|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/305 |
31.3.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/305
tal-31 ta’ Ottubru 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 62(5), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jfittxu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2023/1114 (“applikanti”) jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fit-Titolu V u, meta rilevanti, fit-Titolu VI ta’ dak ir-Regolament, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 62(1) ta’ dak ir-Regolament (“applikazzjoni għal awtorizzazzjoni”) jenħtieġ li tkun dettaljata u komprensiva biżżejjed mingħajr ma jiġi impost piż żejjed. |
|
(2) |
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jenħtieġ li jkun fiha data dwar l-identità tal-applikant, l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, l-adegwatezza tal-membri tal-korp maniġerjali u r-reputazzjoni tajba biżżejjed tal-azzjonisti jew tal-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti. F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data kif espress fl-Artikolu 5(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jenħtieġ li tali informazzjoni tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni komprensiva tal-applikanti, u tal-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2023/1114. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva u dimostrabbli għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 63(10), il-punti (a) sa (d), ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tkun ibbażata fuq informazzjoni preċiża, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu kopji tad-dokumenti korporattivi tagħhom, inkluż l-identifikatur ta’ entità ġuridika tagħhom, l-istatut ta’ assoċjazzjoni, kopja tar-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru nazzjonali tal-kumpaniji u, meta l-applikanti beħsiebhom joperaw pjattaforma ta’ negozjar, l-isem kummerċjali użat. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 62(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2023/1114, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha programm tal-operazzjonijiet. Jenħtieġ li dak il-programm jispeċifika l-istruttura organizzazzjonali tal-applikanti, l-istrateġija fil-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi lill-klijenti fil-mira tagħhom u l-kapaċità operazzjonali tagħhom għal tliet snin wara l-awtorizzazzjoni. Meta jispeċifikaw l-istrateġija użata biex jiġu mmirati l-klijenti, għal raġunijiet ta’ trasparenza jenħtieġ li l-applikanti jiddeskrivu l-mezzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li beħsiebhom jużaw, inklużi siti web, applikazzjonijiet tal-mowbajl, laqgħat wiċċ imb wiċċ, stqarrijiet għall-istampa, jew kwalunkwe forma ta’ mezzi fiżiċi jew elettroniċi, inklużi għodod għal kampanja fuq il-media soċjali, reklami jew banners fuq l-Internet, immirar mill-ġdid tar-reklamar, ftehimiet ma’ influwenzaturi, ftehimiet ta’ sponsorizzazzjonijiet, sejħiet, webinars, kwalunkwe stedina għal avveniment, kampanja ta’ affiljazzjoni, tekniki ta’ ludifikazzjoni, stedina biex timtela formola ta’ tweġiba jew biex jiġi segwit kors ta’ taħriġ, kontijiet demo jew materjali edukattivi. |
|
(5) |
Biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw ir-reżiljenza tal-applikanti biex jifilħu għax-xokkijiet finanzjarji esterni, inklużi dawk li jikkonċernaw il-valur tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-applikanti jinkludu fl-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni xenarji ta’ stress li jissimulaw avvenimenti severi iżda plawżibbli fil-kalkoli u fil-pjanijiet tat-tbassir tagħhom biex jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom. |
|
(6) |
Il-klijenti huma esposti għal riskji potenzjali relatati mal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. Biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk l-applikanti jissodisfawx ir-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2023/1114 biex jipproteġu lill-klijenti kontra tali riskji, jenħtieġ li applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkun fiha informazzjoni li tispeċifika s-salvagwardji prudenzjali tal-applikant. |
|
(7) |
Biex jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/1114, jenħtieġ li l-applikanti juru li għandhom arranġamenti ta’ governanza u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati u robusti, inklużi arranġamenti u mekkaniżmi li huma essenzjali għall-ġestjoni soda u prudenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi. |
|
(8) |
Fis-sistema tas-servizzi finanzjarji, iż-żmien huwa essenzjali. Biex tiġi evitata l-indisponibilità, peress li jista’ jkollhom konsegwenzi finanzjarji, regolatorji u reputazzjonali kbar għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u għas-swieq tal-kriptoassi b’mod ġenerali, huwa kruċjali li jinżammu l-operazzjonijiet jew mill-inqas il-funzjonijiet essenzjali tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u li jiġi minimizzat il-perjodu ta’ qtugħ minħabba tfixkil mhux mistenni, inklużi attakki ċibernetiċi u diżastri naturali. B’hekk, jenħtieġ li applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti tal-applikant biex jiġu żgurati l-kontinwità u r-regolarità fil-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi, inkluża deskrizzjoni dettaljata tar-riskji tiegħu u tal-pjanijiet għall-kontinwità tal-operat. |
|
(9) |
