<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-835/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0835</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:520">EU:C:2020:520</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200702">2.7.2020</DATE> – Kawża C‑835/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Terracult</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Rettifika ta’ fattura</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa ffatturata b’mod żbaljat– Rimbors tat-taxxa mħallsa indebitament</KEYWORD><KEYWORD>Mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet marbuta ma’ perijodu fiskali li diġà kienu s-suġġett ta’ kontroll fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Newtralità fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑835/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Timişoara (il-Qorti tal-Appell ta’ Timişoara, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20181224">24 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Terracult SRL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara –Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Arad – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Juridice 5,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ANAF Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara Serviciul de Soluţionare a ContestaţiilMadankollu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász (Relatur), M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20200205">5 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal SC Terracult SRL, minn I. Kocsis-Josan, avocată,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment minn E. Gane, R. I. Haţieganu, A. Wellman u O.-C. Ichim, kif ukoll minn C.-R. Canţăr, sussegwentement minn E. Gane, R. I. Haţieganu, A. Wellman u O.-C. Ichim, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u N. Gossement, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE, tat-<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 201, p. 4</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn SC Terracult SRL, kumpannija kummerċjali rregolata mid-dritt Rumen (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Terracult<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u d-Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Arad Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Juridice 5 (id-Direttorat Ġenerali Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Timișoara, – Amministrazzjoni Dipartimentali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Arad – Dipartiment tal-Kontroll Fiskali tal-Persuni Ġuridiċi, ir-Rumanija) u l-ANAF Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara Serviciul de Soluţionare a Contestaţiilor (l-Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali – Direttorat Ġenerali Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Timișoara – Dipartiment għar-Riżoluzzjoni tal-Kontestazzjonijiet, ir-Rumanija), fir-rigward ta’ talba għall-annullament ta’ stima tat-taxxa li tirrifjuta lill-imsemmija kumpannija d-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u li timponilha tħallas ammont addizzjonali ta’ taxxa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment [kunsinni] taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199b u fl-Artikolu 202.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 199b ta’ din id-direttiva, li jirriżulta mid-Direttiva 2013/43 li daħlet fis-seħħ fil-<DATE ISO="20130815">15 ta’ Awwissu 2013</DATE>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri jistgħu, sal-<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE> u għal perijodu minimu ta’ sentejn, jipprevedu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jiġi fornut kwalunkwe wieħed minn dawn il-fornimenti [kunsinni]:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>fornimenti ta’ ċereali u għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkMadankollu, li normalment ma jintużawx fl-istat mhux mibdul għall-konsum finali;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="199.001A"><NO.PARAG>1a.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="199.001B"><NO.PARAG>1b.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 għall-provvista ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew servizzi elenkati fil-punti (c) sa (j) ta’ dak il-paragrafu hija soġġetta għall-introduzzjoni ta’ obbligi ta’ rappurtar [komunikazzjonijiet ta’ informazzjoni] xierqa u effettivi minn persuni taxxabbli li jfornu l-prodotti jew is-servizzi li għalihom japplika l-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20110620">20 ta’ Ġunju 2011</DATE> li tawtorizza lir-Rumanija tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 163, p. 26</REF.DOC.OJ>), applikabbli sal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE> u, sussegwentement, abbażi tal-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT, li jirriżulta mid-Direttiva 2013/43, dan l-Istat Membru kien japplika l-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni, f’dak li jirrigwarda ċerti ċereali, inkluż il-lift.