Official Journal 032 , 11/05/1960 P. 0777 - 0779
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0044
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0046
Greek special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0035
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0043
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0043
Regoli ta’ l-Aġenzija Fornitriċi tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika li jiddeterminaw il-mod li bih it-talbiet għandhom jiġu bilanċjati kontra l-provvista ta’ minerali, materjali li huma għejun u materjali fissili speċjali L-AĠENZIJA FORNITRIĊI TAL-KOMUNITÀ EWOPREA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA, Filwaqt li kkunsidrat id-disposizzjonijiet tat-Trattat, b’mod partikolari is-sitt paragrafu ta’ l-Artikolu 60 tiegħu; Wara li kkonsultat il-Kumitat Rakkmandatorju ta’ l-Aġenzija, Filwaqt li kkunisdrat id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-Euratom tal-5 ta’ Mejju 1960 li tiffissa d-data li fiha l-Aġenzija Fornitriċi għandha tibda d-dmirijiet tagħha u li approva dawn ir-Regoli, u b’ mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 ta’ dik id-Deċiżjoni rigward il-proċeduri għad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regoli Billi, sabiex jitwettqu dawn id-dmirijiet skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 52 tat-Trattat, l-Aġenzija għandu jkollha, rigward tali prodott u a bażi tad-dikjarazzjonijiet li jkopru l-ħtiġiet stmati ta’ l-utenti u l-provvisti stmati disponibbli tal-produtturi, għarfien sħiħ tas-sitwazzjoni fis-suq; Billi l-proċeduri biex jiġu bbilanċjati t-talbiet mal-provvista għandhom neċessarjament jiġu determinati b’ tali mod li jippermetti li jintlaħqu diversi sitwazzjonijiet ta’ provvista, Billi l-introduzzjoni ta’ dawn il-proċeduri tinkludi miżuri tranżitorji li jiffaċilitaw l-applikazzjoni progressive tagħhom; ADDOTTAT DAWN ID-DISPOSIZZJONIJIET Artikolu 1 L-utenti għandhom, fejn jintalbu mill-Aġenzija, jinnotifikawha rigward perjodu determinat, kif previst fl-Artikolu 3, rigward il-ħtiġiet stmati tagħhom ta’ minerali, materjali li huma għejun u materjali fissili speċjali u, a bażi ta’ kuntratti diġa konkjużi, dwar il-programmi ta’ provvista tagħhom. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jispeċifikaw: (1) l-indikazzjoni tal-prodott (2) in-natura l-komposizzjoni kimika u fiżika u speċifikazzjonijiet oħrajn rilevanti, (3) kwantitajiet (f’unitajiet metriċi) (4) Post ta’ l-oriġini (5) Użu maħsub (6) Dati tal-konsenja (7) Termini tal-prezz, li mhumiex obbligatorji. Artikolu 2 Il-produtturi għandhom, fejn jintalbu mill-Aġenzija, rigward perjodu determinat, kif previst fl-Artikolu 3, rigward ħażniet fil-pussess tagħhom fil-bidu tal-perjodu, il-produzzjoni stmata tagħhom u, a bażi ta’ kuntratti diġa konkjużi, dwar il-programmi ta’ konsenja tagħhom. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jispeċifikaw: (1) l-indikazzjoni tal-prodott (2) in-natura l-komposizzjoni kimika u fiżika u speċifikazzjonijiet oħrajn rilevanti, (3) kwantitajiet (f’ unitajiet metriċi) (4) Post ta’ l-oriġini (5) Dati tal-konsenja (6) Termini tal-prezz, li mhumiex obbligatorji. Artikolu 3 L-Aġenzija għandha, wara li tikseb l-Opinjoni tal-Kumitat Rakkmandatorju, tiffissa u tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej it-terminu li fih, ul-perjodu rigward liem, l-utenti u l-produtturi għandhom jibagħtu lill-Aġenzija d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2. Artikolu 4 Meta jkollha l-pussess tad-dikjarazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha, permezz ta’ ċirkolari, tikkomunika lill-utenti u lill-produtturi fl-informazzjoni