|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1986 |
30.9.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1986
tat-22 ta’ Settembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja tintroduċi miżuri ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1), l-ewwel subparagrafu, tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE jistabbilixxi d-dritt ta’ persuna taxxabbli għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-VAT”) imposta fuq il-provvisti tal-merkanzija jew tas-servizzi li tkun irċeviet għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. L-Artikolu 26(1), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva fih rekwiżit li tiġi ddikjarata l-VAT meta assi ta’ negozju jintuża għal skopijiet privati ta’ persuni taxxabbli jew tal-persunal tagħhom jew, b’mod aktar ġenerali, għal skopijiet għajr dawk tan-negozju tagħhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/805/UE (2) ir-Repubblika tal-Polonja (“il-Polonja”) ġiet awtorizzata, sal-31 ta’ Diċembru 2025, li tillimita sa 50 % d-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri, l-akkwist intra-Komunitarju, l-importazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni ta’ ċerti vetturi tat-triq bil-mutur kif ukoll fuq in-nefqa marbuta ma’ dawk il-vetturi, meta dawn il-vetturi ma jintużawx biss għal finijiet ta’ negozju, u biex il-persuni taxxabbli ma jkollhomx għalfejn iqisu l-użu għall-finijiet privati ta’ tali vetturi bħala provvista ta’ servizzi bi ħlas f’konformità mal-Artikolu 26(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2006/112/KE (il-“miżuri speċjali”). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 2025, il-Polonja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżuri speċjali għal perjodu ulterjuri sal-31 ta’ Diċembru 2028 (“it-talba”). |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE, flimkien mat-talba, il-Polonja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri speċjali, inkluż rieżami tal-limitazzjoni tal-perċentwal applikata fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, il-Polonja hija tal-fehma li r-rata ta’ 50 % għadha xierqa. Jidhrilha wkoll li d-deroga mir-rekwiżit fl-Artikolu 26(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2006/112/KE għadha neċessarja biex tiġi evitata tassazzjoni doppja. Dawk il-miżuri speċjali jiġu ġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-proċedura tal-ġbir tal-VAT u biex tiġi pprevenuta l-evażjoni meta r-rekords ma jinżammux kif suppost u jkun hemm dikjarazzjonijiet foloz tat-taxxa. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni għaddiet it-talba lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra bid-data tal-10 ta’ April 2025. Permezz ta’ ittra bid-data tal-11 ta’ April 2025, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba. |
|
(7) |
Il-miżuri speċjali li se jiġu applikati wara l-31 ta’ Diċembru 2025 se jkollhom effett negliġibbli fuq l-ammont kumplessiv tad-dħul mit-taxxa li l-Polonja tiġbor fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollhom impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT. |
|
(8) |
Għalhekk jixraq li din l-awtorizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE tiġi estiża. L-estensjoni tal-miżuri speċjali jenħtieġ li tiġi limitata fil-ħin biex tippermetti li ssir evalwazzjoni tal-effettività tagħha u tal-limitazzjoni xierqa tal-perċentwal applikata fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Polonja tkun awtorizzata li tkompli tapplika l-miżuri speċjali sal-31 ta’ Diċembru 2028. |
|
(10) |
Fejn il-Polonja jidhrilha li l-miżuri speċjali huma meħtieġa wara d-data ta’ skadenza tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE, jenħtieġ li talba biex tiġi estiża l-awtorizzazzjoni stabbilita fiha tiġi akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżuri speċjali, inkluż rieżami tal-limitazzjoni tal-perċentwal applikat, u jenħtieġ li tiġi sottomessa lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2028 sabiex jiġi żgurat eżami f’waqtu. |
|
(11) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/805/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2028.
Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f’din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2028. Tali talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport, inkluż rieżami tal-limitazzjoni tal-perċentwal applikata fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT abbażi ta’ din id-Deċiżjoni.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/805/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tintroduċi miżuri ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/805/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1986/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)