SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla)
17 ta’ Lulju 2014 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8528 — Skrins tal-plażma — Funzjonalità ta’ skrin ta’ kompjuter — Funzjonalità potenzjali ta’ skrin ta’ televiżjoni, wara li tiddaħħal video card”
Fil-Kawża C‑472/12,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Ottubru 2012, fil-proċedura
Panasonic Italia SpA,
Panasonic Marketing Europe GmbH,
Scerni Logistics Srl
vs
Agenzia delle Dogane di Milano,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),
komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, A. Rosas u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-11 ta’ Diċembru 2013,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Panasonic Italia SpA, Panasonic Marketing Europe GmbH u Scerni Logistics Srl, minn P. Vander Schueren, avukat, kif ukoll minn G. Cambareri u L. Pierallini, avukati, |
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Keppenne u D. Recchia kif ukoll minn B.-R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-“NM”), li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjonijiet tagħha li suċċessivament jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-13 ta’ Ottubru 2000 (ĠU L 264, p. 1), mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001 (ĠU L 279, p. 1), mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 (ĠU L 290, p. 1) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Panasonic Italia SpA, Panasonic Marketing Europe GmbH u Scerni Logistics Srl u, min-naħa l-oħra, l-Agenzia delle Dogane di Milano (aġenzija doganali ta’ Milano, iktar ’il quddiem l-“Aġenzija”), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ skrins tal-plażma fi ħdan in-NM. |
Il-kuntest ġuridiku
Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u għall-kodifikazzjoni tal-merkanzija
|
3 |
Il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Dognali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (iktar ’il quddiem l-“ODD”), twaqqaf bil-Konvenzjoni dwar il-ħolqien tal-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1950. Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u għall-kodifikazzjoni ta’ merkanziji (iktar ’il quddiem is-“SA”) tfasslet mill-ODD u ġiet stabbilita bil-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar ’il quddiem, il-“Konvenzjoni dwar is-SA”), konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata, flimkien mal-Protokoll li jemendaha tal-24 ta’ Ġunju 1986, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). |
|
4 |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti tintrabat li n-nomenklaturi tariffarji u l-istatistika tagħha jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żieda jew modifika, kif ukoll il-kodiċijiet konnessi magħhom, u li tiġi segwita l-ordni numerika ta’ din is-sistema. Kull parti kontraenti tintrabat ukoll li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA, u li ma temendax il-portata tagħhom. |
|
5 |
L-ODD tapprova, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-pariri dwar il-klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA. |
|
6 |
Fil-verżjoni tagħhom adottati matul is-sena 2002, in-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8471 ġew redatti kif ġej: “I. Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tal-informazzjoni u unitajiet tagħhom; [...] D. Unitajiet ippreżentati waħedhom [...] Titqies li tifforma parti mis-sistema sħiħa għall-ipproċessar tal-informazzjoni kull unità li teżerċita funzjoni ta’ pproċessar tal-informazzjoni u li simultanjament tissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti:
Fil-każ li l-unità teżerċita funzjoni oħra li ma hijiex l-ipproċessar tal-informazzjoni, din għandha tiġi kklassifikata fl-intestatura korrispondenti għall-funzjoni tagħha jew fin-nuqqas ta’ dan, f’intestatura residwa (ara n-nota 5 E tal-Kapitolu). [...] Fost l-unitajiet kostitwenti msemmija, għandhom jissemmew l-unitajiet li juru stampa ta’ magni awtomatiċi għall-ipproċessar tal-informazzjoni li jirrappreżentaw b’mod grafiku d-data pproċessata. Dawn jingħarfu mill-monitors tal-video u mir-riċevituri tat-televiżjonijiet taħt l-intestatura 8528 taħt diversi profili, u, b’mod partikolari l-punti segwenti:
