<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-468/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0468</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:666">EU:C:2019:666</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190905">5.9.2019</DATE> – Kawża C-468/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">R (Ġurisdizzjoni responsabbli u obbligu ta’ manteniment)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 4/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(a) u (d) u Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Qorti adita bi tliet talbiet konġunti dwar id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, tar-responsabbiltà tal-ġenituri u tal-obbligu ta’ manteniment favur il-wild</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tad-divorzju u tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri –Ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-talba ta’ obbligu ta’ manteniment</KEYWORD><KEYWORD>Qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu u li quddiemha jidher</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C 468/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Judecătoria Constanţa (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanţa, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">R</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">P,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, F. Biltgen, J. Malenovský, C. G. Fernlund (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn C. Canţăr kif ukoll minn E. Gane u A. Voicu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent, assistit minn D. Calciu, avocate,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(ċ) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 7, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn R, residenti fir-Renju Unit, u P, residenti fir-Rumanija, fir-rigward ta’ talbiet għal divorzju, għall-ħlas ta’ pensjoni tal-manteniment għall-manteniment għall-wild minuri tagħhom u rrelatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 6, p. 243), huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(5)</NO.P><TXT>Sabiex l-ugwaljanza għal minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri, inkluzi l-miżuri ta’ protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma’ xi proċedura matrimonjali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett mal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza tal-minuri jew skont ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>d-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-obbliġazzjonijiet ta’ manteniment;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(7) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) (b) tal-istess regolament, il-qrati tal-Istat Membru tan-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet dwar id-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 2201/2003 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri [ulied] li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-Proroga ta’ l-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-qrati ta’ xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri li għandha x’taqsam ma’ dik l-applikazzjoni fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>mill-inqas wieħed mill-konjuġi għandu jew għandha r-responsabbilità bħala ġenituri fir-rigward tal-minuri</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ġurisdizzjoni ta’ l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta’ dan, u tkun fl-aqwa nteressi ta’ l-minuri.”</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 4/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 u 2 tiegħu, ir-Regolament Nru 4/2009 huwa intiż għall-adozzjoni ta’ miżuri li jaqgħu taħt il-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li għandhom impatt transkonfinali u, b’mod partikolari, huwa intiż sabiex jiffavorixxi l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fil-qasam tal-kunflitti tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-premessa 9 tar-Regolament Nru 4/2009:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kreditur ta’ manteniment għandu jkun jista’ jikseb faċilment, fi Stat Membru, deċiżjoni li tkun awtomatikament eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità oħra.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessa 15 ta’ dan ir-regolament tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kredituri ta’ manteniment u tiġi promossa l-amministrazzjoni ġusta tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu adattati r-regoli relatati mal-ġurisdizzjoni, kif jirriżultaw mir-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)]. Il-fatt li konvenut ikollu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Terz m’għandux jibqa’ fattur għall-esklużjoni ta’ l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-kompetenza, u m’għandhiex tibqa’ ssir l-ebda referenza għal-liġi nazzjonali. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiddetermina l-każijiet li fihom qorti ta’ Stat Membru tista’ teżerċita kompetenza sussidjarja.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(10) tal-imsemmi regolament, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kreditur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>: huwa ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kwalunkwe individwu li huwa dovut manteniment jew li jallega li huwa dovut<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, fl-Istati Membri, il-ġurisdizzjoni għandha tkun f’idejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess, għandha l-ġurisdizzjoni biex twettaq proċedimenti li jikkonċernaw l-istatus ta’ persuna jekk il-kwistjoni relatata ma’ manteniment tkun anċillari għal dawk il-proċedimenti, sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx ibbażata unikament fuq iċ-ċittadinanza ta’ waħda mill-partijiet, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-qorti li, skont il-liġi tagħha stess għandha l-ġurisdizzjoni biex iżżomm proċeduri li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta’ ġenitur jekk il-kwistjoni relatata ma’ manteniment tkun anċillari għal dawk il-proċeduri, sakemm dik il-ġurisdizzjoni ma tkunx ibbażata unikament fuq in-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet.”