<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0800676701.case.xml"><NO.CASE>C-227/04 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62004J0227</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0003</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6817</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6848</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>32</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070911">11.9.2007</DATE> — KAWŻA C-227/04 P</LEFT><RIGHT>LINDORFER vs IL-KUNSILL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20070911">11 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-227/04 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skond l-Artikolu 56 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, imressaq fit-<DATE ISO="20040528">28 ta' Mejju 2004</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Maria-Luise Lindorf er,</HT> uffiċjal tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, residenti fi Brusseli (il-Belġju), irrappreżentata minn G. Vandersanden u L. Levi, avocats,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,</HT> irrappreżentat minn F. Anton u M. Sims-Robertson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-6818"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, A. Rosas, R. Schintgen, E. Juhász (Relatur) u J. Klučka, Presidenti ta' Awla, R. Silva de Lapuerta, K. Schiemann, M. Ilešič, J. Malenovský, U. Lõhmus, E. Levits u A. Ó Caoimh, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: F. G. Jacobs, u sussegwentement E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali F. G. Jacobs, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20051027">27 ta' Ottubru 2005</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-digriet tal-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali tas-<DATE ISO="20060426">26 ta' April 2006</DATE> u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20060628">28 ta' Gunju 2006</DATE>,</VISA><VISA>wara li semghet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali E. Sharpston, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20061130">30 ta' Novembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-6819"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta' l-appell tagħha, M. Lindorfer titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-<DATE ISO="20040318">18 ta' Marzu 2004</DATE>, Lindorfer vs II-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-204/01, RecFP" YEAR="2004" PAGE.ECR="II-361" PAGE.SUM="I-A-83">T-204/01, Ġabra-SP p. I-A-83 u II-361</REF.DOC.ECR>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>sentenza appellata<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tagħha għall-annulla-ment tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20001103">3 ta' Novembru 2000</DATE> dwar il-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli tagħha wara t-trasferiment, lejn l-iskema Komunitarja, tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet għal pensjoni akkwistati minnha taħt l-iskema Awstrijaka (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu la(l) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, kif imdaħħal f'dawn ir-Regolamenti bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 781/98 tas-<DATE ISO="19980407">7 ta' April 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="113" DATE.PUB="1998" PAGE.FIRST="4">ĠU L 113, p. 4</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal trattament indaqs taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal mingħajr riferenza, diretta jew indiretta, għar-razza, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, sess jew xejra sesswali, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet relevanti li jeħtieġu stat maritali [partikolari].<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6820"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Uffiċjal li ta mill-anqas 10 snin servizz għandu jkun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar. [...]</P><P>Il-pensjoni massima ta' l-irtirar għandha tkun 70 % ta' l-aħħar salarju bażiku marbut ma' l-aħħar grad li fih l-uffiċjal kien ikklassifikat għal mill-anqas sena. Ikun pagabbli lil uffiċjal li ta 35 sena servizz maħduma skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness VIIL Fejn in-numru ta' snin tas-servizz huwa anqas minn 35, il-massimu t'hawn fuq għandu jitnaqqas proporzjonalment.</P><P>[...]</P><P>L-età għall-pensjoni għandha tkun ta' 60 sena.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Il-benefiċċji mħallsa taħt din l-iskema tal-pensjonijiet għandhom jitħallsu millestimi tal-Komunitajiet. L-Istati Membri għandhom flimkien jiggarantixxu lpagament ta['] tali benefiċċji skond l-iskala mniżżla għall-iffinanzjar ta['] tali spejjeż.</TXT><P>[...]</P></NP><?PAGE NO="I-6821"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-uffiċjali għandhom jikkontribwixxu terz ta' l-ispiża biex tkun iffinanzjat[a ...] l-iskema tal-pensjoni [Komunitarja]. [...]</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jekk stima attwarjali ta' l-iskema tal-pensjoni, li ssir minn espert ikkwalifikat wieħed jew aktar fuq talba tal-Kunsill, turi li l-kontribuzzjonijiet ta' l-uffiċjali mhux biżżejjed biex tiffinanzja terz tal-benefiċċji pagabbli taħt l-iskema tal-pensjoni, lawtoritajiet ta' l-estimi, billi jaġixxu skond il-proċedura ta' l-estimi u wara li jikkonsultaw il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal ipprovdut fl-Artikolu 10, għandhom jistabbilixxu liema bidliet għandhom isiru fir-rati tal-kontribuzzjonijiet jew fl-età ta' l-irtirar.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Pensjoni ta' l-irtirar għand[ha tjitħallas ŕuq il-bażi tan-numru totali ta' snin tas-servizz tal-pensjoni akkwistati mill-uffiċjal Kuli sena tas-servizz maħduma kif ipprovdut fl-Artikolu 3 għandha tintitolah għal sena ta' servizz [pensjonabbli] u kull xahar sħiħ għal wieħed minn tnax ta' sena ta' servizz [pensjonabbli].</P><P>L-ogħla numru ta' snin ta' servizz [pensjonabbli] li jista' jkun ikkunsidrat għall-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni ta' l-irtirar ikun ta' 35.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, uffiċjal b'anqas minn 35 sena ta' servizz [pensjonabbli] fl-età ta' 60 sena u li jkompli jakkwista d-drittijiet tal-pensjoni taħt l-<?PAGE NO="I-6822"?>Artikolu 3, għandu, għal kull sena tas-servizz bejn I-età ta' 60 sena u I-età meta jibda jieħu pensjoni ta' l-irtirar, jkun intitolat għal żieda fil-pensjoni daqs 5 % tad-drittijiet tal-pensjoni li akkwista fl-età ta' 60 sena, iżda [...] l-pensjoni totali tiegħu ma [tistax] taqb[eż] is-70% tas-salarju bażiku finali tiegħu kif imsemmi fit-tieni u t-tielet paragrafu, skond xi jkun il-każ, ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li uffiċjal li jidħol fis-servizz tal-Komunitajiet wara li jitlaq mis-servizz ta' amministrazzjoni talgvern jew ta' organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jew wara li jsegwi attività f'kapaċità ta' impjegat jew għal rasu, għandu jkun intitolat, meta jiġi stabbilit bħala uffiċjal, li jitħallas lill-Komunitajiet jew l-ekwivalenza attwarjali jew il-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet għal pensjoni ta' l-irtirar akkwistati bis-saħħa ta' tali servizz jew attivitajiet Din l-istess dispożizzjoni tipprovdi wkoll li, f'dan il-każ, l-istituzzjoni li fiha jservi l-uffiċjal għandha, wara li tikkunsidra l-grad tiegħu meta jiġi stabbilit, tistabbilixxi n-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jkun ikkreditat bihom taħt l-iskema tal-pensjoni tagħha stess fir-rigward tal-perijodu ta' servizz ta' qabel, fuq il-bażi ta' l-ammont ta' l-ekwivalenza attwarjali jew tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tat-<DATE ISO="19920713">13 ta' Lulju 1992</DATE>, il-Kunsill stabbilixxa r-regoli ta' implementazzjoni ta' l-Artikolu 11(1) u (2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li sussegwentement ġew emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19941219">19 ta' Diċembru 1994</DATE> (iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>RI<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 10(2) tar-RI, f'dak li jirrigwarda l-uffiċjali, in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati għandu jiġi kkalkulat abbażi ta' l-ammont totali trasferit, wara li jitnaqqsu l-interessi sempliċi bir-rata ta' 3.5 % fissena<?PAGE NO="I-6823"?