[...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
7 |
Fil-verżjoni tagħhom adottata matul is-sena 2002, in-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8528 kienu redatti kif ġej: “Din l-intestatura tinkludi apparat ta’ riċezzjoni tat-televiżjoni (inkluż video monitors u video projectors) anki jekk jinkorpora fih apparat ta’ riċezzjoni tax-xandir bir-radju jew apparat għall-irrekordjar jew għar-riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-immaġni. Fost l-apparat ta’ din l-intestatura, wieħed jista’ jikkwota:
[...] Huma esklużi minn din l-intestatura:
[...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
In-NM
|
8 |
In-NM, stabbilita bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-SA, li minnha tieħu l-intestaturi u subintestaturi b’sitt ċifri, u huma biss is-seba’ u t-tmien ċifri li jifformaw suddiviżjonijiet speċifiċi għaliha. |
|
9 |
Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-31 ta’ Jannar 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357) il-Kummissjoni Ewropea għandha, kull sena, tadotta regolament li jirripproduċi l-verżjoni sħiħa tan-NM u r-rati tad-dazju doganali, kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament japplika mill-1 ta’ Jannar tas-sena segwenti. |
|
10 |
Il-verżjonijiet tan-NM applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, li huma mifruxa mis-sena 2001 sas-sena 2004, huma dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti Nri 2388/2000, 2031/2001, 1832/2002 u 1789/2003. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tan-NM, li huma msemmija iktar ’il quddiem, huma redatti b’mod identiku f’kull waħda minn dawn il-verżjonijiet. |
|
11 |
Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jinsabu fl-Ewwel Parti, Taqsima I, A, tagħha jipprovdu: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin: [...]
[...]” |
|
12 |
It-tieni parti tan-NM tinkludi t-Taqsima XVI, bit-titolu “Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; bċejjeċ tagħhom, strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti”. |
|
13 |
In-noti 3 u 5 tat-Taqsima XVI tan-NM huma redatti kif ġej:
[...]
|
|
14 |
It-Taqsima XVI tan-NM tinkludi l-Kapitolu 84 bit-titolu “Reatturi nukleari, kaldaruni (boilers), makkinarju u għodod mekkaniċi; partijiet tagħhom”. |
|
15 |
In-nota 5 ta’ dan il-Kapitolu 84 huwa redatt kif ġej:
[...]
|
|
16 |
In-nota 7 tal-Kapitolu 84 tan-NM hija redatta kif ġej: “Suġġett għal nota 2 għal dan il-kapitlu u nota 3 għal Taqsima XVI, magna li l-iskop prinċipali tagħha mhuwiex deskritt f’ebda titlu jew li għaliha ebda skop ma huwa l-iskop prinċipali għandha, sakemm il-kuntest ma jesiġix mod ieħor, tkun kklassifikata f’titlu 8479. [...]” |
|
17 |
L-intestatura 8471 tan-NM hija redatta kif ġej: “8471 Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b’sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta’ data f’għamla kkodifikata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra: [...] 8471 60 – Unitajiet ta’ dħul jew ta’ ħruġ, li fihom jew le unitajiet ta’ ħażna fl-istess għata: 8471 60 10 – – intiżi għal ajruplani ċivili – – Oħrajn: 8471 60 40 – – – Printers 8471 60 50 – – – Tastieri 8471-60-90 – – – Oħrajn [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
18 |
It-Taqsima XVI tan-NM tinkludi wkoll Kapitolu 85, bit-titolu “Makkinarju u tagħmir elettriku u bċejjeċ tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproċuduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproċuduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u bċejjeċ u aċċessorji ta’ oġġetti”. |
|
19 |
