|
12.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/1 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/19
tat-18 ta’ Diċembru 2020
li tistabbilixxi metodoloġija komuni u format għar-rappurtar dwar l-użu mill-ġdid f’konformita mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2020) 8976)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(7) u 37(7) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex iħeġġu l-użu mill-ġdid bħala parti mill-programmi tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart, u biex jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom dwar l-użu mill-ġdid billi l-użu mill-ġdid ikejluh f’konformità ma’ metodoloġija komuni, li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi wkoll obbligu biex l-Istati Membri jirrappurtaw data dwar l-użu mill-ġdid lill-Kummissjoni kull sena f’format li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Il-metodoloġija komuni u l-format għar-rappurtar huma marbuta mill-qrib u għandhom jiġu applikati flimkien. Fl-interess tas-sempliċità u l-faċilità tal-applikazzjoni, jixraq għalhekk li ż-żewġ miżuri jiġu adottati f’att wieħed. |
|
(4) |
Sabiex il-kejl u r-rappurtar ikunu preċiżi kemm jista’ jkun, jenħtieġ li jiġi evitat l-għadd doppju tal-prodotti. Jenħtieġ li jingħaddu biss il-prodotti li fil-fatt qed jerġgħu jintużaw. Il-prodotti li jiġu offruti biss għall-użu mill-ġdid, bħal prodotti li jingħataw b’donazzjoni lill-operaturi tal-użu mill-ġdid u prodotti oħra li l-użu mill-ġdid tagħhom mhuwiex ċert, jenħtieġ li ma jiġux inklużi fl-użu mill-ġdid imkejjel u rrappurtat lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Minħabba l-limitazzjonijiet u d-diffikultajiet fil-ġbir tad-data dwar l-użu mill-ġdid minħabba l-ambitu wiesa’ tal-kategoriji tal-prodotti u l-fatt li l-kejl tal-użu mill-ġdid huwa eżerċizzju ġdid u l-piżijiet amministrattivi assoċjati mal-ġbir tad-data dwar l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li l-metodoloġija komuni għall-kejl u l-format għar-rappurtar ikunu proporzjonati, xierqa u kosteffiċjenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija komuni tippermetti l-użu ta’ varjetà ta’ għodod għall-ġbir tad-data biex jitkejjel l-użu mill-ġdid. |
|
(6) |
Il-metodoloġija komuni jenħtieġ li tiffoka kemm jista’ jkun fuq il-ġbir ta’ data kwantitattiva dwar l-użu mill-ġdid sabiex tippermetti d-determinazzjoni tal-iskala tas-settur tal-użu mill-ġdid. Jenħtieġ li tali data kwantitattiva tinġabar fuq bażi regolari. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri filwaqt li jiġi żgurat li d-data mkejla u rrappurtata tkun aġġornata biżżejjed, jenħtieġ li l-Istati Membri jkejlu l-użu mill-ġdid għal kategorija ta’ prodotti partikolari mill-inqas darba kull tliet snin. |
|
(7) |
Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri dwar l-użu mill-ġdid u sabiex jinkiseb fehim aħjar tal-impatti tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jistimulaw l-użu mill-ġdid, jenħtieġ li l-metodoloġija komuni għar-rappurtar dwar l-użu mill-ġdid tippermetti wkoll l-identifikazzjoni ta’ miżuri ewlenin li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid. |
|
(8) |
Sabiex jiġi mmonitorjat l-użu mill-ġdid u sabiex jinkiseb fehim aħjar tas-settur tal-użu mill-ġdid, jenħtieġ li r-rappurtar dwar l-użu mill-ġdid jinkludi taħlita ta’ data kwalitattiva u kwantitattiva. Jenħtieġ li ċerta data tiġi rrappurtata fuq bażi volontarja, inkluża d-data dwar l-użu mill-ġdid għal mezzi speċifiċi li permezz tagħhom prodott jibdel is-sjieda, biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki u biex il-partijiet ikkonċernati involuti jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-użu mill-ġdid. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Metodoloġija komuni għall-kejl tal-użu mill-ġdid
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, l-Istati Membri għandhom ikejlu l-użu mill-ġdid billi jwettqu monitoraġġ kwalitattiv u kwantitattiv tal-miżuri dwar l-użu mill-ġdid.
2. Il-monitoraġġ kwalitattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi identifikazzjoni u deskrizzjoni tal-miżuri dwar l-użu mill-ġdid u valutazzjoni tal-impatti tagħhom, jew tal-impatti mistennija tagħhom, abbażi tad-data disponibbli. Il-monitoraġġ kwalitattiv għandu jitwettaq kull sena.