> għall-perijodu mid-data ta' l-istabbiliment ta' l-uffiċjal sad-data tat-trasferiment effettiv ta' l-imsemmi ammont lill-kont tal-Komunitajiet L-imsemmija interessi m'għandhomx jitnaqqsu għall-perijodi li fihom l-ammont trasferibbli ġie stmat mill-ġdid jew miżjud b'interessi mill-fond tal-pensjoni li l-persuna kkonċernata kienet suġġetta għalih qabel ma daħlet fis-servizz tal-Komunitajiet</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(3) u (4) tar-RI (ser issir referenza għaż-żewġ formoli msemmija iktar 'l isfel bl-espressjoni <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>formoli ta' konverżjoni<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>3.</NO.P><TXT>In-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati għandu jiġi kkalkulat:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>billi l-ammont trasferii (A) jiġi kkonvertit fpensjoni teoretika (P) li tvarja skond il-valuri attwarjali (V) previsti fl-Artikolu 39 ta' I-Anness VIII [tar-Regolamenti tal-Persunal], skond il-formola P = A/V,</P></ITEM><ITEM><P>billi din il-pensjoni (P) tiġi kkonvertita fi snin tas-servizz pensjonabbli statutorju (N) li jvarjaw skond is-salarju bażiku annwali (S) li jikkorrispondi għall-grad ta' l-uffiċjal meta jiġi stabbilit [...] skond il-formola N = Px100/Sx2.</P></ITEM></LIST></P><P>Madankollu, in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati f'ebda każ ma jista' jaqbeż in-numru ta' snin li matulhom il-persuna kkonċernata kienet affiljata ma' skemi non-supplementari qabel ma daħlet fis-servizz tal-Komunitajiet.</P></NP><?PAGE NO="I-6824"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-ammont trasferii lill-kont tal-Komunitajiet f'valuta differenti mill-frank Belġjan għandu — sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli — jiġi kkonvertit fi franki Belġjani skond il-modalitajiet li ġejjin:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ ta' uffiċjal stabbilit wara l-<DATE ISO="19711231">31 ta' Dicembru 1971</DATE> [...] l-ammont trasferii għandu jiġi diviż proporzjonalment għat-tul tal-perijodi li fihom ġew akkwistati d-drittijiet għal pensjoni li jikkorrispondu għal dan l-ammont, jiġifieri, minn naħa, għat-tul tal-perijodu qabel l-<DATE ISO="19720101">1 ta' Jannar 1972</DATE> u, min-naħa l-oħra għat-tul tal-perijodu wara l-<DATE ISO="19711231">31 ta' Diċembru 1971</DATE>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Il-parti mill-ammont li tikkorrispondi għall-perijodu qabel l-<DATE ISO="19720101">1 ta' Jannar 1972</DATE> għandha tiġi kkonvertita abbażi tal-paritajiet aċċettati mill-Fond Monetarju Internazzjonali u li kienu fis-seħħ fil-<DATE ISO="19711231">31 ta' Diċembru 1971</DATE>.</P><P>Il-parti mill-ammont li tikkorrispondi għall-perijodu wara l-<DATE ISO="19711231">31 ta' Diċembru 1971</DATE> għandha tiġi kkonvertita abbażi tar-rata aġġornata medja stabbilita mill-Kummissjoni għall-perijodu mill-<DATE ISO="19720101">1 ta' Jannar 1972</DATE> sad-data li fiha l-uffiċjal jiġi stabbilit [iktar 'il quddiem il-Varjant i)'] [...]</P><P>Madankollu, fuq talba ta' l-uffiċjal [...], l-ammont (A) meħud in kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu għandu jiġi kkonvertit abbażi tar-rata aġġornata li tkun fis-seħħ fid-data tat-trasferiment. F'dan il-każ, is-salarju (S) u l-valur attwarjali (V) li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli għandhom ikunu s-salarju li jikkorrispondi għall-grad ta' l-uffiċjal meta jiġi stabbilit [...] li jkun fis-seħħ fid-data tat-trasferiment u l-valur attwarjali li jikkorrispondi għall-età ta' l-uffiċjal [...], rispettivament<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> [iktar 'il quddiem il-Varjant ii)'] [...]&#x201D; [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6825"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tabella ta' l-ekwivalenzi attwarjali għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19920713">13 ta Lulju 1992</DATE>, tikkontjeni I-valuri li ġejjin għaż-żewġ sessi f'dak li jirrigwarda lkategorija ta' l-età ta' bejn it-30 u l-50 sena:</TXT><P><TBL NO.SEQ="001" COLS="3"><CORPUS><ROW TYPE="HEADER"><CELL COL="1" TYPE="HEADER">Età</CELL><CELL COL="2" TYPE="HEADER">Irġiel</CELL><CELL COL="3" TYPE="HEADER">Nisa</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">30</CELL><CELL COL="2">9,667</CELL><CELL COL="3">10,269</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">31</CELL><CELL COL="2">9,811</CELL><CELL COL="3">10,426</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">32</CELL><CELL COL="2">9,956</CELL><CELL COL="3">10,586</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">33</CELL><CELL COL="2">10,102</CELL><CELL COL="3">10,746</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">34</CELL><CELL COL="2">10,249</CELL><CELL COL="3">10,908</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">35</CELL><CELL COL="2">10,397</CELL><CELL COL="3">11,071</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">36</CELL><CELL COL="2">10,546</CELL><CELL COL="3">11,236</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">37</CELL><CELL COL="2">10,695</CELL><CELL COL="3">11,402</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">38</CELL><CELL COL="2">10,846</CELL><CELL COL="3">11,569</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">39</CELL><CELL COL="2">10,998</CELL><CELL COL="3">11,739</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">40</CELL><CELL COL="2">11,154</CELL><CELL COL="3">11,912</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">41</CELL><CELL COL="2">11,308</CELL><CELL COL="3">12,034</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">42</CELL><CELL COL="2">11,465</CELL><CELL COL="3">12,261</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">43</CELL><CELL COL="2">11,625</CELL><CELL COL="3">12,441</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">44</CELL><CELL COL="2">11,788</CELL><CELL COL="3">12,626</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">45</CELL><CELL COL="2">11,955</CELL><CELL COL="3">12,816</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">46</CELL><CELL COL="2">12,127</CELL><CELL COL="3">13,013</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">47</CELL><CELL COL="2">12,302</CELL><CELL COL="3">13,215</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">48</CELL><CELL COL="2">12,480</CELL><CELL COL="3">13,422</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">49</CELL><CELL COL="2">12,661</CELL><CELL COL="3">13,633</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">50</CELL><CELL COL="2">12,847</CELL><CELL COL="3">13,850</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></NP><?PAGE NO="I-6826"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati magħżula għandhom ikunu maħtura uffiċjali fil-Kategorija A jew fis-Servizz tal-Lingwa fil-grad tal-bidu tal-kategorija jew tas-servizz tagħhom. Madankollu, l-awtorità tal-ħatra, tista, sa ċerti limiti, tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta' dan I-Artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 626/95 ta' l-<DATE ISO="19950320">20 ta' Marzu 1995</DATE> li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji applikabbli għar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b'riżultat ta' l-adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Iżvezja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" DATE.PUB="1995" PAGE.FIRST="1">ĠU L 66, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprovdi li, minkejja d-dispożizzjonijiet ta, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> l-Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal, jista' jiġi pprovdut, sal-<DATE ISO="19991231">31 ta' Diċembru 1999</DATE>, li impjiegi vakanti jimtlew bil-ħatra ta' ċittadini Awstrijaċi, Finlandiżi u Żvediżi, sal-limitu ta' l-impjiegi previsti għal dan l-iskop fil-kuntest tad-diskussjonijiet tal-baġit fi ħdan l-istituzzjonijiet kompetenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>M. Lindorfer, ċittadina Awstrijaka, daħlet fis-servizz tal-Kunsill fis-<DATE ISO="19960916">16 ta' Settembru 1996</DATE>. Fis-<DATE ISO="19970616">16 ta' Ġunju 1997</DATE>, hija ġiet stabbilita fl-impjieg tagħha u kklassifikata filgrad A 5, skala 2. Qabel ma daħlet fis-servizz tal-Kunsill, hija kienet hadmet fl-Awstrija għal tlettax-il sena u tliet xhur. Matul dan il-perijodu, hija hallset kontribuzzjonijiet lill-iskema tal-pensjonijiet Awstrijaka.