L-intestatura 8528 tan-NM hija fformulata kif ġej: “8528 Tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, sew jekk jinkorpora riċevituri għal xandir bir-radju jew tagħmir għal reġistrazzjoni jew riproduzzjoni tal-ħoss jew ta’ l-immaġni; video monitors u video projjeturi: [...] – Monitur vidjo: 8528 21 – – kulur: [...] 8528 21 90 – – – oħrajn [...]”[traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Ir-Regolament (KE) Nru 754/2004
|
20 |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2004, tal-21 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 16, p. 93), li daħal fis-seħħ wara l-importazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ippreċiża l-klassifikazzjoni fi ħdan in-NM ta’ ċerti skrins tal-plażma, bil-kulur, bi skrin djagonali ta’ 106 cm, li jkollu l-karatteristiċi deskritti fl-anness tal-imsemmi regolament. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
21 |
Matul is-snin 2001 sa 2004, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali importaw fl-Italja, minn pajjiżi li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea, skrins tal-plażma li l-karatteristiċi tagħhom huma deskritti mill-qorti tar-rinviju kif ġej:
|
|
22 |
Għall-finijiet tad-dikjarazzjoni doganali tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kklassifikaw l-iskrins importati taħt l-intestatura 8471 60 90 tan-NM, bħala skrins esklużivament iddestinati għat-trażmissjoni ta’ immaġni provenjenti minn komputer, u l-konsegwenza ta’ dan hija eżenzjoni mid-dazji doganali u l-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud bir-rata ta’ 20 %. |
|
23 |
L-Aġenzija madankollu tqis li dawn l-iskrins għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8528 tan-NM, li tikkonċerna fost l-oħrajn l-apparati riċevituri tat-televiżjoni u l-video monitors, u l-konsegwenza ta’ dan hija l-applikazzjoni ta’ dazji dognali bir-rata ta’ 14 %. |
|
24 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw azzjonijiet quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Milano (kummissjoni fiskali tal-provinċja ta’ Milano), li ċaħdet l-imsemmija azzjonijiet minħabba l-fatt li l-possibbiltà li l-imsemmija skrins ikunu jistgħu jirċievu sinjali komposti video permezz tas-sempliċi dħul ta’ video card teskludi l-klassifikazzjoni tagħhom fl-intestatura 8471 tan-NM, sa fejn din tneħħi r-rekwiżit li jipprevedi li l-istess skrins għandhom ikunu s-suġġett ta’ użu prinċipali jew predominanti f’sistema awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni. |
|
25 |
Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellaw mis-sentenzi mogħtija fl-ewwel istanza quddiem il-Commissione tributaria regionale di Milano (kummissjoni fiskali tar-reġjun ta’ Milano). Hija kkonfermat il-klassifikazzjoni tal-iskrins importati taħt l-intestatura tariffarja 8528 tan-NM, iżda ddeċidiet li tannulla s-sanzjonijiet amministrattivi imposti fid-dawl tal-inċertezzi oġġettivi ta’ interpretazzjoni. |
|
26 |
Kemm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kif ukoll l-Aġenzija ppreżentaw appell fil-kassazzjoni kontra s-sentenzi mogħtija fl-appell. Fl-appell tagħhom, l-imsemmija rikorrenti żammew il-pożizzjoni tagħhom li l-iskrins importati għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 8471 60 90 tan-NM, sa fejn dawn, fid-data tal-importazzjoni, ma kellhomx video card u għalhekk setgħu biss jittrażmettu immaġni provenjenti minn kompjuter. L-Aġenzija reġgħet sostniet il-fondatezza tal-klassifikazzjoni ta’ dawn l-iskrins taħt l-intestatura 8528 tan-NM u kkontestat l-annullament, mill-qorti tal-appell, tas-sanzjonijiet amministrattivi imposti. |
|
27 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li l-iskrins importati għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8528 tan-NM, li tirrigwarda fost l-oħrajn l-apparati riċevituri tat-televiżjoni u l-video monitors, għar-raġunijiet segwenti. Minn naħa, ir-riċezzjoni ta’ sinjali komposti video tifforma parti mill-karatteristiċi intrinsiċi ta’ dawn l-iskrins saħansitra qabel id-dħul ta’ video card, fid-dawl tal-ispazju espressament previst għal dan il-għan. Min-naħa l-oħra, l-ebda raġuni ekonomika jew teknoloġika ma tiġġustifika l-ħolqien tal-imsemmija skrins, li jsiru adatti li jirċievu sinjali komposti video biss wara l-inklużjoni ta’ video card, b’mod li l-unika spjegazzjoni possibbli hija li hemm ir-rieda li jitnissel profitt abbużiv mit-trattament doganali iktar favorevoli, previst għall-iskrins tal-kompjuter. |