Mekkaniżmi, sistemi u proċeduri effettivi li jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mar-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-applikanti jindirizzaw b’mod xieraq ir-riskji u l-prattiki tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fil-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi. B’hekk, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu fl-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni informazzjoni dettaljata dwar il-mekkaniżmi, is-sistemi u l-proċeduri tagħhom stabbiliti biex jipprevjenu r-riskji assoċjati mal-attivitajiet kummerċjali tagħhom fir-rigward ta’, fost oħrajn, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikolu 62(2), il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2023/1114, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandu jkun fiha prova li l-membri tal-korp maniġerjali jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġjaw dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha dwar kundanni kriminali tal-passat u l-informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali, kawżi ċivili u amministrattivi, penali, azzjonijiet ta’ infurzar u proċedimenti aġġudikatorji oħra tal-membri tal-korp maniġerjali relatati mal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi, ir-responsabbiltà professjonali. Biex l-awtoritajiet kompetenti jingħataw informazzjoni adegwata dwar ir-reputazzjoni tajba tal-membri tal-korp maniġerjali, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu l-informazzjoni għal dawk il-każijiet li jikkonċernaw direttament lill-membru jew li jikkonċernaw organizzazzjoni li fiha l-membru kellu pożizzjoni bħala membru tal-korp maniġerjali, azzjonist jew membru b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti jew detentur ta’ funzjoni ewlenija. Biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu biżżejjed informazzjoni dwar ir-rifjuti jew l-irtirar ta’, fost oħrajn, ir-reġistrazzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet jew is-sħubijiet relatati mal-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi tal-applikanti, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu tali informazzjoni dwar kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu, għal kull membru tal-korp maniġerjali, informazzjoni rilevanti biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza professjonali tagħhom fl-ambitu tal-pożizzjoni mfittxija u deskrizzjoni tal-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji kollha tal-membri tal-korp maniġerjali li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess materjali potenzjali li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-affidabbiltà tal-membri fit-twettiq tal-mandat tagħhom. |
|
(11) |
Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ reputazzjoni tajba tal-azzjonisti u tal-membri li jkollhom direttament jew indirettament parteċipazzjonijiet kwalifikanti fl-applikant, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar il-kundanni tal-passat tagħhom u l-investigazzjonijiet kriminali, il-kawżi ċivili u amministrattivi u proċedimenti aġġudikatorji oħra pendenti, u l-informazzjoni rilevanti relatata maċ-ċertezza u l-oriġini leġittima tal-fondi użati għall-istabbiliment tal-applikanti u għall-finanzjament tan-negozju tagħhom sabiex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni ta’ kwalunkwe tentattiv jew suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(12) |
Minħabba n-natura deċentralizzata u diġitali tal-kriptoassi, ir-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi huma sinifikanti u jieħdu ħafna forom. Biex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu jistgħu jipprevjenu ksur tad-data u telf finanzjarju li jistgħu jiġu kkawżati minn attakki ċibernetiċi, l-informazzjoni dwar is-sistemi tal-ICT użati mill-applikanti u l-arranġamenti tas-sigurtà relatati, kif imsemmija fl-Artikolu 62(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2023/1114, jenħtieġ li tinkludi r-riżorsi umani ddedikati biex jiġu indirizzati r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà. |
|
(13) |
Is-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi ta’ klijenti tipproteġi lill-klijenti mit-telf tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u mill-użu ħażin tal-kriptoassi u tal-fondi tagħhom. Għalhekk, l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2023/1114 jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jagħmlu arranġamenti adegwati biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-sjieda tal-klijenti. Dak ir-rekwiżit japplika wkoll għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li ma jipprovdux servizzi ta’ kustodja u ta’ amministrazzjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tinkludi informazzjoni dwar is-segregazzjoni tal-kriptoassi tal-klijenti. |
|
(14) |
Biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw l-adegwatezza tar-regoli operattivi tal-applikanti tal-pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi, jenħtieġ li l-applikant jagħti dettalji dwar elementi speċifiċi fid-deskrizzjoni ta’ dawk ir-regoli. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-applikanti jelaboraw dwar aspetti tar-regoli operattivi relatati mal-ammissjoni għall-kummerċ, in-negozjar u s-saldu tal-kriptoassi. Fir-rigward tal-ammissjoni għall-kummerċ tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar ir-regoli li jirregolaw l-ammissjoni tal-kriptoassi għall-kummerċ, il-mod li bih il-kriptoassi ammessi jikkonformaw mar-regoli tal-applikanti, it-tipi ta’ kriptoassi li l-applikanti ma jaċċettawx fil-pjattaforma ta’ negozjar tagħhom u r-raġunijiet għal tali esklużjonijiet, u t-tariffi għall-ammissjoni għall-kummerċ. Fir-rigward tan-negozjar tal-kriptoassi, jenħtieġ li l-applikanti jispeċifikaw l-elementi tar-regoli operattivi li jirregolaw l-eżekuzzjoni u l-kanċellazzjoni tal-ordnijiet għal negozjar ordnat, it-trasparenza u ż-żamma ta’ rekords. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-applikanti jinkludu fid-deskrizzjoni tar-regoli operattivi l-elementi li jirregolaw is-saldu tat-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi konklużi fuq il-pjattaforma ta’ negozjar, inkluż jekk is-saldu jinbediex fit-Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit (DLT, Distributed Ledger Technology), il-perjodu ta’ żmien li fih tinbeda l-eżekuzzjoni, id-definizzjoni tal-mument meta jkun finali s-saldu, il-verifiki kollha meħtieġa biex jiġi żgurat is-saldu effettiv tat-tranżazzjoni, u kwalunkwe miżura biex jiġu limitati l-fallimenti tas-saldu. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(16) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(17) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta kummenti formali fil-21 ta’ Ġunju 2024, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Informazzjoni ġenerali
