20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 106/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/276/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/338/KE sabiex tiġi estiża l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz għal post ta’ kampeġġ (2) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/277/KE tas-26 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/405/KE sabiex tiġi estiża l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni tal-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti tal-karta fina (3) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej irid jkun miżjud mal-punt 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE):

“—

32008 D 0277: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/277/KE tas-26 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 14).”

(2)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 2p (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE):

“, kif emendat b’li ġej:

—

32008 D 0276: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/276/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/276/KE u 2008/277/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 280, 23.10.2008, p. 27.

(2)   ĠU L 87, 29.3.2008, p. 12.

(3)   ĠU L 87, 29.3.2008, p. 14.

(*1)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.