|
28 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-possibbiltà li jiġu applikati b’mod retroattiv id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 754/2004, li abbażi tagħhom l-iskrins importati għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 8528 tan-NM. |
|
29 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-Corte suprema di cassazione ddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
30 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-iskrins fil-kawża prinċipali għandhomx jiġu kklassifikati fl-intestatura 8471 tan-NM jew fl-intestatura 8528 tan-NM. |
|
31 |
Għandu jiġi rrilevat li kliem l-intestatura 8471 tan-NM jirrigwarda, b’mod partikolari, il-magni awtomatiċi li jipproċessaw l-informazzjoni u l-unitajiet tagħhom, filwaqt li l-formulazzjoni tal-intestatura 8528 tan-NM tikkonċerna, b’mod partikolari, l-apparati riċevituri tat-televiżjoni u l-video monitors. Jaqgħu, b’mod partikolari, taħt is-subintestatura 8471 60 90 tan-NM l-unitajiet ta’ dħul jew ta’ ħruġ li ma humiex printers u tastieri li jistgħu jinkludu, fl-istess grupp, unitajiet ta’ memorja, filwaqt li s-subintestatura 8528 21 90 tirrigwarda video monitors tal-kulur (sentenza Kamino International Logistics, C‑376/07, EU:C:2009:105, punt 33). |
|
32 |
Madankollu, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita b’rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-klassifikazzjoni tariffarja, ir-rwol tagħha huwa li tipprovdi kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li permezz tagħhom il-qorti nazzjonali tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM iktar milli tikklassifikahom hija stess, u dan iktar u iktar minħabba li hija mhux neċessarjament ikollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi kollha indispensabbli f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, jidher li l-qorti nazzjonali tkun tinsab f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħmel dan (sentenzi Lohmann u Medi Bayreuth, C‑260/00 sa C‑263/00, EU:C:2002:637, punt 26; Digitalnet et, C-320/11, C-330/11, C-382/11 u C‑383/11, EU:C:2012:745, punt 61, kif ukoll X, C‑380/12, EU:C:2014:21, punt 34). |
|
33 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tipproċedi bil-klassifikazzjoni tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tar-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda magħmulha lilha (sentenza X, EU:C:2014:21, punt 35). |
|
34 |
Konsegwentement, l-ewwel domanda għandha tiġi rriformulata fis-sens li l-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar liema kriterji għandhom jiġu applikati sabiex tiddetermina jekk l-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhomx jiġu kklassifikati fl-intestatura 8471 tan-NM jew, fin-nuqqas ta’ dan, fl-intestatura 8528 tan-NM. |
|
35 |
Għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-isħarriġ, il-kriterju deċisiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jiġi identifikat, b’mod ġenerali, mill-karatteristiċi u mill-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u min-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi RUMA, C‑183/06, EU:C:2007:110, punt 27, kif ukoll Medion u Canon Deutschland, C‑208/06 u C‑209/06, EU:C:2007:553, punt 34). |
|
36 |
Il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanziji fin-NM għandu jiġi mfittex fil-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-prodotti, kif ippreżentati fid-dawl tal-iżdoganar tagħhom. Dawn il-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi għandhom jiġu vverifikati waqt l-iżdoganar (sentenzi Foods Import, C‑38/95, EU:C:1996:488, punt 17, kif ukoll Medion u Canon Deutschland, EU:C:2007:553, punt 36). |