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(2) tal-Ordonanța Guvernului nr. 92/2003 privind Codul de procedură fiscală, republicată (id-Digriet tal-Gvern Nru 92 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali), tal-<DATE ISO="20031224">24 ta’ Diċembru 2003</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 941 tad-<DATE ISO="20031229">29 ta’ Diċembru 2003</DATE>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-awtorità tat-taxxa hija awtorizzata teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> s-sitwazzjoni fattwali, tikseb u tagħmel użu mill-informazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji sabiex tistabbilixxi b’mod korrett is-sitwazzjoni fiskali tal-persuna taxxabbli. Fil-kuntest tal-analiżi tagħha, l-awtorità fiskali għandha tidentifika u tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 205 ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Possibbiltà li jitressaq ilment<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ilment jista’ jitressaq, konformement mal-liġi, kontra titolu ta’ dejn kif ukoll kontra kull att amministrattiv fiskali ieħor. Peress li l-ilment huwa rikors mhux kontenzjuż, dan ma jċaħħadx lill-persuna li tqis lilha nnifisha leża minn att amministrattiv fiskali, jew mill-assenza ta’ tali att, mid-dritt għal rikors kontenzjuż taħt il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 207(1) tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-ilment għandu jsir fi żmien tletin jum mid-data tan-notifika tal-att amministrattiv fiskali, taħt piena ta’ dekadenza.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 213 tal-istess kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ipproċessar tal-ilment<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="213.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti, meta tiddeċiedi dwar l-ilment, għandha teżamina l-motivi ta’ fatt u ta’ liġi li jikkostitwixxu l-bażi tal-att amministrattiv fiskali. L-analiżi tal-ilment għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-argumenti tal-partijiet, id-dispożizzjonijiet legali invokati minnhom u d-dokumenti fil-fajl tal-każ. L-ilment għandu jiġi ttrattat fil-limiti tar-riferiment.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="213.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtur tal-ilment, il-partijiet intervenjenti jew il-mandatarji tagħhom jistgħu jipproduċu provi ġodda insostenn tat-talba tagħhom. F’dan il-każ, l-awtorità fiskali li toħroġ l-att amministrattiv fiskali kkontestat jew il-korp li wettaq il-kontroll, skont il-każ, ikollhom il-possibbiltà li jesprimu ruħhom fir-rigward ta’ dawn il-provi l-ġodda.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Legea nr. 571 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 li Tistabbilixxi l-Kodiċi Fiskali), tat-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 927 tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE>), kif emendata u kkompletata mil-Legea nr. 343 (il-Liġi Nru 343), tas-<DATE ISO="20060717">17 ta’ Lulju 2006</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 662 tal-<DATE ISO="20060801">1 ta’ Awwissu 2006</DATE>), li ttrasponiet, fid-dritt Rumen, b’mod partikolari d-Direttiva tal-VAT, tipprevedi, fl-Artikolu 159 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="159.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rettifika tal-informazzjoni inkluża fil-fattura jew f’dokumenti oħra użati minflokha għandha ssir kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta d-dokument ma ġiex mibgħut lid-destinatarju, dan jiġi annullat u jinħareġ dokument ġdid;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta d-dokument ikun intbagħat lid-destinatarju, jew jinħareġ dokument ġdid, li għandu jinkludi, minn naħa, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument inizjali, in-numru u d-data tad-dokument irrettifikat, kif ukoll il-valuri li jinkludu sinjal minus u, min-naħa l-oħra, l-informazzjoni u l-valuri korretti, jew inkella jinħareġ dokument ġdid, li jinkludi informazzjoni u valuri korretti u, fl-istess ħin, jinħareġ dokument bil-valuri b’sinjal minus li fih jitniżżlu n-numru u d-data tad-dokument irrettifikat.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="159.