|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2174 |
29.9.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2174
tat-22 ta’ Settembru 2026
li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Carlos MARTÍNEZ MÍNGUEZ u s-Sur Adrián Ariel ZITTELLI FERRARI saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: Is-Sur Francisco Javier AYALA ORTEGA, Alcalde de Fuenlabrada, Madrid, España (Sindku ta’ Fuenlabrada, Madrid, Spanja), u s-Sinjura María Cruz FERREIRA COSTA, Directora general de Unión Europea de la Región de Murcia (Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea tar-Reġjun ta’ Murcia), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:
|
— |
Is-Sur Francisco Javier AYALA ORTEGA, Alcalde de Fuenlabrada, Madrid, España (Sindku ta’ Fuenlabrada, Madrid, Spanja), u |
|
— |
Is-Sa María Cruz FERREIRA COSTA, Directora General de Unión Europea de la Región de Murcia (Direttur Ġenerali għall-Unjoni Ewropea tar-Reġjun ta’ Murcia). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2174/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)