14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 205/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1138

tat-13 ta' Awwissu 2018

li jemenda għall-289 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“ADNAN ABOU WALID AL-SAHRAOUI (magħruf ukoll bħala (a) Lahbib Idrissi ould Sidi Abdi ould Said ould El Bachir, (b) Adnan Abu Walid al-Sahrawi, (c) Abu Walid al Sahrawi, (d) Adnan Abu Walid al-Sahraoui, (e) Adnan Abu Waleed al-Sahrawi, (f) Lehbib Ould Ali Ould Said Ould Joumani). Data tat-twelid: 16.2.1973. Post tat-twelid: Laayoune. Indirizz: (a) Ménaka, ir-Reġjun ta' Gao, il-Mali. Informazzjoni oħra: Kelliem preċedenti tal-Mouvement pour l'Unification et le Jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO). Emir tal-grupp Al-Mourabitoun fil-Mali. Wiegħed alleanza lill-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), elenkat bħala l-Al-Qaida fl-Iraq. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.8.2018.”