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni taxxabbli li kienu s-suġġett ta’ kontroll fiskali li fil-kuntest tiegħu ġew ikkonstatati żbalji fil-kalkolu tat-taxxa miġbura, u li huma obbligati jħallsu dawn l-ammonti fuq il-bażi tal-att amministrattiv maħruġ mill-awtorità tat-taxxa kompetenti jistgħu jagħtu lid-destinatarji fatturi kkorreġuti fis-sens tal-paragrafu (1)(b). Il-fatturi maħruġa għandhom jindikaw li nħarġu wara kontroll u għandhom jiddaħħlu taħt intestatura separata fid-dikjarazzjoni tal-VAT. Id-destinatarji għandhom id-dritt li jnaqqsu t-taxxa msemmija fuq dawn il-fatturi fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 145 sa 147 ter<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Bejn l-10 u l-<DATE ISO="20131014">14 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Donauland SRL, kumpannija kummerċjali rregolata mid-dritt Rumen, ikkunsinnat lift lil Almos Alfons Mosel Handels GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Almos<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), kumpannija kummerċjali rregolata mid-dritt Ġermaniż. Hija qieset li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni kienu kunsinni intra-Komunitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li Donauland ma rnexxiliex tipproduċi, matul il-kontroll fiskali li għalih hija ġiet suġġetta, id-dokumenti li jikkonfermaw li l-lift hekk ikkunsinnat kien ħareġ mit-territorju Rumen, l-awtorità fiskali kompetenti qieset li l-eżenzjoni mill-VAT prevista għall-kunsinni intra-Komunitarji ta’ oġġetti ma kinitx applikabbli għal dawn it-tranżazzjonijiet. Din l-awtorità għalhekk imponiet fuq Donauland, permezz tal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), is-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">440241</FT> Leu Rumens (RON) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>) bħala VAT għall-kunsinni ta’ lift lil Almos, għax-xahar ta’ Ottubru 2013, ikkwalifikati bħala kunsinni nazzjonali suġġetti għar-rata normali ta’ 24 %. Donauland ma kkontestatx din l-istima tat-taxxa, li, b’konsegwenza ta’ dan, saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, Donauland, konformement mal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>, ikklassifikat mill-ġdid il-kunsinni intra-Komunitarji inkwistjoni billi kklassifikathom fil-kategorija ta’ kunsinni nazzjonali suġġetti għar-rata normali tal-VAT u ħarġet fatturi rettifikattivi għal dan il-għan. Dawn il-fatturi kienu jindikaw l-annullament tal-imsemmija kunsinni intra-Komunitarji u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tagħhom. Huma kienu jindikaw li kienu ta’ natura rettifikattiva u kienu jispeċifikaw li l-ħruġ tagħhom kien seħħ abbażi tal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, Almos informat lil Donauland li kienet ikkonstatat li l-imsemmija fatturi rettifikattivi kienu jinkludu n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali Ġermaniż tagħha u talbet rettifika tal-istess fatturi li kienu jinkludu d-data ta’ identifikazzjoni tagħha fir-Rumanija. Almos indikat ukoll lil Donauland li l-lift inkwistjoni ma kienx ħareġ mit-territorju Rumen u li l-kunsinni kkonċernati kellhom jiġu suġġetti għall-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE>, Donauland ħarġet fatturi rettifikattivi ġodda, li kienu jikklassifikaw mill-ġdid il-kunsinni nazzjonali inkwistjoni, suġġetti għar-rata normali tal-VAT, biex tikklassifikahom fil-kategorija ta’ kunsinni ta’ oġġetti suġġetti għall-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT, minħabba identifikazzjoni żbaljata tax-xerrej, li nkixfet wara l-komunikazzjoni ta’ Almos tat-<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>. Peress li dawn il-fatturi rettifikattivi l-ġodda ġew inklużi fil-kontabbiltà tad-dikjarazzjoni tal-VAT għax-xahar ta’ Marzu 2014, Donauland naqqset il-VAT relatata ma dawn il-fatturi mill-VAT dovuta għall-perijodu li kien attwali. Peress li ġie kkalkolat ammont negattiv ta’ VAT, Donauland talbet rimbors tal-VAT, li kien ikopri s-somma ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">440241</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>), li tikkorrispondi għall-VAT imsemmija fl-stima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara li vverifikat, bejn it-<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE> u l-<DATE ISO="20170210">10 ta’ Frar 2017</DATE>, l-imsemmija talba għar-rimbors tal-VAT, l-awtorità fiskali kompetenti, permezz ta’ stima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20170210">10 ta’ Frar 2017</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20170210">10 ta’ Frar 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), imponiet definittivament fuq Terracult, li fl-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE> kienet kisbet, b’inkorporazzjoni, lil Donauland, l-obbligu li tħallas din is-somma ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">440241</FT> RON (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>), bħala VAT addizzjonali fir-rigward tal-kunsinni ta’ lift imwettqa fix-xahar ta’ Ottubru 2013. Din l-awtorità fiskali qieset b’mod partikolari li l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kunsinni ta’ lift u l-klassifikazzjoni tagħhom fil-kategorija ta’ kunsinni ta’ oġġetti suġġetti għall-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT kienu jannullaw illegalment l-effetti tal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>, filwaqt li din tal-aħħar kienet saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20170210">10 ta’ Frar 2017</DATE> kienet is-suġġett ta’ lment amministrattiv minn naħa ta’ Terracult, li ġie miċħud fl-<DATE ISO="20170714">14 ta’ Lulju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180202">2 ta’ Frar 2018</DATE>, Terracult ippreżentat rikors quddiem it-Tribunalul Arad (il-Qorti tal-Kontea ta’ Arad, ir-Rumanija) intiż, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170714">14 ta’ Lulju 2017</DATE> li tiċħad l-ilment tagħha, għall-annullament parzjali tal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20170210">10 ta’ Frar 2017</DATE> u għar-rimbors tal-ammont imħallas abbażi tal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>. Terracult osservat li dan ir-rimbors kellu jingħata minħabba l-fatt li Donauland kienet sempliċement ikkonformat ruħha, għall-ewwel, mal-informazzjoni pprovduta minn Almos, li kienet tgħid li l-lift ikkunsinnat kien ser joħroġ mit-territorju Rumen, sussegwentement, mal-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE> li kkonstatat li l-imsemmi lift ma kienx ħareġ minn dan it-territorju u li imponiet il-ħlas ta’ VAT addizzjonali għal kunsinni nazzjonali, kif ukoll, fl-aħħar nett, mar-relatà tal-fatti li jimplikaw l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT għal dawn il-kunsinni. Terracult sostniet li r-regoli relatati ma’ dan il-mekkaniżmu u mal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT jeżiġu li jiġu aċċettati kemm ir-rettifika tal-fatturi inkwistjoni, imwettqa fil-<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE> abbażi tar-realtà tal-fatti, ukoll ir-rimbors tal-VAT addizzjonali mħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180518">18 ta’ Mejju 2018</DATE>, dik il-qorti ċaħdet ir-rikors ta’ Terracult minħabba li Donauland ma kinitx ressqet l-ilment amministrattiv li seta’ jippermettilha tibdel l-istat ta’ fatt fiskali indikat fl-istima tat-taxxa tal-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>. Fid-<DATE ISO="20180629">29 ta’ Ġunju 2018</DATE> Terracult appellat mid-deċiżjoni li tiċħad ir-rikors tagħha quddiem il-Curtea de Apel Timişoara (il-Qorti tal-Appell ta’ Timişoara, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti u l-applikazzjoni tagħha mill-awtoritajiet nazzjonali humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, il-Curtea de Apel Timișoara (il-Qorti tal-Appell ta’ Timişoara) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddimha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Id-Direttiva tal-VAT kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, prattika amministrattiva u/jew interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, li ma tippermettix il-korrezzjoni ta’ fatturi u, konsegwentement, l-inklużjoni ta’ fatturi kkoreġuti fid-dikjarazzjoni tal-VAT li tikkonċerna l-perijodu li matulu saret il-korrezzjoni, għall-operazzjonijiet li twettqu matul perijodu li kien suġġett għal kontroll fiskali, u li insegwitu tiegħu l-awtoritajiet tat-taxxa ħarġu avviż ta’ tassazzjoni [stima tat-taxxa] li sar definittiv, meta d-data u l-informazzjoni supplimentari li jeżiġu l-applikazzjoni ta’ sistema fiskali differenti saru magħrufa wara l-ħruġ tal-avviż ta’ tassazzjoni [stima tat-taxxa]?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix li persuna taxxabbli, li wettqet tranżazzjonijiet li sussegwentement irriżultaw li kienu jaqgħu taħt il-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT, tikkoreġi l-fatturi relatati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, u li tinvokahom, permezz tar-rettifika ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa preċedenti jew permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ġdida tat-taxxa li tieħu inkunsiderazzjoni l-korrezzjoni hekk imwettqa, għar-rimbors tal-VAT iffatturata u mħallsa indebitament minn din il-persuna taxxabbli, għar-raġuni li l-perijodu li matulu twettqu l-imsemmija tranżazzjonijiet diġà kien is-suġġett ta’ kontroll fiskali li fi tmiemu l-awtorità fiskali kompetenti kienet ħarġet stima tat-taxxa li, peress li ma ġietx ikkontestata mill-imsemmija persuna taxxabbli, kienet saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa paċifiku