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19990515">15 ta' Mejju 1999</DATE>, M. Lindorfer talbet, abbażi ta' l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, it-trasferiment, lejn l-iskema tal-pensjonijiet Komunitarja, tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet ghal pensjoni ta' lirtirar Ii hija kienet akkwistat taht l-iskema Awstrijaka.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6827"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20000218">18 ta' Frar 2000</DATE>, il-fond tal-pensjoni Awstrijak informa lill M. Lindorfer li l-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet tagħha għal pensjoni akkwistati fl-Awstrija kien ġie provviżorjanient iffissat, fl-<DATE ISO="20000301">1 ta' Marzu 2000</DATE>, fl-ammont ta' ATS <FT TYPE="DECIMAL">1306712.23</FT>. Huwa għarrafha wkoll li hija ma setgħetx tibbenefika minn pensjoni fl-Awstrija, billi ma kinitx hallset kontribuzzjonijiet ghall-perijodu minimu ta' 180 xahar. Huwa madankollu pproponielha li <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>tifdi<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> l-21 xahar ta' affiljazzjoni neqsin billi tħallas is-somma ta' ATS <FT TYPE="DECIMAL">237963.6</FT>. Is-Sinjura Lindorfer ma weġbitx għal din ilproposta.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20000328">28 ta' Marzu 2000</DATE>, is-servizz <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Pensjonijiet<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bagħat nota lill M. Lindorfer, li magħha kellha mehmuża skeda ta' kalkolu intitolata <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Kalkolu ta' snin tas-servizz pensjonabbli statutorju li għandhom jiġu kkreditati skond l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>. Minn din liskeda jirriżulta li n-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li jikkorrispondi ghall-ammont trasferibbli kien ta' 5 snin, 3 xhur u 24 ġurnata.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta' nota tat-<DATE ISO="20000912">12 ta' Settembru 2000</DATE>, M. Lindorfer informat lis-servizz <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Pensjonijiet<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> bil-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>qbil fil-prinċipju<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> tagħha dwar it-trasferiment tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet tagħha għal pensjoni akkwistati fl-Awstrija. Madankollu, hija kkontestat in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli indikat fliskeda ta' kalkolu msemmija iktar 'il fuq għar-raġuni li l-metodu ta' kalkolu użat mill-Kunsill kien diskriminatorju u mhux trasparenti. Fl-aħħar nett, hija talbet li tingħatalha sensiela ta' informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20000929">29 ta' Settembru 2000</DATE>, il-fond tal-pensjoni Awstrijak iffissa l-ammont trasferibbli għal ATS <FT TYPE="DECIMAL">1337136.07</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta' nota tat-<DATE ISO="20001103">3 ta' Novembru 2000</DATE>, li M. Lindorfer irċeviet fis-<DATE ISO="20001107">7 ta' Novembru 2000</DATE>, din ta' l-aħħar ġiet informata bid-deċiżjoni kkontestata. Fit-<DATE ISO="20010202">2 ta' Frar 2001</DATE>, hija ressqet ilment kontra din id-deċiżjoni skond l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, liema lment ġie kkompletat permezz ta' <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT> tal-<DATE ISO="20010425">25 ta' April 2001</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6828"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kunsill ċaħad dan l-ilment permezz ta' deċiżjoni tal-<DATE ISO="20010531">31 ta' Mejju 2001</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20010905">5 ta' Settembru 2001</DATE>, ir-rikorrenti ressqet rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tagħha, kif ukoll sabiex il-Kunsill jiġi ordnat jiffissa mill-ġdid, fuq bażi legali korretta, in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli statutorju li għandu jiġi kkreditat għall-pensjoni Komunitarja tagħha b'riżultat tat-trasferiment tad-drittijiet tagħha għal pensjoni akkwistati fl-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>In sostenn tar-rikors tagħha, M. Lindorfer qajmet, essenzjalment, żewg motivi. L-ewwel wieħed kien ibbażat fuq l-illegalità ta' l-Artikolu 10(3) u (4) tar-RI u t-tieni fuq l-illegalità ta' l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija sostniet li l-ewwel dispożizzjoni kienet tmur kontra l-prinċipju ta' trattament ugwali u t-tieni waħda kienet tmur kontra l-istess prinċipju kif ukoll kontra dak talmoviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda l-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità ta' l-Artikolu 10(3) u (4), il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat li l-erba' lmenti mqajma mis-Sinjura Lindorfer kellhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda l-ewwel ilment ta' l-ewwel motiv, jiġifieri l-kritiki ta' M. Lindorfer relattivi għall-fatt li, fil-formoli ta' konverżjoni, il-grad ta' l-uffiċjal meta jiġi stabbilit jittieħed in kunsiderazzjoni bl-istess mod għall-uffiċjali li jiġu rreklutati fil-grad talbidu tal-kategorija tagħhom bħalma jsir għal dawk li jiġu rreklutati fi grad ogħla, il-<?PAGE NO="I-6829"?>Qorti tal-Prim'Istanza fakkret li r-RI jimplementaw l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li t-tieni subparagrafu tiegħu jipprovdi li <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>l-istituzzjoni li fiha j[s]ervi l-uffiċjal ghandha, wara li tikkunsidra l-grad tiegħu ma l-istabbiliment [meta jiġi stabbilit], tistabbilixxi n-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jkun ikkreditat bihom taħt l-iskema tal-pensjoni tiegħu [tagħha] stess dwar ilperjodu ta' qabel tas-servizz, fuq il-bażi ta' l-ammont ta' l-ekwivalenza attwarjali jew is-somom li tħallsu lura kif imsemmi qabel [jew tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa]<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija fakkret ukoll li, skond il-ġurisprudenza, għal uffiċjal li jitlob it-trasferiment taddrittijiet għal pensjoni nazzjonali tiegħu lejn l-iskema Komunitarja, huwa l-grad ta' l-uffiċjal meta jiġi stabbilit, jiġifieri l-grad mogħti fid-data meta huwa jiġi stabbilit, li għandu jittieħed in kunsiderazzjoni għall-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-<DATE ISO="20020613">13 ta' Gunju 2002</DATE>, Youssouroum vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-106/01, RecFP" YEAR="2002" PAGE.ECR="II-435" PAGE.SUM="I-A-93">T-106/01, Ġabra-SP, p. I-A-93 u II-435</REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat li, għalkemm il-konsegwenza ta' l-applikazzjoni tal-formoli ta' konverżjoni hija li iktar ma jkun gholi s-salarju bażiku, iktar ikun baxx in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li għandu jiġi kkreditat, minn dan ma tistax tiġi dedotta l-eżistenza ta' trattament diskriminatorju, ghaliex id-diskriminazzjoni tista' tikkonsisti biss fl-applikazzjoni ta' regoli differenti ghal sitwazzjonijiet komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, uffiċjal li ghadu kif ġie rreklutat u kklassifikat fil-grad A5 ghandu probabbiltà ikbar li jtemm il-karriera tieghu fi grad oghla minn uffiċjal irreklutat u kklassifikat fil-grad A7 u, konsegwentement, li jakkwista salarju u drittijiet ghal pensjoni ikbar minn dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda t-tieni lment ta' l-ewwel motiv, jiġifieri l-kritiki maghmula minn M. Lindorfer kontra l-fatt li l-Artikolu 10(4) tar-RI jipprovdi li l-ammont trasferit lill-kont tal-Komunitajiet f'valuta differenti mill-frank Belġjan ghandu jiġi kkonvertit<?PAGE NO="I-6830"?