|
23.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 260/2018
tal-5 ta’ Diċembru 2018
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1524]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2398 tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata ma’ applikazzjoni għal faċilità li tinsab f’pajjiż terz għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32fh (ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“32fha. |
32015 D 2398: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2398 tas-17 ta’ Diċembru 2015 dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata ma’ applikazzjoni għal faċilità li tinsab f’pajjiż terz għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 145).’ |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2398 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 257/2019 tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Hege M. HOFF
Mikołaj KARŁOWSKI
(1) ĠU L 332, 18.12.2015, p. 145.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.