bejn il-persuni kkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub f’din il-kawża li kull kunsinna ta’ lift imwettqa fix-xahar ta’ Ottubru 2013 fir-Rumanija, minn persuna taxxabbli fornitur, favur persuna taxxabbli oħra, li t-tnejn li huma għandhom numru ta’ identifikazzjoni fiskali Rumen, kellha tkun suġġetta għall-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT. Madankollu, b’applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu, ma jseħħ l-ebda ħlas tal-VAT bejn il-fornitur u l-persuna taxxabbli destinatarja tal-kunsinni, fejn din tal-aħħar hija responsabbli, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imwettqa, għall-ħlas tal-VAT tal-input (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-564/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:302">EU:C:2017:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li l-VAT ma hijiex dovuta minn tali fornitur, konformement mal-Artikoli 193, 199 u 199a tad-Direttiva tal-VAT, dan ma jistax jitqies li huwa responsabbli għall-ħlas tal-VAT u l-fatt li dan il-fornitur ħallas il-VAT billi bbaża ruħu fuq il-preżunzjoni żbaljata li l-kunsinna kkonċernata ma kinitx suġġetta għall-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT ma jippermettix li jkun hemm deroga minn din ir-regola (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>GST– Sarviz Germania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑111/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:267">EU:C:2015:267</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), b’tali mod li din il-VAT iffatturata u mħallsa żbaljatament għandha, bħala prinċipju, tiġi rrimborsata lill-imsemmi fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għar-rimbors ta’ taxxi miġbura fi Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija lill-partijiet f’kawża mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, bħala prinċipju, l-Istat Membru huwa obbligat iħallas lura t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. It-talba għar-rimbors tal-VAT imħallsa indebitament taqa’ taħt id-dritt għar-repetizzjoni tal-indebitu, li, skont ġurisprudenza stabbilita, huwa intiż li jirrimedja għall-konsegwenzi tal-inkompatibbiltà tat-taxxa mad-dritt tal-Unjoni billi jiġi nnewtralizzat l-oneru<?PAGE NO="7"?> ekonomiku li jaqa’ indebitament fuq l-operatur li, finalment, sostniha effettivament (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Compass Contract Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:454">EU:C:2017:454</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, li huwa prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT, huwa intiż li jeħles bis-sħiħ lill-persuna taxxabbli mill-piż tal-VAT fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha. Għalhekk, din is-sistema tiggarantixxi li jkun hemm newtralità perfetta fir-rigward tal-oneru fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għan jew mir-riżultat ta’ dawn l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet ikunu, bħala prinċipju, huma nnifishom suġġetti għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Malburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:147">EU:C:2014:147</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda r-rimbors tal-VAT iffatturata bi żball, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat li d-Direttiva tal-VAT ma tipprevedi l-ebda dispożizzjoni għall-aġġustament, mill-persuna li toħroġ il-fattura, tal-VAT iffatturata indebitament u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, huma, bħala prinċipju, l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi aġġustata l-VAT iffatturata indebitament (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rusedespred</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑138/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:233">EU:C:2013:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata n-newtralità tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jipprevedu, fl-ordinament ġuridiku intern tagħhom, il-possibbiltà ta’ aġġustament ta’ kull taxxa ffatturata indebitament, kemm il-darba l-persuna li toħroġ il-fattura turi li hija aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rusedespred</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑138/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:233">EU:C:2013:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, meta l-persuna li toħroġ il-fattura, fi żmien utli, eliminat kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali, il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT jirrikjedi li t-taxxa ffatturata indebitament tista’ tiġi kkorreġuta, mingħajr ma jkun possibbli l-Istati Membri jissuġġettaw dan l-aġġustament