> fi franki Belġjani, il-Qorti tal-Prim'Istanza waslet għall-konstatazzjoni, abbażi ta' latti ppreżentati mis-Sinjura Lindorfer u ta' l-ispjegazzjonijiet tagħha mogħtija waqt is-seduta, li hija mhijiex qed tikkontesta daqstant il-ħtieġa li l-ammont trasferii jiġi kkonvertit fi franki Belġjani jew f'euro iżda pjuttost il-konsegwenzi li twassal għalihom din il-konverżjoni skond jekk jintużax, għal dan l-iskop, il-varjant i) jew il-varjant ii).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet dan l-ilment, billi kkunsidrat dan li ġej fil-punti 76 u 77 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-paraguni li tagħmel [M. Lindorfer] biex tipprova turi lfondatezza ta' l-allegazzjonijiet tagħha b'ebda mod mhuma konklużivi. Fil-fatt, fl-ewwel tabella li hija tipprovdi [...], hija tipparaguna s-sitwazzjoni tagħha ma dik ta' uffiċjal li s-sess, l-età u l-klassifikazzjoni fi skala tieghu meta ġie rreklutat huma differenti minn tagħha, meta dawn l-elementi jidhlu in kunsiderazzjoni fil-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati. Barra minn hekk, kif irrileva ġustament il-Kunsill fir-risposta tiegħu għal waħda middomandi bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza, b'ebda mod ma ġie stabbilit li [M. Lindorfer] qieghda fl-istess data biex jitwettqu l-kalkoli li hemm f'din it-tabella. Lanqas il-paraguni l-oħra maghmula minn din ta' l-aħħar [...] mhuma aċċettabbli billi jistrieħu fuq premessi żbaljati. Fil-fatt, il-kalkoli li hija tippreżenta huma mgħawġa minħabba li hija tapplika l-varjant i) ghal ammonti espressi f'valuti nazzjonali differenti u miksuba bil-konverżjoni ta' ammont trasferit identiku espress f'schillings Awstrijaċi abbażi ta' 'rat [i] attwali' li apparentement jikkorrispondu ghar-rati ta' konverżjoni bejn l-euro u dawn il-valuti nazzjonali applikabbli wara l-<DATE ISO="19990101">1 ta' Jannar 1999</DATE>. Issa huwa evidenti li, matul il-perijodu ta' 27 sena ta' attivitajiet qabel id-dħul fis-servizz tal-Komunitajiet invokat miminn [M. Lindorfer], seħħew bidliet, kultant sinjifikattivi, fil-kors ta' dawn id-diversi valuti nazzjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi osservai li, għall-eżempju li taghti ta' applikazzjoni tal-varjant i) għall-ammont espress fi franki Belġjani, [is-Sinjura Lindorfer] ma twettaqx minn qabel konverżjoni abbażi tar-'rata attwali' u li, għall-eżempju li tagħti ta' applikazzjoni ta' dan il-varjant għall-ammont espress fi drakmi Griegi, hija tidher li tuża r-rata ta' konverżjoni bejn l-euro u d-drakma Griega applikabbli mill-<DATE ISO="20010101">1 ta' Jannar 2001</DATE>. Barra minn hekk, fil-każ ta' l-ammonti kkonvertiti fi drakmi Griegi, f'pesetas Spanjoli u f'escudos Portugiżi, hija tidher li twettaq il-kalkoli tagħha fl-<DATE ISO="19990101">1 ta' Jannar 1999</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6831"?><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kunsill jirriżulta li l-fatt li l-applikazzjoni tal-varjant i) għal ammont trasferit minn fond tal-pensjoni ta' pajjiż imsejjaħ pajjiż 'b'valuta dgħajfa' tista' tkun iktar vantaġġuża mill-applikazzjoni tal-varjant ii) għal ammont trasferit minn fond tal-pensjoni ta' pajjiż imsejjaħ pajjiż 'b'valuta bsaħħitha huwa l-konsegwenza mhux tar-regoli Komunitarji, iżda taċ-ċaqliq fid-diversi valuti nazzjonali, jiġifieri ta' ċirkustanzi estranji għall-azzjoni tal-Komunitajiet. Fil-fatt, għandu jiġi osservai li I-peseta Spanjola u l-escudo Portugiż, użati minn [M. Lindorfer] fl-eżempji komparatiivi tagħha, sofrew diversi żvalutazzjonijiet matul is-snin 90.<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ukoll it-tielet ilment ta' l-ewwel motiv. Is-sustanza ta' l-argumenti tagħha ġiet spjegata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>81</NO.P><TXT>[...] [M. Lindorfer] ma tistax tislet argumenti effettivi mill-fatt li, fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja, ma ssir ebda distinzjoni fuq bażi ta' sess f'dak li jirrigwarda l-kontribuzzjonijiet ta' l-uffiċjali u l-età meħtieġa sabiex tinkiseb il-pensjoni ta' l-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija tipparaguna, b'dan il-mod, żewġ kategoriji ta' uffiċjali li jinsabu fsitwazzjonijiet differenti, jiġifieri, minn naħa, I-uffiċjali li jħallsu lill-Komunitajiet l-ekwivalenza attwarjali jew il-valur tar-redenzjoni b'rata fissa taddrittijiet għal pensjoni ta' l-irtirar li akkwistaw bis-saħħa ta' attivitajiet imwettqa qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Komunitajiet u, min-naħa l-oħra, dawk li jikkontribwixxu għall-iskema tal-pensjoni Komunitarja b'riżultat ta' l-attivitajiet tagħhom fi ħdan istituzzjoni Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u f'kull każ, l-użu ta' fatturi li jvarjaw skond is-sess u l-età għall-finijiet li jiġu kkalkulati s-snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati huwa oġġettivament iġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi ggarantita ġestjoni<?PAGE NO="I-6832"?> finanzjarja b'sahhitha ta' l-iskema tal-pensjoni Komunitarja. Fil-fatt, meta, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, uffiċjal jittrasferixxi lill-baġit Komunitarju, fil-forma ta' l-ekwivalenza attwarjali jew tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa, kapital li jirrappreżenta ddrittijiet għal pensjoni li huwa akkwista qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Komunità, in kambju huwa jikseb dritt għal benefiċċji futuri taħt l-iskema tal-pensjoni Komunitarja fil-forma ta' snin tas-servizz pensjonabbli kkreditati u lportata ta' dan id-dritt tiddependi min-numru ta' dawn is-snin tas-servizz pensjonabbli li jinghatalu. Sabiex tiddetermina l-valur attwali ta' dan id-dritt, listituzzjoni Komunitarja kkonċernata ghandha tiehu sensiela ta' elementi in kunsiderazzjoni, fosthom it-tul ta żmien probabbli li matulu l-kapital trasferit mill-persuna kkonċernata jdum fil-baġit Komunitarju, l-iżvilupp mistenni talkarriera taghha, il-probabbiltà li dawn il-benefiċċji jiġu mħallsa lilha u t-tul ta' żmien probabbli li matulhom iseħħu dawn il-ħlasijiet Issa huwa evidenti li dawn I-elementi jiddependu b'mod partikolari fuq is-sess u I-età tal-persuna kkonċernata fiż-żmien meta hija tidhol fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja. Fil-fatt, minn naħa, huwa fatt stabbilit li, statistikament, in-nisa jghixu iktar fittül mill-irġiel. Min-naħa l-ohra, il-probabbiltà li persuna, li tidhol fis-servizz tal-Komunità f'età 'l boghod mill-età ta' l-irtirar, tmut qabel ma tkun lahqet din l-età hija ikbar minn dik ta' persuna rreklutata f'età qrib I-età li fiha hija tkun intitolata tibbenefika middrittijiet taghha ghall-pensjoni. Barra minn hekk, din il-persuna thalii ghal żmien itwal għad-dispożizzjoni tal-baġit Komunitarju l-kapital li tkun ġabet maghha milli jagħmel uffiċjal li jkun iktar qrib I-età ta' l-irtirar. Fi kliem iehor, fatturi bhalma huma t-tul ta' żmien tas-servizz bejn id-data tar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata u l-irtirar taghha kif ukoll it-tul ta' żmien probabbli, iddeterminat abbażi ta' data statistiċi, li matulu hija sejra tibbenefika mill-pensjoni ta' l-irtirar Komunitarja jinfluwixxu direttament fuq ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Komunita lejn kuli uffiċjal ikkonċernat individwalment, u ġestjoni finanzjarja b'sahhitha ta' l-iskema tal-pensjoni Komunitarja teħtieġ li dawn il-fatturi jittiehdu in kunsiderazzjoni u jiġu evalwati korrettament. Għalhekk il-Kunsill għandu raġun jiehu in kunsiderazzjoni, filformol[i] ta' konverżjoni, fatturi attwarjali marbuta ma' I-età u mas-sess tal-persuna kkonċernata.<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-raba' lment ta' l-ewwel motiv, li skondu huwa kritikabbli li I-parametri tal-formoli ta' konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 10(3) u (4) tar-RI jittiehdu in kunsiderazzjoni b'referenza ghal dati differenti, skond jekk l-ammont trasferit ikunx ikkonvertit abbażi tal-varjant i) jew tal-varjant ii).