<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-722/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0722</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:285">EU:C:2019:285</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C-722/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑722/17</HT></P><P>Norbert Reitbauer,</P><P>Dolinschek GmbH,</P><P>B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH,</P><P>Elektrounternehmen K. Maschke GmbH,</P><P>Klaus Egger,</P><P>Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH</P><P>vs</P><P>Enrico Casamassima</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali, Villach, l-Awstrija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Punti 1 u 5 tal-Artikolu 24</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim tar-rikavat minn bejgħ b’subbasta</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għal oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Punt 1(a) tal-Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Actio pauliana</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju mill-Bezirksgericht, Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach, l-Awstrija) jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 7 u 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Brussell I irriformulat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE> fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>azzjoni għal oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> Awstrijaka li, kif ser naraw, f’dan il-każ tammonta bażikament għal <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> (b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Milli jidher, fis-snin ta’ bejn 150 u 125 QK, pretur bl-isem ta’ Paulus ippermetta azzjoni li kienet tagħti lill-kreditur il-possibbiltà li jikkontesta kwalunkwe att imwettaq b’mod frawdolenti mid-debitur għad-detriment ta’ dak il-kreditur, azzjoni li sussegwentement saret magħrufa bħala <HT TYPE="ITALIC">actio</HT> <HT TYPE="ITALIC">pauliana</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Feniks (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑337/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:487">EU:C:2018:487</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> li jirreferi għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz‑Jarabo Colomer fil-kawża Deko Marty Belgium (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑339/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:575">EU:C:2008:575</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>. L-Artikolu 1167(I) tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/><HT TYPE="ITALIC">Code Napoléon</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> Franċiż jipprovdi l-ewwel regola kkodifikata tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/><HT TYPE="ITALIC">action paulienne</HT><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u jipprovdi li l-kredituri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>peuvent aussi, en leur nom personnel, attaquer les actes faits par leur débiteur en fraude de leurs droits<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [jistgħu wkoll jikkontestaw, f’isimhom personali, l-atti magħmula mid-debitur tagħhom bi frodi għad-drittijiet tagħhom]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Pretelli, I., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Cross-border credit protection against fraudulent transfers of assets: actio pauliana in the conflict of laws<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, <HT TYPE="ITALIC">Yearbook of private international law</HT>, Vol. XIII/2011 (2012), p. 590. Dan l-artikolu tal-code civil Franċiż ġie ssostitwit fl-2016 mill-Artikolu 1341-2: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Le créancier peut aussi agir en son nom personnel pour faire déclarer inopposables à son égard les actes faits par son débiteur en fraude de ses droits, à charge d’établir, s’il s’agit d’un acte à titre onéreux, que le tiers cocontractant avait connaissance de la fraude<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [Il-kreditur jista’ wkoll jaġixxi f’ismu stess sabiex jiġu ddikjarati mhux infurzabbli fil-konfront tiegħu l-atti frawdolenti mwettqa kontrih mid-debitur tiegħu, fejn ikollu l-oneru li jistabbilixxi, fil-każ ta’ att b’titolu oneruż, li l-parti terza kontraenti kellha għarfien dwar il-frodi].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju sar fil-kuntest tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>azzjoni għal oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> ipprovduta mill-Artikolu 232 tal-<HT TYPE="ITALIC">Exekutionsordnung</HT> (il-Kodiċi Awstrijak dwar il-Proċeduri ta’ Eżekuzzjoni, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>EO<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) f’tilwima li qamet fir-rigward tat-tqassim tar-rikavat ta’ bejgħ ta’ dar b’subbasta. Il-kawża hija bejn in-negozjanti Norbert Reitbauer, Dolinschek GmbH, B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH, Elektrounternehmen K. Maschke GmbH, Klaus Egger, Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), minn naħa, u Dr Enrico Casamassima (avukat, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>konvenut<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), min-naħa l-oħra. Ir-rikorrenti jsostnu li l-pretensjoni tagħhom kontra r-rikavat mill-bejgħ tieħu preċedenza fuq it-talba tal-konvenut u li l-qorti Awstrijaka għandha ġurisdizzjoni taħt ir-Regolament Brussell I irriformulat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għalkemm il-qorti tar-rinviju ssottomettiet domandi preliminari fir-rigward tal-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat, jien wasalt għall-konklużjoni li huwa fil-fatt l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament li jista’ jipprovdi bażi legali sabiex il-qorti tar-rinviju jkollha ġurisdizzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Brussell I irriformulat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fih b’mod partikolari t-Taqsima I (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) u t-Taqsima 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). L-Artikolu 4(1), li jista’ jinstab fit-Taqsima 1, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[s]oġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 7, li jinsab fit-Taqsima 2 tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[p]ersuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor: […] fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li l-objettiv tagħhom ikunu drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-qrati tal-Istat Membru li fih is-sentenza kienet jew għandha tiġi eżegwita<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura tal-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-EO, it-tqassim tar-rikavat mill-bejgħ forzat b’subbasta ta’ proprjetà immobbli għandu jiġi diskuss f’seduta orali; għal dan il-għan, il-kredituri huma meħtieġa jirreġistraw il-pretensjonijiet tagħhom kontra r-rikavat u jipprovdu provi dokumentarji. Matul is-seduta, jiġu eżaminati l-fondatezza u jsir konkors tal-pretensjonijiet. Il-kredituri u d-debitur jistgħu jikkontestaw pretensjonijiet li jkunu qed jittieħdu<?PAGE NO="3"?> inkunsiderazzjoni. Il-kontestazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq il-fondatezza, f’ċerti każijiet fuq id-data li fiha tkun dovuta l-pretensjoni kollha jew partijiet minnha, fuq il-garanzija pprovduta bil-proprjetà immobbli u fuq il-gradazzjoni fir-reġistru tal-artijiet, b’mod partikolari wkoll fuq il-validità tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Sa fejn huwa rilevanti hawnhekk, l-Anfechtungsordnung (il-Kodiċi Awstrijak dwar l-<HT TYPE="ITALIC">Actio Pauliana</HT>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>AnfO<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) jipprovdi li l-kreditur għandu d-dritt li jannulla t-tranżazzjoni jekk il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni kontra l-assi tad-debitur ma koprewx jew ma jkoprux kompletament il-pretensjonijiet tal-kreditur u l-proċeduri ta’ annullament joffru l-possibbiltà li l-pretensjonijiet jiġu ssodisfatti. Il-proċeduri ta’ annullament jistgħu jitressqu fuq il-bażi ta’ intenzjoni frawdolenti jew ta’ tħarbit tal-assi, inklużi trasferimenti li jsiru b’mod gratuwitu. Jekk id-debitur iwettaq l-att legali bl-intenzjoni li jqiegħed lill-kredituri tiegħu fi żvantaġġ, u l-parti l-oħra tkun konxja minn tali intenzjoni, il-perijodu li fih jista’ jiġi ddikjarat li tali att qiegħed jiġi kkontestat huwa ta’ 10 snin, filwaqt li fil-każijiet l-oħra kollha, sentejn. Il-kontestazzjoni ta’ att ma hijiex prekluża minħabba l-fatt li jkun inkiseb strument ġudizzjarjament eżegwibbli sabiex jiġi kkontestat l-att jew minħabba l-fatt li hija l-eżekuzzjoni li wasslet għall-att.