tal-Komunità rigward tendenzi ġenerali tad-data u tas-suq, u wkoll fejn xieraq, rigward il-potenzjali tal-provvista u ftuħ ieħor f’ pajjiżi terzi. Artikolu 5 Jekk, rigward prodott speċifiku u fejn b’ mod partikolari l-aġenzija tieħu l-inizjattiva, il-Kummizzjoni, wara lit kun semgħet lill-Kumitat Rakkmandatorju, ssib li s-sitwazzjoni fis-suq turi ammont ta’ provvista ċarament akbar min-numru tat-talbiet, itsta’ permezz ta’ direttiva xierqa, titlob lill-Aġenzija biex tapplika l-proċedura simplifikata li ġejja: (a) A bażi ta’ informazzjoni miksuba mid-dikjarazzjonijiet li jkunu saru taħt l-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha, wara li tikseb l-Opinjoni tal-Kumitat Rakkmandatorju, tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali li għandhom jintlaħqu mill-kuntratti ta’ provvista li jkopru dak il-prodott; (b) Dawn il-kondizzjonijiet ġenerali għandhom jiġu mgħarrfa lill-partijiet in kwistjoni, li mbagħad ikollhom l-awtorita’ li jinnegozjaw direttament u jiffirmaw il-kuntratti; (ċ) Il-kuntratti għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija u jitqiesu konkjużi minnha jekk l-ebda oġġezzjoni ma tiġi notifikata mill-Aġenzija lill-partijiet in kwistjonifi żmien tmint ijiem mil-ħin tal-ħruġ ta’ l-irċevuta ta’ dawn il-kuntratti. Il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu m’ għandhiex tgħodd għal kuntratti tal-provvista rigward materjali fissili speċjali. Artikolu 6 Fejn tingħata eċċezzjoni mill-Artikolu 5, it-talbiet għandhom jiġu bbilanċjati kontra l-provvista skond din il-proċedura li ġejja: L-Utenti għandhom javzaw lill-Aġenzija, sad-dati u rigward il-perjodi fissat minnha, dwar il-ħtiġiet tagħhom rigward il-provvisti ta’ minerali, materjali li huma għejun u materjali fissili speċjali. Malli dawn il-proċeduri jkunu magħrufa, l-Aġenzija għandha billi tistienden offerti u tindika l-ispeċifikazzjonijiet kollha rilevanti, toffossa dati li fihom, u l-perjodu rigward liema, il-produtturi fil-Komunità huma mistiedna li jagħmlu l-offerti tagħhom. Meta jagħmlu l-offerti tagħhom, il-produtturi fil-Komunità jitqiesu li laħqu l-obbligazzjoni li tvesti fihom skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) tat-Trattat. Malli jaslu dawk l-offerti, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi jekk hijiex ser teżerċita d-dritt tagħha li tagħżel, u, jekk tagħmel dan, il-kwantitajiet li dik l-għażla ser tkopri. L-Aġenzija gġandha tavża lill-utenti dwar l-offerti u dwar in-numru ta’ applikazzjonijiet li tkun irċeviet u għandha tgħarraf lill-partijiet in kwistjoni it-termini li fuqhom tista’ tintlaħaq l-applikazzjoni tagħhom u l-proċeduri li bihom għandhom jiġu konkjużi dawn il-kuntratti. Artikolu 7 Indipendentement mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, l-utenti jistgħu f’ kwalunkwe żmien, jagħmlu applikazzjonijiet jew ordnijiet lill-Aġenzija. Dawn l-ordnijiet għandhom jintlaħqu fl-aħjar terminu rigward il-provvisti disponibbli fis-suq. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-intier tiegħu fil-1 ta’ Ġunju 1960 għall-kuntratti rigward il-provvista ta’ materjali fissili speċjali. Rigward kuntratti għall-provvista ta’ minerali u materjali li huma mgħejun. L-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 5 u 6 għandha tiġi differita għal sitt xhur minn dik id-data u tieħu effett fl-1 ta’ Diċembru 1960. Matul dak iż-żmien, il-kuntratti li jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jkomplu jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 222 tat-Trattat. Iffirmat fi’ Brussell, il-5 ta’ Mejju 1960. Għall-Aġenzija Fornitriċi ta’ Euratom Id-Direttur-Ġenerali E. Spaak --------------------------------------------------