Persuni ġuridiċi jew impriżi oħra li jfittxu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2023/1114 (“applikanti”) għandhom jinkludu fl-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
l-isem ġuridiku, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant; |
|
(b) |
kwalunkwe isem kummerċjali użat jew li għandu jintuża mill-applikant; |
|
(c) |
l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI, legal entity identifier) tal-applikant; |
|
(d) |
l-isem sħiħ, il-funzjoni, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tal-punt ta’ kuntatt jew tal-persuna ddeżinjata; |
|
(e) |
il-forma ġuridika tal-applikant kif imsemmija fl-Artikolu 62(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluża informazzjoni dwar jekk l-applikant huwiex persuna ġuridika jew impriża oħra, u, meta disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-applikant, u evidenza tar-reġistrazzjoni tiegħu mar-reġistru nazzjonali tal-kumpaniji; |
|
(f) |
id-data u l-Istat Membru tal-inkorporazzjoni jew tal-fondazzjoni tal-applikant; |
|
(g) |
meta applikabbli, l-istrumenti ta’ kostituzzjoni, l-istatut ta’ assoċjazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 62(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2023/1114 u l-liġijiet sekondarji; |
|
(h) |
l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u, meta jkunu differenti, tal-uffiċċju reġistrat tal-applikant; |
|
(i) |
informazzjoni dwar fejn se joperaw il-fergħat, jekk ikun hemm, u l-identifikaturi ta’ entità ġuridika (LEI, legal entity identifiers) tagħhom, meta disponibbli; |
|
(j) |
l-isem ta’ dominju ta’ kull sit web operat mill-applikant u l-kontijiet tal-media soċjali ta’ dak l-applikant; |
|
(k) |
meta l-applikant ma jkunx persuna ġuridika, dokumentazzjoni biex jiġi vvalutat jekk:
|
|
(l) |
fejn l-applikant ikunx beħsiebu jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi:
|
Artikolu 2
Programm tal-operazzjonijiet
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-programm tal-operazzjonijiet għal tliet snin wara l-awtorizzazzjoni, inkluża l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
meta l-applikant jappartjeni għal grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), spjegazzjoni ta’ kif l-attivitajiet tal-applikant imorru id f’id mal-istrateġija tal-grupp u jinteraġixxu mal-attivitajiet tal-entitajiet l-oħra ta’ dak il-grupp, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-organizzazzjoni u l-istruttura attwali u ppjanata ta’ dak il-grupp; |
|
(b) |
spjegazzjoni ta’ kif l-attivitajiet tal-entitajiet affiljati mal-applikant, inkluż meta jkun hemm entitajiet regolati fil-grupp, huma mistennija li jħallu impatt fuq l-attivitajiet tal-applikant; |
|
(c) |
lista ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-applikant beħsiebu jipprovdi u t-tipi ta’ kriptoassi li magħhom huma relatati s-servizzi tal-kriptoassi; |
|
(d) |
attivitajiet ippjanati oħra, regolati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali jew mhux regolati, inkluż kwalunkwe servizz, ħlief servizzi tal-kriptoassi, li beħsiebu jipprovdi l-applikant; |
|
(e) |
jekk l-applikant għandux l-intenzjoni li joffri kriptoassi lill-pubbliku jew ifittex ammissjoni għall-kummerċ ta’ kriptoassi u jekk dan ikun il-każ, liema tip ta’ kriptoassi; |
|
(f) |
lista ta’ ġuriżdizzjonijiet, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi, li fihom l-applikant jippjana li jipprovdi servizzi tal-kriptoassi, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ klijenti fil-mira skont iż-żona ġeografika; |
|
(g) |
it-tipi ta’ klijenti prospettivi fil-mira tas-servizzi tal-kriptoassi tal-applikant; |
|
(h) |
deskrizzjoni tal-mezzi ta’ aċċess għas-servizzi tal-kriptoassi tal-applikant mill-klijenti, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
|
(i) |
l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjonali ppjanati u l-arranġamenti għas-servizzi tal-kriptoassi, inklużi:
|
|
(j) |
deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani, finanzjarji u tal-ICT allokati għas-servizzi tal-kriptoassi maħsuba, u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom; |
|
(k) |
il-politika ta’ esternalizzazzjoni tal-applikant u deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni ppjanati tal-applikant, inklużi l-arranġamenti intragrupp, u l-mod kif l-applikant se jikkonforma mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(l) |
il-lista ta’ entitajiet li se jipprovdu servizzi esternalizzati, il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u s-servizzi rilevanti esternalizzati; |
|
(m) |
pjan kontabilistiku previst li jinkludi xenarji ta’ stress f’livell individwali u, meta applikabbli, f’livell ta’ grupp konsolidat u subkonsolidat f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE; |
|
(n) |
kwalunkwe skambju ta’ kriptoassi għal fondi u attivitajiet oħra tal-kriptoassi li beħsiebu jwettaq l-applikant, inkluż permezz ta’ xi applikazzjoni finanzjarja deċentralizzata li beħsiebu jinteraġixxi magħha l-applikant f’ismu stess. |
Għall-finijiet tal-punt (b), l-ispjegazzjoni għandha tinkludi lista tal-entitajiet affiljati mal-applikant u informazzjoni dwarhom, inkluż meta jkun hemm entitajiet regolati, is-servizzi pprovduti minn dawk l-entitajiet, inklużi servizzi regolati, attivitajiet u tipi ta’ klijenti, u l-ismijiet ta’ dominji ta’ kull sit web operat minn tali entitajiet.
Għall-finijiet tal-punt (k), l-applikant għandu jinkludi informazzjoni dwar il-funzjonijiet jew il-persuna responsabbli għall-esternalizzazzjoni, ir-riżorsi umani u tal-ICT allokati għall-kontroll tal-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati tal-arranġamenti relatati u dwar il-valutazzjoni tar-riskju relatata mal-esternalizzazzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (m), il-previżjoni finanzjarja għandha tikkunsidra kwalunkwe self intragrupp mogħti jew li għandu jingħata mill-applikant u lilu.