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita bid-domanda dwar jekk il-proċeduri legali li fl-EO jissejħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>azzjoni għal oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat, meta tali proċeduri jirrigwardaw nuqqas ta’ qbil bejn konkors ta’ kredituri fuq it-tqassim tar-rikavat ta’ bejgħ ġudizzjarju ta’ dar b’subbasta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, il-qorti tar-rinviju tagħmel id-domanda f’kuntest fejn ġie allegat, fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>azzjoni għal oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li l-pretensjoni tal-kreditur A (il-konvenut E. Casamassima), li tirriżulta minn ftehim ta’ self iggarantit b’sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, u li tikkompeti ma’ kontrotalba oħra tal-kredituri B (ir-rikorrenti Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>) hija invalida minħabba trattament preferenzjali (indebitu) tal-kreditur A. Din l-oġġezzjoni hija simili għal dik li, taħt id-dritt Awstrijak, hija magħrufa bħala <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> (<HT TYPE="ITALIC">Anfechtungsklage</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-istess azzjoni għal oppożizzjoni taqax taħt il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-fatti jistgħu jinġabru fil-qosor fuq il-bażi ta’ dak espost fid-digriet tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-konvenut u Isabel C. (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>debitriċi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) jirrisjedu Ruma, l-Italja, u għexu flimkien minn tal-inqas sar-rebbiegħa tas-sena 2014. Fl-2010, huma xtraw dar f’Villach, l-Awstrija; u d-debitriċi kienet irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet bħala l-unika proprjetarja. Id-digriet tar-rinviju jiddikjara, mingħajr ma jelabora ulterjorment, li l-kuntratti għax-xogħol ta’ rinnovazzjoni estensiva tad-dar saru bejn id-debitriċi u r-rikorrenti, liema kuntratti ġew iffirmati bil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Peress li l-ispejjeż tax-xogħol ta’ rinnovazzjoni qabżu l-istima oriġinali b’mod kunsiderevoli, il-ħlasijiet lir-rikorrenti ġew sospiżi. Għaldaqstant, mis-sena 2013 ’il quddiem, ir-rikorrenti kienu involuti fi proċeduri ġudizzjarji fl-Awstrija kontra d-debitriċi; fil-bidu tas-sena 2014, ingħatat l-ewwel sentenza favur ir-rikorrenti, li ġiet issussegwita b’sentenzi oħra. Id-debitriċi appellat kontra dawk is-sentenzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140507">7 ta’ Mejju 2014</DATE>, quddiem qorti f’Ruma, l-Italja, id-debitriċi ammettiet il-pretensjoni li għamel kontriha l-konvenut fir-rigward ta’ ftehim ta’ self, li jammonta għal EUR 349 772.95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-konvenut spjega li dan l-ammont huwa r-riżultat ta’ talba għall-ħlas ta’ dejn u ta’ kontrotalba. Id-debitriċi talbet lill-konvenut iħallasha EUR <FT TYPE="NUMBER">70000</FT> għas-sahra. Imbagħad, fi proċeduri fl-Italja, dan tal-aħħar talab lil tal-ewwel tħallas madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">380000</FT> għax-xiri tad-dar u għax-xogħlijiet. Skont il-konvenut, id-dar kienet biss <HT TYPE="ITALIC">formalment</HT> tappartjeni lid-debitriċi, li kienet irreġistrata bħala l-unika proprjetarja, iżda l-fondi kienu pprovduti mill-konvenut. Finalment, iż-żewġ partijiet laħqu ftehim, fejn il-konvenut jirċievi l-ammont ta’ flus għad-dar, iħallas lid-debitriċi għas-sahra (parzjalment) u l-eċċess ikun ta’ EUR 349 722.95.</P></NOTE>, u ntrabtet li tħallas dan l-ammont lil dan tal-aħħar fi żmien ħames snin taħt ftehim ta’ tranżazzjoni ġudizzjarja. Barra minn hekk, id-debitriċi ntrabtet li tirreġistra ipoteka fuq id-dar f’Villach (l-Awstrija) sabiex tikkawtela l-pretensjoni tal-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ġie ppubblikat ċertifikat (ulterjuri) ta’ dejn u ċertifikat ta’ sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> taħt id-dritt Awstrijak fi Vjenna permezz ta’ nutar Awstrijak sabiex jiġi ggarantit l-arranġament imsemmi hawn fuq (sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> nru. 1). Permezz ta’ dan iċ-ċertifikat, is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq id-dar f’Villach ġiet ikkostitwita fit‑<DATE ISO="20140618">18 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Is-sentenzi favur ir-rikorrenti saru eżekuttivi biss sa minn dik id-data. Għaldaqstant, is-sigurtajiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li kellhom ir-rikorrenti fuq id-dar tad-debitriċi, li nkisbu permezz tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni legali (sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> nru. 2), jikklassifikaw wara s-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kuntrattwali nru. 1 favur il-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-qorti f’Ruma kkonfermat li t-tranżazzjoni ġudizzjarja tas‑<DATE ISO="20140507">7 ta’ Mejju 2014</DATE> kienet tikkostitwixxi Titolu Eżekuttiv Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Skont ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol 7, p. 38).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Sabiex is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> tiġi eżegwita, il-konvenut, fi Frar 2016, talab lill-qorti tar-rinviju (Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach)) tagħti ordni kontra d-debitriċi, li tirrikjedi bejgħ furzat b’subbasta tad-dar f’Villach. Id-dar inbiegħet b’subbasta fil-ħarifa tas-sena 2016 għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">280000</FT>. L-ordni tal-iskrizzjonijiet fir-reġistru tal-artijiet turi li r-rikavat imur kważi kollu għand il-konvenut minħabba s-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> nru. 1 (irreġistrata taħt id-dritt Awstrijak f’Ġunju 2014).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bil-għan li ma jseħħx dan, ir-rikorrenti ppreżentaw <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> (<HT TYPE="ITALIC">Anfechtungsklage</HT>) f’Ġunju 2016 quddiem il-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt, l-Awstrija) kontra l-konvenut u d-debitriċi. L-azzjoni ġiet miċħuda minn dik il-qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali minħabba d-domiċilju tad-[debitriċi u tal-konvenut]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> barra mill-Awstrija. F’Lulju 2017, dik id-deċiżjoni saret finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, ir-rikorrenti ressqu oppożizzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju (Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach)) fis-seduta tal‑<DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE> fir-rigward tat-tqassim tar-rikavat mill-irkant ġudizzjarju, u sussegwentement ressqu azzjoni għal oppożizzjoni, kif ipprovdut fl-EO, kontra l-konvenut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’din l-azzjoni għal oppożizzjoni, ir-rikorrenti talbu dikjarazzjoni li d-deċiżjoni dwar it-tqassim lill-konvenut ta’ EUR 279 980.43 ma kinitx valida legalment peress li: (i) id-debitriċi kellha pretensjonijiet ta’ danni kontra l-konvenut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ir-rikorrenti jsostnu li fil‑<DATE ISO="20150721">21 ta’ Lulju 2015</DATE> id-debitriċi ppreżentat quddiem il-qorti ċivili ta’ Ruma azzjoni għall-kumpens għad-danni ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">517340</FT> kontra l-konvenut. Għaldaqstant, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dawk iċ-ċirkustanzi juru li l-pretensjoni ta’ dan tal-aħħar li kienet ikkawtelata b’sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> ma kinitx għadha teżisti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></NOTE> ta’ minn tal-inqas l-istess ammont daqs it-talba li joħorġu mill-ftehim ta’ self, bir-riżultat li ma kienet għadha teżisti ebda pretensjoni (huma jsostnu li d-debitriċi kkonfermat li l-konvenut kien ta ordnijiet lir-rikorrenti mingħajr l-għarfien u l-kunsens tagħha); u (ii) iċ-ċertifikat tad-dejn u ċ-ċertifikat tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in</HT> <HT TYPE="ITALIC">rem</HT> ta’ Ġunju 2014 saru sempliċement bħala formalità u bil-għan li jissorpassaw u jipprekludu lir-rikorrenti milli jressqu proċeduri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tad-dar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-konvenut ressaq l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni kontra l-azzjoni għal oppożizzjoni. Ir-rikorrenti argumentaw li l-qorti tar-rinviju għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>[Il-punt 5 tal-Artikolu 24] tar-Regolament [Brussell I irriformulat] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju [bejgħ b’subbasta], taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni,</TXT><P>u dan ukoll meta l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT></P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija bbażata fuq l-oġġezzjoni li dan il-dritt għal sigurtà in rem relatat ma’ self permezz ta’ sigurtà in rem stabbilita ma jibqax jeżisti minħabba kontrotalba tad-debitur għal danni, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>barra minn hekk hija bbażata – bħal fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> [(<HT TYPE="ITALIC">Anfechtungsklage</HT>)] – fuq l-oġġezzjoni li l-bażi tad-dritt għal sigurtà in rem għal dan is-self, minħabba li tagħti trattament favorevoli lil kredituri, hija invalida?