3. Il-monitoraġġ kwantitattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq billi jitkejjel l-użu mill-ġdid iġġenerat mill-operaturi jew mill-unitajiet domestiċi tal-użu mill-ġdid skont kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita ta’ dawk il-metodi jew kwalunkwe metodu ieħor ekwivalenti f’termini ta’ rilevanza, rappreżentanza u affidabbiltà:
|
(a) |
il-kejl dirett tal-użu mill-ġdid bl-użu ta’ apparat tal-kejl biex tiġi ddeterminata l-massa tal-prodotti użati mill-ġdid; |
|
(b) |
il-kalkolu tal-bilanċ tal-massa tal-użu mill-ġdid abbażi tal-massa tal-inputs u l-outputs tal-prodotti f’operazzjonijiet tal-użu mill-ġdid; |
|
(c) |
kwestjonarji u intervisti tal-operaturi jew tal-unitajiet domestiċi tal-użu mill-ġdid; |
|
(d) |
djarji ta’ individwi li jżommu reġistru jew reġistru ta’ informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid fuq bażi regolari. |
Il-monitoraġġ kwantitattiv għal kategorija ta’ prodott partikolari għandu jitwettaq mill-inqas darba kull tliet snin. L-ewwel monitoraġġ għandu jkopri l-kategoriji kollha tal-prodotti u għandu jitwettaq għall-ewwel perjodu ta’ rappurtar imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tad-data dwar l-użu mill-ġdid. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kejl tal-użu mill-ġdid imwettaq f’konformità mal-metodoloġija komuni stabbilita f’dan l-Artikolu jkun ibbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni jew tal-operaturi jew tal-unitajiet domestiċi tal-użu mill-ġdid kif applikabbli.
Artikolu 2
Rappurtar dwar l-użu mill-ġdid
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport tal-verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2008/98/KE fil-format stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Formati għar-rappurtar dwar l-użu mill-ġdid
A. FORMAT GĦAR-RAPPURTAR DWAR ID-DATA KWALITATTIVA DWAR L-UŻU MILL-ĠDID
|
|
|
Identifikazzjoni u deskrizzjoni tal-miżuri u, għar-ringiela 4, valutazzjoni kwalitattiva tal-impatti tagħhom, jew tal-impatti mistennija tagħhom |
||||||||
|
1 |
Awtoritajiet pubbliċi prinċipalment responsabbli għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri (fl-ogħla livell amministrattiv) |
|
||||||||
|
2 |
Prodotti indirizzati mill-miżuri |
|
||||||||
|
3 |
Operazzjonijiet tal-użu mill-ġdid indirizzati mill-miżuri |
|
||||||||
|
4 |
Kontenut tal-miżuri:
|
|
||||||||
|
5 |
Azzjonijiet meħuda għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-użu mill-ġdid permezz ta’ indikaturi u miri kwalitattivi jew kwantitattivi skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/98/KE |
|
||||||||
|
6 |
Oħrajn (speċifika) |
|
B. FORMAT GĦAR-RAPPURTAR DWAR ID-DATA KWANTITATTIVA DWAR L-UŻU MILL-ĠDID
1. Użu mill-ġdid għal kull kategorija ta’ prodott
|
Kategorija tal-Prodott |
mezz li permezz tiegħu l-prodotti użati mill-ġdid biddlu s-sjieda |
|
|||
|
Ħanut fiżiku/suq (f’tunnellati) |
Pjattaforma online (f’tunnellati) |
Rigal/donazzjoni privata (f’tunnellati) |
Mezz ieħor (jekk jogħġbok speċifika) (f’tunnellati) |
Użu mill-ġdid totali (f’tunnellati) |
|
|
Tessuti |
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar is-subkategoriji jekk disponibbli |
|
|
|
|
|
|
Tagħmir elettriku u elettroniku |
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar is-subkategoriji jekk disponibbli |
|
|
|
|
|
|
Għamara |
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar is-subkategoriji jekk disponibbli |
|
|
|
|
|
|
Materjal u prodotti tal-kostruzzjoni |
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar is-subkategoriji jekk disponibbli |
|
|
|
|
|
|
Prodotti oħra li għalihom ġew adottati miżuri |
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar is-subkategoriji jekk disponibbli |
|
|
|
|
|
|
Noti: Daħħal ringieli addizzjonali kif xieraq. Il-kaxxi skuri: l-għoti tad-data hija fuq bażi volontarja. |
|||||
2. Operaturi tal-użu mill-ġdid
|
L-għadd ta’ operaturi tal-użu mill-ġdid fit-territorju tal-Istat Membru (jew l-għadd ta’ operaturi li huma membri ta’ ċentru jew netwerk akkreditat, jew stima tal-għadd totali ta’ operaturi) |
|
|
Nota: l-għoti ta’ din id-data hija fuq bażi volontarja. |
|
C. FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ
1. Objettivi tar-rapport
L-objettivi tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
li jiġu evalwati l-metodoloġiji għall-kejl tal-użu mill-ġdid; |
|
(b) |
li tiġi evalwata l-kwalità tad-data rrappurtata dwar l-ammonti tal-użu mill-ġdid; |
|
(c) |
li tiġi evalwata l-kwalità tal-proċessi tal-ġbir tad-data, inkluż l-ambitu u l-validazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva u l-validità statistika tal-approċċi bbażati fuq l-istħarriġ; |
|
(d) |
li jingħataw ir-raġunijiet għal bidliet sinifikanti bejn il-perjodi ta’ rappurtar fid-data rrappurtata u li tiġi żgurata l-fiduċja fil-preċiżjoni ta’ dik id-data. |
2. Informazzjoni ġenerali
Stat Membru:
Organizzazzjoni li tissottometti d-data u d-deskrizzjonijiet imsemmija fil-punti 3.1, 3.2 u 4.1:
Perjodu ta’ rappurtar:
Data ta’ konsenja/verżjoni:
Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):
3. Informazzjoni dwar il-kejl tal-użi mill-ġdid
3.1. Deskrizzjoni ġenerali tas-sorsi ta’ informazzjoni u d-data użati għar-rappurtar dwar il-miżuri dwar l-użu mill-ġdid f’konformità mat-taqsima A u tas-sorsi tad-data użati għar-rappurtar dwar l-ammont ta’ prodotti użati mill-ġdid f’konformità mat-Taqsima B
Jekk jogħġbok indika s-sors(i) tal-informazzjoni u tad-data.