2. Meta l-applikanti beħsiebhom jipprovdu s-servizz ta’ riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti, għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kopja tal-proċeduri u deskrizzjoni tal-arranġamenti li jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2023/1114.
3. Meta l-applikant beħsiebu tipprovdi s-servizz ta’ pjazzament tal-kriptoassi, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti kopja tal-proċeduri għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u deskrizzjoni tal-arranġamenti fis-seħħ għall-konformità mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2023/1114 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114.
Artikolu 3
Rekwiżiti prudenzjali
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjoni tas-salvagwardji prudenzjali tal-applikant stabbiliti fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2023/1114, li tikkonsisti minn:
|
|
(b) |
kalkoli ta’ tbassir u pjanijiet biex jiġu ddeterminati l-fondi proprji, inklużi:
|
|
(c) |
għal impriżi jew persuni ġuridiċi oħra li huma diġà attivi, meta disponibbli, ir-rapporti finanzjarji tal-aħħar tliet snin approvati, meta awditjati, minn awditur estern; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ ppjanar u monitoraġġ tas-salvagwardja prudenzjali tal-applikant f’konformità mal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(e) |
prova li l-applikant jissodisfa s-salvagwardji prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2023/1114, inklużi:
|
Artikolu 4
Informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-kunflitt ta’ interess
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punti (f) u (i), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja dwar l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħhom:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tal-applikant, meta rilevanti, li tinkludi l-grupp kollu, inklużi l-indikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-kompiti u tas-setgħat u l-linji ta’ rapportar rilevanti u l-arranġamenti ta’ kontroll intern implimentati, flimkien ma’ organigramma; |
|
(b) |
id-dettalji personali tal-kapijiet tal-funzjonijiet interni (funzjonijiet maniġerjali, superviżorji u ta’ kontroll intern), inkluż il-post fejn jinsabu u curriculum vitae, li jiddikjara l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-esperjenza professjonali rilevanti u deskrizzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għat-twettiq tar-responsabbiltajiet allokati lil dawk il-kapijiet tal-funzjonijiet interni; |
|
(c) |
il-politiki u l-proċeduri li huma effettivi biżżejjed biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament (UE) 2023/1114 f’konformità mal-Artikolu 68(4) ta’ dak ir-Regolament u deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti li jiżguraw li l-persunal rilevanti jkun konxju mill-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għat-twettiq xieraq tar-responsabbiltajiet tiegħu, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri għall-persunal tal-applikant biex jirrapporta ksur potenzjali jew reali tar-Regolament (UE) 2023/1114 f’konformità mal-Artikolu 116 ta’ dak ir-Regolament; |
|
(d) |
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords tan-negozju u tal-organizzazzjoni interna tal-applikant f’konformità mal-Artikolu 68(9) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluż l-arranġamenti għaż-żamma tar-rekords tal-applikant f’konformità mar-Regolament Delegat li jistabbilixxi l-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 68(10)(b) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(e) |
l-arranġamenti li jippermettu lill-korp maniġerjali jivvaluta u jirrieżamina perjodikament l-effettività tal-arranġamenti u l-proċeduri ta’ politika stabbiliti biex jikkonformaw mat-Titolu V, il-Kapitoli 2 u 3, tar-Regolament (UE) 2023/1114 f’konformità mal-Artikolu 68(6) ta’ dak ir-Regolament, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
|
(f) |
meta rilevanti, deskrizzjoni tal-arranġamenti stabbiliti għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-abbuż tas-suq f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(g) |
jekk l-applikant ħatarx jew hux se jaħtar awdituri esterni u, jekk dan ikun il-każ, isimhom u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, meta disponibbli; |
|
(h) |
il-politiki u l-proċeduri kontabilistiċi li bihom l-applikant jirreġistra u jirrapporta l-informazzjoni finanzjarja tiegħu, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tmiem tas-sena kontabilistika applikata. |
2. F’konformità mal-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) 2023/1114 biex jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess:
|
(a) |
kopja tal-politika tal-applikant dwar il-kunflitti ta’ interess, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kif dik il-politika:
|
|
(b) |
kif il-politika tal-applikant dwar il-kunflitti ta’ interess tiżgura l-konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluża informazzjoni dwar is-sistemi u l-arranġamenti stabbiliti mill-applikant biex:
|
Artikolu 5
Pjan għall-kontinwità tal-operat
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti deskrizzjoni dettaljata tal-pjan għall-kontinwità tal-operat, inklużi l-passi li għandhom jittieħdu biex jiġu żgurati l-kontinwità u r-regolarità fil-forniment tas-servizzi tal-kriptoassi tal-applikant.
