|
25.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/29 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10378 – VUB / SLOVENSKA SPORITELNA / TATRA BANKA / 365.BANK / CSOB / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 134/08)
1.
Fis-17 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Všeobecná úverová banka, a.s. (“VUB”, Slovakia), ikkontrollat minn Intesa Sanpaolo S.p.A. (l-Italja), |
|
— |
Slovenská sporitecňa, a.s. (“Slovenska Sporitelna”, is-Slovakkja), ikkontrollat minn Erste Group Bank AG (l-Awstrija), |
|
— |
Tatra banka, a.s. (“Tatra Banka”, is-Slovakkja), ikkontrollat minn Raiffeisen Bank International AG (l-Awstrija), |
|
— |
365.Bank, a.s. (“365.Bank”, is-Slovakkja; qabel it-3 ta’ Lulju 2021 irreġistrat bħala Poštová banka, a.s.), ikkontrollat minn J&T FINANCE GROUP SE (iċ-Ċekja), |
|
— |
Českosetská obchodná banka, a.s. (“CSOB”, is-Slovakkja), ikkontrollat minn KBC Group N.V. (il-Belġju). |
VUB, Slovenska Sporitelna, Tatra Banka, 365.bank u CSO jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab maħluqa ġdida (joint venture, il-“JV”).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
VUB, Slovenska Sporitelna, Tatra Banka, 365.bank u CSOB huma banek kummerċjali fis-Slovakkja attivi fis-servizzi bankarji u korporattivi, |
|
— |
Il-JV se tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar ta’ flus kontanti, ta’ flus kontanti fi tranżitu u ta’ ġestjoni ta’ flus kontanti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10378 – VUB / SLOVENSKA SPORITELNA / TATRA BANKA / 365.BANK / CSOB / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).