|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1642 |
22.12.2023 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2906 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2905 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(C/2023/1642)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Bernard Maheshe BYAMUNGU u s-Sur Ruvugayimikore PROTOGÈNE, persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2906 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2905 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jinkludi ż-żewġ persuni msemmija hawn fuq fil-lista ta' persuni u entitajiet koperti mill-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li jħassar l-entrati korrispondenti mill-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u mill-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.
In-narrattivi li fuqhom huma bbażati dawk il-listi jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 u huma disponibbli wkoll hawnhekk: Security Council 1533 Sanctions Committee Adds Two Entries to Its Sanctions List | UN Press (il-Kumitat tas-Sanzjonijiet 1533 tal-Kunsill tas-Sigurtà Jżid Żewġ Entrati fil-Lista ta' Sanzjonijiet tiegħu | UN Press -mhux disponibbli bil-Malti).
Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu talba lill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU tiġi rieżaminata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Focal Point for De-listing |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room DC2 2034 |
|
United Nations |
|
New York, N.Y. 10017 |
|
United States of America |
Tel. +1 917 367 9448
Fax: +1 212 963 1300
Email: delisting@un.org
Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/delisting/delisting-requests
Kwalunkwe osservazzjoni li l-persuni kkonċernati jixtiequ jippreżentaw lill-Kunsill għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi ikkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) ĠU L, 2023/2906, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2906/oj
(3) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.
(4) ĠU L, 2023/2905, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2905/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1642/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)