<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ġurisdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. Din ir-regola m’għandhiex tapplika jekk il-preżenza saret biex tkun ikkontestata l-ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Verifika tal-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Fejn qorti ta’ Stat Membru hija invokata għal każ li fir-rigward tiegħu ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni skont dan ir-Regolament hija għandha tiddikjara hi stess li ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-qrati Rumeni għandhom jivverifikaw il-ġurisdizzjoni tagħhom <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Madankollu, qorti li ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni tista’ tiġi opposta, f’kull stadju tal-kawża, minn waħda mill-partijiet, b’eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni u hija tkun obbligata li teżaminaha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>R u P, ċittadini Rumeni, iżżewġu fil-<DATE ISO="20150815">15 ta’ Awwissu 2015</DATE> fir-Rumanija. Huma rispettivament l-omm u l-missier ta’ wild li twieled fit-<DATE ISO="20151108">8 ta’ Novembru 2015</DATE> f’Belfast (ir-Renju Unit), fejn huma kienu jgħixu qabel ma sseparaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Matul is-separazzjoni tagħhom fl-2016, P, il-missier, mar lura fir-Rumanija filwaqt li R, l-omm, baqgħet f’Belfast mal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors tad-<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, R ressqet kawża quddiem il-Judecătoria Constanța (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanța, ir-Rumanija), sabiex tikseb ix-xoljiment taż-żwieġ, l-istabbiliment tad-domiċilju tal-wild magħha, l-awtorizzazzjoni sabiex teżerċita waħedha l-awtorità tal-ġenituri u l-kundanna ta’ P għall-ħlas ta’ pensjoni tal-manteniment favur il-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>P ikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju hekk adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, din tal-aħħar iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni, minħabba n-nazzjonalità tal-konjuġi, sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, fit-<DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-imsemmija qorti ddeċidiet li tissepara l-kap tat-talba dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri mill-omm u dwar l-istabbiliment tad-domiċilju tal-wild għal dak li jirrigwarda l-ħlas ta’ pensjoni tal-manteniment favur il-wild. Konsegwentement, hija fetħet żewġ kawżi ġodda li jirrigwardaw rispettivament dawn iż-żewġ kapijiet tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kap ta’ talba, dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti tar-rinviju, peress li kkonstatat li l-kundizzjonijiet tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, previsti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, inkluż dak dwar l-aħjar interessi tal-wild, ma kinux issodisfatti, iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, din il-qorti kkunsidrat li, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-qrati tar-Renju Unit għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba, peress li l-wild abitwalment jirrisjedi f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tiegħu. Il-partijiet ma ppreżentawx rikors kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha l-qorti tar-rinviju ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kap ta’ talba, dwar il-ħlas ta’ manteniment mill-missier favur il-wild, il-qorti tar-rinviju, abbażi tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009, iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni minħabba l-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut. Din il-qorti żżid li, jekk P ikun deher quddiemha mingħajr ma jqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ din it-talba, huwa xtaq, bħal R, li l-qorti tar-rinviju tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha l-istess dubji tal-partijiet fil-kawża quddiemha dwar il-ġurisdizzjoni tagħha u tippreċiża li hija tista’, skont id-dritt Rumen, tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ġurisdizzjoni tagħha fl-istadji kollha tal-kawża. Hija tistaqsi jekk jirriżultax mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-184/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:479">EU:C:2015:479</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, meta qorti hija kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar ix-xoljiment taż-żwieġ bejn il-ġenituri ta’ wild minuri u li qorti oħra tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild, hija biss din il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-obbligu ta’ manteniment favurieh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li hija tistaqsi b’mod partikolari dwar ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009, li jindika l-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, l-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament, li jindika l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, li jindika l-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha jkun deher il-konvenut mingħajr ma jqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Judecătoria Constanța (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Constanța) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>Meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita, permezz