|
26.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10319 – Greiner/Recticel)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 432/05)
1.
Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Greiner AG (“Greiner”, l-Awstrija), |
|
— |
Recticel NV/SA (“Recticel”, il-Belġju). |
Greiner takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Recticel kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Greiner: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet tal-plastik u tal-foam globalment, b’mod partikolari foams tal-poliuretan (“PU”) u prodotti bbażati fuq il-foam PU għal varjetà ta’ industriji, inklużi dawk tas-saqqijiet, tal-għamara, tal-karozzi, kif ukoll soluzzjonijiet għall-industrija tat-teknoloġija u l-produzzjoni medika, |
|
— |
Recticel: il-produzzjoni u l-bejgħ globalment ta’ firxa wiesgħa ta’ komposti sintetiċi, b’mod partikolari foams PU u soluzzjonijiet ibbażati fuq il-foam PU għall-industrija tal-karozzi, tas-saqqijiet u tal-kostruzzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10319 – Greiner/Recticel
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).