għall-kundizzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuna li toħroġ l-imsemmija fattura. Dan l-aġġustament ma jistax jiddependi fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni fiskali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rusedespred</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑138/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:233">EU:C:2013:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ ta’ kunsinni ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT, ma jeżistix riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali marbut mal-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors. Fil-fatt, għalkemm il-persuna taxxabbli destinatarja tal-imsemmija kunsinni hija responsabbli għall-ħlas tal-VAT tal-input, hija tista’, bħala prinċipju, tnaqqas din l-istess taxxa, b’tali mod li l-ebda ammont ma jkun dovut lill-amministrazzjoni fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>PORR Építési Kft.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑691/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:327">EU:C:2019:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-assenza ta’ riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali, ir-rifjut li l-fornitur jingħata r-rimbors tal-VAT imħallsa indebitament, sa fejn din tkun ġiet iffatturata minkejja l-fatt li kienu r-regoli relatati mal-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT u mhux dawk relatati mas-sistema normali tal-VAT li kienu japplikaw għal kunsinna mwettqa minn dan il-fornitur fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu suġġetti għall-VAT, ikun ifisser li dan jiġi suġġett għal oneru fiskali bi ksur tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipji ta’ effettività u ta’ proporzjonalità jipprekludu wkoll leġiżlazzjoni jew prattika amministrattiva bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, li jeżiġi li dispożizzjoni proċedurali nazzjonali ma trendix prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mid-dritt tal-Unjoni, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-possibbiltà li titressaq talba għar-rimbors tal-VAT, mingħajr ebda limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jeżiġi li s-sitwazzjoni fiskali tal-persuna taxxabbli, fid-dawl tad-drittijiet u tal-obbligi tagħha fir-rigward tal-amministrazzjoni fiskali, ma tkunx indefinittivament esposta għar-riskju li tiġi<?PAGE NO="8"?> kkontestata. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-iffissar ta’ termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikors taħt piena ta’ dekadenza fl-interess taċ-ċertezza legali, li jipproteġi fl-istess ħin kemm lill-persuna taxxabbli kif ukoll lill-amministrazzjoni kkonċernata, huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, tali termini ma humiex ta’ natura li jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, anki jekk, per definizzjoni, id-dekorriment ta’ dawn it-termini neċessarjament jagħti lok għaċ-ċaħda, totali jew parzjali, tal-azzjoni mressqa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nestrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:115">EU:C:2019:115</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet fiskali u l-qrati li ddeċidew fl-ewwel istanza rrifjutaw li jirrikonoxxu lill-fornitur id-dritt li juża d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li jirregolaw il-possibbiltà li jinkiseb ir-rimbors tal-VAT iffatturata u mħallsa żbaljatament, f’terminu ta’ ħames snin, permezz tar-rettifika tal-fatturi li huwa kien ħareġ għar-raġuni li dan il-fornitur kellu, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, juża l-possibbiltà, għall-finijiet ta’ dan ir-rimbors, li jikkontesta l-ewwel stima tat-taxxa qabel ma saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li l-persuna taxxabbli għandha terminu ta’ tletin ġurnata b’effett mill-komunikazzjoni tal-istima tat-taxxa sabiex tressaq ilment, din il-persuna taxxabbli jista’ jkollha biss terminu qasir ħafna għall-finijiet ta’ tali lment, jew saħansitra tkun dekaduta, meta l-elementi li abbażi tagħhom ikun possibbli li tiġi kkontestata din l-istima tat-taxxa jiġu skoperti wara l-ħruġ tal-imsemmija stima. B’tali mod li jsir prattikament impossibbli, jew, minn tal-inqas, eċċessivament diffiċli li l-persuna taxxabbli teżerċità d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT. F’dan il-każ, skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-predeċessur ta’ Terracult kellha biss ftit ġranet sabiex tikkontesta b’mod utli l-ewwel stima tat-taxxa, permezz tal-proċedura ta’ lment li kienet għad-dispożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prinċipju ta’ effettività jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali, sa fejn dawn jistgħu jċaħħdu lil persuna taxxabbli