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>(jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv):</TXT><P>[Il-punt 1 tal-Artikolu 24] tar-Regolament [Brussell I irriformulat] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni,</P><P>u dan ukoll meta, fil-każ li l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT></P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hija bbażata fuq l-oġġezzjoni li dan il-dritt għal sigurtà in rem relatat ma’ self permezz ta’ sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> stabbilita ma jibqax jeżisti minħabba kontrotalba tad-debitur għal danni, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>barra minn hekk hija bbażata – bħal fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> – fuq l-oġġezzjoni li l-bażi tad-dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> għal dan is-self, minħabba li tagħti trattament favorevoli lil kredituri, hija invalida?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, il-konvenuti, il-Gvern Portugiż u dak Svizzeru u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, l-istess partijiet, minbarra ż-żewġ gvernijiet, ippreżentaw sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu essenzjalment li għall-proċeduri li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni tas-sentenzi huwa possibbli li wieħed jibbaża ruħu fuq il-ġurisdizzjoni taħt il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat, jew fin-nuqqas ta’ dan, taħt il-punt 1 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament peress li, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-azzjoni għal oppożizzjoni għandha konnessjoni diretta mal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-konvenut isostni essenzjalment li l-punt 5 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament ma huwiex applikabbli għall-azzjoni inkwistjoni. Huwa jargumenta li l-azzjoni ma għandhiex rabta diretta mal-miżuri ta’ eżekuzzjoni uffiċjali; qiegħed jintalab eżami sostantiv tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li ġiet maħluqa favur il-konvenut. Min-natura tagħha, l-azzjoni li ġiet ippreżentata hija ekwivalenti għal <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>; u l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din il-ġurisdizzjoni ma tapplikax għall-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sentenza Reichert III<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</P></NOTE>. Għaldaqstant dan għandu japplika wkoll jekk l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> tiġi eżerċitata bħala mezz ta’ oppożizzjoni kontra t-tqassim u l-azzjoni ta’ oppożizzjoni sussegwenti. Barra minn hekk, il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat ma huwiex applikabbli, peress li fl-azzjoni ta’ oppożizzjoni hija nieqsa l-konnessjoni mal-post fejn tinsab id-dar inkwistjoni (l-azzjoni ta’ oppożizzjoni seħħet biss wara li l-proprjetà immobbli kienet inbiegħet b’subbasta mill-qorti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż u l-Kummissjoni jsostnu essenzjalment li mis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>AS Autoteile</NAME.CASE> (<NO.CASE>220/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:302">EU:C:1985:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900110">10 ta’ Jannar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-115/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:3">EU:C:1990:3</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Reichert I<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat ma jkoprix l-azzjoni ta’ oppożizzjoni inkwistjoni hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Gvern Svizzeru jsostni essenzjalment li l-azzjoni ta’ oppożizzjoni tifforma parti mill-qafas ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni u taqa’ għaldaqstant taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat. Jekk din l-azzjoni titqies ukoll li tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, allura l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tkun trid tiġi ttrattata b’mod separat. Minħabba r-risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, dan il-gvern iqis li huwa dibattibbli kemm it-tieni domanda għandha tiġi diskussa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Rimarki preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-konvenut issuġġerixxa li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għal domanda preliminari addizzjonali. Din it-talba ma tistax tintlaqa’ inkwantu l-qorti nazzjonali biss hija kompetenti sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti tal-kawża li jkollha quddiemha kif ukoll sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:489">EU:C:2008:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-partijiet ma jistgħux jibdlu l-kontenut tad-domandi li l-qorti tar-rinviju tiddeċiedi li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>T‑Mobile Czech Republic u Vodafone Czech Republic</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑508/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:657">EU:C:2015:657</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex teżamina domandi preliminari oħra sottomessi mill-partijiet fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Belgian Electronic Sorting Technology</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑657/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:516">EU:C:2013:516</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160608">8 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hünnebeck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑479/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:412">EU:C:2016:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Filwaqt li dawk il-partijiet huma liberi li jipproponu d-domandi preliminari lill-qorti tar-rinviju, din tal-aħħar ma hijiex marbuta b’dawk id-domandi meta tagħmel rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jidher li hemm xi nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet dwar x’jikkostitwixxi s-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> rilevanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Il-partijiet jidhru li argumentaw waqt is-seduta li jew kien l-arranġament fl-Italja bejn il-konvenut u d-debtriċi jew inkella l-att ippubblikat min-nutar Awstrijak fir-rigward ta’ dak l-arranġament. Madankollu, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li kien iċ-ċertifikat tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li ġie ppubblikat fl-Awstrija min-nutar Awstrijak bejn il-konvenut u d-debitriċi li kien jikkostitwixxi l-bażi tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq id-dar f’Villach. Dik is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> inħolqot fit‑<DATE ISO="20140618">18 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Is-sentenzi favur ir-rikorrenti ma sarux eżekuttivi qabel dik id-data. It-tranżazzjoni ġudizzjarja tas‑<DATE ISO="20140507">7 ta’ Mejju 2014</DATE> ġiet ikkonfermata bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew fit‑<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, jiġifieri sena wara l-kostituzzjoni tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq id-dar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżamina essenzjalment jekk ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva, ipprovduti fil-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat għandhomx, fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>azzjoni għal oppożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-funzjoni tal-azzjoni sħiħa jew fuq il-bażi tal-oġġezzjonijiet attwali u individwali mqajma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Kif ser nispjega fl-analiżi tiegħi hawn taħt, il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament ma humiex applikabbli f’din il-kawża. Madankollu, wasalt għall-konklużjoni li fil-fatt huwa l-punt 1 tal-Artikolu 7 tal-istess regolament li jista’ jipprovdi l-bażi legali għall-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda preliminari (il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Insostni (bħalma tagħmel il-Kummissjoni) li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-azzjoni għal oppożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">fl-intier tagħha</HT> bħala azzjoni li tirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ma jkunx kompatibbli man-natura derogatorja tal-ġurisdizzjoni speċjali prevista taħt il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat, inkwantu l-kontenut ta’ din l-azzjoni jista’ jvarja kunsiderevolment u jinvolvi pretensjonijiet li huma differenti ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Dan huwa ulterjorment minnu inkwantu din id-dispożizzjoni ma għandhiex tiġi interpretata f’sens usa’ minn dak meħtieġ mill-għan tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert vs Dresdner Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Reichert II<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-azzjoni fil-kawża prinċipali tressqet fil-kuntest tat-tqassim tar-rikavat minn bejgħ ġudizzjarju b’subbasta u l-għan aħħari tar-rikorrenti huwa li l-pretensjonijiet tagħhom jiġu ssodisfatti mir-rikavat ta’ dan il-bejgħ b’subbasta. Madankollu, dan ma jfissirx li hemm rabta mill-qrib awtomatika mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>użu tal-forza, limitazzjoni jew qbid ta’ proprjetà mobbli jew immobbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ sentenzi u tal-istrumenti awtentiċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] kif meħtieġ bis-sentenza Reichert II (punti 26 u 27) u bir-rapport Jenard<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Rapport ta’ P. Jenard fuq il-Protokolli tat‑<DATE ISO="19710603">3 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-Konvenzjoni tad‑<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE> dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kumpanniji u persuni ġuridiċi u fuq il-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p. 36</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita tali rabta mill-qrib (u ġurisdizzjoni esklużiva), jeħtieġ li tiġi eżaminata kull pretensjoni individwali. Fi kliem ieħor, f’din il-kawża għandu jiġi miċħud l-argument li wieħed jistrieħ b’mod globali u astratt fuq it-tip ta’ azzjoni, peress li dan huwa l-uniku mod li jagħmilha possibbli li jiġi osservat l-ispirtu u l-għan ta’ din id-deroga.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel oġġezzjoni tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jallegaw li l-pretensjoni li toħroġ mill-ftehim ta’ self, li kien ikkawtelat b’sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, ma kinitx għadha teżisti minħabba kontrotalba tad-debitriċi għad-danni mingħand il-konvenut. Madankollu, il-verifika tal-fondatezza ta’ din l-oġġezzjoni tirrikjedi li l-qorti tar-rinviju tagħmel analiżi li titbiegħed kunsiderevolment mid-domandi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Tali sitwazzjoni tkun paragunabbli ma’ dik eżaminata fis-sentenza AS Autoteile<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE> (<NO.CASE>220/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:302">EU:C:1985:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-punt 13, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>il-punt dwar jekk, fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni, parti tistax tressaq oġġezzjoni bbażata fuq dejn li fuqu l-qrati tal-Istat kontraenti fejn għandha sseħħ l-eżekuzzjoni ma jkollu ebda ġurisdizzjoni li kieku kellha tiġi ppreżentata azzjoni indipendenti fuq dak id-dejn<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE> fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument li parti – f’rikors biex topponi l-eżekuzzjoni ppreżentat quddiem il-qrati tal-Istat kontraenti fejn tkun ser isseħħ l-eżekuzzjoni – teċċepixxi tpaċija bejn id-dritt li tiegħu tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni u l-pretensjoni li fuqha l-qorti ta’ dak l-istat ma jkollhiex ġurisdizzjoni li<?PAGE NO="8"?> kieku kellha titressaq b’mod indipendenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq is-sistema tal-Konvenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Konvenzjoni tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u fuq in-natura derogatorja tal-Artikolu 16 tagħha u ddeċidiet li l-azzjoni inkwistjoni tmur kontra l-allokazzjoni tal-ġurisdizzjoni bejn il-qorti tad-domiċilju tal-konvenut u l-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Tali sitwazzjoni hija paragunabbli għal din ta’ hawnhekk, li fiha t-talba ta’ tpaċija tirrigwarda dejn li għandu jiġi eżegwit, fin-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti ta’ eżekuzzjoni li kieku din il-kontrotalba kienet tressqet b’mod indipendenti (fi kliem ieħor, li kieku kienet is-suġġett ta’ azzjoni indipendenti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-estensjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva għal dan il-każ – li jikkonċerna drittijiet dwar dejn jew drittijiet delittwali li <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> huma indipendenti mill-azzjoni ta’ eżekuzzjoni – tkun tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju mill-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel oġġezzjoni ma tiġġustifikax il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tar-rinviju taħt il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni oġġezzjoni tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Din l-oġġezzjoni tirrigwarda l-att notarili li rrikonoxxa d-dejn tat‑<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jidhru li qed jikkontestaw id-dokument li fuqu huwa bbażat il-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta, iżda ma jikkontestawx il-mod li bih ipproċedew l-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni bħala tali. Għaldaqstant, tista’ tinsilet analoġija mis-sentenza Reichert II.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-punt 28 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-fatt, azzjoni bħalma hija l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> taħt id-dritt Franċiż hija intiża li tipproteġi l-interessi tal-kredituri, madankollu, ma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>hijiex intiża li tikseb deċiżjoni fi proċeduri li jirrigwardaw l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>użu tal-forza, limitazzjoni jew qbid ta’ proprjetà mobbli jew immobbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ sentenzi u tal-istrumenti awtentiċi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> u għaldaqstant ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16(5) tal-Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat (li essenzjalment jikkorrispondi għall-Artikolu 16(5) tal-Konvenzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni taħt l-Artikolu 232 tal-EO ma taqax, bħala tali, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 24. Minflok, għandha tiġi eżaminata kull oġġezzjoni individwali. Oġġezzjonijiet li jirrigwardaw kemm l-ineżistenza tal-pretensjoni li fuqha huwa bbażat bejgħ ġudizzjarju b’subbasta kif ukoll l-invalidità tal-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> għal dik il-pretensjoni taħt ftehim ta’ self ma għandhomx rabta mill-qrib suffiċjenti mal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni (il-qorti tar-rinviju stess tgħid, fil-paragrafu 45 tad-digriet tar-rinviju li dan jista’ jkun il-każ) u ma jiġġustifikawx il-ġurisdizzjoni esklużiva taħt il-punt 5 tal-Artikolu 24.