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6833"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat li l-allegazzjoni ta' M. Lindorfer, li skondha l-varjant ii) huwa bbażat fuq is-salarju li jikkorrispondi għall-grad tal-persuna kkonċernata fid-data tat-trasferiment effettiv ta' l-ammont ikkonċernat min-naha tal-fond tal-pensjoni nazzjonali, tistrieħ fuq qari żbaljat tal-kliem ta' l-Artikolu 10(4) tar-RI, għaliex is-salarju meħud in kunsiderazzjoni f'dan il-kuntest huwa dak li jikkorrispondi għall-grad meta l-uffiċjal jiġi stabbilit, kif ikun ġie aġġornat sad-data ta' dan it-trasferiment effettiv. Il-Qorti tal-Prim'Istanza qieset li huwa ġġustifikat li tkun data preċiża li sservi ta' referenza ghal kull varjant u ghall-parametri l-ohra talformoli ta' konverżjoni, rispettivament</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni motiv ibbażat fuq I-illegalità ta' l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regoli tal-Persunal, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet, fil-punti 99 sa 106 tassentenza appellata, li l-argumenti ta' M. Lindorfer intiżi sabiex juru li din id-dispożizzjoni ma kinitx kompatibbli mal-prinċipji ta' trattament ugwali u talmoviment liberu tal-haddiema ma jistghux jintlaqghu.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Prim'Istanza qieset irrilevanti l-allegazzjoni ta' M. Lindorfer li lkonsegwenza tas-<QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>sistema ta' trasferiment infisha<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> implementata minn din id-dispożizzjoni hija li l-uffiċjali li jibdew il-karriera taghhom fis-servizz tal-Komunitajiet iktar tard huma żvantaġġati meta mqabbla ma' dawk li jibdewha iktar kmieni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Hija tikkunsidra li M. Lindorfer b'ebda mod ma pprovat li d-drittijiet li hija akkwistat bis-sahha ta' l-attivitajiet tax-xoghol taghha qabel id-dhul taghha fis-servizz tal-Komunitajiet ma jistghux jiġu kkonservati għall-benefiċċju taghha u mehuda in kunsiderazzjoni mill-iskema tal-pensjoni Komunitarja. Hija enfasizzat li, billi dawn huma skemi differenti, mhuwiex anormali li n-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li ghandhom jittiehdu in kunsiderazzjoni ghall-pensjoni Komunitarja jkun differenti min-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli mehud in kunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali jew internazzjonali. Hija fakkret ukoll li M. Lindorfer kellha l-possibbiltà li tifdi l-21 xahar li kien jonqosha biex ikollha t-total ta' 180 xahar neċessarju sabiex tikseb pensjoni taht l-iskema Awstrijaka, u b'hekk iżżomm id-drittijiet ghal pensjoni nazzjonali, u li t-trasferiment tal-valur tar-redenzjoni b'rata fissa ta' dawn id-drittijiet ghal pensjoni lejn l-iskema Komunitarja kien jikkostitwixxi għażla li hija eżerċitat liberament</TXT></NP><?PAGE NO="I-6834"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skond il-Qorti tal-Prim'Istanza, lanqas ma jista jiġi allegat li l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jikser il-moviment liberu tal-ħaddiema. Għall-kuntrarju, din id-dispożizzjoni tiffaċilita l-eżerċizzju sħiħ ta' din il-libertà fundamentali, b'mod partikolari billi tippermetti lil persuna stabbilita fi Stat Membru li taċċetta impjieg f'istituzzjoni Komunitarja mingħajr ma titlef id-drittijiet għal pensjoni li hija tkun akkwistat bis-saħħa ta' attivitajiet tax-xogħol imwettqa qabel</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Billi kkonkludiet li M. Lindorfer ma ressqet ebda prova li tista' taffettwa l-legalità ta' l-Artikolu 10(3) u (4) tar-RI u l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Qorti tal-Prim' Istanza ċaħdet ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proćedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta' deċiżjoni tas-<DATE ISO="20050607">7 ta' Ġunju 2005</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja assenjat il-kawża lill-Ewwel Awla. Billi ebda waħda mill-partijiet ma talbet li tinstema' oralment, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħti s-sentenza tagħha mingħajr ma żżomm seduta għat-trattazzjoni. L-Avukat Ġenerali ppreżenta l-konklużjonijiet tiegħu fis-seduta tas-<DATE ISO="20051027">27 ta' Ottubru 2005</DATE>, u wara din is-seduta ngħalqet il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20051201">1 ta' Diċembru 2005</DATE>, l-Ewwel Awla ddeċidiet, skond l-Artikoli 44(4) u 118 tar-Regoli tal-Proċedura, li tirrinvija l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din terga' tiġi assenjata lil kulleġġ ġudikanti kompost b'numru ikbar ta' Mħallfin.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta' digriet tas-<DATE ISO="20060426">26 ta' April 2006</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali u t-tiżmim ta' seduta. Il-partijiet u, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 24 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, ġew mistiedna jieħdu pożizzjoni dwar id-domandi magħmula f'dan id-digriet.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6835"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Wara s-seduta ghat-trattazzjoni tat-<DATE ISO="20060628">28 ta' Ġunju 2006</DATE> u l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-<DATE ISO="20061130">30 ta' Novembru 2006</DATE>, ingħalqet il-proċedura orali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta' l-appell taghha, li in sostenn tiegħu hija tinvoka tliet aggravji, M. Lindorfer titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u, jekk ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20010531">31 ta' Mejju 2001</DATE>, li tiċħad l-ilment taghha;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Kunsill jiffissa mill-ġdid is-snin tas-servizz pensjonabbli li ghandhom jittiehdu in kunsiderazzjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta' l-ewwel istanza u ta' l-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tordna lili M. Lindorfer tbati l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6836"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, jirriżulta mill-Artikolu 225 KE, mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 58 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 112(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha Ii appell għandu jindika b'mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li qiegħed jintalab lannullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b'mod speċifiku din it-talba (sentenzi tas-<DATE ISO="20030306">6 ta' Marzu 2003</DATE>, Interporc vs Il-Kummissjoni, C-41/00 P, Gabra p. I-2125, punt 15; tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-131/03 P" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7795">C-131/03 P, Ġabra p. I-7795, punt 49</REF.DOC.ECR>; u tas-<DATE ISO="20070227">27 ta' Frar 2007</DATE>, Segi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, Ġabra p. I-1657, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja sejra teżamina l-appell fid-dawl ta' din il-ġurisprudenza.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel aggravju bbaiat, minn naħa, fuq ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjonifuq bażi ta' sess u, min-naha l-ohra, fuq motivazzjoni insujfiċjenti tas-sentenza appellata f'dan ir-rigward</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta' l-ewwel aggravju tagħha, M. Lindorfer issostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 141 KE u, b'mod iktar generali, il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, meta fii-punt 83 tas-sentenza appellata hija kkunsidrat li l-użu ta' fatturi li jvarjaw skond is-sess għall-finijiet li jiġu kkalkulati s-snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati huwa oġġettivament iġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi ggarantita ġestjoni finanzjarja b'saħħitha ta' l-iskema tal-pensjoni Komunitarja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6837"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skond M. Lindorfer, diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, li allegatament tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt li l-għomor tal-ħajja tan-nisa huwa itwal, mhijiex meħtieġa sabiex jiġi ggarantit l-ekwilibriju finanzjarju ta' l-iskema, u dan jixhdu l-fatt li la lkontribuzzjonijiet ta' l-uffiċjali u lanqas l-età meħtieġa sabiex huma jiksbu l-pensjoni ta' l-irtirar mhuma ddeterminati skond is-sess tagħhom. Il-Qorti tal-Prim'Istanza tabilħaqq ċaħdet l-argument tar-rikorrenti billi stqarret, fil-punt 82 tassentenza appellata, li hija kienet qed tipparaguna żewġ kategoriji ta' uffiċjali li ma setgħux jiġu pparagunati, iżda għamlet dan mingħajr ma tat raġunijiet għalfejn tali paragun ma setax isir.