mill-possibbiltà li tikkoreġi l-fatturi relatati ma’ wħud minn dawn it-tranżazzjonijiet u li tinvokahom għar-rimbors tal-VAT iffatturata u mħallsa indebitament minn din il-persuna taxxabbli, meta t-terminu ta’ dekadenza ta’ ħames snin stabbilit mill-imsemmija leġiżlazzjoni għadu ma skadiex (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zabrus Siret</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:283">EU:C:2018:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dubji tal-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jitfakkar li leġiżlatur nazzjonali għandu l-possibbiltà li mal-obbligi formali tal-persuni taxxabbli jinkludi sanzjonijiet ta’ natura li jinċentivaw lil dawn tal-aħħar josservaw l-imsemmija obbligi bil-għan li jiġi żgurat funzjonament tajjeb tas-sistema tal-VAT, u li, għalhekk, sanzjoni amministrattiva ta’ natura pekunjarja tista’ tiġi applikata kontra persuna taxxabbli li t-talba tagħha għar-rimbors tal-VAT imħallsa indebitament hija r-riżultat tan-negliġenza rispettiva tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zabrus Siret</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:283">EU:C:2018:283</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, jekk jitqies li kien hemm negliġenza min-naħa tal-persuna taxxabbli, fatt li għandu jiġi kkonstatat mill-qorti tar-rinviju, l-Istat Membru kkonċernat għandu juża mezzi li, filwaqt li jippermettu li jintlaħaq b’mod effettiv l-għan li jrid jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jikkawżaw l-inqas preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT. Għalhekk, fid-dawl tal-pożizzjoni li dan il-prinċipju għandu fis-sistema komuni tal-VAT, jidher li sanzjoni, li tikkonsisti f’rifjut assolut tad-dritt għar-rimbors tal-VAT iffatturata b’mod żbaljat u mħallsa indebitament, hija sproporzjonata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zabrus Siret</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-81/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:283">EU:C:2018:283</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, hekk kif enfasizza l-Gvern Rumen, il-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT għandu jiġi rrifjutat jekk dan id-dritt jiġi invokat b’mod frawdolenti jew abbużiv. Fil-fatt, il-ġlieda kontra l-frodi u l-eventwali abbużi hija għan rikonoxxut u inkoraġġut mid-Direttiva tal-VAT u l-partijiet f’kawża ma jistgħux jinvokaw dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni b’mod frawdolenti jew abbużiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Altic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:831">EU:C:2019:831</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, f’dan il-każ, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari l-qorti tar-rinviju bl-ebda mod ma tindika l-eżistenza ta’ frodi jew ta’ abbuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix li persuna taxxabbli, li wettqet tranżazzjonijiet li sussegwentement irriżultaw li kienu jaqgħu taħt il-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT, tikkoreġi l-fatturi relatati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, u li tinvokahom, permezz tar-rettifika ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa preċedenti jew permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ġdida tat-taxxa li tieħu inkunsiderazzjoni l-korrezzjoni hekk imwettqa, għar-rimbors tal-VAT iffatturata u mħallsa indebitament minn din il-persuna taxxabbli, għar-raġuni li l-perijodu li matulu twettqu l-imsemmija tranżazzjonijiet diġà kien is-suġġett ta’ kontroll fiskali, li fi tmiemu l-awtorità fiskali kompetenti kienet ħarġet stima tat-taxxa li, peress li ma ġietx ikkontestata mill-imsemmija persuna taxxabbli, kienet saret definittiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE>, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix li persuna taxxabbli, li wettqet tranżazzjonijiet li sussegwentement irriżultaw li kienu jaqgħu taħt il-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), tikkoreġi l-fatturi relatati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, u li tinvokahom, permezz tar-rettifika ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa preċedenti jew permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ġdida tat-taxxa li tieħu inkunsiderazzjoni l-korrezzjoni hekk imwettqa, għar-rimbors tal-VAT iffatturata u mħallsa indebitament minn din il-persuna taxxabbli, għar-raġuni li l-perijodu li matulu twettqu l-imsemmija tranżazzjonijiet diġà kien is-suġġett ta’ kontroll fiskali li fi tmiemu l-awtorità fiskali kompetenti kienet ħarġet stima tat-taxxa li, peress li ma ġietx ikkontestata mill-imsemmija persuna taxxabbli, kienet saret definittiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>