3.2. Deskrizzjoni dettaljata tal-metodi użati għar-rappurtar dwar il-miżuri dwar l-użu mill-ġdid skont it-taqsima A u għar-rappurtar dwar l-ammont ta’ prodotti użati mill-ġdid skont it-Taqsima B
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi għall-kejl tal-użu mill-ġdid. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-operazzjonijiet tal-użu mill-ġdid li huma inklużi fl-ambitu tal-użu mill-ġdid għall-finijiet tal-kejl; |
|
(b) |
deskrizzjoni qasira tal-metodi użati; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu identifikati l-operaturi tal-użu mill-ġdid; |
|
(d) |
indikazzjoni tal-entitajiet li jipprovdu d-data rrappurtata fit-Taqsima B tar-rapport; |
|
(e) |
fil-każ ta’ teħid ta’ kampjuni jew ta’ skalar, informazzjoni dwar id-daqs u l-għażla tal-kampjun jew tal-iskala u deskrizzjoni tal-metodi użati għal tali teħid ta’ kampjuni jew ta’ skalar; |
|
(f) |
f’każ li ntużat tabella ta’ konverżjoni biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ prodotti użati mill-ġdid f’tunnellati, informazzjoni dwar il-fatturi ta’ konverżjoni użati; |
|
(g) |
meta jkunu ntużaw indikaturi jew miri kwalitattivi jew kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/98/KE, l-informazzjoni dwar dawk l-indikaturi u dwar il-livell ta’ dik il-mira u l-prodotti koperti minnha; |
|
(h) |
deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-preċiżjoni tad-data, inkluż l-iżbalji relatati mal-kampjunar, mal-kopertura, mal-kejl, mal-ipproċessar u man-nuqqas ta’ tweġiba; |
|
(i) |
deskrizzjoni tal-proċess tal-validazzjoni tad-data, inkluż sorsi possibbli ta’ inċertezza u l-impatt probabbli tagħhom fuq ir-riżultati rrappurtati. |
4. Notifika ta’ bidliet u ta’ problemi metodoloġiċi
4.1. Deskrizzjoni tal-bidliet metodoloġiċi (jekk applikabbli)
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu għall-perjodu ta’ rappurtar b’rabta mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, jekk hemm (jekk jogħġbok inkludi, b’mod partikolari, reviżjonijiet retrospettivi u n-natura tagħhom). Jekk jogħġbok iddeskrivi l-bidliet separatament għar-rappurtar f’konformità mat-taqsima A u r-rappurtar f’konformità mat-taqsima B.
4.2. Spjegazzjoni tad-differenza fit-tunnellaġġ (jekk applikabbli)
Jekk jogħġbok spjega l-kawżi tad-differenza fit-tunnellaġġ (liema kategoriji ta’ prodotti jew stimi kkawżaw id-differenza, u x’inhi l-kawża sottostanti) meta l-varjazzjoni tkun akbar minn 20 % kif imqabbla mad-data ppreżentata għall-perjodu ta’ rappurtar preċedenti.
4.3. Notifika ta’ problemi (jekk ikun hemm)
F’każ li esperjenzajt problemi bil-ġbir tad-data mitluba, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni ta’ dawk il-problemi.
5. Kunfidenzjalità
Jekk jogħġbok agħti l-ġustifikazzjoni biex partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport ma jiġux ippubblikati, jekk meħtieġ. Għal kull każ, jekk jogħġbok indika l-post preċiż ta’ dawk il-partijiet (iċ-ċellola jew iċ-ċelloli rispettivi).
6. Siti web, dokumenti ta' referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin
Jekk jogħġbok agħti l-links għas-siti web nazzjonali ewlenin, għad-dokumenti ta’ referenza u għall-pubblikazzjonijiet dwar miżuri dwar l-użu mill-ġdid irrappurtati f’konformita mat-Taqsima A.
Jekk jogħġbok agħti l-links għas-siti web nazzjonali ewlenin, għad-dokumenti ta’ referenza u għall-pubblikazzjonijiet użati għall-finijiet tar-rappurtar f’konformita mat-Taqsima B.