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda preliminari (il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-ġurisdizzjoni esklużiva tistax tkun ibbażata fuq il-punt 1 tal-Artikolu 24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Naqbel mal-Kummissjoni li l-istess raġunament għandu neċessarjament japplika wkoll għat-tieni domanda preliminari, peress li l-ġurisdizzjoni esklużiva taħt il-punt 1 tal-Artikolu 24 tikkostitwixxi hija wkoll deroga mill-prinċipju ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>In-natura eċċezzjonali tal-interpretazzjoni stretta tfakkret reċentement fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet essenzjalment li f’sitwazzjoni fejn l-azzjoni fil-kawża prinċipali tinkludi diversi oġġezzjonijiet, l-eżami jkun irid isir fuq kull oġġezzjoni u ma għandux ikun ibbażat fuq it-tip ta’ azzjoni b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-istess bħall-argumenti mressqa fl-analiżi tal-ewwel domanda preliminari (li essenzjalment jistgħu jiġu trasposti hawnhekk), l-eżami taħt il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat għandu jkun ibbażat fuq kull oġġezzjoni individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Nerġa’ nirreferi għas-sentenza Schmidt (punt 34) imsemmija iktar ’il fuq, fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli ma huwiex biżżejjed li l-azzjoni tkun tikkonċerna dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew li l-azzjoni jkollha rabta ma’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti qegħdin jitolbu li tingħata ordni biex ir-rikavat mill-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ma jitħallasx (kollu) lill-konvenut. Skont il-qorti tar-rinviju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>il-kwistjoni prinċipali [hija] dwar jekk u sa fejn il-kreditur konvenut jipparteċipa fit-tqassim<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. F’dan ir-rigward, l-azzjoni hija bbażata fuq żewġ oġġezzjonijiet: (i) fuq id-dejn/pretensjoni oriġinali – li l-pretensjoni bbażata fuq il-ftehim tas-self ma għadhiex teżisti; u (ii) fuq is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> oriġinali – li s-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> għal dik il-pretensjoni taħt il-ftehim tas-self inħolqot bl-intenzjoni li jsir ingann.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel oġġezzjoni tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mill-punt imsemmi iktar ’il fuq jirriżulta li l-ewwel oġġezzjoni ma hijiex ta’ natura <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> f’din il-kawża peress li l-kwistjoni tirrigwarda l-eżistenza ta’ drittijiet bejn id-debitriċi u l-konvenut. Dan id-dritt ġie fis-seħħ fuq il-bażi tal-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> mill-konvenut u tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni li segwew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-eżistenza tal-pretensjoni, u tad-dritt li fuqu hija bbażata, servew bħala l-bażi tal-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, u tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni sussegwenti. Madankollu, kif indikat il-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ dik l-oġġezzjoni, id-dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> la huwa l-għan prinċipali tal-azzjoni u lanqas is-suġġett tal-proċeduri. Biex jiġi stabbilit jekk il-pretensjoni tal-konvenut kreditur kontra d-debitriċi għadhiex teżisti ma hijiex meħtieġa analiżi speċifika tal-fatti. Lanqas ma hija meħtieġa l-applikazzjoni tar-regoli u konswetudnijiet tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli (li hija l-unika ċirkustanza li tkun tiġġustifika l-ġurisdizzjoni esklużiva). L-eżami tal-ewwel oġġezzjoni għandu sempliċement effett awtomatiku fuq il-kostituzzjoni tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u fuq il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni, iżda ma jikkostitwixxix l-għan prinċipali tal-azzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni oġġezzjoni tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqiegħdu inkwistjoni l-validità tal-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> nru 1 favur il-konvenut. Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li din l-oġġezzjoni għandha titqies bħala <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>. F’dan ir-rigward, għandha bilfors issir analoġija mas-sentenza Reichert I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/><HT TYPE="ITALIC">actio paulienne</HT> fid-dritt Franċiż, madankollu, għandha l-bażi tagħha fid-dritt personali tal-kreditur fil-konfront tad-debitur u għandha l-għan li tipproteġi l-garanzija patrimonjali li tal-ewwel ikollu fil-konfront tal-patrimonju tat-tieni. Jekk tirnexxi, l-effett tagħha huwa li t-tranżazzjoni li biha d-debitur jiddisponi minn ġidu bi frodi tad-drittijiet tal-kreditur tiġi reża ineffettiva fil-konfront tal-kreditur biss<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> għall-pretensjoni inkwistjoni saret bil-għan frawdolenti li titneħħa d-dar mill-portata tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżami tal-kwistjoni dwar jekk humiex ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> ma jippreżupponix evalwazzjoni marbuta strettament mad-dar f’Villach, li minnha nnifisha tkun tiġġustifika l-ġurisdizzjoni esklużiva (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Anki jekk l-azzjoni għandha xi rabta ma’ dik id-dar u l-qbid korrispettiv tal-istess, dawn il-punti ta’ rabta ma humiex b’saħħithom biżżejjed sabiex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni esklużiva taħt il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Konsegwentement, din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għal tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Dan premess, nikkunsidra li sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju li tgħinha sabiex issolvi l-kwistjoni quddiemha, jeħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina wkoll, f’dan il-każ, l-applikabbiltà potenzjali tal-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780628">28 ta’ Ġunju 1978</DATE>, <NAME.CASE>Simmenthal</NAME.CASE> (<NO.CASE>70/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:139">EU:C:1978:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> (li jirrigwarda l-kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-qorti tar-rinviju ma tistaqsix espressament lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni preliminari fuq ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni l-oħra previsti f’dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>il-fatt li qorti nazzjonali fformulat, fuq livell formali, id-domanda preliminari tagħha billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, sew jekk hija għamlitx riferiment għalihom jew le meta ressqet id-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha prodotti mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ liġi tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Essent Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑492/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:732">EU:C:2016:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Peress li, b’mod partikolari, fis-sentenzi Reichert I u Reichert II<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Rispettivament, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900110">10 ta’ Jannar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑115/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:3">EU:C:1990:3</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert v Dresdner Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> la taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tal-Konvenzjoni (li essenzjalment jikkorrispondi għall-<HT TYPE="ITALIC">punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussell I irriformulat</HT>) u lanqas taħt l-Artikoli 5(3), 16(5) (li llum essenzjalment huwa l-<HT TYPE="ITALIC">punt 5 tal-Artikolu 24 tar-regolament imsemmi</HT>) u 24 tal-Konvenzjoni, jew għandu jiġi rrikonoxxut li l-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">actor sequitur forum rei</HT> ma jippermetti ebda eċċezzjoni f’każijiet li jirrigwardaw l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, jew l-uniku <HT TYPE="ITALIC">forum</HT> alternattiv huwa l-<HT TYPE="ITALIC">forum contractus</HT> imsemmi fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Pretelli, I., iċċitat iktar ’il fuq, p. 603. Ara wkoll, f’dan is-sens, it-13<HT TYPE="SUP">th</HT> Report On National Case Law Relating To The Lugano Conventions ta’ Borrás, A., Neophytou, I., u Pocar, F., Mejju 2012. Fuq l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, ara wkoll il-wisq ċitat Göranson, U., <HT TYPE="ITALIC">Actio Pauliana outside bankruptcy and the Brussels Convention, Law and Reality</HT>, f’Essays on National and International Procedural Law in Honour of Voskuil, Dordrecht, 1992, b’mod partikolari p. 101 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> (illum il-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat) – għaldaqstant