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Artikolu 141 KE mhuwiex applikabbli f'din il-kawża u li hija ssentenza tat-<DATE ISO="19931222">22 ta' Diċembru 1993</DATE>, Neath (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-6935">C-152/91, Ġabra p. I-6935</REF.DOC.ECR>) li tikkostitwixxi l-ġurisprudenza rilevanti. Huwa jqis li, billi M. Lindorfer tistrieh fuq sentenzi moghtija f 'kuntesti differenti minn dak ta' din il-kawża, hija b'ebda mod ma pprovat li l-kapital trasferii huwa l-korrispettiv ta' rabta ta' impjieg mal-Komunitajiet Ghalhekk huwa jsostni li l-mekkaniżmu ta' trasferiment jikkorrispondi ghat-tqeghid ta' kapital mill-uffiċjal fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja, kapital ikkostitwit barra minn din ir-rabta ta' impjieg mal-Komunità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li meta M. Lindorfer tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u tal-prinċipju tat-trattament ugwali tas-sessi min-naha tal-Qorti tal-Prim'Istanza, hija tqis, effettivament, li nkiser wieħed mill-prinċipji generali protetti mis-sistema legali Komunitarja. F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Artikolu 141 KE u d-diversi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni sekondarja li ghalihom tirreferi M. Lindorfer, kif ukoll l-Artikolu la(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, huma espressjonijiet speċifiċi tal-prinċipju generali ta' l-ugwaljanza tas-sessi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6838"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li meta l-leġiżlatur Komunitarju jistabbilixxi regoli dwar it-trasferiment lill-iskema Komunitarja tad-drittijiet għal pensjoni akkwistati minn uffiċjali Komunitarji taħt skema nazzjonali, dan il-leġiżlatur huwa obbligai jirrispetta l-prinċipju ta' trattament ugwali. Ghaldaqstant, huwa għandu jevita li jistabbilixxi regoli li ma jittrattawx lill-uffiċjali b'mod ugwali sakemm iċ-ċirkustanzi tal-persuni kkonċernati, fil-mument tad-dħul tagħhom fis-servizz tal-Komunitajiet, ma jiġġustifikawx differenzi fit-trattament minħabba l-karatteristiċi partikolari ta' l-iskema li taħtha ġew akkwistati d-drittijiet għal pensjoni jew minħabba li huma ma jkollhomx tali drittijiet (ara, f'dak li jirrigwarda l-prinċipju ta' trattament ugwali, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19900614">14 ta' Ġunju 1990</DATE>, Weiser, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-37/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-2395">C-37/89, Ġabra p. I-2395, punt 14</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Prim'Istanza ma qisitx diskriminatorju l-fatt li, billi l-valuri attwarjali huma oghla ghan-nisa, dawn ta' l-aħħar jirċievu inqas snin tas-servizz pensjonabbli mill-irġiel fil-każ ta' trasferiment tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni lill-iskema Komunitarja. Fil-punti 81 sa 83 tas-sentenza appellata, hija kkunsidrat li M. Lindorfer ma tistax tislet argumenti mill-fatt li, f'din l-iskema, ma ssir ebda distinzjoni fuq bażi ta' sess f'dak li jirrigwarda l-kontribuzzjonijiet ta' l-uffiċjali, billi l-uffiċjali li jikkontribwixxu b'dan il-mod ghall-iskema tal-pensjoni Komunitarja b'riżultat ta' I-attivi tajiet tagħhom fi ħdan istituzzjoni Komunitarja jinsabu f'sitwazzjoni differenti minn dik ta' l-uffiċjali li jittrasferixxu l-ekwivalenza attwarjali jew il-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet ghal pensjoni ta' l-irtirar li akkwistaw bis-sahha ta' attivitajiet imwettqa qabel id-dhul taghhom fis-servizz tal-Komunitajiet. F'kull każ, fil-fehma tal-Qorti tal-Prim'Istanza, l-użu ta' fatturi li jvarjaw skond is-sess ghall-finijiet li jiġu kkalkulati s-snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkreditati huwa oġġettivament iġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi ggarantita ġestjoni finanzjarja b'saħħitha ta' din l-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma spjegatx għaliex dawn iż-żewg kategoriji ta' uffiċjali jinsabu f'sitwazzjonijiet li mhumiex komparabbli ghall-finijiet ta' l-evalwazzjoni li kienet mitluba twettaq dwar jekk ikunx hemm diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess meta jsir trasferiment ta' drittijiet ghal pensjoni lejn l-iskema Komunitarja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6839"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma tispjegax fuq liema kriterji, apparti dak tas-sess, hija riedėt tibbaża distinzjoni bejn it-trattament ta' l-irġiel u tan-nisa li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom għal pensjoni lejn l-iskema Komunitarja, meta tali distinzjoni ma teżistix f'dak li jirrigwarda l-kontribuzzjonijiet imħallsa mis-salarju ta' l-uffiċjali rġiel u nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li, minkejja l-fatt li l-Artikolu la(l) tar-Regolamenti tal-Persunal ma ssemmiex, din id-dispożizzjoni, introdotta permezz tar-Regolament Nru 781/98 u applikabbli fil-mument meta ġew ikkalkulati s-snin tas-servizz pensjonabbli ta' M. Lindorfer, tipprovdi li <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>[ljuffiċjali għandhom ikunu intitolati għal trattament indaqs taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal mingħajr riferenza [... għas-]sess [...]<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f'dak li jirrigwarda l-ġustifikazzjoni ta' din id-differenza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa minħabba l-ħtieġa ta' ġestjoni finanzjarja b saħħitha ta' l-iskema tal-pensjoni Komunitarja, tali argument ma jistax jiġi invokat sabiex isostni l-ħtieġa ta' valuri attwarjali ogħla għan-nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, f'dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi mfakkar li l-livell identiku tal-kontribuzzjonijiet fuq is-salarju ta' l-uffiċjali rġiel u nisa ma jippreġudikax limsemmija ġestjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li jista jintlahaq l-istess ekwilibriju b'valuri attwarjali <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>unisex<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/></HT> huwa pprovat ukoll mill-fatt li, kif jirriżulta mir-risposti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ghad-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja, sussegwentement ghall-fatti ta' din il-kawża, l-istituzzjonijiet iddeċidew li jużaw tali valuri.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta ma kkonstatatx li M. Lindorfer sofriet diskriminazzjoni fuq bazi ta' sess.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6840"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ghaldaqstant, l-ewwel motiv huwa fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni aggravju bbaiat, minn naha, fuq ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali fissens li l-ujfiċjali li jibdew il-karriera taghhom iktar tard huma ttrattati b'mod sfavorevoli u, min-naha l-ohra, fuq motivazzjoni insuffiqenti tas-sentenza appellata f'dan ir-rigward</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>M. Lindorfer tqis li meta l-Qorti tal-Prim'Istanza m'aċċettatx li hija sofriet trattament sfavorevoli minħabba l-fatt li hija bdiet il-karriera taghha mal-Komunitajiet iktar tard, meta mqabbla ma' l-uffiċjali li ilhom iżjed li bdew il-karriera taghhom, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali. Fil-fatt, skond ir-rikorrenti, is-sistema ta' trasferiment tittratta b'mod sfavorevoli lill-uffiċjali li jkunu bdew karriera f'istituzzjoni Komunitarja tard meta mqabbla ma' dawk li jidhlu ghal tali karriera ferm iktar kmieni. Barra minn hekk, M. Lindorfer issostni li, fii-punt 67 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja kisret l-obbligu ta' motivazzjoni taghha meta warrbet il-paragun, li hija kienet ipproponiet, bejn is-sitwazzjoni taghha u dik ta' uffiċjal li hallas kontribuzzjonijiet lill-iskema Komunitarja biss.