ta’ rikors wieħed, bi tliet talbiet, jiġifieri dwar ix-xoljiment taż-żwieġ tal-ġenituri ta’ wild minuri, dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u dwar l-obbligu ta’ manteniment lejh, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(a) u (d), u tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-qorti li tiddeċiedi dwar id-divorzju, li hija wkoll il-qorti tal-post tar-residenza abitwali tal-konvenut u l-qorti li quddiemha deher il-konvenut, tista’ tiddeċiedi fuq it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment favur il-wild, anki jekk din il-qorti iddikjarat lilha nnifisha bħala li ma għandhiex ġurisidizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild, jew inkella hija biss il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild li tista’ tiddeċiedi fuq it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-istess sitwazzjoni f’dak li jikkonċerna t-tressiq tal-kawża quddiem il-qorti nazzjonali, it-talba dwar il-pensjoni tal-manteniment favur il-wild iżżomm in-natura anċillari tagħha meta mqabbla mal-azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tal-imsemmi regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, huwa fl-aħjar interessi tal-minuri li qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009 tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment tal-ġenitur lejn il-wild minuri li ħareġ miż-żwieġ li tiegħu qed jintalab ix-xoljiment, filwaqt li din il-qorti ddikjarat ruħha li ma għandhiex ġurisidizzjoni f’dak li jikkonċerna l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, billi, permezz ta’ deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ res judicata, ikkonkudiet li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ma kinux issodisfatti?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi tagħha, li hemm lok li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3 (a) u (d) u l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita bi tliet talbiet konġunti li jirrigwardaw, rispettivament, id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u l-obbligu ta’ manteniment lejn l-imsemmi wild, il-qorti li tiddeċiedi fuq id-divorzju li tkun iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija madankollu kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward ta’ dan il-wild meta hija wkoll il-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut u l-qorti li quddiemha huwa jkun deher jew li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild tista’ tiddeċiedi dwar it-talba rrelatata mal-obbligu ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kliem tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jirriżulta li dan jistabbilixxi kriterji ġenerali ta’ għoti ta’ ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istati Membri li jiddeċiedu fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment. Dawn il-kriterji huma alternattivi, kif juri l-użu tal-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, wara l-espożizzjoni ta’ kull wieħed minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-184/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:479">EU:C:2015:479</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għan tar-Regolament Nru 4/2009, li jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mill-premessa 15 tiegħu, li jipproteġi l-interess tal-kreditur tal-manteniment, meqjus bħala l-parti l-iktar dgħajfa f’azzjoni dwar obbligu ta’ manteniment, l-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament joffrilu,<?PAGE NO="7"?> meta jaġixxi bħala applikant, il-possibbiltà li jressaq it-talba tiegħu billi jagħżel bażijiet ta’ ġurisdizzjoni oħra mqabbla ma’ dik prevista fl-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Blijdenstein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-433/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:21">EU:C:2004:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sanders u Huber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-400/13 u C-408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-kreditur tal-manteniment jista’ għalhekk jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu jew quddiem il-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, b’mod konformi mal-punt (a) ta’ dan l-Artikolu 3, jew quddiem il-qorti tal-post fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu, skont il-punt (b) tal-imsemmi artikolu, jew inkella, skont il-punti (ċ) u (d) tal-istess artikolu, meta t-talba ta’ manteniment tkun anċillari għal azzjoni prinċipali, relatata mal-istat tal-persuni, bħalma hija talba għal divorzju [punt (c)] jew għar-responsabbiltà tal-ġenituri [punt (d)], quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni rispettivament ta’ waħda jew ta’ azzjoni oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009 jipprevedi l-ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ Stat Membru li quddiemha jidher il-konvenut, għajr fil-każ li d-dehra tal-konvenut għandha l-għan li tikkontesta l-imsemmija ġurisdizzjoni. Kif jirriżulta mill-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[a]pparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, dan l-artikolu jipprevedi bażi ta’ ġurisdizzjoni applikabbli f’każ ta’ nuqqas jekk, b’mod partikolari, il-kriterji tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament ma jkunux applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, adita mill-kreditur tal-manteniment, għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment favur il-wild skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009. Hija għandha wkoll ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament bħala qorti li quddiemha jkun deher dan il-konvenut mingħajr ma tqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq madankollu tkun taf jekk il-fatt li hija ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba rrelatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri li tirrigwarda, b’mod partikolari, l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri u fuq id-dritt ta’ kustodja, inkluż il-post ta’ residenza tal-wild, ma jirrendihiex nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba ta’ obbligu ta’ manteniment favur dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif ġie espost fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, din il-qorti tenfasizza li hija ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-kap ta’ talba dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003, ma kinux issodisfatti. Hija tikkunsidra wkoll li, skont l-Artikolu 8 (1) ta’ dan ir-regolament, il-qrati tar-Renju Unit, fejn il-minuri jirrisjedi b’mod abitwali, għandhom ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-qrati ta’ dan l-Istat Membru ma ġewx aditi b’talba dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-punt 40 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-184/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:479">EU:C:2015:479</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, li, min-natura tagħha, talba relatata mal-obbligi ta’ manteniment fir-rigward tal-ulied minuri hija intrinsikament marbuta mal-azzjoni għar-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll, fil-punt 43, li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni tieħu konjizzjoni ta’ azzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, tkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> l-kwistjonijiet li jqumu mit-talba dwar obbligu ta’ manteniment favur wild, tiffissa l-ammont tal-imsemmi obbligu intiż sabiex jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ manteniment u tal-edukazzjoni tal-wild, billi tadattah skont il-metodu ta’ kustodja stabbilit, konġunta jew esklużiva, skont id-dritt ta’ żjara, it-tul ta’ dan id-dritt u l-elementi l-oħra ta’ natura fattwali relatati mal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri mressqa quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ir-raġunament tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 48 tal-imsemmija sentenza, li, meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita b’kawża li tirrigwarda s-separazzjoni jew it-tmiem tar-rabta konjugali bejn il-ġenituri ta’ wild minuri u li qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun adita b’kawża dwar<?PAGE NO="8"?> ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild, talba dwar l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward ta’ dan l-istess wild hija biss anċillari għall-azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, ma jirriżultax mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-184/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:479">EU:C:2015:479</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, meta, bħal fil-kawża prinċipali, qorti ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild minuri u tkun indikat qorti oħra bħala li għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din l-azzjoni, hija biss din tal-aħħar li għandha ġurisdizzjoni, fi kwalunkwe każ, sabiex tiddeċiedi dwar kull talba dwar l-obbligi ta’ manteniment favur dan il-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, permezz tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-184/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:479">EU:C:2015:479</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat biss il-punti (ċ) u (d) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009 u mhux il-kriterji ta’ ġurisdizzjoni l-oħra previsti f’dan l-Artikolu 3 jew fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament. Dawn il-kriterji l-oħra ma kinux rilevanti f’din il-kawża, peress li, kuntrarjament għaċ-ċirkustanzi ta’ fatt tal-kawża prinċipali, il-konjuġi, ġenituri tal-ulied kredituri ta’ manteniment, kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru tal-ulied tagħhom, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, u, barra minn hekk, li l-konvenut ikun deher quddiem il-qorti adita, biss sabiex tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-fatt li qorti tkun iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild minuri ma jippreġudikax il-kompetenza tagħha sabiex tiddeċiedi dwar talbiet li jirrigwardaw obbligi ta’ manteniment favur il-minuri jekk din il-ġurisdizzjoni tista’ tkun ibbażata, bħal fil-kawża prinċipali, fuq l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 4/2009, jew fuq l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-istruttura u mill-għanijiet tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istruttura tar-Regolament Nru 4/2009, dan jipprevedi fil-Kapitolu II tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, ir-regoli kollha applikabbli sabiex tiġi indikata l-qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment. Il-premessa 15 ta’ dan ir-regolament tistabbilixxi f’dan ir-rigward li iktar ma jsir riferiment għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni tad-dritt nazzjonali, peress li r-regoli li jirriżultaw mill-imsemmi regolament għandhom jitqiesu li huma eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’hekk, jekk qorti adita b’talba f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment fir-rigward ta’ wild ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild, l-ewwel nett għandu jiġi vverifikat jekk din il-qorti hijiex kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar titolu ieħor skont dan ir-regolament (digrieti tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180116">16 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>PM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-604/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:10">EU:C:2018:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180410">10 