18.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/610

tal-15 ta' April 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/76 tad-19 ta' Jannar 2015 li tvara l-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (2),

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-26 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Mali/1/2014 (3), li taħtar lis-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Mali mis-26 ta' Mejju 2014 sal-14 ta' Jannar 2015.

(3)

Fl-14 ta' Jannar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/67 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Mali sal-14 ta' Ġunju 2015.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Ġunju 2015 sal-14 ta' Ġunju 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Albrecht CONZE bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż sal-14 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)   ĠU L 13, 20.1.2015, p. 5.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Mali/1/2014 tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/67 tal-14 ta' Jannar 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2015) (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 72).