGYI CARBON CO., LTD |
C 738 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
DATONG YU LIN DE GRAPHITE NEW MATERIAL CO., LTD |
C 739 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
DECHANG SHIDA CARBON CO., LTD |
C 740 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Fushun Jinly Petrochemical Carbon Co., Ltd |
C 741 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
FUSHUN ORIENTAL CARBON CO., LTD |
C 742 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Fushun Xinxinda Furnace Charge Factory |
C 743 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Henan Sangraf Carbon Technologies Co., Limited |
C 744 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jiangsu Jianglong New Energy Technology Co., Ltd |
C 746 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JILIN CARBON CO., LTD |
C 747 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jilin City Chengxin Carbon Co., Ltd |
C 748 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
JILIN CITY ZHAOCHEN CARBON CO., LTD |
C 749 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kaifeng Pingmei New Carbon Materials Technology Co., Ltd |
C 750 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
LIAONING SINCERE CARBON NEW MATERIAL CO., LTD |
C 751 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
LIAOYANG CARBON CO., LTD |
C 752 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
LIAOYANG SHOUSHAN CARBON FACTORY |
C 753 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
LINGHAI HONGFENG CARBON PRODUCTS CO., LTD |
C 754 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
MEISHAN SHIDA NEW MATERIAL CO., LTD |
C 755 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANDONG ASAHI GRAPHITE NEW MATERIAL TECHNOLOGY CO., LTD |
C 756 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANDONG BASAN GRAPHITE NEW MATERIAL PLANT |
C 757 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANXI JUXIAN GRAPHITE NEW MATERIALS CO., LTD |
C 758 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANXI SINSAGE CARBON MATERIAL TECHNOLOGY CO., LTD |
C 759 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
TIANJIN KIMWAN CARBON TECHNOLOGY AND DEVELOPMENT CO., LTD |
C 760 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
XINGHE COUNTY MUZI CARBON CO., LTD |
C 762 |