2. Id-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
dettalji li juru li l-pjan għall-kontinwità tal-operat huwa xieraq u li jiġu stabbiliti arranġamenti biex jinżamm u jiġi ttestjat perjodikament dak il-pjan; |
|
(b) |
fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti appoġġati minn fornituri terzi ta’ servizzi, informazzjoni dwar kif il-kontinwità tal-operat tiġi żgurata meta l-kwalità tal-forniment ta’ tali funzjonijiet tiddeterjora għal livell inaċċettabbli jew tfalli; |
|
(c) |
informazzjoni dwar kif il-kontinwità tal-operat tiġi żgurata fil-każ tal-mewt ta’ persuna ewlenija u, meta rilevanti, ir-riskji politiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-fornitur tas-servizz. |
Artikolu 6
Detezzjoni u prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti informazzjoni dwar il-mekkaniżmi, il-politiki u l-proċeduri ta’ kontroll intern tagħhom biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/849 u l-qafas tal-valutazzjoni tar-riskju għall-ġestjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-valutazzjoni tal-applikant tar-riskji inerenti u residwi tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati man-negozju tiegħu, inklużi r-riskji relatati ma’:
|
|
(b) |
il-miżuri li l-applikant stabilixxa jew li se jistabbilixxi biex jipprevjeni r-riskji identifikati u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inklużi il-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-applikant, il-politiki u l-proċeduri għall-konformità mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, u l-politiki u l-proċeduri għad-detezzjoni u r-rapportar ta’ tranżazzjonijiet jew attivitajiet suspettużi; |
|
(c) |
informazzjoni dettaljata dwar kif dawk il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, il-politiki u l-proċeduri huma adegwati u proporzjonati għall-iskala, in-natura, ir-riskju inerenti tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-firxa ta’ servizzi tal-kriptoassi pprovduti, il-kumplessità tal-mudell ta’ negozju u kif dawk il-mekkaniżmi, il-politiki u l-proċeduri jiżguraw il-konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u mar-Regolament (UE) 2023/1113; |
|
(d) |
l-identità tal-persuna inkarigata mill-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u evidenza tal-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza ta’ dik il-persuna; |
|
(e) |
arranġamenti, u riżorsi umani u finanzjarji li jiżguraw li l-persunal tal-applikant ikun imħarreġ kif xieraq fi kwistjonijiet kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (indikazzjonijiet annwali) u dwar ir-riskji speċifiċi relatati mal-kriptoassi; |
|
(f) |
kopja tal-politiki, tal-proċeduri u tas-sistemi kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu tal-applikant; |
|
(g) |
il-frekwenza tal-valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, il-politiki u l-proċeduri, u l-persuna jew il-funzjoni responsabbli għal tali valutazzjoni. |
Artikolu 7
L-identità u l-prova ta’ reputazzjoni tajba, għarfien, ħiliet u esperjenza, u ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti tal-membri tal-korp maniġerjali
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja għal kull membru tal-korp maniġerjali:
|
(a) |
l-isem sħiħ u, meta jkun differenti, l-isem mat-twelid; |
|
(b) |
il-post u d-data tat-twelid, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-post ta’ residenza attwali u ta’ kwalunkwe post ta’ residenza ieħor fl-aħħar 10 snin, in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali u kopja ta’ dokument tal-identità uffiċjali jew ekwivalenti; |
|
(c) |
dettalji tal-pożizzjoni okkupata jew li se tiġi okkupata mill-membru tal-korp maniġerjali, inkluż jekk il-pożizzjoni hijiex eżekuttiva jew mhux eżekuttiva, id-data tal-bidu jew id-data ppjanata tal-bidu u, meta applikabbli, it-tul tal-mandat, u deskrizzjoni tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-membru; |
|
(d) |
curriculum vitae li jiddikjara l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-esperjenza professjonali rilevanti bl-isem u n-natura tal-organizzazzjonijiet kollha li għalihom ikun ħadem il-membru u n-natura u d-durata tal-funzjonijiet imwettqa għal pożizzjonijiet miżmuma fl-10 snin preċedenti, b’enfasi partikolari fuq kwalunkwe attività fl-ambitu tal-pożizzjoni mfittxija, inkluża l-esperjenza professjonali rilevanti għas-servizzi finanzjarji, il-kriptoassi, jew assi diġitali oħra, id-DLT, it-teknoloġija tal-informazzjoni, iċ-ċibersigurtà, jew l-innovazzjoni diġitali; |
|
(e) |
id-dokumentazzjoni relatata mar-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membru, b’mod partikolari lista ta’ persuni ta’ referenza inkluża informazzjoni ta’ kuntatt u ittri ta’ rakkomandazzjoni; |
|
(f) |
l-istorja tal-membru, jiġifieri dawn kollha li ġejjin:
|
|
(g) |
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess jew relazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tal-membru u ta’ qraba stretti ta’ dak il-membru ma’ membri oħra tal-korp maniġerjali u mat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin fl-istess istituzzjoni, fl-istituzzjoni prinċipali, fis-sussidjarji u l-azzjonisti; li tista’ toħloq kunflitti ta’ interess potenzjali. |
|
(h) |
meta jiġi identifikat kunflitt ta’ interess materjali, dikjarazzjoni ta’ kif se jiġi mitigat jew rimedjat dak il-kunflitt, inkluża referenza għad-deskrizzjoni ġenerali tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess; |
|
(i) |
informazzjoni dwar il-ħin li se jkun iddedikat għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-membru fl-applikant, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
Għall-finijiet tal-punt (d), l-applikant għandu jinkludi dettalji dwar is-setgħat delegati kollha u s-setgħat interni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet miżmuma u l-oqsma tal-operazzjonijiet taħt kontroll.
Għall-finijiet tal-punti (f)(i) u (ii), l-applikanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ ċertifikat uffiċjali, meta disponibbli mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz rilevanti, jew permezz ta’ dokument ekwivalenti ieħor, meta ma jeżistix tali ċertifikat. Ir-rekords, iċ-ċertifikati u d-dokumenti uffiċjali għandhom jinħarġu fi żmien tliet xhur qabel il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Għal investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur.
Għall-finijiet tal-punt (f)(iv), l-applikant ma għandux ikun meħtieġ jippreżenta l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni preċedenti meta l-awtorità kompetenti diġà jkollha tali informazzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (g), id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe interess finanzjarju, inklużi kriptoassi, assi diġitali oħra, self, parteċipazzjonijiet azzjonarji, garanziji jew interessi ta’ sigurtà, kemm jekk mogħtija kif ukoll jekk riċevuti, relazzjonijiet kummerċjali, proċedimenti legali u jekk il-persuna kinitx persuna esposta politikament kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2015/849 matul l-aħħar sentejn.