|
37 |
F’dan ir-rigward, mill-karatteristiċi oġġettivi elenkati fil-punti 21 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fil-mument tal-importazzjoni tagħhom, l-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali setgħu biss jirriproduċu data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoin, iżda li, wara d-dħul, fl-ispazju previst għal dan il-għan, ta’ video card mibjugħa separatament u għal prezz baxx ħafna, dawn l-iskrins ikunu jistgħu jirriproduċu sinjali komposti video wkoll. |
|
38 |
Minn dawn il-karatteristiċi oġġettivi jirriżulta wkoll li dawn l-iskrins għandhom żewġ loudspeakers u remote control li jintużaw biss jekk l-imsemmija skrins jintużaw biex jirċievu s-sinjali komposti video, u li l-ktieb dwar l-użu jsemmi espliċitament il-funzjonalitajiet awdjoviżivi tal-prodott u l-possibbiltà li tiddaħħal video card sabiex ikunu jistgħu jiġu riċevuti sinjali televiżivi. |
|
39 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għan tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni, sa fejn dan ikun inerenti għall-imsemmi prodott, fejn l-inerenza għandha tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħha (ara s-sentenzi RUMA, EU:C:2007:110, punt 36 u X, EU:C:2014:21, punt 39). |
|
40 |
Skont din il-ġurisprudenza, hemm lok, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni doganali tal-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan inerenti tagħhom, iddefinit fuq il-bażi tal-karatteristiċi oġġettivi tagħhom. Fid-dawl tal-karatteristiċi oġġettivi li ġew deskritti mill-qorti tar-rinviju, l-għan inerenti tal-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa li tiġi rriprodotta, minn naħa, id-data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, is-sinjali komposti video. |
|
41 |
B’mod partikolari, għandu jiġi enfasizzat li l-prodottur tal-imsemmija skrins espressament ħoloqhom b’mod li jkunu jistgħu jirriproduċu sinjali komposti video, billi ġew inkorporati fihom l-elementi li jippermettu r-riproduzzjoni ta’ tali sinjali wara li tiddaħħal video card, li prezzha huwa baxx ħafna, fl-ispazju previst għal dan il-għan, billi ġew inklużi żewġ loudspeakers u remote control li jistgħu biss jintużaw jekk l-imsemmija skrins jintużaw biex jirċievu sinjali komposti video, u billi din il-funzjoni hija msemmija fil-ktieb dwar l-użu. |
|
42 |
F’dan is-sens, il-fatti tal-kawża preżenti għandhom jiġu distinti minn dawk li taw lok għas-sentenza Medion u Canon Deutschland (EU:C:2007:553), li kienet tikkonċerna camcorders li jsiru adatti, wara manipulazzjoni, biex jirreġistraw immaġni u ħsejjes provenjenti mis-sorsi vidjofoniċi esterni, minbarra dawk provenjenti mill-kamera u mill-mikrofonu integrati. Fil-fatt, minn din is-sentenza jirriżulta li l-imsemmija camcorders ma nħolqux espressament biex jissodisfaw din il-funzjoni, peress li dawn tal-aħħar isiru adatti biss wara manipulazzjoni relattivament kumplessa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Medion u Canon Deutschland, EU:C:2007:553, punti 40 u 42). |
|
43 |
Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-iskrins li għandhom il-karatteristiċi oġġettivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif deskritti mill-qorti tar-rinviju, hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan inerenti tagħhom li jikkonsisti fir-riproduzzjoni, minn naħa, tad-data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, mis-sinjali komposti video. |
|
44 |
Għad hemm il-bżonn li jiġi ddeterminat il-metodu li għandu jiġi segwit għall-klassifikazzjoni tariffarja ta’ tali skrins, li għandhom il-kapaċità li jirriproduċu, minn naħa, id-data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, is-sinjali komposti video. |
|
45 |
Issa, fis-sentenza Kamino International Logistics (EU:C:2009:105), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tiddeċiedi dwar il-kriterji li għandhom jiġu implementati sabiex issir il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ tali skrins, li jistgħu jirriproduċu kemm data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni kif ukoll sinjali komposti video. |