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>CV</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-85/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:220">EU:C:2018:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li r-Regolament Nru 4/2009 ma jipprevedix il-possibbiltà, għal qorti li għandha ġurisdizzjoni skont waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu u li tkun regolarment adita, li tastjeni lilha favur qorti li, fil-fehma tagħha, tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex tieħu konjizzjoni, kif tippermetti fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tikkorrispondi wkoll għall-għan tar-Regolament Nru 4/2009, imfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 59 u 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-imsemmi regolament jipprevedi kriterji ta’ kompetenza alternattivi u mhux ġerarkiċi li jiffavorixxu l-għażla tal-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-importanza ta’ din l-għażla bil-għan li jiġi protett il-kreditur tal-manteniment jirrifletti l-Protokoll tal-Aja [Den Haag] tat-<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE, tas-<?PAGE NO="9"?><DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 331, p. 17</REF.DOC.OJ>), li l-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li għandha relazzjonijiet stretti mar-Regolament Nru 4/2009 (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>KP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-83/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:408">EU:C:2018:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li dan il-protokoll jippermetti lill-kreditur ta’ manteniment, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, li jagħmel għażla tal-liġi applikabbli għat-talba tiegħu fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment billi jipprovdi li l-liġi tal-forum u mhux dik tal-Istat ta’ residenza abitwali tal-kreditur tapplika b’mod prijoritarju meta dan jippreżenta t-talba tiegħu quddiem l-awtorità kompetenti tar-residenza abitwali tad-debitur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mölk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-214/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:744">EU:C:2018:744</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 li tgħid li hija biss il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq talba għal obbligu ta’ manteniment tista’ tippreġudika din il-possibbiltà tal-kreditur li jitlob il-manteniment li jagħżel mhux biss il-qorti li għandha ġurisdizzjoni, iżda wkoll, konsegwentement, il-liġi applikabbli għat-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li jiġi rrilevat li l-għażla inizjali tal-ġenitur li jirrappreżenta lill-wild minuri kreditur ta’ manteniment li jgħaqqad flimkien l-assjem tal-kapijiet ta’ talba kollha tiegħu quddiem l-istess qorti, tmur kontra l-eċċezzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita mqajma mill-konvenut u minn deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2201/2003, fir-rigward tal-kap ta’ talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni tar-riskju li jkollu jagħmel it-talbiet tiegħu f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment u ta’ responsabbiltà tal-ġenituri quddiem żewġ qrati differenti, dan il-ġenitur jista’ jkun jixtieq, fl-aqwa interess tal-wild, jirtira t-talba inizjali tiegħu fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment imressqa quddiem il-qorti li tiddeċiedi fuq it-talba għal divorzju sabiex il-qorti kompetenti fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri tkun ukoll kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq din it-talba fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-ġenitur jista’ wkoll ikun jixtieq, fl-aqwa interess tal-wild, li jżomm it-talba inizjali tiegħu fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment favur il-wild quddiem il-qorti li tiddeċiedi fuq it-talba għal divorzju, meta din tal-aħħar hija wkoll dik tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Diversi raġunijiet, bħal dawk imsemmija mill-Avukat Ġenerali fil-punti 65 sa 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, jistgħu jimmotivaw tali għażla tal-kreditur ta’ manteniment, b’mod partikolari, il-possibbiltà li tiġi applikata l-liġi tal-forum, f’dan il-każ il-liġi Rumena, il-faċilità li wieħed jesprimi ruħu fil-lingwa materna tiegħu, l-ispejjeż possibbilment inqas proċedurali, il-konoxxenza mill-qorti adita tal-kapaċitajiet kontributtivi tal-konvenut u l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(a) u (d) u l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 4/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita bi tliet talbiet konġunti li jirrigwardaw, rispettivament, id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u l-obbligu ta’ manteniment lejh, il-qorti li tiddeċiedi fuq id-divorzju li tkun iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha madankollu ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward ta’ dan il-wild meta hija wkoll il-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut jew il-qorti li quddiemha huwa jkun deher, mingħajr ma tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(a) u (d) u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita bi tliet talbiet konġunti li jirrigwardaw, rispettivament, id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u l-obbligu ta’ manteniment lejh, il-qorti li tiddeċiedi fuq id-divorzju li tkun iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha madankollu ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-imsemmi wild meta hija wkoll il-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut jew il-qorti li quddiemha huwa jkun deher, mingħajr ma tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>