18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Frar 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE li tistabbilixxi l-lista ta' żoni approvati fir-rigward tal-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 217)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/104/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimal li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti akwakulturali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-lista ta' żoni approvati fir-rigward tal-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens (2), tistipula ż-żoni fil-Komunità meqjusa ħielsa mill-mard tal-molluski Bonamia ostreae u/jew Marteilia refringens.

(2)

Id-Danimarka tat ġustifikazzjonijiet għall-kisba ta' l-istatus ta' żona approvata fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens, għaż-żona ta' Limfjorden. Id-dokumentazzjoni provduta turi li ż-żona tilħaq il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/67/KEE. Hi għalhekk tikkwalifika għall-istatus ta' żona approvata u għandha tkun miżjuda mal-lista ta'żoni approvati stipulati fid-Deċiżjoni 2002/300/KE.

(3)

Minbarra dan, l-Irlanda ressqet talba biex issir emenda għal-lista ta' żoni fl-Irlanda approvati fir-rigward tal-Bonamia ostreae fid-Deċiżjoni 2002/300/KE, sabiex id-deskrizzjoni ġeografika f'waħda miż-żoni affettwati minn dik il-marda tkun iktar preċiża. Skond dan, id-deskrizzjoni “Logmore, Belmullet” għandha tinbidel għal “Loughmore, Blacksod Bay”

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/300/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il- Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/300/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-3 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-6.5.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 103, tad-19.4.2002, p. 24. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/729/KE (ĠU L 262, ta'-14.10.2003, p. 37).


ANNESS

“ANNESS

ŻONI APPROVATI GĦAL WAĦDA JEW IŻJED MILL-MARD TAL-MOLLUSKI BONAMIA OSTREAE U MARTEILIA REFRINGENS

1.A.   Żoni fl-Irlanda approvati b'rigward il- B. Ostreae

—

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda minbarra s-sitt żoni li ġejjin:

—

Cork Harbour

—

Galway Bay

—

Ballinakill Harbour

—

Clew Bay

—

Achill Sound

—

Logmore, Belmullet

1.B.   Żoni fl-Irlanda approvati fir-rigward tal- B. Ostreae

—

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda

2.A.   Żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man approvati fir-rigward tal- B. Ostreae

—

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda minbarra ż-żoni li ġejjin:

—

il-kosta tan-Nofsinhar ta' Cornwall minn Lizard sa Start Point

—

iż-żoni madwar l-estwarju ta' Solent minn Portland Bill għal Selsey Bill

—

iż-żona tul il-kosta ta' Essex minn Shoeburyness għal Landguard point.

—

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda

—

Il-kosta kollha ta' Guernsey u Herm

—

Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: Iż-żona tikkonsisti miż-żona kostali ta' marea baxxa u immedjati bejn il-livell medjan ta' l-ilma għoli fuq il-Ġżira ta' Jersey u linja immaġinarja mfassla tliet mili nawtiċi mil-livell medjan ta' l-ilma baxx fuq il-Ġżira ta' Jersey. Iż-żona hija fil-Golf Normano-Brettonu, fin-naha tan-Nofsinhar tal-Fliegu Ingliż

—

Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

2.B.   Żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-Isle of Man approvati fir-rigward tal- M. Refringens

—

Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja

—

Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta' Fuq

—

Il-kosta kollha ta' Guernsey u Herm

—

Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: Iż-żona tikkonsisti miż-żona kostali ta' marea baxxa u immedjati bejn il-livell medjan ta' l-ilma għoli fuq il-Ġżira ta' Jersey u linja immaġinarja mfassla tliet mili nawtiċi mil-livell medjan ta' l-ilma baxx fuq il-Ġżira ta' Jersey. Iż-żona hija fil-Golf Normano-Brettonu, fin-naha tan-Nofsinhar tal-Fliegu Ingliż

—

Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

3.   Żoni fid-Danimarka approvati fir-rigward tal- B. Ostreae u l- M. Refringens

—

Limfjorden minn Thyborøn fil-punent għal Hals fil-lvant.”