|
46 |
F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-ġurisprudenza stabbilita li tipprevedi li n-noti li jippreċedu l-kapitoli tan-NM, barra minn hekk, bħan-noti ta’ spjega tan-nomenkatura tal-ODD, jikkostitiwixxu mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jagħtu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (ara s-sentenzi Siemens Nixdorf, C‑11/93, EU:C:1994:206, punt 12, kif ukoll Kamino International Logistics, EU:C:2009:105, punt 32). |
|
47 |
F’din il-kawża, in-nota 5B(a) sa (ċ) tal-Kapitolu 84 tan-NM tistabbilixxi li l-iskrins bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu taħt l-intestatura 8471 tan-NM bħala unitajiet ta’ magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni meta jissodisfaw simultanjament tliet kundizzjonijiet, jiġifieri jkunu tat-tip użat esklużivament jew prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni, ikunu konnessi mal-unità ċentrali tal-ipproċessar, u jkunu jistgħu jirċievu jew jipprovdu data taħt forma użata mis-sistema (sentenza Kamino International Logistics, EU:C:2009:105, punt 41). |
|
48 |
L-ebda element tal-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jissuġġerixxi li, fil-kawża prinċipali, it-tieni u t-tielet kundizzjonijiet, hawn fuq ipprovduti, ma humiex issodisfatti. |
|
49 |
Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni mfakkra iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sempliċi possibbiltà li jiġu rriprodotti immaġni provenjenti minn sorsi li ma jinkludux magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni ma tistax teskludi l-klassifikazzjoni ta’ skrin fl-intestatura 8471 tan-NM, fid-dawl tal-kliem tan-nota 5B(a) tal-Kapitolu 84 tan-NM, li jirreferi għall-unitajiet użati “esklużivament jew prinċipalment” f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni (sentenza Kamino International Logistics, EU:C:2009:105, punti 43 sa 45). |
|
50 |
Fir-rigward il-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk l-iskrins bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex unitajiet tat-tip bħal dawk użati “prinċipalment” f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tippreċiża li għandhom jintużaw in-noti ta’ spjega dwar l-intestatura 8471 tas-SA, b’mod partikolari l-punti 1 sa 5 tal-parti tal-Kapitolu ID tas-SA, li tirrigwarda l-unitajiet li juru stampa ta’ magni awtomatiċi li jipproċessaw l-informazzjoni (sentenza Kamino International Logistics, EU:C:2009:105, punt 59). |
|
51 |
Mill-imsemmija punti jirriżulta li l-monitors użati prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni jistgħu jiġu identifikati, barra mill-fatt li huma mgħammra b’tip ta’ sokit adegwat għall-konnessjoni ma’ sistemi li jipproċessaw id-data, minn karattertistiċi tekniċi oħra, b’mod partikolari mill-fatt li dawn ġew maħsuba għal xogħol mill-viċin, li ma għandhomx il-possibbiltà li jirriproduċu sinjali ta’ televiżjoni, li għandhom emissjonijiet elettromanjetiċi mnaqqsa, li l-pitch tal-iskrin tagħhom jibda minn 0.41 għal riżoluzzjoni medja u tonqos meta r-riżoluzzjoni tiżdied, li l-bandwidth tagħhom hija ta’ 15 MHz jew iktar kif ukoll mill-fatt li d-dimensjoni tal-pixels fuq l-iskrin hija iżgħar minn dik tal-video monitors tal-intestatura 8528 tan-NM, filwaqt li l-konverġenza tal-ewwel hija iktar b’saħħitha minn dik ta’ dawn tal-aħħar (sentenza Kamino International Logistics, EU:C:2009:105, punt 60). |
|
52 |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva li ċerti karatteristiċi oġġettivi tal-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali, deskritti fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, jidhru li jindikaw li ma humiex intiżi biex jintużaw prinċipalment għar-riproduzzjoni ta’ data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-fatt li d-dimsenjonijiet sinjifikattivi tagħhom għandhom djagonali ta’ 106.6 cm, li d-dot pitch tagħhom hija bil-bosta iktar minn 0.41 u li għandhom żewġ loudspeakers u remote control li jintużaw biss jekk l-iskrin jintuża biex jirċievi sinjali komposti video. |
