European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2655

9.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2655

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 tapplika sal-10 ta’ Ottubru 2024. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġu estiżi sal-10 ta’ Ottubru 2025.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-10 ta’ Ottubru 2025 ”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2655/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)