2. Applikant li jfittex awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2023/1114 għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti r-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ kull membru tal-korp maniġerjali mwettqa mill-applikant, u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-adegwatezza kollettiva tal-korp maniġerjali, inkluż ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza jew dokumenti dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-adegwatezza.
Artikolu 8
Informazzjoni relatata ma’ azzjonisti jew membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
organigramma dettaljata tal-istruttura azzjonarja tal-applikant, inkluż it-tqassim tal-kapital u d-drittijiet tal-vot tiegħu u l-ismijiet tal-azzjonisti jew tal-membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti; |
|
(b) |
għal kull azzjonist jew membru li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti diretta jew indiretta fl-applikant, l-informazzjoni u d-dokumenti stabbiliti fl-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/414 (8) kif applikabbli; |
|
(c) |
l-identità ta’ kull membru tal-korp maniġerjali li se jmexxi n-negozju tal-applikant u li se jinħatar minn, jew wara nomina minn, tali azzjonist jew membru b’parteċipazzjonijiet kwalifikanti; |
|
(d) |
għal kull azzjonist jew membru li jkollu parteċipazzjoni kwalifikanti diretta jew indiretta fl-applikant, informazzjoni dwar in-numru u t-tip ta’ ishma jew parteċipazzjonijiet oħra sottoskritti, il-valur nominali tagħhom, kwalunkwe primjum imħallas jew li għandu jitħallas, kwalunkwe interess ta’ garanzija jew aggravji, inkluża l-identità tal-partijiet garantiti; |
|
(e) |
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, il-punti (b), (d) u (e), u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/414. |
Artikolu 9
Sistemi tal-ICT u arranġamenti ta’ sigurtà relatati
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
id-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi tal-ICT, l-infrastruttura tad-DLT li fuqha sserraħ, meta rilevanti, u l-arranġamenti ta’ sigurtà, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti u tal-ICT u tar-riżorsi umani użati stabbiliti għall-konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) kif ġej:
|
|
(b) |
jekk disponibbli, deskrizzjoni ta’ awditu taċ-ċibersigurtà mwettaq minn awditur taċ-ċibersigurtà terz li jkollu biżżejjed esperjenza f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 26(11), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2554 li idealment ikopri l-awditi jew it-testijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
deskrizzjoni tal-awditi mwettqa tas-sistemi tal-ICT, jekk ikun hemm, inklużi l-infrastruttura tad-DLT u l-arranġamenti ta’ sigurtà użati; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-informazzjoni rilevanti msemmija fil-punti (a) u (b) b’lingwaġġ mhux tekniku. |
Artikolu 10
Segregazzjoni u salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom jżommu kriptoassi li jappartjenu għall-klijenti jew il-mezz ta’ aċċess għal tali kriptoassi, jew fondi tal-klijenti, għajr tokens tal-flus elettroniċi, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri tagħhom għas-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti, inkluż dan kollu li ġej:
|
(a) |
kif l-applikant jiżgura li:
|
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ approvazzjoni għal ċwievet kriptografiċi u s-salvagwardja ta’ kjavi kriptografiċi, inklużi kartieri b’diversi firem; |
|
(c) |
kif l-applikant jissegrega l-kriptoassi tal-klijenti, inkluż minn kriptoassi ta’ klijenti oħra meta l-kartieri jkun fihom kriptoassi ta’ aktar minn klijent wieħed (kontijiet omnibus); |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-proċedura li tiżgura li l-fondi tal-klijenti, għajr tokens tal-flus elettroniċi, jiġu ddepożitati ma’ bank ċentrali jew ma’ istituzzjoni ta’ kreditu sa tmiem il-jum ta’ negozju wara l-jum li fih dawk il-fondi ġew riċevuti u miżmuma f’kont identifikabbli separatament minn kwalunkwe kont użat biex jinżammu fondi li jappartjenu lill-applikant; |
|
(e) |
meta l-applikant ma jkunux beħsiebhom jiddepożita fondi mal-bank ċentrali rilevanti, liema fatturi l-applikant iqis biex jagħżel l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li magħhom jiddepożita l-fondi tal-klijenti, inklużi l-politika ta’ diversifikazzjoni tal-applikant, meta disponibbli, u l-frekwenza tar-rieżami tal-għażla tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li magħhom jiddepożita l-fondi tal-klijenti; |
|
(f) |
kif l-applikant jiżgura li l-klijenti jkunu infurmati b’lingwaġġ ċar, konċiż u mhux tekniku dwar l-aspetti ewlenin tas-sistemi, il-politiki u l-proċeduri tal-applikant biex jikkonforma mal-Artikolu 70(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2023/1114. |
2. F’konformità mal-Artikolu 70(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jew istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jipprovdu biss l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tas-segregazzjoni tal-kriptoassi tal-klijenti.
