Official Journal L 145 , 27/05/1992 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0126
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0126
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1340/92 tat-22 ta' Mejju 1992 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat minn (KEE) Nru 1039/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġett riferut fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sud-diviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa jew miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċi approprjat tan-NM indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi l-kumitat tan-nomenklatura għadu ma bagħatx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġett deskritt fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huwa issa klassifikat ġewwa n-nomenklatura magħquda skond il-kodiċi approprjat tan-NM indikat fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-22 ta' Mejju 1992. Għall-Kummissjoni. Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 42. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Keracyanin (DCI) | 29389090 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2938, 293890 u 29389090. | --------------------------------------------------