|
53 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-karatteristiċi oġġettivi tal-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, b’mod partikolari, dawk imsemmija fin-noti ta’ spjega dwar l-intestatura 8471 tas-SA, b’mod partikolari fil-punti 1 sa 5 tal-parti tal-Kapitolu ID tas-SA, li tirrigwarda l-unitajiet li juru stampa ta’ magni awtomatiċi li jipproċessaw l-informazzjoni, jekk l-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex monitors użati prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni u jekk għandhomx, konsegwentement, jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 8471 60 90 tan-NM. |
|
54 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja fi ħdan in-NM tal-iskrins li għandhom il-karatteristiċi oġġettivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan inerenti tagħhom, li jikkonsisti fir-riproduzzjoni, minn naħa, ta’ data provenjenti minn magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni u, min-naħa l-oħra, ta’ sinjali komposti video. Tali skrins għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 8471 60 60 tan-NM jekk jintużaw esklużivament jew prinċipalment f’sistema awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni, fis-sens tan-nota 5B(a) tal-Kapitolu 84 tan-NM, jew taħt is-subintestatura 8528 21 90 tan-NM jekk dan ma huwiex il-każ, fatt li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju fuq il-bażi tal-karatteristiċi oġġettivi tal-iskrins inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari ta’ dawk imsemmija fin-noti ta’ spjega dwar l-intestatura 8471 tas-SA, b’mod partikolari fil-punti 1 sa 5 tal-parti tal-Kapitolu ID tas-SA, li tirrigwarda l-unitajiet li juru stampa ta’ magni awtomatiċi li jipproċessaw l-informazzjoni. |
Fuq it-tieni domanda
|
55 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk ir-Regolament Nru 754/2004 għandux japplika b’mod retroattiv. |
|
56 |
Ir-Regolament Nru 754/2004 jimponi l-klassifikazzjoni, taħt l-intestatura 8528 21 90 tan-NM, ta’ skrins tal-plażma bil-kulur, b’tul djagonali ta’ 106 cm u li jkollhom il-karatteristiċi deskritti fl-anness ta’ dan ir-regolament. Mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-importazzjonijiet tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew f’data wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 754/2004. |
|
57 |
Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li regolament jiġi applikat b’mod retroattiv, u dan irrispettivament mill-effetti favorevoli jew sfavorevoli li tali applikazzjoni jista’ jkollha għall-persuna kkonċernata, ħlief meta jkun hemm indikazzjoni suffiċjentement ċara jew fi kliem l-imsemmi regolament, jew fl-għanijiet tiegħu, li jippermettu li jiġi konkluż li dan ir-regolament ma japplikax biss għall-ġejjieni (sentenza Duchon, C‑290/00, EU:C:2002:234, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’din il-kawża, l-ebda element li jinsab fil-preamboli tar-Regolament Nru 754/2004, fil-kliem tad-dispożizzjonijiet tiegħu jew fl-anness tiegħu ma jissuġġerixxi li dan ir-regolament għandu jiġi applikat b’mod retroattiv. |
|
58 |
Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tippreċiża li regolament li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni f’intestatura jew f’subintestatura tariffarja tan-NM ma jistax jipproduċi effetti retroattivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Siemers, 30/71, EU:C:1971:111, punt 8; Gervais-Danone, 77/71, EU:C:1971:129, punt 8, u Biegi, 158/78, EU:C:1979:87, punt 11). |
|
59 |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda hija li r-Regolament Nru 754/2004 ma jistax jiġi applikat b’mod retroattiv. |
Fuq l-ispejjeż
|
60 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.