02017R0842 — MT — 18.05.2017 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/842 tas-17 ta' Mejju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 125 18.5.2017, p. 16) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/842
tas-17 ta' Mejju 2017
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
Is-sustanza attiva, ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' kolturi tad-“Deutsche Sammlung von Mikroorganismen” (DSM), il-Ġermanja: DSM 9660 Nru CIPAC 614 |
Mhux applikabbli |
►C1 Kontenut minimu ta' spori vijabbli: 1,17 × 1012 CFU/kg ◄ |
L-1 ta' Awwissu 2017 |
Il-31 ta' Lulju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej: — il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, billi jitqies li l-mikroorganiżmi huma kkunsidrati bħala sensitizzaturi potenzjali. Il-produttur għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali jinżammu b'mod strett u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura. Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. |
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami. |
|||||
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) fil-Parti A, l-entrata 71 dwar ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 hija mħassra;
(2) fil-Parti D, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“11 |
Razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 Numru tal-adeżjoni fil-ġabra ta' kolturi tad-“Deutsche Sammlung von Mikroorganismen” (DSM), il-Ġermanja: DSM 9660 Nru CIPAC 614 |
Mhux applikabbli |
►C1 Kontenut minimu ta' spori vijabbli: 1,17 × 1012 CFU/kg ◄ |
L-1 ta' Awwissu 2017 |
Il-31 ta' Lulju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej: — il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, billi jitqies li l-mikroorganiżmi huma kkunsidrati bħala sensitizzaturi potenzjali. Il-produttur għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali jinżammu b'mod strett u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura. Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji.” |
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami. |
||||||