Artikolu 11
Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri tagħhom ta’ trattament tal-ilmenti, inklużi dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
informazzjoni dwar ir-riżorsi umani u tekniċi allokati għat-trattament tal-ilmenti; |
|
(b) |
informazzjoni dwar il-persuna inkarigata mir-riżorsi ddedikati għall-ġestjoni tal-ilmenti, flimkien ma’ curriculum vitae li jiddikjara l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-esperjenza professjonali rilevanti li jiġġustifikaw l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza għat-twettiq tar-responsabbiltajiet allokati lil dik il-persuna; |
|
(c) |
kif l-applikant jiżgura l-konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-istandards tekniċi adottati skont l-Artikolu 71(5) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(d) |
kif l-applikant se jinforma lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali bil-possibbiltà li jressqu lment mingħajr ħlas, meta dik l-informazzjoni tkun disponibbli fuq is-sit web tal-applikant, jew fuq kwalunkwe apparat diġitali rilevanti ieħor li jista’ jintuża mill-klijenti biex jaċċessaw is-servizzi tal-kriptoassi u l-kontenut tal-informazzjoni pprovduta |
|
(e) |
l-arranġamenti taż-żamma tar-rekords tal-applikant fir-rigward tal-ilmenti; |
|
(f) |
l-iskeda ta’ żmien ipprovduta fil-proċeduri tat-trattament tal-ilmenti tal-applikant biex jinvestiga, iwieġeb u, meta xieraq, jieħu miżuri b’rispons għall-ilmenti riċevuti; |
|
(g) |
kif l-applikant se jinforma lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali bir-rimedji disponibbli; |
|
(h) |
il-passi proċedurali ewlenin tal-applikant fid-deċiżjoni dwar ilment u kif l-applikant se jikkomunika dik id-deċiżjoni lill-klijent jew lill-klijent potenzjali li jkun ressaq l-ilment. |
Artikolu 12
Politika ta’ kustodja u amministrazzjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom jipprovdu l-kustodja u l-amministrazzjoni tal-kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-arranġamenti marbuta mat-tip ta’ kustodja offruta lill-klijenti, kopja tal-ftehim standard tal-applikant għall-kustodja u l-amministrazzjoni tal-kriptoassi f’isem il-klijenti skont l-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114 u kopja tas-sommarju tal-politika ta’ kustodja magħmula disponibbli għall-klijenti f’konformità mal-Artikolu 75(3) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(b) |
il-politika ta’ kustodja u ta’ amministrazzjoni tal-applikant, inkluża deskrizzjoni tas-sorsi identifikati tar-riskji operazzjonali u tal-ICT għas-salvagwardja u l-kontroll tal-kriptoassi jew il-mezz ta’ aċċess għall-kriptoassi tal-klijenti, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’:
|
|
(c) |
informazzjoni dwar kif jiġu identifikati l-kriptoassi u l-mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi tal-klijenti; |
|
(d) |
informazzjoni dwar arranġamenti biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ telf tal-kriptoassi jew ta’ mezzi ta’ aċċess għall-kriptoassi; |
|
(e) |
meta l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun iddelega l-forniment ta’ kustodja u ta’ amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti lil parti terza:
|
Artikolu 13
Regoli operattivi tal-pjattaforma ta’ negozjar u detezzjoni tal-abbuż tas-suq
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
ir-regoli dwar l-ammissjoni ta’ kriptoassi għan-negozjar; |
|
(b) |
il-proċess ta’ approvazzjoni għall-ammissjoni ta’ kriptoassi għan-negozjar, inkluża d-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti mwettqa f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849; |
|
(c) |
il-lista ta’ kwalunkwe kategorija ta’ kriptoassi li mhux se tiġi ammessa għan-negozjar u r-raġunijiet għal tali esklużjoni; |
|
(d) |
il-politiki, il-proċeduri u t-tariffi għall-ammissjoni għall-kummerċ, flimkien ma’ deskrizzjoni, meta rilevanti, tal-abbonament, ir-ribassi u l-kundizzjonijiet relatati; |
|
(e) |
ir-regoli li jirregolaw l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, inkluż kwalunkwe proċedura ta’ kanċellazzjoni għall-ordnijiet eżegwiti u għad-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni lill-parteċipanti fis-suq; |
|
(f) |
il-politiki, il-proċeduri u l-metodi stabbiliti għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(g) |
is-sistemi, il-proċeduri u l-arranġament stabbiliti għall-konformità mal-Artikolu 76(7) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(h) |
il-mod kif issir pubblika kwalunkwe offerta u jintalab prezz, l-intensità tal-interessi ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet li huma reklamati għall-kriptoassi permezz tal-pjattaformi ta’ negozjar tagħhom u l-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet eżegwiti fir-rigward tal-kriptoassi nnegozjati fuq il-pjattaforma ta’ negozjar tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 76(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(i) |
l-istrutturi tat-tariffi u ġustifikazzjoni ta’ kif dawk l-istrutturi tat-tariffi jikkonformaw mal-Artikolu 76(13) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(j) |
is-sistemi, il-proċeduri u l-arranġamenti stabbiliti biex tinżamm data relatata mal-ordnijiet kollha għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti jew tal-mekkaniżmu biex jiġi żgurat li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet u għal kwalunkwe sistema oħra ta’ negozjar; |
|
(k) |
fir-rigward tas-saldu tat-tranżazzjonijiet:
|
|
(l) |
il-politiki, il-proċeduri u s-sistemi stabbiliti għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq, inkluża informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti ta’ każijiet possibbli ta’ abbuż tas-suq. |
2. L-applikanti li beħsiebhom joperaw pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti kopja tar-regoli operattivi tal-pjattaforma ta’ negozjar u ta’ kwalunkwe proċedura u sistema biex jiġi identifikat u evitat l-abbuż tas-suq.
