Official Journal L 022 , 27/01/2000 P. 0062 - 0064
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/436/KEE li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili (notifikat bid-dokument numru Ċ(1999) 4749) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2000/61/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, Billi: (1) Iċ-ċertifikat tas-saħħa għal prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili u intenzjonati għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea kien stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/436/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jqiegħed kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fiċ-Ċili [3], kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 96/674/KE [4]; (2) Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, tunikati ekinodermi u gastropodi marini li joriġinaw fiċ-Ċili huma stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/675/KE [5]; (3) Ir-riferenzi leġislattivi msemmija fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa inkluż fl-Anness A mad-Deċiżjoni 93/436/KEE fihom ċerti żbalji, u huwa għalhekk neċessarju li timmodifikah; (4) l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness A mad-Deċiżjoni 93/436/KEE għandu jiġi sostitwit bl-Anness ma hawnhekk. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussell, fil-21 ta’ Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 202, tat-12.8.1993, p. 31. [4] ĠU L 313, tat-3.12.1996, p. 29. [5] ĠU L 313, tat-3.12.1996, p. 38. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------