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Skond il-Kunsill, is-sitwazzjoni ta' l-<QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>uffiċjali li dejjem hadmű ma' istituzzjoni<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/>, li m'ghandhomx drittijiet nazzjonali biex jiġu trasferiti, u dik ta' l-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>uffiċjali li daħlu tard<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>, jiġifieri dawk li jittrasferixxu d-drittijiet nazzjonali taghhom lejn l-iskema tal-pensjoni Komunitarja, mhumiex komparabbli. Il-Kunsill jghid ukoll li, kieku dawn is-sitwazzjonijiet kienu komparabbli, l-awturi tar-Regolamenti tal-Persunal ma kienx ikollhom ghalfejn jistabbilixxu sistema ta' trasformazzjoni ta' kapital fi snin tas-servizz pensjonabbli u li kien ikun iktar sempliċi li <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>uffiċjal li dahal tard<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> jinghata numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja li jkun ugwali ghan-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li matulhom thallsu kontribuzzjonijiet fl-iskema nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6841"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li l-prinċipju ta' trattament ugwali jew ta' non-diskriminazzjoni jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b'mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b'mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenzi ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta' Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-403">C-344/04, Ġabra p. I-403, punt 95</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, Eman u Sevinger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-8055">C-300/04, Ġabra p. I-8055, punt 57</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Billi M. Lindorfer, li daħlet fis-servizz ta' istituzzjoni Komunitarja wara li matul ċertu perijodu hallset kontribuzzjonijiet lill-iskema ta' pensjoni Awstrijaka, tallega li sofriet trattament mhux ugwali għal dak ta' uffiċjal li daħal f'dan l-istess servizz iktar kmieni u li matul ċertu perijodu hallas kontribuzzjonijiet lill-iskema tal-pensjoni Komunitarja, għandu jiġi werifikat jekk dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet humiex komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Kif enfasizzat l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tagħha, fl-iskema tal-pensjoni Komunitajra, l-uffiċjali rtirati jitħallsu proporzjon tas-salarju finali tagħhom. Għaldaqstant, l-ammont ta' din il-pensjoni jiddependi, minn naħa, mittwettiq mill-uffiċjal tal-karriera tiegħu fis-servizz tal-Komunitajiet, rifless fis-salarju finali tiegħu, u, min-naħa l-oħra, mit-tul ta' żmien ta' l-impenn tiegħu lejn il-Komunitajiet. F'din l-iskema, il-pensjoni b'ebda mod mhija ddeterminata mill-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-snin ta' servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-każ ta' uffiċjal li jittrasferixxi drittijiet għal pensjoni akkwistati preċedentement taħt skema nazzjonali, fil-forma ta' kapital, lejn l-iskema Komunitarja jaqa' barra minn dan il-kuntest. Fil-fatt, in-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li dan l-uffiċjal għandu jkun ikkreditat bihom jiddependi, skond l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-kapital trasferii u mill-grad ta' l-uffiċjal meta jiġi stabbilit. Għaldaqstant, l-ammont tal-pensjoni li jkun intitolai għalih l-uffiċjal fi tmiem il-karriera tiegħu jkun iddeterminat mis-salarju finali tiegħu u mit-tul ta'<?PAGE NO="I-6842"?> żmien ta' l-attività tiegħu fis-servizz tal-Komunitajiet, li miegħu jiżdiedu s-snin tas-servizz pensjonabbli ddeterminati skond il-kapital trasferit</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa somma ta' flus li permezz tagħha dan l-uffiċjal jikkontribwixxi għall-baġit Komunitarju u perijodu ta' żmien iddedikat fis-servizz ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji ma jikkostitwixxux valuri komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li M. Lindorfer, li, fil-mument tad-dħul tagħha fis-servizz tal-Komunitajiet, ittrasferiet lejn l-iskema ta' pensjoni Komunitarja, kapital li jikkorrispondi għad-drittijiet li hija akkwistat taħt skema nazzjonali, ma tinsabx fsitwazzjoni komparabbli ma' dik ta' uffiċjal li daħal fis-servizz tal-Komunitajiet iktar kmieni u li hallas kontribuzzjonijiet lill-iskema tal-pensjoni Komunitarja minn dak iż-żmien 'il quddiem permezz ta' kontribuzzjonijiet imhallsa mis-salarju tieghu.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda l-allegata insuffiċjenza ta' motivazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punti 64 sa 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim'Istanza eżaminat iddiversi elementi li jikkaratterizzaw il-karriera ta' uffiċjal irreklutat fil-bidu tal-karriera professjonali tiegħu u dik ta' uffiċjal li, bħas-Sinjura Lindorfer, preċedente-ment ħadem u hallas kontribuzzjonijiet lil skema ta' pensjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż, minn naħa, li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat ġustament li, billi M. Lindorfer ma kinitx tinsab fsitwazzjoni komparabbli ma' dik ta' uffiċjal irreklutat fil-bidu tal-karriera professjonali tiegħu, hija ma setghetx issostni li sofriet trattament mhux ugwali meta mqabbla ma' dan ta' l-ahhar u, min-naha lohra, li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma kisritx l-obbligu ta' motivazzjoni taghha.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6843"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet aggravju bbaiat, minn naha, fuq ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali lijirriżulta mill-applikazzjoni tal-formoli ta' konverżjoni u, min-naha l-ohra, fuq in-nuqqas ta' limitu minimu ghan-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli moghti</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Is-Sinjura Lindorfer tikkontesta l-punti 76 u 77 tas-sentenza appellata u ssostni li meta l-Qorti tal-Prim'Istanza m'aċċettatx li hija sofriet trattament sfavorevoli minħabba l-fatt li hija kienet wettqet it-trasferiment tad-drittijiet taghha ghal pensjoni minn fond ta' pajjiż imsejjah pajjiż <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>b'valuta bsaħħitha<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> meta mqabbla ma' l-uffiċjali li wettqu tali trasferiment minn fond ta' pajjiż imsejjah pajjiż <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>b'valuta dghajfa<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/>, il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Hija ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma jmisshiex limitat ruhha li tiddikjara, firrigward tal-formoli ta' konverżjoni monetarja previsti fl-Artikolu 10(4) tar-RI, li l-fatt li l-applikazzjoni tal-varjant i) ghal ammont trasferit minn fond tal-pensjoni ta' pajjiż imsejjah pajjiż <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>b'valuta dghajfa<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> tista' tkun iktar vantaġġuża mill-applikazzjoni tal-varjant ii) ghal ammont trasferit minn fond tal-pensjoni ta' pajjiż imsejjah pajjiż <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>b'valuta b'sahhitha<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> huwa l-konsegwenza taċ-ċaqliq fil-valuti nazzjonali u mhux tarregoli Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>M. Lindorfer