skont l-istruttura ta’ dan ir-regolament jekk l-Artikolu 24 (ġurisdizzjoni esklużiva) ma huwiex applikabbli, allura jista’ jintuża l-Artikolu 7 tagħha (ġurisdizzjoni speċjali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Inqis li t-tieni alternattiva hija dik korretta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Pereżempju, dan l-approċċ diġà ġie adottat mill-qrati superjuri nazzjonali (bħalma hija l-<HT TYPE="ITALIC">Corte di cassazione</HT> [il-Qorti ta’ Kassazzjoni, l-Italja], li ppermettiet lil parti (is-Sinjura Corkran) tikkontesta kuntratt li permezz tiegħu d-debitur u ex raġel tagħha kien biegħ proprjetà immobbli li tinsab fl-Italja lil kumpannija inkorporata fil-Gżejjer Verġni Britanniċi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Pretelli, I., Corte di cassazione, Sezioni Unite, tas‑<DATE ISO="20030307">7.3.2003</DATE>, Nru. 6899, Corkran c. Casa Napoleone Ltd u Cashin, <HT TYPE="ITALIC">Revue critique de droit international privé</HT>, 2003, p. 612 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Huwa rilevanti li matul dawn il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u qabel is-seduta f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat ukoll dan l-approċċ fis-sentenza tagħha Feniks<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Feniks</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:805">EU:C:2018:805</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Minħabba n-numru ta’ riferimenti għal din is-sentenza, ser nirreferi għaliha iktar ’il quddiem bħala s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>sentenza Feniks<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE> f’kawża li tinvolvi <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Feniks, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> tkun ibbażata fuq dejn li jirriżulta minn obbligi assunti wara konklużjoni ta’ kuntratt, il-kreditur ta’ dan id-dejn jista’ jressaq din l-azzjoni fil-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Li kieku kien mod ieħor, il-kreditur ikun obbligat iressaq l-azzjoni tiegħu quddiem il-qrati tal-post fejn ikun iddomiċiljat il-konvenut, liema forum possibbilment ma jkollu ebda rabta mal-obbligi tad-debitur fil-konfront tal-kreditur tiegħu. F’dan il-każ, peress li l-azzjoni tressqet mill-kreditur sabiex jippreżerva l-interessi tiegħu fit-twettiq tal-obbligi li joħorġu mill-kuntratt ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni, isegwi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> huwa, taħt dak il-kuntratt, il-post fejn saru x-xogħlijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tal-fehma li tali konklużjoni ssodisfat l-għan tal-prevedibbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni, speċjalment fil-każ fejn professjonist li daħal f’kuntratt għax-xiri ta’ proprjetà immobbli jista’ – fejn kreditur tal-parti l-oħra fil-kuntratt isostni li l-kuntratt jipprekludi indebitament it-twettiq tal-obbligi tal-parti l-oħra fil-konfront ta’ dak il-kreditur – jantiċipa raġonevolment li jiġi mfittex fil-qrati tal-post tat-twettiq ta’ dawk l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> ma għandhomx jittieħdu bħala li jirreferu għal kif ir-relazzjoni ġuridika inkwistjoni tiġi kklassifikata taħt id-dritt nazzjonali rilevanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920617">17 ta’ Ġunju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Handte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:268">EU:C:1992:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ġeneralment, il-kliem tal-punt 1 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament ma għandux jitwessa’ f’dan ir-rigward peress li l-verżjonijiet fil-lingwi differenti xi kultant huma usa’ (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>en matière contractuelle<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> bil-Franċiż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>in materia contrattuale<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bit-Taljan, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>matters relating to a contract<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> bl-Ingliż), xi kultant idjaq (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>verbintenissen uit overeenkomst<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> bl-Olandiż) u xi kultant xi mkien fin-nofs (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>vertragliche Ansprüche<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> bil-Ġermaniż)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara Martiny, D., Internationale Zuständigkeit für "vertragliche Streitigkeiten", f’<HT TYPE="ITALIC">Einheit und Vielfalt des Rechts: Festschrift für Reinhold Geimer zum 65. Geburtstag</HT>, 2002, p. 641 u 648, u Magnus, U., u Mankowski, M., <HT TYPE="ITALIC">ECPIL Commentary – Volume I, Brussels Ibis Regulation</HT>, p. 163.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-rikorrenti għamlu xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fid-dar f’Villach, li kienet tappartjeni lid-debitriċi, fuq il-bażi ta’ kuntratt (kuntratti) konklużi magħha. Sussegwentement id-debitriċi naqset milli tħallas għax-xogħlijiet (kollha).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li hemm relazzjonijiet kuntrattwali bejn ir-rikorrenti u d-debitriċi – kuntratti li jirrigwardaw ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fid-dar (u potenzjalment ukoll bejn id-debitriċi u l-konvenut – ara, pereżempju, il-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fir-reġistru tal-artijiet), ir-rikorrenti jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat sabiex jippreżentaw azzjoni quddiem il-qrati fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jiġifieri fl-Awstrija, il-post fejn saru x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Mis-sentenza Feniks jistgħu jinsiltu l-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> tkun tiġġustifika l-ġurisdizzjoni kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa neċessarju li jkun hemm relazzjoni triangolari bejn ir-rikorrenti u l-konvenut. Kollha huma kredituri tad-debitriċi: bħala prinċipju, hemm relazzjoni kuntrattwali bejn ir-rikorrenti u d-debitriċi, iżda mhux bejn il-kredituri (bejn ir-rikorrenti u l-konvenut).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>It-tieni nett, iridu jkunu jeżistu pretensjonijiet bejn ir-rikorrenti u l-konvenut li joħorġu minn ksur tal-obbligi li d-debitriċi ppermettiet fil-konfront tar-rikorrenti. Hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Feniks, punt 42, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>kemm id-dritt ta’ garanzija li għandha Feniks fuq il-patrimonju tad-debitur tagħha kif ukoll l-azzjoni għal ineffettività tal-bejgħ konkluż minn din tal-aħħar ma’ terzi <HT TYPE="ITALIC">joriġinaw mill-obbligi assunti liberament minn</HT> Coliseum fir-rigward ta’ Feniks <HT TYPE="ITALIC">bil-konklużjoni tal-kuntratt marbut mal-imsemmija xogħlijiet ta’ kostruzzjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> (enfasi miżjuda minni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>It-tielet nett, id-debitriċi tittrasferixxi l-patrimonju tagħha lil terzi, f’dan il-każ lill-konvenut. Dan iwassal għal telf/dannu għar-rikorrenti li jinvokaw id-drittijiet tagħhom mill-kuntratt konkluż mad-debitriċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Inkunu qegħdin nittrattaw obbligi li joriġinaw minn kuntratti meta (biex niċċita l-punt 44 tas-sentenza Feniks) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, […] titressaq abbażi ta’ drittjiet ta’ kreditu naxxenti minn obbligi assunti bil-konklużjoni ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Is-sentenza Feniks ma tirrikjedix (għall-inqas mhux espliċitament) li l-konvenut ikollu għarfien tal-ewwel kuntratt, u lanqas ma tirrikjedi l-intenzjoni frawdolenti. Madankollu, f’din il-kawża, ċertament li t-terza persuna kellha l-għarfien u x’aktarx anki l-intenzjoni frawdolenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>F’dan ir-rigward, ara b’analoġija, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>għalkemm […] il-qrati nazzjonali jistgħu, każ b’każ u billi jibbażaw ruħhom fuq elementi oġġettivi, jieħdu in kunsiderazzjoni l-imġiba abbużiva jew frawdolenti tal-persuni kkonċernati sabiex iċaħħduhom, jekk ikun il-każ, mill-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tad-dritt [tal-Unjoni] invokati, huwa xorta waħda għandhom, fl-evalwazzjoni ta’ tali mġiba, jieħdu in kunsiderazzjoni l-obbjettivi tad-dispożizzjonijiet [tad-dritt tal-Unjoni] in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990309">9 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Centros</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:126">EU:C:1999:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fid-dawl tar-rabtiet personali u organizzattivi li jeżistu bejn id-debitriċi u t-terza persuna (il-konvenut). Fil-fatt, filwaqt li huwa minnu li l-informazzjoni disponibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward hija limitata, jista’ jiġi osservat li, mill-inqas <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, iż-żmien tal-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> bejn id-debitriċi u l-konvenut jista’ jitfa’ ċerti dubji fuq il-ġenwinità tat-tranżazzjoni peress li jidher li l-għan prinċipali (u ż-żmien li ma jidhirx li kien kumbinazzjoni) kien li jiġu mxekkla l-pretensjonijiet tal-kredituri. Hekk kif indikaw ir-rikorrenti waqt is-seduta, kien hemm ċerta sekwenza ta’ ġrajjiet: l-ewwel, wieħed mill-kredituri kien ressaq talba u diġà kien hemm ordni ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tad-dar f’Villach (anki jekk kienet miċħuda f’dak l-istadju). Kien biss f’dak il-mument li nħolqot is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>. Fi kwalunkwe każ, huwa ċar li l-konvenut kellu l-għarfien ta’ dan ukoll kif ukoll tal-obbligi kuntrattwali tad-debitriċi qabel ma nħolqot is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jsegwi li s-soluzzjoni tas-sentenza Feniks tista’ tiġi trasposta għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Finalment din hija kwistjoni li jkollha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju filwaqt li l-oneru tal-invokazzjoni tal-fatti li jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat ġeneralment jaqa’ fuq ir-rikorrent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Magnus, U., u Mankowski, M., iċċitat iktar ’il fuq, p. 145.</P></NOTE> (jiġifieri, fuq il-parti li tinvoka kap partikolari ta’ ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 7). Waqt is-seduta, il-partijiet setgħu jieħdu pożizzjoni dwar is-sentenza Feniks u, b’mod partikolari, ir-rikorrenti argumentaw li din tikkorrobora l-pożizzjoni tagħhom li l-qorti tar-rinviju għandha ġurisdizzjoni esklużiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Kif indikat ġustament il-Kummissjoni waqt is-seduta, ir-relazzjoni triangolari tidher li hija paragunabbli fiż-zewġ każijiet. Huwa possibbli li jiġi konkluż li l-konvenut kien jaf li d-debitriċi ma kinitx onorat l-obbligi kuntrattwali tagħha lejn ir-rikorrenti. Fil-fatt, mid-dokumenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jidher li kien il-konvenut innifsu li ordna x-xogħlijiet u li kien responsabbli mis-sorveljanza tagħhom kif ukoll li, fi proċeduri li ilhom pendenti mill‑2013 bejn ir-rikorrenti u d-debitriċi (jiġifieri, anki qabel il-kostituzzjoni tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fl-2014), il-konvenut dejjem aġixxa bħala xhud tad-debitriċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Il-konvenut spjega waqt is-seduta li kien hemm ftehim qafas bejn il-perit (K. Egger, li huwa wieħed mir-rikorrenti f’dan il-każ) u d-debitriċi: l-ewwel wieħed bħala perit imma wkoll bħala l-kuntrattur ġenerali (jiġifieri li kienu konklużi diversi kuntratti ma’ kumpanniji oħra taħt id-direzzjoni tiegħu). Dawn il-kumpanniji individwali ħarrku lid-debitriċi minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-fatturi. Għal dak li jirrigwarda l-konvenut, huwa pprovda l-fondi għax-xiri tad-dar u għax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>u aġixxa, parzjalment, bħala l-persuna inkarigata u ffirma l-kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Tnejn mill-għanijiet prinċipali tar-Regolament Brussell I irriformulat huma, l-ewwel nett, dak sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni legali tal-persuni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea billi jingħata aċċess faċli lir-rikorrenti għall-qrati li huma jagħżlu sabiex jippreżentaw l-azzjoni tagħhom. It-tieni nett, dan ir-regolament huwa intiż sabiex jippermetti lill-konvenuti jantiċipaw b’mod raġonevoli l-qrati li fihom jistgħu jiġu mfittxija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Besix</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara Magnus, U., u Mankowski, M., iċċitat iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Filwaqt li naqbel li rridu nevitaw sitwazzjoni fejn il-konvenut isib ruħu mfittex f’ġurisdizzjoni li huwa ma setax raġonevolment jantiċipa (premessa 16 tar-Regolament Brussell I irriformulat, ara l-punt 96 ta’ dawn il-konklużjonijiet), huwa ċar li dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Minħabba l-fatt li fis-sentenza Feniks il-ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali f’azzjonijiet ippreżentati kontra terza persuna kienet ġiet estiża għal <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> minkejja li ma kien hemm ebda relazzjoni kuntrattwali bejn ir-rikorrent u l-konvenut, l-għarfien tat-terza persuna għandu jaħdem bħala fattur restrittiv: bħal f’dan il-każ, it-terza persuna trid tkun taf li l-att legali jivvinkola lill-konvenut mad-debitur u li dan jikkaġuna ħsara lid-drittijiet kuntrattwali ta’ kreditur ieħor tad-debitur (ir-rikorrenti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>[p]ermezz tat-tieni oġġezzjoni mressqa f’din il-kawża, ir-rikorrenti qegħdin jeżerċitaw […] id-dritt ta’ annullament fil-kuntest ta’ tqassim magħmul bħala parti mill-proċeduri ta’ eżekuzzjoni kontra l-konvenut<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> (jiġifieri, l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>). Dan huwa kollu kemm hu paragunabbli mal-<HT TYPE="ITALIC">actio</HT> <HT TYPE="ITALIC">pauliana</HT> fil-każ li wassal għas-sentenza Feniks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandha tiġi applikata l-ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali u l-qorti tar-rinviju għandha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Madankollu, l-ewwel oġġezzjoni mressqa mir-rikorrenti tikkonsisti f’kontestazzjoni tal-pretensjoni li fuqha hija bbażata s-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>. Id-digriet tar-rinviju jsemmi pretensjoni tad-debitriċi għad-danni u għaldaqstant tpaċija, iżda ma jindikax b’mod ċar jekk din l-oġġezzjoni tistax titqies ukoll <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> taħt id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Inqis li mis-sentenza Feniks jirriżulta li dik il-kunsiderazzjoni fiha nnifisha ma hijiex deċiżiva. Jiena naqbel mal-Kummissjoni li, peress li s-sentenza Feniks tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex ikun hemm ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali fil-kuntest ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio</HT> <HT TYPE="ITALIC">pauliana</HT> li hija bbażata fuq kuntratt, ma jienx qed nibbaża lili nnifsi fuq il-kundizzjonijiet iddettaljati tal-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> taħt id-dritt nazzjonali – anki minħabba li dawn il-kundizzjonijiet ivarjaw neċessarjament bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Pereżempju, l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> hija prevista f’sistemi legali ta’ numru ta’ Stati Membri, iżda hemm differenzi ċari bejn is-sistemi differenti. Ċerti Stati Membri jikkunsidraw din l-azzjoni bħala strument kuntrattwali u oħrajn jikkunsidrawha bħala strument mhux kuntrattwali, filwaqt li f’ċerti Stati Membri din l-azzjoni hija possibbli biss fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara Göranson, U., iċċitat iktar ’il fuq, p. 89.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali prevista mir-Regolament Brussell I irriformulat ma tistax tiddependi fuq il-forma konkreta tal-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> taħt id-dritt nazzjonali. Jekk l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> toriġina mill-eżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali bejn ir-rikorrenti u d-debitur, il-ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali tkun applikabbli għal azzjoni ppreżentata kontra terza persuna li lilha d-debitur ikun ittrasferixxa l-patrimonju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fil-punt 47 tas-sentenza Feniks, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>[t]ali konklużjoni tissodisfa iktar u iktar l-għan ta’ prevedibbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni peress li professjonist li jkun ikkonkluda kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli jista’, meta kreditur tal-kontraent tiegħu jilmenta li dan il-kuntratt jostakola indebitament l-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ dan il-kontraenti fir-rigward ta’ dan il-kreditur, jistenna li jiġi mħarrek quddiem il-qorti tal-post tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija obbligi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-għarfien tal-konvenut dwar l-eżistenza tal-kuntratt(i) inkwistjoni huwa importanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-premessa 21 tar-Regolament Brussell I irriformulat tiddikjara kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>[f]l-interessi tal-amministrazzjoni armonjuża tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji u jkun assigurat li ma jiġux mogħtija deċiżjonijiet irrikonċiljabbli fi Stati Membri differenti. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati, u biex jiġu eliminati problemi li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dak iż-żmien għandu jiġi definit b’mod awtonomu<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Jekk wieħed japplika s-sentenza Feniks għal din il-kawża, allura l-qorti tar-rinviju Awstrijaka titqies li għandha ġurisdizzjoni u, għal dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet li apparentement ikunu għadhom pendenti quddiem qorti Taljana (b’mod partikolari l-pretensjoni tad-debitriċi għad-danni kontra l-konvenut), hija l-qorti Taljana li għandha ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward. Fi kliem ieħor jidher li sa ċertu punt, f’din il-kawża, huwa inevitabbli li jkun hemm proċeduri simultanji f’żewġ Stati Membri differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Madankollu, il-proċedura fl-Italja tirrigwarda partijiet li ma humiex identiċi għal dawk involuti fil-kawża prinċipali fl-Awstrija. Għaldaqstant, jeħtieġ sempliċement li jingħad li dan ma huwiex każ ta’ konnessjoni mill-qrib fis-sens tal-premessa 21.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Infakkar li insostenn tas-soluzzjoni mogħtija hawn fuq hemm il-premessa 16 tar-Regolament Brussell I irriformulat, li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>[b]arra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. […]<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-punti ta’ konnessjoni li ġejjin huma preżenti f’dan il-każ: id-dar inkwistjoni tinsab fl-Awstrija; ix-xogħlijiet rilevanti saru u s-servizzi ġew ipprovduti fl-Awstrija; il-fatturi nħarġu fl-Awstrija; il-proċeduri għall-għoti taċ-ċitazzjonijiet għall-eżekuzzjoni saru fl-Awstrija; l-att inkwistjoni ġie magħmul minn nutar Awstrijak; is-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kienet irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet fl-Awstrija; u l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni qegħdin iseħħu fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Besix</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>[i]r-raġuni għall-adozzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni fl-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell [li jikkorrispondi għall-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat] kienet b’intenzjoni ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ta’ tmexxija ta’ proċeduri b’mod effikaċi […]. Normalment, il-qorti tal-post tat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali li twassal għall-azzjoni tkun l-iktar waħda idonea sabiex tiddeċiedi l-każ, b’mod partikolari abbażi tal-prossimità u l-faċiltà sabiex tinġabar l-evidenza<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell I irriformulat jipprova jilħaq bilanċ bejn l-interessi tar-rikorrenti u tal-konvenut u jpoġġihom fuq livell iktar ibbilanċjat filwaqt li kieku eżista biss l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, il-konvenut/debitur ikunu ffavoriti b’mod eċċessiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ignatova, <HT TYPE="ITALIC">Art. 5 Nr. 1 EuGVVO – Chancen und Perspektiven der Reform des Gerichtsstands am Erfüllungsort</HT>, 2005, p. 71 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.; Lehmann, M., f’Dickinson/Lein, paragrafu 4.07.; u Magnus, U., u Mankowski, M., iċċitat iktar ’il fuq, p. 143. Ara wkoll Schack, <HT TYPE="ITALIC">Der Erfüllungsort im deutschen, ausländischen und internationalen Privat- und Zivilprozessrecht</HT>, 1985, p. 104; Lehmann, M., ZZP Int. 9 (2004), pp. 172, 283.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Li kieku wieħed kellu jibbaża l-ġurisdizzjoni b’mod riġidu fuq id-domiċilju tal-konvenut f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan ikun jista’ jagħti lok għal abbuż – peress li jkun possibbli li jinħolqu sigurtajiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> favur persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni u b’hekk il-kredituri jiċċaħħdu mill-ġerarkija tagħhom fir-rigward tad-drittijiet fuq dar li t-titolu ta’ proprjetà fuqha jkun ġie ttrasferit barra mill-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, bħala <HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT>, huwa interessanti li tiġi indikata l-analiżi tax-<HT TYPE="ITALIC">Schutzwürdigkeitsgesichtpunkte</HT>, kif applikata mill-qrati Ġermaniżi f’każijiet bħal dan (is-soluzzjonijiet dwar kunflitt ta’ liġijiet huma orjentati minn evalwazzjoni preċedenti tal-interess li jixraqlu l-ogħla livell ta’ protezzjoni): id-dritt applikabbli jintgħażel billi tintgħażel il-liġi li tirregola r-relazzjoni ġuridika li jixirqilha l-ogħla protezzjoni ġudizzjarja fost it-tliet relazzjonijiet legali fi ħdan l-istruttura tal-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, sabiex jiġi osservat il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">nemo liberalis nisi liberatus</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ħadd ma jista’ jagħti rigal sakemm ma huwiex ħieles mid-dejn; pereżempju, persuna falluta ma hijiex f’pożizzjoni li tittrasferixxi proprjetà jew ġid. Ara Lipstein, K., <HT TYPE="ITALIC">Principles of the conflict of laws national and international</HT>, The Hague, 1981, p. 39 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. B’mod partikolari, fid-dritt sostantiv, dan ifisser li l-kreditur jiġi protett meta l-kuntratt ikun inħoloq artifiċjalment sabiex huwa jiġi mċaħħad mid-drittijiet tiegħu jew meta d-drittijiet taċ-ċessjonarju jkunu inqas <HT TYPE="ITALIC">schutzwürdig</HT> (li jkun jixirqilhom protezzjoni) minħabba n-natura gratuwita tat-trasferiment. Fil-kamp tal-kunflitt ta’ liġijiet, il-protezzjoni tat-tliet partijiet involuti fl-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> tista’ tiġi milħuqa billi tiġi applikata l-liġi li l-partijiet <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> jantiċipaw li għandha tapplika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara Pretelli, I. (2012), iċċitat iktar ’il fuq, p. 638.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Bezirksgericht, Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach, l-Awstrija):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni skont l-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-Proċeduri ta’ Eżekuzzjoni ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Minflok, jeħtieġ li jiġu eżaminati l-oġġezzjonijiet individwali mressqa mir-rikorrenti. L-oġġezzjonijiet li jirrigwardaw kemm l-ineżistenza tal-pretensjoni li tirriżulta minn ftehim ta’ self li fuqha huwa bbażat il-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta kif ukoll il-fatt li l-ħolqien tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> għal dik il-pretensjoni taħt il-ftehim tas-self kien invalidu minħabba t-trattament preferenzjali tal-kredituri ma għandhomx rabta mill-qrib suffiċjenti mal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni u, għaldaqstant, ma jiġġustifikawx il-ġurisdizzjoni esklużiva taħt l-imsemmi punt 5 tal-Artikolu 24.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal tilwima bejn kredituri li tirrigwarda t-tqassim tar-rikavat minn bejgħ ġudizzjarju b’subbasta, u li fiha jitqajmu oġġezzjonijiet intiżi sabiex tiġi kkontestata l-eżistenza tal-pretensjoni oriġinali u li – bħall-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> – jallegaw in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni tal-kostituzzjoni tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, li toriġina mill-eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali bejn ir-rikorrenti u d-debitur, tista’ tkun koperta mir-regola ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali prevista fil-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>