Artikolu 14
L-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (o), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew kriptoassi oħra għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-politika kummerċjali stabbilita f’konformità mal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-metodu għad-determinazzjoni tal-prezz tal-kriptoassi li l-applikant jipproponi li jiskambja ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħra f’konformità mal-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluż kif il-volum u l-volatilità tas-suq tal-kriptoassi jkollhom impatt fuq il-mekkaniżmu tal-ipprezzar. |
Artikolu 15
Politika ta’ eżekuzzjoni
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (p), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom jeżegwixxu ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-politika ta’ eżekuzzjoni tagħhom, inkluż dan kollu li ġej:
|
(a) |
l-arranġamenti li jiżguraw li l-klijent ikun ta l-kunsens tiegħu dwar il-politika ta’ eżekuzzjoni qabel l-eżekuzzjoni tal-ordni; |
|
(b) |
lista tal-pjattaformi ta’ negozjar għall-kriptoassi li fuqhom l-applikant se jiddependi għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet u l-kriterji għall-valutazzjoni taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni inklużi fil-politika ta’ eżekuzzjoni f’konformità mal-Artikolu 78(6) tar-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(c) |
liema pjattaformi ta’ negozjar l-applikant beħsiebu juża għal kull tip ta’ kriptoassi u konferma li l-applikant mhu se jirċievi l-ebda forma ta’ remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju bi skambju għal ordnijiet ta’ routing riċevuti lejn pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi partikolari; |
|
(d) |
kif l-eżekuzzjoni tqis il-prezz, il-kostijiet, il-veloċità, il-probabbiltà tal-eżekuzzjoni u s-saldu, id-daqs, in-natura, il-kundizzjonijiet ta’ kustodja tal-kriptoassi jew kwalunkwe fattur rilevanti ieħor li jitqies bħala parti mill-passi kollha meħtieġa biex jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent; |
|
(e) |
meta applikabbli, l-arranġamenti biex il-klijenti jiġu infurmati li l-applikant se jeżegwixxi ordnijiet barra pjattaforma ta’ negozjar u kif l-applikant se jikseb il-kunsens espliċitu minn qabel tal-klijenti tiegħu qabel ma jeżegwixxi tali ordnijiet; |
|
(f) |
kif il-klijent jiġi mwissi li kwalunkwe struzzjoni speċifika minn klijent tista’ tipprevjeni lill-applikant milli jieħu l-passi meħtieġa, f’konformità mal-arranġamenti li l-applikant ikun stabbilixxa u implimenta fil-politika ta’ eżekuzzjoni tiegħu, biex jikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta’ dawk l-ordnijiet fir-rigward tal-elementi koperti minn dawk l-istruzzjonijiet; |
|
(g) |
il-proċess tal-għażla għaċ-ċentri tan-negozjar, l-istrateġiji ta’ eżekuzzjoni użati, l-arranġamenti użati biex tiġi analizzata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba u kif l-applikant jimmonitorja u jivverifika li nkisbu l-aħjar riżultati possibbli għall-klijenti; |
|
(h) |
l-arranġamenti għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ordnijiet tal-klijenti mill-impjegati tal-applikant; |
|
(i) |
l-arranġamenti u l-proċeduri dwar kif l-applikant se jiddivulga lill-klijenti informazzjoni dwar il-politika tiegħu dwar l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet u jinnotifikahom bi kwalunkwe bidla materjali fil-politika tagħhom dwar l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet; |
|
(j) |
l-arranġamenti biex tintwera l-konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2023/1114 lill-awtorità kompetenti, fuq talba ta’ dik l-awtorità kompetenti. |
Artikolu 16
Għoti ta’ pariri dwar il-kriptoassi jew il-ġestjoni tal-portafoll tal-kriptoassi
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (q), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom jipprovdu pariri dwar il-kriptoassi jew il-ġestjoni tal-portafoll tal-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti stabbiliti mill-applikant biex jikkonforma mal-Artikolu 81(7) tar-Regolament (UE) 2023/1114, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
il-mekkaniżmi għall-kontroll, il-valutazzjoni u ż-żamma effettiva tal-għarfien u l-kompetenza tal-persuni fiżiċi li jagħtu pariri f’isem l-applikant u li għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa, skont il-kriterji għal tali valutazzjoni użati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, sabiex titwettaq il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) 2023/1114. |
Artikolu 17
Servizzi ta’ trasferiment
Għall-finijiet tal-Artikolu 62(2), il-punt (r), tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-applikanti li beħsiebhom jipprovdu servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a) |
dettalji dwar it-tipi ta’ kriptoassi li għalihom l-applikant beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ trasferiment; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti stabbiliti mill-applikant biex jikkonforma mal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2023/1114, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti tal-applikant u l-ICT u r-riżorsi umani użati biex jiġu indirizzati r-riskji fil-pront, b’mod effiċjenti u bir-reqqa matul il-forniment ta’ servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti, filwaqt li jitqiesu l-fallimenti operazzjonali u r-riskji marbuta maċ-ċibersigurtà potenzjali; |
|
(c) |
meta disponibbli, deskrizzjoni tal-polza tal-assigurazzjoni tal-applikant, inkluż dwar il-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ detriment għall-kriptoassi tal-klijenti li jistgħu jirriżultaw minn riskji taċ-ċibersigurtà; |
|
(d) |
arranġamenti biex jiġi żgurat li l-klijenti jkunu infurmati b’mod adegwat dwar il-politiki, il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-punt (b). |
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73, ELI https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2015/849/oj?locale=mt).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/1113 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1113/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj?locale=mt).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39 ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/34/oj).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/414 tat-18 ta’ Diċembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq il-valutazzjoni ta’ akkwiżizzjoni proposta ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fir-rigward ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi (ĠU L, 2025/414, 31.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/414/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/305/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)