European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2886

23.4.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11388 — HYDRO ENERGI / MIRACL / REIN JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/2886)

1.   

Fit-12 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Hydro Energi AS, (“Hydro Energi”), in-Norveġja, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Norsk Hydro ASA (“Hydro”),

—

Macquarie Infrastructure and Real Assets Core Limited, (“MIRACL”), ir-Renju Unit, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Macquarie Group Limited,

—

Hydro REIN JV Co AS, (REIN), in-Norveġja, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Hydro.

Hydro Energi u MIRACL se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ REIN.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u tal-REIN huma dawn li ġejjin:

—

Hydro Energi hija kumpanija tal-aluminju integrata bis-sħiħ, li tmexxi n-negozji tagħha tul il-katina tal-valur tal-aluminju, mill-enerġija sal-estrazzjoni tal-boksajt, ir-raffinar tal-alumina, il-produzzjoni tal-aluminju primarju, l-estrużjonijiet tal-aluminju, u r-riċiklaġġ tal-aluminju,

—

MIRACL tiffoka fuq il-ġestjoni tal-infrastruttura u assi reali oħra, inklużi l-proprjetà immobbli, l-enerġija u l-assi agrikoli,

—

REIN hija involuta fl-iżvilupp ta’ proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari fuq l-art u l-forniment ta’ servizzi ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija fl-Ewropa, il-Brażil u l-Amerika ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11388 — HYDRO ENERGI / MIRACL / REIN JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“ ‘Regolament dwar l-Għaqdiet’ ”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2886/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)