hija tal-fehma li l-Qorti tal-Prim'Istanza kien imissha kkonstatat, minn naha, li l-Kunsill kien għażel li japplika trattament iktar vantaġġuż lill-ammonti trasferiti minn fond tal-pensjoni ta' pajjiż imsejjah pajjiż <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>b'valuta dghajfa<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> minn dak moghti lill-ammonti trasferiti minn fond tal-pensjoni ta' pajjiż imsejjah pajjiż <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>b'valuta b'sahhitha<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> u, min-naha l-oħra, li l-Kunsill ma jistax jadotta tali formoli diskriminatorji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6844"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, M. Lindorfer tistaqsi dwar in-nuqqas ta' limitu minimu f'dak li jirrigwarda n-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli mogħti fil-każ ta' trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni magħmul minn pajjiż imsejjaħ pajjiż <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>b'valuta b'saħħitha<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/>, meta n-numru tas-snin tas-servizz pensjonabbli li jistgħu jiġu akkwistati fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja, b'riżultat ta' trasferiment minn pajjiż imsejjaħ pajjiż <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>b'valuta dgħajfa<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/>, huwa suġġett għal limitu massimu sabiex jiġi evitat li huwa jaqbeż in-numru ta' snin li matulhom il-persuna kkonċernata kienet affiljata ma' skemi tal-pensjoni nazzjonali non-supplementari.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skond il-Kunsill, il-Qorti tal-Prim'Istanza wieġbet korrettament għall-argumenti rilevanti ta' M. Lindorfer fil-punti 76 u 77 tas-sentenza appellata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Gustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda l-ewwel ilment dwar il-formoli ta' konverżjoni, għandu jiġi kkunsidrat, fl-ewwel lok, li l-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament fakkret, fil-punt 76 tas-sentenza appellata, li l-paragun li għamlet M. Lindorfer ma setax ikun konklużiv, għaliex il-karatteristiċi ta' l-<QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>uffiċjal ta' referenza<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> kienu differenti minn dawk ta' M. Lindorfer u li l-paraguni l-oħra magħmula minnha kienu jistrieħu fuq premessi żbaljati.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservai li, meta l-fondi tal-pensjoni nazzjonali jiddeterminaw il-valur tar-redenzjoni b'rata fissa tad-drittijiet għal pensjoni akkwistati taħt l-iskemi tal-pensjoni nazzjonali taghhom, huma jiddeterminaw l-ammont li għandu jiġi trasferit fil-valuta ta' l-Istat Membru kkonċernat, liema ammont ghandu sussegwentement jiġi espress f'valuta unika. Min-naha taghhom, il-Komunitajiet ghandhom setgha diskrezzjonali wiesgha meta jiddefinixxu l-elementi tas-sistema ta' konverżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6845"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi mfakkar li l-applikazzjoni tal-varjant ii) minflok il-varjant i) issir fuq bażi ta' ghażla, billi, skond l-Arikolu 10(4)(b) tar-RI, il-kalkolu ddeterminat minn din id-dispożizzjoni jsir biss fuq talba ta' l-uffiċjal. Huwa probabbli li l-uffiċjali li għalihom il-varjant ii) huwa iktar vantaġġuż sejrin jagħżlu dan ta' l-aħħar, filwaqt li dawk li jiġu żvantaġġati b'dan il-varjant sejrin jippreferu l-applikazzjoni tal-varjant i). Għaldaqstant, kulħadd għandu l-possibbiltà li jirċievi l-iktar trattament vantaġġuż.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel ilment relattiv għall-applikazzjoni tal-formoli ta' konverżjoni mhuwiex fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda t-tieni lment dwar in-nuqqas ta' limitu minimu għan-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli mogħtija fil-każ ta' trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni lejn l-iskema Komunitarja, dan l-ilment għandu jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Huwa minnu li M. Lindorfer issostni li, fin-nuqqas ta' tali limitu, il-leġiżlazzjoni in kwistjoni hija kritikabbli, iżda hija ma tinvoka ebda argument, skond il-ġurisprudenza li għaliha ssir referenza fil-punt 45 ta' din is-sentenza, li jfittex li jipprova li s-sentenza appellata hija wizzjata bi żball ta' ligi.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f'dan il-każ, l-allegazzjoni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali fid-dawl ta' l-ineżistenza ta' tali limitu minimu hija ġenerali u impreċiża wisq biex tista' tkun is-suġġett ta' evalwazzjoni ġudizzjarja (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19990708">8 ta' Lulju 1999</DATE>, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/92 P" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-4235">C-51/92 P, Ġabra p. I-4235, punt 113</REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat-<DATE ISO="20061212">12 ta' Diċembru 2006</DATE>, Autosalone Ispra vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-129/06 P" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-131*">C-129/06 P, li ghadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra — Ġabra 2006, p. I-131* punt 31</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6846"?><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Billi l-ewwel aggravju mqajjem minn M. Lindorfer ġie milqugħ, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata safejn ċaħdet ir-rikors għar-raġuni li ma kienx hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-konsegwenzi ta' l-annullament parzjali tas-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 61 ta l-Istatut tal-Qorti tal-Gustizzja, jekk lappell ikun fondat, il-Qorti tal-Gustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza. Tista' allura jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza biex din tiddeċidiha.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Billi l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, għandha tingħata deċiżjoni dwar it-talba tar-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u sabiex il-Kunsill jiġi ordnat jiffissa mill-ġdid is-snin tas-servizz pensjonabbli ta' M. Lindorfer.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li meta l-Kunsill iffissa s-snin tas-servizz pensjonabbli ta' M. Lindorfer, huwa ha in kunsiderazzjoni fattur marbut mas-sess, u b'hekk kiser il-prinċipju ta non-diskriminazzjoni fuq bażi ta sess u l-Artikolu 1a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6847"?><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda t-talba sabiex il-Kunsill jiġi ordnat jiŕfissa mill-ġdid is-snin tasservizz pensjonabbli tas-Sinjura Lindorfer, huwa suffiċienti, f'dan il-każ, li jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 233 KE, hija l-istituzzjoni li l-att tagħha jkun ġie ddikjarat nuli li għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma ruħha massentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Gustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, magħmul applikabbli għall-proċedura ta' appell skond l-Artikolu 118 ta' l-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż, kif mitlub mis-Sinjura Lindorfer.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Ghal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-Qorti tal-Prinť Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-<DATE ISO="20040318">18 ta' Marzu 2004</DATE>, Lindorfer vs Il-Kunsill (T-204/01), hija annullata, safejn caħdet ir-rikors ta' M. Lindorfer, għar-raġuni li ma kienx hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6848"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20001103">3 ta' Novembru 2000</DATE>, dwar il-kalkolu tas-snin tas-servizz pensjonabbli ta' M. Lindorfer, hija annullata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-bqija ta' l-appell huwa michud,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż sostnuti quddiem iż-żewġ istanzi.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>